l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
LULJU 2021 numru 659
Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
LULJU 2021 numru 659 Omm wasslet lit-tifla tagħha ta’ xi sitt snin sa ħdejn vapurett li kien jaqsam regolari l-għadira fi Clyde fl-Iskozja. Sabet lil dak li kien jaqta’ l-biljetti u qaltlu: “Meta tasal Dunoon informa lil binti.” Tal-biljetti assiguraha li jinformaha. L-omm bieset lil bintha u ħallietha. It-tifla bdiet tmur ħdejn tal-biljetti kull xħin il-vapurett kien jieqaf. Dan iddejjaq u qalilha: “Mur bilqiegħda f’postok. Xħin naslu Dunoon niġi ngħidlek.” Iżda nqala’ ħafna xogħol u waqfu Dunoon u dan nesa littifla. Ftakar biss meta kienu ħallew il-post u ra lit-tifla tħares lejh bil-ħniena. Infixel bi sħiħ. Ma kienx jaf x’ser jaqbad jagħmel. Mar fejn il-kaptan u dan tgħidx kemm tmasħan li kellu jerġa’ jdawwar biex għal darb’oħra jieqaf Dunoon. Meta reġa’ rabat mal-post il-kunduttur mar fejn it-tifla u qalilha: “Wasalna Dunoon.” “Grazzi ħafna.” U dlonk ħarġet is-sandwiches u bdiet tiekol. “Mela m’intix nieżla!” “Le, il-mummy qaltli biex nibda niekol is-sandwiches malli naslu Dunoon.” Fid-dinja tgħidx kemm jinqalgħu kwistjonijiet għax flok nikkomunikaw ma’ xulxin nassumu dawk li għalina jkunu fatti meta f’ħafna każi ma jkunux ħlief immaġinazzjoni.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021
Nelson Mandela (1918 – 2013) Kien jgħix f’pajjiż fejn l-inġustizzja kienet tirrennja qisu ħadd ma jista’ għaliha. Għax waqt li l-maġġoranza kbira tan-nies kienu suwed, il-poter kollu kien f’idejn il-bojod u dawn kienu l-ħin kollu fuq ponot subgħajhom biex ma jerħu l-ebda nitfa poter minn idejhom.
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
Hekk kien pajjiż Nelson Mandela l-Afrika ta’ Isfel. Kien pajjiż ikkritikat minn kulħadd għax minkejja li ż-żminijiet kienu tbiddlu dan il-pajjiż baqa’ ankrat mal-passat. Ried jibqa’ għaddej bl-istess liġijiet għax min kien imexxi kien jaħseb li s-suwed kienu razza inferjuri u ma setgħu qatt jieħdu r-riedni f’idejhom anke jekk kienu fil-maġġoranza. Mhux biss imma l-iprem skejjel kienu biss għal bojod. Ċerti teatri kellhom wisa’ biss għal min kellu ġilda bajda. Ċerti karrieri ma setgħu qatt jingħataw lil min kellu ġilda sewda. F’dan ix-xenarju kien jgħix Mandela. Ried jaħdem biex dan jinbidel għax li seta’ jgħix komdu kieku għalaq għajnejh u qalbu
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021 għal ħutu s-suwed. Fl-aħħar mill-aħħar hu kien laħaq avukat u allura għad li iswed seta’ jaqlagħha tajjeb. Iżda leħen ġewwieni ma ħalliehx jibqa’ b’idejh marbuta. Ried jagħmel xi ħaġa. Għall-bidu ried jasal għall-fini tiegħu b’mod vjolenti iżda malajr intebaħ li din it-triq ma kienet ser twasslu mkien. Iddeċieda li jissielet għal drittijiet razztu b’mezzi paċifiċi. Xorta spiċċa arrestat u kkundannat għal bosta snin il-ħabs għax qalu li kien qed jaqla’ ħafna inkwiet li kien responsabbli għall-ħsara kollha li dawk ta’ madwaru kienu jagħmlu. Spiċċa f’ħabs fuq gżira żgħira jisimha Robben Island u hemm flok imtela’ qilla għażel li jaqra filosofija ta’ nies li rebħu bl-imħabba flok bis-sejf. Beda jikteb għal djalogu bla ma warrab l-ebda prinċipju li għalih kien jiġġieled. Jissara għad-drittijiet imma b’mezzi paċifiċi. Jiżra’ żerriegħa ta’ koperazzjoni flok inissel biża’ u vjolenza. U fl-aħħar il-kapijiet bojod ma setgħux iżommuh iktar magħluq ġo ċella. Id-dinja kienet ilha ħafna tipprotesta. Kellhom jitilquh. Issa li kien ħeles
ried ikompli jxandar il-paċi, id-djalogu… il-koperazzjoni. Sar ikona ta’ għaqda u kulħadd ħa pjaċir meta fl-1993 rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi u sena wara sar President tal-Afrika t’Isfel. Fi żmienu ħadem u stinka biex ikun hemm għaqda sħiħa bejn bojod u suwed għax fehem li ma’ xulxin jistgħu jakkwistaw ferm iktar għal pajjiżhom. Niesu nsew ismu u bdew isejħulu Madiba li tfisser Missier għax kien qisu missier pajjiż ġdid.
