+L-Iben t'Alla sar Bniedem
OTTUBRU 2020 numru 650 Din li għandek f’idejk hi s-650 ħarġa tal-fuljett tagħna u tagħkom IlĦbieb Isejħu. U f’din l-okkażjoni sabiħa l-fuljett tagħna t-tnejn qed ixidd libsa ġdida. Libsa li kienet ilha f’moħħna imma diffikultajiet loġistiċi u finanzjarji żammewna li nwettqu xewqitna. F’din l-okkażjoni sabiħa rroddu ħajr lill-Mulej Ġesù tal-għajnuna li tana tul dawn il-55 sena ta’ pubblikazzjoni. U mal-Mulej irroddu ħajr lill-mijiet ta’ ħbieb li għenuna tul iż-żmien. Fosthom dawk li jirreklamaw fih, dawk li jsostnuna b’għotjiet ġenerużi, dawk il-ħbieb li jorganizzaw għalina coffee morning kull Novembru, dawk li jiktbu xi artiklu fih u dawk li tul is-snin dejjem tawna dik l-imbuttatura ’l quddiem b’kummenti ta’ kuraġġ u inkoraġġiment. Fosthom issuperjuri Musewmini Victor Delicata u John Formosa li tant ħabbew dan il-fuljett. Xieraq ukoll insemmu lil dawk il-qlub ġenerużi li kull xahar iterrqu madwar ir-raħal biex iwasslu dan il-fuljett fi djar ilqarrejja u lill-ħbieb tagħna Sammy u Silvana Portelli (Portelli Print) li tul ħafna snin tawna cover ikkulurit għall-fuljett u la qatt ħadu ċenteżmu tax-xogħol u lanqas tal-materjal. Il-fuljett għamel bosta ħbieb f’dawn is-sitt mija u ħamsin xahar. Forsi iktar milli qatt ħaseb is-saċerdot twajjeb Dun Mikiel Attard li welldu, ħabbu u sostnieh tul ħajtu kollha. U miegħu xieraq insemmu wkoll benefattur ieħor – Dr Coronato Grech li issa ilu għal mijiet ta’ ħarġiet ma jonqos qatt li jgħaddilna l-artikli tiegħu li jkopru enċiklopedija sħiħa ta’ suġġetti varji. Dawn kollha jifirħu magħna f’din l-okkażjoni sabiħa tas-650 ħarġa… issa mwassla b’mezz ferm iktar modern mill-ħarġiet ta’ qabel. Jalla din il-libsa ġdida tħajjar iktar qarrejja u iktar ħbieb li jattendu għallaqgħa tal-ġuvintur tal-ewwel Sibt li magħha l-fuljett tagħna kien dejjem marbut.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Virginia Hall Graves tirrakkonta li meta kienet qed tistenna t-twelid tat-tarbija tagħha poġġewha f’kamra tal-isptar fejn ġa kien hemm mara oħra, Anne, li bħalha kienet fl-aħħar sigħat tat-tqala. Virginia u Anne saru ħbieb. It-tnejn jistennew dak il-mument sabiħ meta kienu ser jagħtu kreatura ġdida lid-dinja. It-tnejn kienu ferħanin għax kienu jemmnu li kull twelid hu att ieħor ta’ mħabba tal-Mulej. Sabu li l-fidi u r-reliġjon kienu jfissru ħafna għalihom.
Esperjenzi meħudin minn sorsi differenti fosthom Stories for the Heart miġbura minn Alice Gray
2
It-trabi twieldu kważi fl-istess ħin. U għal xi jiem Virginia u Anne baqgħu fl-istess kamra ferħanin bit-trabi ġodda tagħhom. Iżda waqt li Virginia kienet qed ikollha ħafna viżitaturi Anne kważi ma kellha lil ħadd għajr żewġha u l-ġenituri tagħha. Virginia spiċċat biex tkun imdawra bi fjuri sbieħ għax ħbiebha riedu jaqsmu l-ferħ tal-okkażjoni magħha iżda l-bukketti ta’ Anne kont tgħoddhom fuq id waħda u jibqagħlek swaba’ bla mimsusa. Virginia ħasset diqa f’qalbha
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020 għad li Anne qatt ma gergret. Virginia riedet tagħmel xi ħaġa. Meta ġew il-ġenituri tagħha qaltilhom li xtaqet li Anne jkollha wkoll bukketti ta’ fjuri bħalma kellha hi u talbithom iwasslu l-messaġġ lil ħbiebha. U f’kemm ili ngħidlek anke s-sodda ta’ Anne bdiet timtela b’ħafna bukketti ta’ fjuri b’messaġġi marbuta ma’ żigarelli li kienu juru l-ferħ tagħhom għat-twelid tat-tarbija tagħha. “La int ħabiba ta’ Virginia int ħabiba tagħna wkoll.” Anne ma setgħetx tifhem x’kien ġara. U meta fehmet bdiet tibki bil-ferħ għax rat il-qalb tajba ta’ Virginia.
