4 minute read

RINNOVABBLI, SIGURA U AFFORDABBLI

Russi, li bħalissa qed jiswew lill-kontributuri Ewropej kważi €100 biljun fis-sena.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) hija fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-Pjan REPowerEU, u se tipprovdi finanzjament addizzjonali mill-UE. Jeħtieġ li l-Istati Membri jżidu kapitlu għal REPowerEU mal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom biex jidderieġu l-investimenti lejn il-prijoritajiet ta’ REPowerEU u jagħmlu r-riformi meħtieġa.

Advertisement

L-Istati Membri jistgħu jużaw is-self li jifdal mill-RRF (attwalment €225 biljun) u l-għotjiet ġodda mill-RRF iffinanzjati mill-irkantar tal-kwoti tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, li attwalment jinsabu fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, b’valur ta’ €20 biljun.

Sur Editur, Dejjem ngħidha u se nerġa’ ngħidha. Mur ġib li nkunu aħna l-Laburisti li nipprotestaw qisna qatta indannati. Mur ġib li konna aħna l-Laburisti li għamilna protesta quddiem il-Parlament u ġibna ruħna kif ġabu ruħhom tal-partit tagħhom. Ajma ħej, kieku! Mur żommhom, Sur Editur!

Hekk għidtilha l-Melda tiegħi, meta konna qed nieħdu platt minestra, għax xi trid tagħmel fix-xitwa biex tisħon hux. Għidtilha, aħna nisħnu bil-minestra u huma saħnu mal-barrikati tal-pulizija. X’kull waħda wkoll!

Wara li ġimagħtejn ilu rajna kif il-Kummissjoni Ewropea qed tnaqqas ftit mid-dipendenza fuq ir-Russja għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, illum se nagħtu ħarsa kif wieħed jista’ jgħin billi jiffranka l-konsum tal-enerġija tiegħu. Dan f’qafas li bdejna nitkellmu sabiex ikollna enerġija aktar affordabbli u sigura.

L-iffrankar tal-enerġija. L-iffrankar tal-enerġija huwa l-irħas u l-aktar mod sikur u nadif biex innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq l-importazzjonijiet tal-fossil fuels mir-Russja. Ilkoll kemm aħna nistgħu nkunu involuti faċilment fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tagħna, mill-konsumaturi u n-negozji għas-setturi industrijali kollha. Flimkien mal-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija, l-azzjonijiet individwali tagħna se jkollhom impatt pożittiv fuq il-prezzijiet - billi jnaqqsu direttament il-kontijiet tagħna tal-enerġija, billi jagħmlu lill-ekonomija tagħna aktar reżiljenti u billi tkun aċċellerata t-tranżizzjoni tal-UE lejn enerġija nadifa.

Hemm bosta metodi kif jista’ jonqos il-konsum tal-enerġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum:

• Tnaqqis tat-temperaturi tat-tisħin jew l-użu ta’ inqas arja kkundizzjonata

• L-użu ta’ apparat domestiku b’mod aktar effiċjenti

• Sewqan aktar ekonomiku

• Bidla lejn aktar trasport pubbliku u mobbiltà attiva

• It-tifi tad-dawl

Aħna li nagħmlu użu mill-enerġija jeħtieġ li jkunu konxji tal-aħjar opportunitajiet ta’ ffrankar u tal-passi l-aktar effettivi li jistgħu jieħdu. Il-Kummissjoni se tappoġġja liċ-ċittadini b’informazzjoni mmirata biex tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati u xiri effiċjenti fl-enerġija.

Qed issir ħidma flimkien ukoll ma’ organizzazzjonijiet bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jiġi identifikat u ssir promozzjoni tal-azzjonijiet l-aktar effettivi għall-iffrankar tal-enerġija.