Miet fl-2013 fl-età ta’ 95 sena mibki minn kull min kien jafu. Fanal ieħor ta’ dawl f’dinja li kultant tippreferi tgħix fid-dlam.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021
DR CORONATO GRECH M.D. jibda ar tiklu dwar :
Kuljum, anzi kull lejl, minn fuq rasna fis-sema, tgħaddi panorama affaxxinanti, imma li forsi aħna, fit-taħbit tal-ħajja ta’ kuljum, u mdawrin bid-dwal li jtellfuna1, forsi ma nagħtux kas. Però għal min jieqaf daqsxejn, u fid-dalma u l-ħemda jħares lejn is-sema ta’ bil-lejl, tinfetaħ dinja meraviljuża, li tista’ tagħtik perspettiva oħra tal-ħajja. Fost l-affarijiet li nistgħu nosservaw b’għajnejna biss u mingħajr ebda strument, insibu: Il-qamar. Il-qamar huwa ssatellita tad-dinja u jdur magħha fi ftit iktar minn 28 ġurnata2. Aħna naraw il-qamar bid-dawl rifless mix-xemx, u narawh f’fażijiet differenti, li jiddependu mill-pożizzjonijiet relattivi taxxemx, il-qamar u d-dinja. Dawn il-fażijiet huma: qamar mitluf, qamar ġdid, l-ewwel kwart (7 sebat ijiem), qamar mużqaq,
qamar kwinta (14-il ġurnata), qamar muqsar, l-aħħar kwart (21 ġurnata), qamar xiħ (l-aħħar felli) u jerġa’, qamar mitluf (28 ġurnata).
Il-qamar jidher li fih bħal tbajja’ griżi. Dawn kien maħsub li huma xi ibħra u hekk għadhom jisimhom, pereżempju Mare Tranquilitatis (Baħar tatTrankwillità) fejn niżlu l-ewwel
1. Probabbli l-aħjar li jaraw is-sema ta’ bil-lejl huma s-sajjieda meta huma ’l bogħod mill-art. 2.Dan il-perjodu huwa l-bażi tax-xahar tal-kalendarju. Xi dati ta’ festi reliġjużi bħall-Għid huma bbażati fuq dan.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021 astronawti Amerikani tal-Apollo 11, fil-1969. Però dawn l-‘ibħra’ huma pjanuri kbar ramlija, pjuttost lixxi, li jidhru griżi għax jirriflettu inqas dawl. Kultant id-dell tax-xemx jaqa’ fuq il-qamar u r-riżultat huwa eklissi tal-qamar. Dawn l-eklissi huma pjuttost komuni, żewġ eklissi jew iktar kull sena, għalkemm il-biċċa l-kbira mhumiex totali. F’eklissi, il-qamar ġeneralment jibqa’ jidher xi ftit b’kulur ħamrani skur, f’dak totali ġieli jisparixxi għal kollox u f’dan il-każ l-eklissi jdum iktar minn siegħa.3 Kultant, il-qamar, meta jkun miexi bil-mod fis-sema millPunent għal-Lvant (b’madwar iddijametru tiegħu kull siegħa), ġieli jgħaddi quddiem xi pjaneta u jgħattiha. Pereżempju lill-pjaneta Mars jgħattiha madwar kull 180 ġurnata. U s’intendi jgħatti wkoll il-kwiekeb.4 Għalkemm il-qamar mimli u kbir, tiela’ fl-orizzont tal-Lvant hekk kif ix-xemx tkun nieżla filPunent, huwa impressjonanti u forsi anke romantiku, però b’qamar kwinta jiddi fis-sema huwa fil-fatt l-agħar żmien biex tosserva s-sema ta’ bil-lejl.
Il-kwiekeb. Wara l-qamar, ilkwiekeb huma l-iktar li jolqtu lgħajn. Jidher li hemm numru kbir ħafna, ta’ diversi dija, u qishom imferrxa f’diżordni. Però anke flaħjar kundizzjonijiet ma jidhrux iktar minn madwar 3000 kewkba. Biex forsi jagħmlu sens missema, ħafna popli matul iż-żmien immaġinaw disinji u figuri filkwiekeb – il-kostellazzjonijiet. Forsi l-iktar familjari hija Orion li tidher l-aħjar fix-xitwa; u l-Ors ilKbir, li parti minnha s-sajjieda lokali jsejħulha s-‘siġġu’ għax hekk qisha, u peress li dejjem tħares lejn it-Tramuntana tintuża wkoll bħala kumpass. B’kollox hemm 88 kostellazzjoni, uħud jidhru biss f’ċerti staġuni, waqt li oħrajn qatt ma narawhom milllokalità tagħna. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Awwissu)
3. B’kuntrast, eklissi tax-xemx qatt ma jdum iktar minn seba’ minuti u nofs. 4. Dan il-fenomenu, imsejjaħ ‘okkultazzjoni’, iseħħ għaliex l-orbiti tal-pjaneti u s-satelliti tagħhom huma kważi kollha fl-istess livell mal-ekwatur tax-xemx, li hija indikazzjoni tajba ta’ kif iffurmat is-Sistema Solari.
5
Prinċipju Fi żmien Napuljun marru xi suldati fuq qassis twajjeb, u ordnawlu jieħu l-ġurament li hu lest li jobdi lill-Imperatur akkost ta’ kollox. Wieġeb il-qassis: “Ma nistax nieħu dan il-ġurament. Mhux suppost nieħu dan il-ġurament. M’iniex ser nieħu dan il-ġurament!” Ta’ dan ħallas qares imma mal-prinċipji ma tistax tilgħab.
Talba ta’ ċiklista Miktuba ħafna snin ilu… qabel iċ-ċikliżmu sar passatemp u mezz effikaċi biex iżżomm il-figura u tieħu ħsieb saħħtek. Mulej, int qatt ma rkibt rota u għalhekk qajla taf minn kemm inkwiet ngħaddu. Nitolbok biex jekk jogħġbok: Tgħinna fit-tlajja’… fl-inżul nieħdu ħsieb aħna. Naddaf it-triq mill-imsiemer, ħġieġ imkisser u kull ħaġa li tista’ tikkaġuna puncture. Żommna bilanċjati meta ninżlu f’xi ħofra bl-ilma li tkun ferm iktar fonda milli nkunu ħsibna. Ħarisna mill-klieb li tant iħobbu jiġru warajna. U għinna nfaddlu l-flus ħalli nixtru karozza.
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021 Jaf x’jgħid Waqt intervista, ġurnalist staqsa lill-kelliem Nisrani msemmi: “Tinkwieta meta tara parruċċani reqdin waqt lomelija?” “Lanqas xejn. Il-Vanġelu jgħidilna li l-anġlu kellem lil San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija, tliet darbiet u fit-tliet okkażjonijiet Ġużeppi kien rieqed. Min jaf… forsi l-parruċċani waqt li jkunu qed jongħosu, jisimgħu l-vuċi tal-Mulej flok tiegħi. U tal-Mulej dejjem hi ferm iprem minn tiegħi.” Hekk ikun l-ottimiżmu.
Loġika Raġel kiteb lill-gazzetta li kienet tirċievi lmenti u xewqat u qalilha hekk: ‘Lili l-laħam tal-fenek jagħmilli d-deni iżda m’iniex kapaċi niddistingwi laħam il-fenek minn laħam it-tiġieġa! Kif nista’ nkun naf li omm il-mara sajritli tiġieġa u mhux fenek għax lili ma tantx taħmilni?’ Ir-risposta xotta xotta kienet: ‘Itlobha l-ġwienaħ tat-tiġieġa’.
Bosta jaħsbu li billi jirrakkontaw sigriet minn taħt lilsien ma jkunux qed jiksru s-sigriet.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021
Atenjani kellhom iħabbtu wiċċhom weħidhom malinvażjoni Persjana.
X’aktarx qatt ma smajt b’dan lisem imma żgur li taf bl-istorja tiegħu. Madwar 2500 sena ilu filkosta tat-tramuntana ta’ Attika, Feidippides jingħad li kien xhud għal waħda mill-akbar battalji tad-dinja klassika. L-Imperu Persjan, sabiex ipattiha lin-nies ta’ Ateni għamlu kampanja ambizzjuża għall-Greċja, l-ewwel jirbħu l-Eretria fuq il-gżira ta’ Euboea u mbagħad jimxu ’l isfel lejn it-territorju ta’ Ateni.
Il-flotta Persjana ankrat fil-bajja ta’ Maraton fejn sabu ruħhom imwaqqfin mill-armata ta’ Ateni li kienet magħmula minn 10,000 raġel. Imma għal kull raġel ta’ Ateni kien hemm tliet Persjani u għalhekk l-Atenjani ma kellhomx triq oħra għajr li jżommu sod u jistennew ir-rinforzi li kellhom jitilqu minn Sparta. Iżda dawn irrinforzi qatt ma waslu u l-
8
Iżda kontra kull pronostiku rnexxielhom. F’tattika militari msemmija phalanx – formazzjoni militari rettangolari ta’ suldati armati b’lanez eċċ – irnexxielhom ireġġgħu l-invażuri lejn il-baħar u qatlulhom bosta suldati meta huma tilfu ftit biss. Il-Battalja ta’ Maraton kienet rebħa kbira li biegħdet lill-Imperu Persjan millGreċja almenu għal deċennju. Allura fejn jidħol dan l-eroj tagħna? Il-komunikazzjoni fi Greċja l-Antika ma tantx kienet sofistikata. Biex iwasslu messaġġ minn post għal ieħor kienu jitilqu rġiel bil-ġiri. Feidippides kien wieħed minn dawn. U, skont illeġġenda, malli l-Atenjani rebħu f’Maraton dan telaq lura lejn beltu biex iwassal l-aħbar sabiħa
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021 u miet malli wassal il-messaġġ. Il-ġirja tiegħu hija l-ispirazzjoni ta’ Michel Breal għall-maratona moderna … li ma hix daqshekk massakranti. Leġġenda li tibqa’ leġġenda għaliex ma kinitx aħbar li għaliha xi ħadd kellu jissogra ħajtu. Ilbattalja ta’ Maraton isemmiha biss Herodotus u ma jsemmi lebda raġel li wassal l-aħbar. Dan jgħid li mar-rebħa l-armata Atenjana marret lura f’beltha għaliex ma riditx li l-Persjani jduru mal-peninsula Griega u jattakkaw il-belt. Meta jkun hemm armata miexja b’pass tajjeb ma jkunx hemm bżonn messaġġiera. Iżda Herodotus xorta jsemmi lil Feidippides iżda bħala messaġġier li mar Sparta jitlob irrinforzi. Għamel id-distanza ta’ 250 kilometru f’inqas minn jumejn iżda l-Ispartani ma interessahomx mill-Atenjani. Mhux ta’ min joqgħod fuq kulma kiteb Herodotus iżda din tagħmel aktar sens minn dik leġġendarja. L-ewwel li semma l-ġirja minn Maraton sa Ateni kien Plutark aktar min-nofs millennju wara. Minn hemm il-leġġenda daħlet flEwropa u qabdet sew tant li tiġrijiet famużi ħadu isimha. Iżda l-maratona mhijiex l-unika tiġrija li taf il-bidu tagħha lil
Feidippides. Fis-snin tmenin tasseklu l-ieħor grupp ta’ uffiċċjali tal-British Air Force ħolom b’tiġrija bejn Ateni u Sparta li semmewha Spartatlon. Hija madwar sitt darbiet itwal minn ‘maratona’ normali (maratona normali hi twila 42.195 kilometru filwaqt li din hi 213-il kilometru) u fiha hemm ittelgħa ta’ Mount Parthenion u hija diffiċli ferm imma li kapaċi ssir. Ir-rekord preżenti qiegħed f’idejn Yiannis Kouros li għamilha f’20 siegħa u 25 minuta.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021
[Kristu kien qed ikellem lil xi ħadd li kien qed jibdielu jekk jimxix warajh:] “Min, wara li jaqbad il-moħriet, iħares lura mhux tajjeb għas-saltna ta’ Alla.” (Luqa 9:62) Wara li l-Ingliż Roger Bannister kiser ir-rekord ta’ mil f’erba’ minuti fl-1954, l-Awstraljan John Landy għamel l-istess. Dan ħoloq sitwazzjoni sabiħa għal tiġrija bejniethom il-Kanada. Landy ħa vantaġġ u żammha kważi tul it-tiġrija kollha. Meta kienu qed joqorbu lejn l-aħħar tat-tiġrija, Landy ħares ftit warajh sabiex jara kemm hemm tul bejniethom. Bannister, li kulma kien pass warajh, ħataf din l-okkażjoni tad-deheb u spara fl-aħħar metri biex jirbaħ it-tiġrija.
#
Qattx ħsibt jew għarbilt id-deċiżjoni tiegħi li nimxi wara Ġesù?
10
Alla ma sejjaħlix biex inkun suċċess; Alla sejjaħli biex inkun persuna ta’ fidi. Madre Teresa
IL-ĦBIEB ISEJĦU/ Lulju2021
Pizza mhix imfella Aħna hawn imdorrijin li l-pizza li nixtru tkun imfella. U ma niddardru xejn li nikluha mingħajr furketta u sikkina.
Ħsejjes waqt l-ikel Jekk inkunu f’xi ristorant u nisimgħu min imeċlaq jew jagħmel ħsejjes żejda waqt l-ikel ma tantx jiġbed simpatija. Aktarx li jara ħafna ħars ikrah lejh għax dawk il-ħsejjes ikunu qed idejquhom u jaqtgħulhom l-aptit. Fil-Ġappun dawn il-ħsejjes – speċjalment f’xi spagettata huma aċċettati. Anzi mistennija għax ifissru li l-ikel nieżel għasel. Iktar ma jagħmlu minn dawn ilħsejjes iktar ikunu qed jikkumplimentaw lill-kok. Ikla bla ħsejjes għalihom hi ikla bla gost. Sewwa jgħid il-qawl: Mitt bniedem mitt fehma u mitt ħmar mitt kappestru.
Mhux hekk fl-Italja, il-pajjiz li welled din l-ikla popolari. Għat-Taljani speċjalment dawk avanzati fl-età, il-pizza jeħduha mingħajr flieli u jikluha bilfurketta u s-sikkina. Naturalment illum fir-ristoranti Taljani aktarx li l-pizza li tordna tkun bil-flieli għax jafu li bħala turist tippreferiha hekk. Imma jekk il-klijent ikun Taljan ġie li jagħtuhielu sħiħa biex iżommu ttradizzjoni ta’ missirijiethom. Iktar u iktar jekk fit-tabella tarristorant ikun hemm xi data li
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2021 tindika li f’dak il-post ilha tinħema l-pizza għal iktar minn 100 sena. Is-sidien iħossu li tradizzjoni ma għandhiex tinqata’ ħesrem biex togħġob il-gosti talbarranin.
Tips fir-ristoranti Amerikani F’pajjiżna it-tips li nħallu wara xi servizz f’xi ristorant huma aktarx volontarji. Tħallihom jekk trid u jkun hemm minn jiekol u ma jħallihomx. U bosta jħallu biss ftit għaxriet ta’ ċenteżmi tal-ewro. Mhux hekk f’ħafna Stati talAmerika. Hawn it-tips huma mandatorji. Trid tħallihom bilfors u l-wejters jippretendu li t-tips li tħalli jvarjaw minn 10 sa 20 filmija tal-prezz. Iktar ma tkun ħadt gost bl-ikla iktar trid toqrob lejn l20 fil-mija tal-prezz.
Il-wejters jgħidu li l-pagi tagħhom huma aktarx baxxi u hu biss permezz tat-tips li jaqilgħu salarju diċenti.
12
Ma tistax tikxef oċeani ġodda jekk ma tridx titbiegħed mix-xtajta.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Business Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.