Wara din il-ġrajja l-familji ta’ Virginia u Anne nfirdu. U għax kien hemm distanzi kbar mid-djar ta’ xulxin il-ħbiberija rrendiet ruħha b’xi telefonata fi ġranet speċjali fosthom meta kien jaħbat il-birthday ta’ wliedhom. Iż-żmien għadda. It-tfal kbiru. Iżda għal Virginia kienu ġejjin ġrajjiet ta’ diqa kbira għax binha li issa kellu 21 sena kien marad b’marda terminali li għaliha ma kienx hemm fejqan. Id-diqa tagħha kotrot bi sħiħ meta rat lil binha jitlef il-battalja tiegħu mal-mewt. Iżda f’nofs din id-dieqa Virginia rċeviet ftit fjuri mingħand ħabibtha
u mal-fjuri kien hemm żigarelli li kienu jdawru l-bukketti li darba Anne kienet irċeviet fit-twelid ta’ binha. Kienet żammithom b’sens ta’ għożża. Issa kien wasal iż-żmien li tiċċaħħad minnhom biex issabbar qalb muġugħa. Ħbieb Virginia skantaw meta raw iż-żigarelli għax dawn kienu żigarelli ta’ twelid u mhux ta’ mewt. Iżda Virginia fehmet il-messaġġ ta’ ħabibtha. Riedet tgħidilha li għal min jemmen il-mewt mhix it-tmiem. Binha kien twieled mill-ġdid din id-darba fi ħdan il-Mulej fejn la hemm biki u lanqas dmugħ u fejn il-mewt ma tibqax tifred qlub u tkisser imħabbiet. Weħidha fil-kamra fejn darba kien joqgħod binha Virginia ħasset li minn tant fjuri u messaġġi li rċeviet kienet ħabibtha Anne l-iktar li tatha faraġ għax fakkritha li l-firda minn binha ma kinitx dejjiema. Xi darba għad jerġgħu jiltaqgħu. Quddiem ġrajjiet iebsa bħal dawn hija biss il-fidi li tagħtik nitfa dawl f’mina mimlija dlam. U dak kien li għamlet Anne ma’ ħabibtha. Iżda dan kollu ma kienx iseħħ kieku snin qabel Virginia ma bexxqitx qalbha għall-imħabba.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna:
Huwa fenomenu komuni, u familjari, imma jekk taħseb ftit huwa daqsxejn stramb ukoll. Għaliex, xħin jibda jidlam, kollox jitfi filkulur sakemm naraw fil-griż, iswed u abjad? X’ikun qed jiġri? Wara kollox kif naraw bil-kulur? U x’inhuma l-kuluri? Id-dawl ‘abjad’ huwa magħmul (kif sab Isaac Newton fis-sena 1666) mill-firxa ta’ kuluri msejħa ‘spektrum’. Dawn huma aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu u vjola. Ta’ min jinnota li, almenu fixxjenza, l-iswed mhux ikkunsidrat kulur, għax huwa n-nuqqas ta’ dawl; u lanqas l-abjad ma huwa kulur għax huwa taħlita tal-kuluri l-oħra kollha. Aħna naraw loġġetti fil-kulur meta dawn jassorbu biċċa mill-kuluri tal-ispektrum u jirriflettu oħrajn. Per eżempju werqa ta’ pjanta tidher ħadra għax tassorbi l-kuluri kollha barra l-aħdar, li jiġi rifless. L-għajnejn tal-bnedmin huma sensittivi ħafna għal dik il-parti talispektrum tax-xemx li ngħidulha ‘viżibbli’. U dan mhux b’kumbinazzjoni. Għajnejna evolvew fl-ambjent ta’ wiċċ din ilpjaneta fejn ir-radjazzjonijiet l-oħra, li huma fil-biċċa l-kbira perikolużi għall-ħajja, huma mwaqqfa mill-atmosfera. Xi annimali huma sensittivi għal ftit infra red u ultraviolet li jgħaddu millatmosfera. Ħafna mill-annimali, imbagħad, anke dawk familjari, jaraw id-dinja differenti sew minna. Huma x-xadini, ħafna millgħasafar u mill-ħut, li jaraw l-iktar bħalna.1 1. Anke l-barri ma jarax l-aħmar tal-bandiera tal-matador. Xi nies b’mard ġenetiku wkoll ma jarawx kuluri, partikularment l-aħmar. Forsi l-iktar pazjent famuż huwa l-Ingliż John Dalton (1766-1844) li beda t-teorija atomika moderna.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Issa l-għajnejn huma organi tal-għaġeb2. Flimkien mal-moħħ jagħtuna stampa ta’ x’qed jiġri madwarna u minn din linformazzjoni kapaċi ngħixu l-ħajja ta’ kuljum. Bażikament l-għajn tixbah lill-kamera tar-ritratti. Fiha toqba quddiem (il-pupilla) minn fejn jidħol id-dawl3 li mbagħad jiġi iffokat minn lenti fuq rita kkumplikata (ir-retina) n-naħa ta’ ġewwa. Mir-retina sensiela ta’ nervituri jwasslu l-informazzjoni viżiva għan-naħa ta’ wara tal-moħħ fejn kollox jiġi interpretat. Issa din ir-retina fiha prinċipalment żewġ tipi ta’ ċelloli sensittivi għad-dawl. Hemm dawk li jissejħu ‘koni’, u dawk jissejħu ‘virgi’ u dan minħabba l-għamla tagħhom. Kull għajn fiha madwar sitt miljun koni, li jinsabu qrib innofs dritt wara l-lenti, u madwar 120 miljun virgi, imferrxin malbqija tar-retina. Interessanti li limmaġini fuq ir-retina ta’ dak li qed naraw, hija (bħal ta’ fuq ilfilm ta’ kamera ) rasha ’l isfel. Huwa l-moħħ li jirranġaha u jinterpretaha. Issa miċ-ċelloli tar-retina, il-koni huma sensittivi għall-kuluri, imma dawn ma jaħdmux meta hemm dawl baxx, waqt li l-vireg jaħdmu tajjeb f’dawl baxx imma dawn ma humiex sensittivi għal kulur. Għalhekk xħin jidlam l-ambjent jieħu dik id-dehra griża, sewda, u mudlama tant familjari ta’ bil-lejl! 2. Fil-fatt dawk li, influwenzati mill-Bibbja, jirrifjutaw l-evoluzzjoni, aktarx li jġibu l-għajn bħala eżempju ta’ kumplikazzjoni kbira li impossibbli li evolviet minn xi ħaġa iktar sempliċi. Anke Darwin ammetta li l-għajn hija problema. Madankollu, llum nafu tajjeb kif l-għajn talmammiferi evolviet, u dan anke b’eżempji f’annimali oħra differenti. 3. Id-daqs tal-pupilla jvarja skont l-ammont ta’ dawl. Meta hemm ħafna dawl tiċkien u meta hemm ftit dawl, tinfetaħ. U f’ċerti annimali, eż qtates u kukkudrilli, lanqas hija tonda.
5
Raġunar partikolari L-iskrivan li kien qed jimla l-karti taċċensiment staqsa lil mara kemm kellha żmien. U hi wieġbet hekk: “Meta żżewwiġt żewġi kellu 40 sena u jien kelli għoxrin. Jiġifieri l-età tiegħu kienet id-doppju ta’ dik tiegħi. Illum żewġi għandu 60 mela jien għandi 30!”
Skont fuqiex tiffoka Manifattur taż-żraben għamel reklam li jgħid: ‘Biżżraben tagħna ma tħossx ksieħ.’ Reklam li kien fjask. Biddluh biex jgħid: ‘Iż-żraben tagħna jżommulek riġlejk sħan.’ Dan ħalla ħafna iktar riżultati tajbin.
Anke fil-ħajja… aħjar tiffoka fuq il-pożittiv milli fuq in-negattiv.
Darba Lincoln qal lil ta’ madwaru: “Meta tiltaqa’ ma’ kelb feroċi tih id-dritta ħalli jibqa’ għaddej bla ma jagħtik fastidju. Għax jekk tiqaflu jigdmek u mbagħad anke jekk tasal li tispara għalih u toqtlu xorta jkollok issofri l-konsegwenzi tal-gidma.”
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Taħbil il-moħħ Student irċieva riżultat li ma tantx kien tajjeb. Kien ħa D meta ppretenda ftit aħjar. Mar fejn il-professur u qallu: “Sur Professur, ippermettili nagħmillek mistoqsija. Jekk iġġibha agħtini F flok D. Jekk ma ġġibhiex u l-istudenti tal-klassi jkunu jafuha agħtini A flok D.” Il-professur aċċetta. “X’qed jiġri madwarna li hu legali imma mhux loġiku… loġiku u mhux legali, u la hu loġiku u lanqas legali?” Il-professur ma kienx jafha u wara staqsa lill-istudenti. Kienu jafu listorja kollha. Qalulu: “Hu legali li int żżewwiġt tfajla ta’ 22 sena iżda mhux loġiku. Hu loġiku li din it-tfajla jkollha student bħala maħbub moħbi tagħha imma mhux legali. U mhux loġiku u lanqas legali li dan listudent issa ser jieħu A flok D.”
Loġika Ix-xjentist John Haldane darba ltaqa’ ma’ Mons Ronald Knox, skular kbir bibliku u qallu: “Hawn tant miljuni ta’ kwiekeb mhux ħaġa kbira li kien hemm il-ħajja f’waħda minnhom!” U Mons Ronald Knox wieġeb: “Bl-istess argument ngħidlek: hawn tant miljuni ta’ karozzi fid-dinja, mhux ħaġa kbira li f’waħda minnhom issib tarbija. Naħseb li xorta trid tkun taf kif it-tarbija sabet ruħha f’karozza partikolari.” Il-bidu tal-ħajja jwasslek bilfors għand Alla.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
650 sejħa… Ottubru 1966 – Ottubru 2020 650 sejħa li jfissru 650 xahar… kważi 650 laqgħa li kieku ma kellniex nieqfu f’April 2020 minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qed inġibu l-fuljetti li kienu l-50, 150, 250 ….. Fil-ħarġa numru 50 (Novembru 1970) il-fuljett kien għadu jiġi stampat fuq karta waħda. Kien Jannar 1974 li l-fuljett ħa l-forma li għandu llum.
Sejħa 150—Marzu 1979
Sejħa 50 Novembru 1970
Sejħa 250—Ġunju 1987
Sejħa 450—Frar 2004
Sejħa 350 Ottubru 1995
Sejħa 550—Ġunju 2012
8
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Kienu okkażjonijiet sbieħ ħafna meta frott il-fuljett tagħna Il-Ħbieb Isejħu rnexxielna nippubblikaw sitt volumi ta’ stejjer li flimkien għandhom 3000 storja. Intlaqgħu tajjeb ħafna minn min iħobb listejjer, mill-katekisti, predikaturi u għalliema li jridu jżejnu llezzjoni/laqgħa tagħhom bi ġrajja li tkompli tenfasizza l-punti prinċipali. U xi ċajta tajba ’l hinn u ’l hawn ma tonqosx. U x-xogħol fuq is-seba’ volum ġa beda….
L-Ewwel Volum Novembru 1992 It-Tieni Volum Novembru 1993
It-Tielet Volum Marzu 2000 Ir-Raba’ Volum Settembru 2005
Il-Ħames Volum Diċembru 2010
Is-Sitt Volum Mejju 2017
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
“Lili, l-iżgħar fost il-qaddisin kollha, mogħtija din il-grazzja li nxandar lill-pagani l-għana bla tarf ta’ Kristu.” Efesin 3:8 Il-Melrose Suspension Bridge fuq in-Niagara kien l-ewwel li għaqqad l-Istati Uniti mal-Kanada. Inbena mill-inġinier Theodore Elliot b’dan il-mod. Tajra b’ħajta mqabbda magħha għaddewha min-naħa għall-oħra. Mal-ħajta rabtu ħabel irqiq u għaddewh bil-kontra. Imbagħad baqgħu jħaxxnu l-ħbula sakemm għaddew l-azzar li kellhom bżonn. Li kieku San Pawl qed jikteb illum forsi jsemmi din it-tixbiha. Alla jinqeda b’dak li hu dgħajjef biex iwassal għas-sod.
#
Kif qed nipprova nsaħħaħ il-fidi tiegħi?
10
Jien xrara, għamilni nar jien korda, għamilni arpa. Amado Nervo
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Matul iż-żminijiet ittieħdu miljuni ta’ ritratti imma waħdiet donnhom baqgħu fil-memorja. Dawn huma xi wħud minnhom… 1. Ritratt: Morin Amerikan ibus ners f’nofs pjazza fi New York Morin Amerikan kien għaddej mill-pjazza meta tħabbar li l-Ġappun kien ċeda u hekk spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan il-morin tant feraħ bl-aħbar li bla ma forsi ntebaħ x’kien qed jagħmel ħaddan ners li inzertat għaddejja minn ħdejh u biesha. Qatt ma kienu ltaqgħu qabel. Kienet bewsa spontanja frott il-ferħ li ħass bl-aħbar ta’ tmiem il-gwerra. Tant sar famuż irritratt li l-ġurnalisti bdew ifittxu lidentità tal-morin u tan-ners u fl-aħħar skoprew li l-morin kien George Mendonza u n-ners Greta Friedman. Dan ir-ritratt ittieħed fl-14 ta’ Awissu 1945 minn Alfred Eisenstaed li inzerta kien hemm bil-kamera u meta ra l-morin iħaddan in-ners ġibed irritratt. Is-sabiħa hi li fl-istess pjazza kien hemm it-tfajla ta’ dan ilmorin (Rita Petrie) li milli jidher ma tantx ħadet għaliha għax filfatt xorta żżewġet lil George u damu miżżewġin ħajjithom kollha. George miet fl-2019 u Greta mietet ftit qabel fl-2016. Saru famużi proprju minħabba dan ir-ritratt li ħafna jqisuh bħala dikjarazzjoni spontanja u sublimi ta’ kemm hi sabiħa l-paċi. 2. Ritratt: Elizabeth Eckford dieħla l-kulleġġ ta’ Little Rock f’Arkansas 1957 Fir-ritratt meħud minn Will Counts, Elizabeth Eckford tidher dieħla għall-ewwel darba fil-kulleġġ ta’ Little Rock f’Arkansas.
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2020
Madwarha għexieren ta’ ġenituri u studenti jidhru jipprotestaw għax Elizabeth kienet studenta ta’ karnaġġjon skur u sa dak iżżmien (1957) dan il-kulleġġ kien jaċċetta biss studenti bojod. Ftit ’il bogħod minn Elizabeth tidher studenta li kien jisimha Hazen Bryen li kienet qed tgħajjat b’ħanġra daqsiex kontra dan it-taħlit ta’ suwed ma’ bojod. Iżda minkejja kull protesta l-kulleġġ baqa’ għaddej anke meta xi ġenituri, fosthom omm Hazen, ħarġu lil uliedhom millistess Kulleġġ biex juru l-għadab tagħhom. Maż-żmien bosta studenti suwed oħra daħlu fil-kulleġġ sakemm listudenti suwed kienu jagħmlu parti integrali mit-total talpopolazzjoni tal-università. F’għeluq l-40 sena minn din il-ġrajja – 1997 – il-President Clinton (imwieled f’Arkansas) ried jagħmel ċerimonja ta’ tifkira b’omaġġ lejn Elizabeth Eckford li minkejja tant tgħajjir u theddid baqgħet tattendi xorta waħda fil-kulleġġ ta’ Little Rock. U għal din lokkażjoni l-organizzaturi riedu jlaqqgħu flimkien il-protagonisti ta’ dan ir-ritratt jiġifieri lil Elizabeth u Hazel. U rnexxielhom. Fil-laqgħa Hazel talbet maħfra għal għemilha u għamlet ukoll apoloġija pubblika. U Elizabeth iddikjarat li ħafret lilha u lil dawk kollha li kienu għamluha tant diffiċli għaliha li tkompli l-istudji tagħha fil-kulleġġ ta’ Little Rock. Mhux biss imma fi snin ta’ wara dawn iż-żewġ persunaġġi kienu kull tant żmien iżuru skejjel fl-Istati Uniti biex ixandru l-ġid li joħroġ meta razez differenti jintegraw ma’ xulxin. Kienu jsostnu li s-saħħa Amerikana tinsab proprju f’din lintegrazzjoni. Li tiddiskrimina minħabba il-kulur tal-ġilda żgur li mhux spirtu 12 Nisrani.