L-azzjonijiet ewlenin għall-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda tar-reżiljenza fl-SMEs

Il-finanzjament ta’ REPowerEU. Huma meħtieġa investimenti addizzjonali ta’ €210 biljun bejn issa u l-2027 biex tintemm gradwalment l-importazzjonijiet tal-fossil fuels

Sorsi oħra ta’ finanzjament ta’ REPowerEU jinkludu:

• il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni

• il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

• il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

• il-Fond għall-Innovazzjoni

• il-finanzjament mill-UE u dak nazzjonali b’appoġġ għall-objettivi ta’ REPowerEU

• il-miżuri fiskali nazzjonali

• l-investiment privat

• il-Bank Ewropew tal-Investiment

Ħidma mas-sħab internazzjonali L-Ewropa qed tipprova tibni sħubijiet fit-tul li huma ta’ benefiċċju reċiproku – b’hekk tinagħta spinta lill-enerġija rinnovabbli u tiżdied l-effiċjenza enerġetika fid-dinja u tikber il-koperazzjoni fuq it-teknoloġija ekoloġika u l-innovazzjoni. Il-pjattaforma tal-enerġija tal-UE l-ġdida se jkollha rwol ewlieni fil-ġbir flimkien tad-domanda u se tikkordina l-użu tal-infrastruttura, tinnegozja mas-sħab internazzjonali u tħejji biex il-gass u l-idroġenu jibdew jinxtraw b’mod konġunt.

Azzjonijiet:

• Żieda fil-konsenji ta’ gass naturali likwifikat (LNG) mill-Istati Uniti u l-Kanada u pipeline u gass LNG min-Norveġja

• Intensifikazzjoni tal-koperazzjoni mal-Ażerbajġan, speċjalment dwar il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar

• Ftehimiet politiċi ma’ fornituri tal-gass bħall-Eġittu u l-Iżrael biex jiżdiedu l-provvisti tal-LNG

• Jinbeda mill-ġdid id-djalogu dwar l-enerġija mal-Alġerija

• Koperazzjoni kontinwa ma’ produtturi ewlenin fil-Golf, inkluż il-Qatar, kif ukoll mal-Awstralja

• Kordinazzjoni ma’ xerrejja tal-gass bħall-Ġappun, iċ-Ċina u l-Korea

• Esplorazzjoni tal-potenzjal tal-esportazzjoni tal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana bħan-Niġerja, is-Senegal u l-Angola

L-UE se tkompli taħdem ukoll mal-G7, mal-G20 u ma’ fora internazzjonali oħra, inklużi l-OPEC u l-AIE, biex tiżgura swieq globali taż-żejt li jiffunzjonaw tajjeb.

Dan jikkonferma kemm kienet deċiżjoni bil-għaqal dik tal-Gvern Malti, li mhux biss ħares lill-familji Maltin u Għawdxin imma wkoll għen lin-negozji u lill-SMEs sabiex bħala pajjiż inkunu dejjem aktar kompetittivi. Xi ħaġa li sentejn wara, qed tiġi kkuppjata minn Gvernijiet oħra Ewropej.

Għall-protesti paċifiċi ma tirbħilhomx lil tal-partit tagħhom. Vera jafu jagħmluhom, Alla jbierek. Għax riedu jaqilgħu l-barrikati u jidħlu l-Parlament akkost ta’ kollox. Minn fuq il-pulizija riedu jgħaddu. Kemm huma anġli tal-paċi, jaħasra.

