l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
APRIL 2021 numru 656
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
APRIL 2021 numru 656 Mhux l-ewwel darba li f’dan il-fuljett tagħna ġibna stejjer qosra miktuba mill-awtur Salesjan Bruno Ferrero. F’waħda minn dawn l-istorjelli jirrakkonta drawwa li kellhom in-nies tal-belt ta’ Valenzja fi Spanja marbuta mal-festa ta’ San Ġużepp. Jirrakkonta dan l-awtur li f’din il-belt Spanjola, ħafna snin ilu, kien hemm id-drawwa li l-mastrudaxxa u lartisti tal-post kienu jagħmlu statwi kbar tal-injam u kartapesta u joħorġuhom fil-pjazza prinċipali tal-belt għall-festa ta’ San Ġużepp. Kienu jkunu ilhom jaħdmu fuqhom xhur sħaħ. Jiltaqgħu ma’ xulxin u jsawru dawn l-opri tal-arti. Qisu b’qima lejn dan ilmastrudaxxa ta’ Nazaret. Eluf kienu jmorru f’Valenzja mhux biex jiggostaw il-festa ta’ San Ġużepp daqs kemm biex ikunu jistgħu jammiraw l-opri artistiċi. Iduru mal-istatwi u jikkummentaw dwar il-ħila ta’ dawn l-artiġjani. Iżda eżatt ma’ tmiem ilfesta, dawn l-istatwi kienu jingħataw in-nar. Għajr għall-opra waħda minnhom li tinżamm għas-snin ta’ wara b’tifkira tal-istatwi l-oħra. U hekk xogħol ta’ bosta xhur li jkun sar b’tant sengħa jispiċċa rmied. Ħafna ma kinux jifhmu din id-drawwa li għalihom kienet bla sens. Iżda għan-nies ta’ Valenzja l-ħuġġieġa kellha messaġġ importanti ħafna u kienu jippruvaw ifiehmu din id-drawwa hekk: ‘Sbieħ kemm aħna sbieħ, kbar kemm aħna kbar, sinjuri kemm aħna sinjuri, ħadd minna ma hu għal dejjem. Qegħdin hawn għal ftit taż-żmien. Ejja nippreparaw għal ħajja li ma għandhiex tmiem. L-istatwa li titħalla hi simbolu ta’ għemilna. Anke għemilna jaf iħalli effett anke jekk aħna nitilqu bħalma telqu ta’ qabilna. Jalla għemilna jħalli warajh qlub ferħana għax ikun għemil li joħloq paċi u ġid.’ Tista’ ma taqbilx ma’ din id-drawwa iżda ma tistax ma taqbilx malkonklużjoni li kienu jaslu għaliha n-nies ta’ Valenzja. Ejja nsibu ħin biex nippreparaw għal dak li hu etern u dment li aħna hawn naħdmu biex inħallu warajna dinja aħjar milli sibnieha.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
Felix u Elizabeth Leseur (1861 – 1950 / 1866 – 1914) Kienu koppja ideali. Hu tabib u hi studenta universitarja. It-tnejn ulied familja sinjura. It-tnejn Kattoliċi. Ħafna ħasbu li ż-żwieġ bejn Felix Leseur u Elizabeth Arrischi kellu jkun żwieġ ta’ seħer u ferħ. U fl-ewwel xhur hekk tassew kien. Iżda mbagħad Felix beda juri sinjali li għalih ir-reliġjon ftit li xejn kellha sinifikat. Beda jagħmilha ma’ professuri oħrajn li qajla kienu jemmnu u wħud minnhom ma kienu jemmnu xejn. U Felix biex igawdi l-kumpanija tagħhom ried isir bħalhom. U sar tassew għax warrab dak kollu li kien jorbtu mar-reliġjon. Sar bniedem bla fidi… ateu ddikjarat. Għal martu Elizabeth dan kien xokk kbir. Żgur li qatt ma stenniet li żewġha jsir bniedem li ma jemminx f’Alla. U mhux biss ma jemminx imma jxandar l-ateiżmu tiegħu. Iżda l-imħabba tiegħu lejn martu qatt ma naqset. Kien iħobbha daqs dawl għajnejh. Iżda ried biss li tħallih jgħix ħajtu bħalma hu kien iħalli lilha tgħix ħajjitha.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
Iż-żmien għadda u dan il-ftehim inżamm. Imbagħad ġara dak li Felix qatt ma stenna. Bħal sajjetta fil-bnazzi martu mardet u fi ftit xhur mietet. Wara mewtha meta kien iqalleb il-kxaxen tagħha sab djarju ta’ martu. U miegħu ittra indirizzata għalih li fiha qaltlu li offriet il-marda tagħha għall-konverżjoni tiegħu. Għall-bidu saħan bi sħiħ għax għad li kienet mietet ma kellha l-ebda dritt tikser il-ftehim li ma jitkellmux fuq ir-reliġjon u ma jindaħlux lil xulxin kif jgħixu. Il-kurżità ġagħlitu jaqra d-djarju u ntebaħ kemm kien ġagħalha ssofri minħabba l-ħajja li kien jgħix. Kitbet ukoll li lesta toffri ħajjitha biex żewġha jikkonverti. Intebaħ li iktar ma beda jaqra iktar beda jsib sabar li bħalu qatt ma ħass fin-nuqqas ta’ fidi tiegħu. Mar Lourdes il-post favorit ta’ martu u hawn il-konverżjoni kompliet. Ħalla din il-belt tal-Madonna deċiż li jagħmel dak li martu mietet għalih. Mhux biss ikkonverta imma sar qassis għad li kellu ’l fuq minn sittin sena
u l-Mulej donnu kattarlu żmienu għax tah għomor ta’ disgħin sena. Felix ħadem bi sħiħ biex ixerred ħafna żerriegħa tajba ħalli jagħmel tajjeb għal dik ħażina li żgur waslet f’ħafna qlub. Iżda ħassu ċert li l-Mulej ħafirlu. U ċert ukoll li martu kienet għadha miegħu tgħinu jxerred l-aħbar it-tajba. Qisha storja tal-fantaxjenza iżda hi ġrajja reali li ġrat fi Franza f’nofs is-seklu l-ieħor. Dun Felix Leseur miet fl-1950 u kien dawl li għadu jixgħel anke għan-nies tal-lum li forsi bħalu tilfu xi ftit id-drawwiet li kienu trabbew fihom. 3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu:
Mużika Klassika. Xi kompożituri ġew ispirati mix-xemx tielgħa jew nieżla. Fost dawn insibu nNorveġiż Edvard Grieg (18431907) bil-kompożizzjoni sublimi Pier Gynt Op 23 ‘Għabex’ li tant tiddeskrivi x-xemx tielgħa binnoti mibrumin ġo xulxin tal-flawt u l-obwe, u li bil-mod iżidu lvolum sakemm ix-xemx qisha titfaċċa għal kollox. Fl-istorja, li hija minn dramm ta’ Henrik Ibsen, l-eroj Pier Gynt, għalkemm mitluf fil-pajjiż maġiku tar-Re talMuntanji, iħares skantat lejn din id-dehra stupenda ta’ żerniq. Biċċa mużika oħra memorabbli ħafna hija tal-Ġermaniż Richard Strausse (1864-1949) Zarathustra, Op 30 Preludju, li tibda b’noti baxxi, maestużi u drammatiċi, imma li bħal xemx tielgħa li dejjem iżżid fid-dawl sa ma tgħammex, ukoll iżidu fil-qawwa u r-ritmu li donnu jtarrax. Din ilbiċċa mużika saret magħrufa ħafna meta ntgħażlet għal żerniq grandjuż fil-film tal-fantaxjenza 2001 A Space Odyssey (1969).
4
Imbagħad hemm kwartett talAwstrijakk Josef Haydn (17321809) li jġib l-isem ta’ Xemx, imma li ma tantx ifakkrek f’xi xemx. U bir-raġun għax l-isem ġej biss mill-fatt li fl-ewwel edizzjoni ippubblikata, kien hemm stampa ta’ xemx fil-qoxra! Madankollu inkludejtha għax hija biċċa mużika ħelwa ħafna ta’ dan il-kompożitur ġentili u ġentlom, li kien ta’ ispirazzjoni għal Mozart, Beethoven u Brahms. Mhix ħaġa żgħira! Letteratura. Bħas-soltu William Shakespeare (1564-1516) għandu xi jgħid b’ħafna ħila fuq tant affarijiet, inkluż il-movimenti taxxemx u riflessjonijiet fuq il-ħajja. Fis-sunett VII huwa jiddeskrivi tixbiha bejn tlugħ u nżul ix-xemx maż-żgħożija u x-xjuħija: Lo! in the orient when the gracious light Lifts up his burning head..... Resembling strong youth in his middle age But when from highmost pitch,
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021 with weary car Like feeble age, he reeleth from the day....... Imbagħad hemm il-poeżija ċelebri Eligy Written in a Country Churchyard ta’ Thomas Gray (1716-71) li fiha l-poeta b’ħila kbira jpitter bil-kliem għabex qrib ċimiterju rustiku: The curfew tolls the knell of parting day The lowing herd winds slowly o’er the lea The ploughman homeward plods his weary way And leaves the world to darkness and to me. U jkompli jitkellem fuq iddilemmi tal-eżistenza, ix-xorti talħajja, l-inevitabilità tal-mewt u jikkonkludi b’meditazzjoni fuq qabru u tmiem ħajtu. Gray, minkejja li kien mistħi u joqgħod lura, kellu wkoll sens ta’ umoriżmu anke f’xi wħud millftit poeżiji oħra li kiteb. Fost il-poeti lokali li laqtithom ixxemx fl-orizzont insibu lil Joe Friggieri (1946- ) professur talfilosofija u bniedem kult, li laqtu l-iktar l-għabex. F’poeżija talistess isem iqabbel t-tibdil flambjent ta’ kamartu u fih innifsu mal-mixja tal-għabex. U jikkonkludi: U mill-ħolqien li xegħel bix-xemx fi nżulha Ma jibqa’ xejn għajr univers bla sura.
Però, tal-inqas għall-awtur, waħda mill-isbaħ poeżiji li tittratta l-ispettakli ta’ kuljum fissema hija Alla Mhux Hekk talpoeta nazzjonali Dun Karm Psaila (1871-1961). Fiha l-poeta jiddeskrivi kif ħafna nies imorru jaraw u jistagħġbu bis-sbuħija talpittura u s-sengħa tal-artist li pinġieha waqt li fis-sema hemm xeni kuljum bħal dawn. Hija poeżija bi kliem Malti magħżul, mirqum u memorabbli. U tispiċċa: Ngħożżu tajjeb il-ħila fejn pittur bil-għaqal xeħet il-qawwa ta’ senegħtu kollha biex pinġa nżul ta’ xemx li qatt ma tinżel: Ngħożżuha tajjeb għax jekk iżżmien itemmha ma nafux jekk iż-żmien jagħtiniex oħra. Alla mhux hekk: minn dawn lgħeġubijiet Jagħmel mija kuljum u mija jħassar.
5
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
Ġentlom ta’ snin oħra Sir Malcolm Sargent kien direttur ta’ orkestra famuża mad-dinja. Darba żewġt itfal ta’ xi seba’ u għaxar snin rawh fl-ajruport u billi missierhom kien dilettant tal-opri, għarfuh u marru jiġru biex jagħtihom l-awtografu. Mhux talli ffirmalhom imma ħadhom f’ħanut tal-ajruport u ħallsilhom drink. U qagħad jitkellem magħhom għal ftit minuti qabel ma telaq biex jilħaq it-titjira tiegħu. Il-ġenituri tat-tfal ma ridux jemmnu kemm kien ġentili magħhom. U listagħġib tagħhom iktar kiber meta xi xhur wara reġgħu ltaqgħu miegħu u l-maestro għarafhom u sejħilhom b’isimhom. Dik memorja. Dik ġentilezza.
Meta ħaġa ssir b’passjoni…
Snin ilu fil-Malasja d-dilettanti tattiġrijiet taż-żwiemel kienu jinġabru bleluf biex jaraw il-benjamini tagħhom itellqu. U meta fil-grawnd ta’ belthom ma kienx ikun hemm tiġrijiet, dawn xorta kienu jmorru l-grawnd u joqogħdu jisimgħu l-kummentarju tattiġrijiet fi bliet oħra u huma jaqbżu u jgħajtu qishom qed jaraw iżżwiemel favoriti tagħhom jiġru quddiemhom. Immaġinazzjoni ħajja. Il-qaddisin kienu jimmaġinaw lil Ġesù miexi quddiemhom kull meta jisimgħu xi vers mill-Vanġelu.
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
Trid tkun linja diretta! Mar fejn it-tabib: Tabib: Għandek pressjoni għolja ħafna. Jaqaw missierek kien ibati minn pressjoni għolja? Pazjent: Le. Qatt ma bata minn din il-kundizzjoni. Tabib: Ommok mela jew ilfamiljari tagħha batew minn din il-kundizzjoni? Pazjent: Żgur li le. Ommi għandha 75 u qatt ma ħadet pillola waħda talpressjoni. Tabib: Qed niskanta. Is-soltu l-pressjoni tintiret. Pazjent: Jien naħseb li ħadtha mingħand omm il-mara. Tabib: Kif jista’ jkun? Impossibbli. Pazjent: Qed tgħid hekk għax ma tafx lil omm il-mara. Kieku jkollok tgħix magħha għal tletin sena bħalma għamilt jien, il-pressjoni tiegħek titla’ daqs tiegħi… u forsi iktar ukoll.
Parir ta’ qaddis Abba Poemen kien patri tad-deżert b’fama ta’ qaddis. Bosta kienu jmorru għandu għal parir. Darba xi ħadd staqsieh: “Meta nkunu nitolbu flimkien, ħija ġieli jorqod għax ikun għajjien wara jum ta’ ħidma. X’għandi nagħmel? Inħallih jistrieħ jew inkella nħarrku biex iqum u jkompli jitlob?” Wieġbu l-qaddis: “Li kont minnek f’okkażjonijiet bħal dawn noffrilu spallti biex ikun jista’ jpoġġi rasu fuqha u hekk jorqod aħjar.” Il-ħniena u l-mogħdrija jieħdu l-ewwel post fil-ħajja Nisranija.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
Bħalissa qed naqraw ħafna fuq limportanza tal-vaċċin fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Sebgħin sena ilu dan id-diskors kien isir fuq marda oħra… il-Polio. Dawn huma fatti fuq din il-marda li llum ftit li xejn għadha tissemma… skont il-World Health Organisation il-każi rrappurtati fid-dinja kollha kulma kienu 441 u ġeneralment kollha mifruxa fi ftit pajjiżi tal-Asja. 1. Għad li kienet l-aktar marda li beżżgħet nies ma kinitx laktar qattiela. “Il-marda tal-Polio qatt ma kienet il-pandemija li ġennet lil kulħadd bħalma naraw fil-media, lanqas fl-eqqel tagħha fis-snin 1940 u 1950,’ jikteb David M Oshinsky fil-ktieb tiegħu: ‘Polio: An American Story’. F’dawk iddeċennji għaxar darbiet aktar tfal mietu b’inċidenti u tliet darbiet aktar bil-kanċer. Oshinsky jinnota li l-biża’ mill-polio ddependa ħafna mill-fatt li jaffettwa f’daqqa u ħadd ma kien jaf kif jgħaddi minn persuna għal oħra. Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, is-surveys urew li l-unika ħaġa li kienet tbeżża’ lill-Amerikani
8
aktar mill-Polio kienet gwerra nukleari. Għall-bidu tas-snin 50 bejn 25,000 u 50,000 każ ġdid kien ifiġġ kull sena l-aktar fissajf.
2. Franklin D Roosevelt kien ta spinta qawwija biex jinstab vaċċin. Sena wara li kien innominat bħala kandidat għal Viċi President talAmerika Franklin D Roosevelt laqqat il-polio xħin kien vaganza f’Campobello Island fl-1921. Kellu 39 sena u spiċċa b’saqajh paralizzati. Fl-1938, ħames snin wara li daħal fil-White House, Roosevelt għen biex titwaqqaf inNational Foundation for Infantile Paralysis li aktar tard bidlet l-
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
injetta lilu nnifsu, lil martu u littliet subien uliedu. Ħabbar issuċċess fuq ir-radju nazzjonali fis-26 ta’ Marzu 1953.
isem għal March of Dimes Foundation li sostniet finanzjarjament lil Jonas Salk firriċerka għall-vaċċin. Sal-aħħar tas-snin 40 kienu jiġbru aktar minn 20 miljun dollaru fis-sena. 3. Salk biddel il-ħsieb ta’ kif tiżviluppa vaċċin. Filwaqt li l-predominanza talħsieb fost ix-xjenzjati kienet li vaċċin isir b’virus ħaj Salk beda jaħdem b’virus mejjet. Malli jinjetta l-virus mejjet fis-sistema tad-demm din tiskatta s-sistema immunitarja biex tiżviluppa antibodies. 4. Salk ipprova l-vaċċin fuqu nnifsu u l-familja tiegħu. Wara s-suċċess tat-tilqim ta’ eluf ta’ xadini, Salk beda l-ittestjar fuq il-bnedmin. Laqqam tfal f’żewġ istituzzjonijiet qrib Pittsburgh,
5. It-testijiet kliniċi kienu likbar esperiment tas-saħħa flistorja Amerikana. Fis-26 ta’ April 1954 tlaqqam iċċkejken Randy Kerr ta’ sitt snin. Sal-aħħar ta’ Ġunju kienu tlaqqmu 1.8 miljun ruħ, fosthom mijiet ta’ eluf ta’ tfal tal-iskola. Għall-ewwel darba ntuża d‘double blind method’ fejn la nnurses u lanqas min qed jiġi injettat ma jkun jaf jekk hux qed jirċievi t-tilqima nkella placebo. 6. Salk ma żammx id-dritt talvaċċin. Fit-12 ta’ April 1955 Salk iddikjara l-vaċċin ‘sigur, effettiv u qawwi’. Il-ġurnalista Edward R Morrow tas-CBS news staqsieh ta’ min kienet il-patent. Salk wieġeb li tan-nies. ‘Ma hemmx patent. Tista’ tagħmel patent taxxemx?’
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
Wara li sallbuh qasmu ħwejġu bix-xorti. …U qiegħdu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu miktuba: ‘Dan hu Ġesù, sultan tal-Lhud.’ Mattew 27: 35, 37 Xi għaddasa sabu vapur mgħarraq. Wieħed mit-teżori li sabu fih kien ċurkett antik taż-żwieġ. Kien fih forma ta’ id iżżomm qalb. Madwarha kien hemm il-kitba: ‘Ma għandi xejn iktar x’nagħtik’. Din il-kitba setgħet titqiegħed fuq ras Kristu fuq is-salib. Għaliex b’mewtu Kristu tana kulma kellu: ġismu, demmu, imħabbtu, ħajtu. Ma kien fadallu xejn.
#
Jien x’qed nagħti lura lil Kristu? X’qed iżommni milli nagħmel dan?
10
Tlabna lil Kristu għal fraka ramel tana xtajta. Tlabnieh qatra ilma tana oċean. Tlabnieh imħabbtu tana ġismu u demmu.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
omm iżżomm id bintha, ħarġu mill-vagun tagħhom, jiġru lejn ilħelsien waqt li jitbissmu, għad li kważi mbikkija, għax donnhom ma jistgħux jemmnu li din tagħhom hi realtà. Ħasbuha li kienet biss ħolma sabiħa. Miljuni minn nieshom u magħhom ħafna miljuni oħra mietu fil-kampijiet ta’ konċentrament li kien hemm filĠermanja, fil-Polonja u f’pajjiżi oħra okkupati min-Nażi.
Ritratt ta’ nisa Lhud jinħelsu minn ħalq il-mewt Ir-ritratt hu xhieda tal-ferħ li ħassew dawn in-nisa Lhud jiġru lejn il-ħelsien fi tmiem it-Tieni Gwerra dinjija fl-Ewropa. Kienu jafu li t-trejn li kienu fuqu kien ser iwassalhom f’kamp ta’ konċentrament u minn hemm aktarx li ma kinux ser joħorgu ħajjin. Uħud minnhom kellhom magħhom lil uliedhom li kienu ser jintemmu magħhom. Issa, f’daqqa waħda xxandret laħbar li l-Ġermanja kienet ċediet u t-trejn tal-mewt waqaf nofs triq. U hekk dawn n-nisa, fosthom
It-trejn tal-mewt sar għalihom ittrejn li tahom lura l-ħajja. Għalihom is-7 ta’ Mejju 1945 kien ifisser it-tieni jum ta’ twelidhom.
Suldat jgħin tfajjel jaqsam ilbarbed wire L-ordni kienet ċara. Is-suldati fuq in-naħa ta’ Berlin tal-Punent ma setgħux jgħinu bid-dieher lil xi ħadd minn Berlin tal-Lvant jaqsam il-barbed wire li tqiegħed fit-13 ta’ Awwissu 1961. Imma dan is-suldat ma felaħx jara tfajjel iħuf waħdu ħdejn il-barbed wire, imbikki jixxennaq li
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2021
1. Tħabbeb mal-passat tiegħek, biex ma jkissirlekx ilpreżent. 2. X’jaħseb ħaddieħor fuqek mhix affari tiegħek. 3. Iż-żmien ifejjaq kważi kollox. Tgħaġġilx. jingħaqad ma’ familtu li fil-fixla ħallewh warajhom. U waqt li jagħti titwila biex jara li ħadd mhu qed jarah, jiftaħ b’idejh ilbarbed wire biex it-tfajjel jgħaddi għan-naħa tiegħu u hekk jingħaqad ma’ familtu li min jaf kemm kienet qed tibki l-assenza tiegħu.
Dan il-ħajt ta’ firda kellu jibqa’ hemm għal kważi 30 sena. Eluf ta’ Ġermaniżi tal-Lvant ippruvaw jaqsmu lejn il-Punent biex jeħilsu mill-madmad Komunista. Kważi 600 minnhom ġew maqtula qabel raw xewqithom titwettaq. Ir-ritratt hu xhieda oħra li ebda regolament ma hu qawwi daqs ilqalb li taf tħobb u tħenn.
12
4. Ħadd ma hu responsabbli tal-ferħ tiegħek, ħlief INT. 5. Tqabbilx ħajtek ma’ ta’ ħaddieħor u tiġġudikahomx. Ma għandekx idea minn xiex inhuma għaddejjin. 6. Toqgħodx taħseb iżżejjed. Mitt sena inkwiet ma fetaħ ebda bieb. 7. Tbissem. Il-problemi tad-dinja kollha ma humiex tiegħek.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Business Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.