Din l-istess bħal meta għamlu protesta oħra ftit tas-snin ilu. Jekk niftakar sew, xi erba’ snin ilu, meta Karol “il-boxer” l-Aquilina kien ħebb għal wieħed minn tagħna. U beda jipprovokah. U nqala’ kjass sħiħ, niftakar. Sal-karozzi tal-ministri tagħna kienu pprovaw ikissru. Kienu għamlu l-ħsara fuq xi karozza ta’ wieħed minnhom, niftakar ukoll. Imma meta raw lil tagħna jibqgħu kalmi u ma jaqgħux għall-provokazzjoni ċara, bdew taparsi jaqgħu taħt il-karozzi tal-ministri, biex iġibuha li tagħna saqu fuqhom. Imsieken! Iva, protesta oħra mill-anġli tal-paċi kienet dik. Insomma, ta, ma tantx neħodha bi kbira. Għax jitkaxkru mill-eżempju, bħan-nagħaġ ta’ Bendu. Storja sħiħa ta’ kapijiet tal-bullies għandhom. Ibda minn dak tal-ktieb il-ġdid li jitfa’ dawl fuq il-ħajja tal-President Emeritu, eks Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministru li biddel wiċċ il-politika Maltija, Eddie! Eddie! Eddie! Mhux kliem tiegħi dan, Sur Editur. Kliem tagħhom. Jien għalija, dan l-Eddie niftakru jipprovoka u jistaqsi fejnhom il-Laburisti. Ma naħsibx li niżżluha fil-ktieb din. U niftakru fin-Ninety Nine, ħiereġ mill-qorti f’kawża ta’ libell kriminali li kien għamel lil Glenn Bedingfield. U kif ra folla tagħna quddiem il-qorti, qagħad iħares b’dik il-ħarsa ta’ wieħed qisu qed jogħmod bubble gum lejhom. Provokazzjoni għalija kienet dik. Imbagħad, beda jġebbed fid-deputati tagħna, li niftakar żgur lil Michael Farrugia, Evarist Bartolo u George Vella. Ried idaħħaq dakinhar. Kien pass ieħor fil-mixja tiegħu biex ibiddel wiċċ il-politika Maltija, hux. Imbagħad telaq għal għonq it-triq imdawwar bil-bodyguards u kien hemm xi ħadd għaddhielu kumment u balleċ, ma darx biex imur jieħu s-sodisfazzjon! Imma kienu żammewh. Ma naħsibx lanqas li niżżluha din, fil-ktieb li jitfa’ dawl fuq il-ħajja tal-President Emeritu, eks Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministru li biddel wiċċ il-politika Maltija, Eddie! Eddie! Eddie!

Għax naħseb li mhux wiċċ il-politika Maltija kien ried jibdel dakinhar, Sur Editur, imma nista’ nkun żbaljat.

Mela l-Ħadd li għadda, dak li bħalissa qed jieħu rikba minn fuq Adrian il-Grech, ma għamilx diskors politiku li vera kien dehen ta’ wieħed li jħobb il-paċi, Sur Editur! Mistagħġbin kemm tmasħan il-boy!

U ta’ defensor pacis, u li jaspira li jgħaqqad pajjiż sħiħ warajh meta lanqas kapaċi jgħaqqad partit ma għandu, infexx f’tgħajjir kontrina l-Laburisti u kontra l-għażiż Prim tagħna. X’ma jeħdux l-eżempju tal-kapijiet tagħhom u kull meta jipprotestaw ikunu jridu jkaxkru l-barrikati tal-pulizija, jitfgħu subgħajhom f’wiċċ il-pulizija u jriegħdu kull m’hemm!

Iva, aħna l-Laburisti vjolenti, Sur Editur!

Bilħaqq, kienu qegħdin sew id-deputati tiegħu warajh, il-Ħadd li għadda! Jien u Melda l-għors tagħna nħarsu lejhom u nippruvaw naqtgħu ma’ liema fazzjoni kienu dawk ta’ warajh. Jekk hux ta’ kontrih, ta’ kontra ta’ kontrih, jew ta’ ala biebhom minnu. Melda tiegħi rebħitli fiha din. Għax immarkat lil Claudette “Sellili għal Delia” l-Buttigieg de Desire Pace. U bħala penitenza tar-Randan se jkolli nagħmel sal-Ħadd ta’ wara naħsel il-platti mdelkin bil-fdal tal-minestra, biex nisħnu naqra fix-xitwa hux! Għad-dieħla!

This article is from: