Issuu on Google+

MIEL

DURIEUX

GIHEF

SAVOIA

VANYDA

Nifs Ġdid

Il-Kummissjoni Ewropea


La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem il-Kummissjoni mhuma responsabbli mill-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab f’dan id-dokument.

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea Numru tat-telefon ġdid bla ħlas (*):

00 800 6 7 8 9 10 11 (*) Ċerti operaturi tat-telefonija ċellulari ma jippermettux aċċess għan-numri 00 800 jew inkella dawn it-telefonati jistgħu jkunu bi ħlas.

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tasserver Europa (http://europa.eu). Informazzjoni dwar il-katalogar kif ukoll astratt tinsab fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-Lussemburgu: l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2010 ISBN 978-92-79-13898-0 doi: 10.2767/75732 © L-Unjoni Ewropea, 2010 Ir-riproduzzjoni għal skopijiet mhux kummerċjali hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali. Printed in Germany Stampat fuq karta bajda ħielsa mill-klorur Tfassil u implimentazzjoni tal-bords bd: www.letitbee.be


MIEL

DURIEUX

GIHEF

SAVOIA

VANYDA

Nifs Ġdid


Julie


L-OLANDA 1995 Din is-sena, aħna t-tlieta waħedna u ħadd aktar. Ommok tista’ tkampa mingħajrna għal għaxart ijiem, għal darba!

Imma qatt ma ddejjaqt meta kienet tieħu ħsieb lil Julie meta kont taħdilmlu l-overtime lill-imgħallem tiegħek.

Diġà tkellimna fuq dan. Kollox ibbukkjat. Issa naqra tard wisq biex nreġġgħu l-affarijiet lura, u ħu l-affarijiet daqsxejn bil-kalma! Moħħok jiġri żżejjed!!

Tħallatx ħaġa m’oħra! Qed ngħid biss li nixtieq nieħu vaganza ta’ vera fl-aħħar, waħdi ma’ żewġi u ż-żgħira, mingħajr il-kunjata.

Tajjeb ħafna. Mela l-vaganzi mingħajri se jkunu!

5


ĦMISTAX-IL SENA WARA.

Ma!? Ma?

Ħello ma!

Pfffffff...

6

Il-mamà għajjiena ħafna ħanini... Issa mmoru norqdu raqda tajba!


Ittra rreġistrata...

Grazzi... It-tielet waħda f’ġimgħa, qishom ftiehmu!

Sejrin il-belt illum... Nieħdu ġelat, nagħmlu naqra shopping u nonfqu l-aħħar ftit flus li fadlilna. X’taħseb Katrin ?

Skużani... Kont nippreferi nġiblek xi kartolina! Daqs kemm għandek tbissima ħelwa... Dak kollox, iffirma hawn! U l-ġurnata t-tajba xorta waħda!

Xi pjaċir!! Imma jiena għandi xi ftit flus fil-karus, tista’ teħodhom!

7


Iva jien! Le Ma! Għaliex qiegħda terġa’ ċċempilli!? Ħallini ngħix ħajti kif irrid! U b’mod speċjali ’l bogħod minnek!!

Kif se tkampa? Ma tħallinix ngħinha! Għandi l-impressjoni li tobgħodni minn mindu ġara... minn mindu ġara l-inċident.

Toqgħodx tħossok ħatja, m’inti responsabbli għal xejn... Issa hekk huma l-affarijiet. Id-destin... Forsi xi darba...

Qed tibki, ma?

Tlaqna!

Le tinkwetax... Daħalli t-trab f’għajnejja...

8

Festa llum!


Le, jiddispjaċini: jidher li ma fadalx biżżejjed flus. Tista’ tħallas bi flus kontanti?

Le.

Julie!? Hux int Julie? Lanqas temmen!!

Għandek xi problema bil-kard? Stenna. Ħa nħallas kollox b’tiegħi.

Isma, niddejjaq.

Tinkwetax, imbagħad nirranġaw wara!

Imma x’kumbinazzjoni! X’qed tagħmel hawn? Dan l-anġlu kustodju tiegħek?

9


Sandy. Ħabiba tat-tfulija. Tlifna l-kuntatt wara li tlaqna.

Min kienet dik is-sinjura ġentili, ma?!

Il-ġenituri tagħna jafu lil xulxin sew. Xi kultant konna nsiefru għall-vaganzi flimkien.

Bonġu, qed inċempel għax-xogħol ta’ waitress...

’ ta ti i er ieg Off mpj i

10

Jiddispjaċini, għadhom kif ħaduh ix-xogħol...


Se nilbsu sabiħ it-tnejn li aħna. Se mmorru nieklu għand Sandy illum!

yesss! nista’ nġib is-soft toy miegħi ma?

X’dar ħelwa! U dan il-ġnien, ħelu wisq!

Grazzi, ma kellekx għalfejn! Qalbek tajba: sbieħ ħafna!

Din l-ewwel darba, qatt ma kont dħalt ġo ħanut tal-fjuri qabel!

Kont tħobb tiġbor il-fjuri fil-bosk u tagħmel il-bukketti inti stess, tiftakar, fi Franza?

11


Allura, għidli naqra! X’qiegħda tagħmel bħalissa? Kont toħlom li tkun preżentatriċi fuq it-televixin. Kont temminha ħafna!

Tajjeb, jidher li rnexxejt! U tidher wiċċek għad-dawl!

U int, x’sar minnek?

12

Vera, kont insejt! Naħdem fis-settur tal-komunikazzjoni, iżda f’qasam inqas attraenti: marketing.

Eh jien, mhux li mexjin sew l-affarijet!

U missier Katrin, x’jagħmel?

M’għandix xogħol għalissa! U meta jkolli qatt ma jdum wisq. Kelli nitlaq l-istudju meta tlaqt mid-dar, u allura m’għandix kwalifika speċifika, ma tantx jgħin!

Tlaqtu meta sirt naf li kont tqila. Ma ridtx li jsir jaf. Huwa raġel miżżewweġ, u bl-età li għandu jista’ jiġi missieri. Kien inċident. Imma ma jiddispjaċini xejn.


Taf, mhuwiex tard wisq biex terġa’ tibda tistudja...

Qatt smajt bl-iskola tat-tieni opportunità? Ommok tista’ tieħu ħsieb lil Katrin matul il-ġurnata?

U min jieħu ħsieb it-tifla? U barra minn hekk qatt ma kont tajba fl-iskola...

Mhux qed naraha aktar... Qtajt naqra l-kuntatt...

Jiġuni flashbacks, xbihat tal-inċident li ma jħallunix bi kwieti... Meta jiġri dan ma nkunx nista’ nikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħi.

Għaliha, il-ħajja kompliet qisu qatt ma ġara xejn. Malajr sabet lil xi ħadd floku. Bosta drabi fil-fatt.

Għalija, ħadd ma jista’ jieħu post missieri. Meta wieħed min-namrati tagħha ġie jgħix id-dar, tlaqt. Għaliex? Għandek aptit tikellem dwar dan?

Sitwazzjoni kkumplikata imma għandi ħafna rabja lejha... b’mod mhux konxju mingħajr dubju.

Dan kien sena qabel ma twieldet Katrin.

Li kieku ommi ma kinitx iġġieldet miegħu dakinhar, missieri kien ikun għadu ħaj.

13


Ta’ spiss ħsibt f’kemm konna niġru fil-bosk, fuq il-ħaxix...

Ommi kellha tirrovina kollox. Ivvelenat il-ħajja ta’ missieri.

Tiftakar Julie, konna nbiegħu l-bukketti tagħna maġenb it-triq fejn il-ġenituri tagħna kienu jikru dik id-dar.

Iva, kienu mumenti sbieħ...

Taf, mhux kollox sejjer tajjeb għalija lanqas. Kemm-il darba rajt lil ommi tibki.

U kont ngħir għalik xi kultant għax kont naħseb li l-ġenituri tiegħek imorru tajjeb ħafna flimkien.

Kont imwerwra mill-ġlied tagħhom!

Il-mod kif kienu l-ħin kollu jillitikaw kien daqsxejn ta’ teatrin. Kienu jinħabbu... bil-mod tagħhom. Kont nosservahom xi kultant.

14


Wara li seħħ l-inċident, m’għadnix oġġettiva ħafna fuq ommi...

Taf xiex, qed naħseb f’xi ħaġa.

Dejjem kont tħobb il-fjuri inti. Għaliex ma tipprovax toħloq karriera minnhom?

Taħseb li nkun kapaċi?

Għandi l-impressjoni li ma rġajniex iltqajna b’kumbinazzjoni.

Jien ma nemminx bil-kumbinazzjonijiet.

Ovvja. L-iskola tat-tieni opportunità, dik tkun idea tajba.

Hija ffinanzjata mill-Ewropa: taħriġ tajjeb, xi ftit korsijiet prattiċi u min jaf, xi darba tiftaħ il-ħanut tiegħek... Kieku nippreparalek pjan ta’ marketing tal-ġenn!

Il-fjuri se jpoġġu ftit kulur f’ħajtek... u f’dik taż-żgħira! Il-ward... mingħajr ix-xewk. Nixtieq nemmen f’dan.

Bilħaqq, għandi seminar ftit xhur oħra f’Dublin. Għandek aptit tiġi miegħi? Se jkolli ħin liberu. Inkunu nistgħu noħorġu nixxalaw ftit it-tnejn li aħna!

15


TMIEN XHUR WARA...

Tlaqna ħanini! Inġibhielek lura għal xi s-sitta!

Xi ħaġa tgħidli li se jkun hemm il-crêpes għal mat-té, għand in-nanna.

Imma dan huwa bukkett li sawwart jien stess. Forsi mhux b’mod daqstant konvenzjonali daqs dak li jgħallmuna l-iskola... Inti s-salesgirl, sinjorina?

Le, le, l-assistenta. Qiegħda nagħmel taħriġ. It-taħlita ta’ fjuri u ħxejjex selvaġġi hija sottili ħafna...

16


viktor


BUDAPEST. Viktor, l-ikel lest!

Viktor?!

Insejt... Ma, għalfejn qgħadt taqla’ dan kollu għalija? Għidtlek li kont ser noħroġ niekol barra mal-ħbieb.

Insomma, xi jfuħ! Ħallili ftit minnu għal għada!

Qiegħda ninkwieta, Viktor... X’ser tagħmel meta niġi nieqsa jien?

Int ħadida. Imma għandek bżonn tikkalma naqra! Kif nispiċċa din l-imbierka teżi, inkun nista’ napplika għal impjieg fl-università... U nsib appartament żgħir...

19


Il-mejda tagħkom lesta.

Illum nissuġġerulkom l-istuffat tal-muntun.

Biddilt il-fwieħa. Din li għandek għandha iktar riħa ta’ fjuri...

Għandek sens ta’ xamm inkredibbli!

Grazzi Alexandra. Kien tajjeb ħafna, bħas-soltu!

Se nagħmel riċeviment żgħir għada fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin sena tiegħi, qabel niftaħ ir-ristorant. Tiġu?

20


Nifhem, dan huwa xogħol sekondarju ta’ Flaubert...Imma ma nistax inkompli t-teżi tiegħi mingħajru... Qed naqta’ qalbi li xi darba nlestiha!

Le, jiddispjaċini, dan id-”Dizzjunarju ta’ ideat milqugħa” huwa verament diffiċli biex issibu.

Ser nibgħatilhom il-lista tal-kotba li għad jonqosni... U nitlobhom miraklu...

Għandi kuntatt ma’ università oħra, dinamika ħafna, li taħdem sabiex tibni, bl-għajnuna tal-Ewropa, kollezzjoni kbira ta’ kotba bil-Braille.

Sadattant, jekk hemm xi ħaġa oħra li nistgħu nagħmlu...

Iva, nista’ nħalli dan fuq il-bank? Inviti għal kunċert...

Issalvani kieku! Ma rridx nibqa’ student għomri kollu!

21


Allura għadek beħsiebek toħroġ illejla? Ma’ tfajla? Nafha?

Ieqaf, ma! Diġà tkellimna fuqha din! M’hemmx tfajla! Le... Ħadd...

Ma erġajtx għamilt il-fwieħa l-ġdida, Alexandra...? Kienet tixraqlek, madankollu...

22


O! Viktor! Grazzi talli ġejtu.

Għalik. Nawguralek!

“Imħabbiet tad-daħk” ta’ Kundera... Smajt bih? Jien ukoll nippreferi l-fwieħa l-oħra. Imma dan rigal tal-għarus tiegħi... U peress li jieħu għalih ħafna...

Fejn mar wara kollox?

Veru ma nistax nifhmu. Stennew, ħa nintroduċikom.

Nirringrazzjak imma ser ikolli nitlaq. Qegħdin jistennewni.

23


Bonġu!

Xortik tajba llum...  ”L-ewwel edukazzjoni sentimentali.”

24

Tajjeb immens! Grazzi! Għandi seba’ mitt sena biex naqrah : ma kienx ippubblikat meta Flaubert kien għadu ħaj...


25


Ieqaf, ma.

Kellek ħafna nies għall-kunċert?

M’intix ser taqla’ x’tiekol bil-mużika...

Għaliex ma tgħaddix aktar ħin id-dar... M’intix kuntent hawn?

Iva ma... Imma ħallini nipprova nkun responsabbli tiegħi nnifsi... Hekk kif inlesti din it-teżi, nispera li nsib impjieg malajr u mmur noqgħod xi mkien...

Mhux ħafna...

Meta ser tifhem li int qatt m’inti ser tkun tista’ tgħix bħal ħaddieħor?

26

Għall-inqas għadni hawn, jien...


“It-tfajliet somor : isbaħ mill-Bjondi (ara Bjondi)”

ju unar Dizz’j ideat t a ug ħ a milq

...mmm... “Isbaħ mitTfajliet Somor”?

U għal “Bjondi”, Xi tgħid?

Prosit! U jispeċifika : “(ara t-Tfajliet Somor)”! U jien li kont naħseb li Flaubert kien kittieb dejjaq...

a Dizzjun

rju

Imbagħad tgħidli iktar dwaru meta ma tkunx tista’ tinqala’ minn fuq il-ktieb tiegħu? ...L-għasfur qalli li dalwaqt jasal pakkett kbir għalik... X’aħbar tajba dik, hux!?

Sadattant, għandek x’tagħmel wara l-ħamsa? Għandek xi ħaġa ppjanata?

... Eeee... iva... insomma le, ma naħsibx...

27


La waħda u lanqas l-oħra. Ma kontx naf bih dan id-dizzjunarju mhux tas-soltu, tad-daħk. Dort ftit libreriji biex sibtu...

Xagħrek aħmar?

U inti bjonda jew samra?

Iva! U għad-definizzjoni : “Ara Bjonda, Samra, Bajda u Sewda”... X’kumplikazzjoni.

Ma tafx kemm napprezza dak li qiegħda tagħmel għalija, Linda. Nixtieq wisq li ma nkunx piż għal ommi... għall-oħrajn. Iżda biex nagħmel dan jeħtieġ li neħles din it-teżi... U int għamilt l-għeġubijiet!

Waħda tal-aħħar?... Pereżempju : Mużika : “Tikkalma l-attitudnijiet. Eżempju : La Marseillaise”. Inkejjuż, hux?

Int hemm kont waqt il-kunċert, hux...?

Kif taf? Vera ħadt gost, Viktor!

28

Il-ħames sens tiegħi, m’hemmx dubju... Dak li kulħadd isejjaħlu s-sitt sens.


Tista’ tagħmel platt ieħor, ma?

Linda. Għandi pjaċir, sinjura. Viktor qalli ħafna affarijiet dwarek.

Idħol sinjorina! Stajt avżajtni minn qabel Viktor... Qed nistħi, kont inħejji ikla ta’ veru li kieku kont naf... U barra minn hekk m’inix preżentabbli. Ma jfallix waħda, taf, sinjorina!

Tajjeb bħal dejjem ser ikun. Ommi koka inkredibbli!

29


Viktor... Xi 치miel!

30


PEDro


ALGARVE, 1964...

Għalfejn ma tiftaħx ħalqek...? Qed tittrattana qisna xi nkallati!

Poġġili t-tnejn iż-żgħar hawnhekk!

Aħna naħdmu b’ilsienna barra, Pedro...

Din il-mara ma tgħixx fl-istess dinja bħalna. Ma tistax tifhem.

Qed nifhem fuq kollox li tgħajjew bix-xejn...!

Kif tistgħu tgħixu f’din l-intiena...? X’riħa!! Tat-tqalligħ!

Jien mhux se noqgħod nitherra hawn għal ħajti kollha!

33


ALGARVE, ILLUM.

Ili naħsibha x-xhur.

Se mmur nara lil ommi u l-missieri.

Ili li tlaqt erbgħin sena...mingħajr qatt ma tajthom aħbari... jew ftit li xejn.

U żgur li jafu li ftaħt dan ir-restorant... Il-kelma tiġri malajr dawn in-naħat.

Hija deċiżjoni kuraġġuża dik li qed tieħu...

Sadanittant nispera li lill-klijenti jogħġobhom kif irranġajnieh hawnhekk... U li ma rajniex kbir...

Iva. Infaqna ħafna flus... nispera li tiġina tajba!

34


Bonġu Pa. Il-Mamà ġewwa qiegħda?

Idħol. Merħba bik.

35


Kif għaddejjin hawn? Ir-razzett? U s-saħħa?

Għaddejjin insomma...

36

Kif jgħid missierek...


Ħa jkolli mmur... Dan għalikom.

Biex tagħmel il-karità ġejt? Aħna hawnhekk ma jonqosna xejn. Ħudu lura dan l-envelopp!

Imma minn qalbi kien... In-negozju tiegħi sejjer tajjeb. Aħna m’aħniex tallaba! Qiegħed tinsultana bi flusek!

37


X’ġara José?

Delokalizzazzjoni. Spiċċa kollox għalina!

Ħames imwejjed illejla... Diżastru jekk inkomplu sejrin hekk.

Ħadt gost li erġajt rajtek u grazzi!

38

Jirnexxielna. Taqtax qalbek, Pedro. Għidli pjuttost kif marret iż-żjara għand missierek u ommok...


ĠIMAGĦTEJN WARA

Tidher li kienet għodwa tajba għalik...

Tnejn! Mill-ħażin għall-agħar... Il-bieraħ f’nofsinhar kellna tlett imwejjed...

Tliet tużżani marlozz. Kemm se teħodli?

Ejja, it-tielet wieħed rigal... sajru għall-mara.

39


Attenti, l-pjatti jaħarqu... Qegħdin hawn vaganza?

Iva, ġejna nżuru. Ir-reġjun sabiħ ħafna. U kemm hawn kwiet ukoll!

Kwiet wisq għalina bħalissa...

Aħna ġejjin minn parti mill-Ingilterra li ntlaqtet ħażin ekonomikament.... Imma l-kampanja sabiħa ħafna.

Mhux żgur li taħdem xi ħaġa hekk hawn. Imma idea...

40

Ir-raġel tiegħi kien jaħdem bħala uffiċjal eżekuttiv fl-industrija tal-azzar. Meta għalqet l-impriża, ftaħna razzett self-kejtering bil-kumpens li ħa talli tilef ix-xogħol.

U meta naħseb li r-restorant kien ikun mimli kuljum f’nofsinhar... Meta għalqet il-fabbrika tlifna l-klijenti l-aktar regolari tagħna...


SITT ĠIMGĦAT WARA...

Ħaffef! Se nkunu tard!

Tkunx nervuż! Kollox se jmur sew...

Jien kont li ġegħeltek tidħol f’dawn l-ispejjeż kollha biex insebbħu l-post. Ħasra li se nilqgħuhom f’dawn iċ-ċirkostanzi...

Fallejt!

M’għandek xejn x’taħti. Ħadd ma seta’ jkun jaf li l-fabbrika kienet se tagħlaq.

41


Idħol! Għandi pjaċir niltaqa’ magħkom.

Hija ġurnata eċċezzjonali għal żewġ raġunijiet... Se jkollkom il-privileġġ li tagħlqu r-restorant uffiċjalment... Begħtu?

U għandkom xi proġetti?

Hawn restorant fir-reġjun fejn għandhom bżonn kok...

Tbigħ hija kelma kbira! Ejja ngħidu li naqqast it-telf... Għandna biex nifdu d-dejn u għall-futur. Ir-restorant ma kienx qed irendi aktar...

Imma bil-karattru indipendenti tiegħi forsi mhux idea tajba. Konna qegħdin naħsbu pjuttost fuq proġett ta’ razzett self-kejtering...

Meta wieħed ma jaqtax qalbu, dejjem jirnexxilu.

Nixtiequ nbigħu prodotti lokali, home-made...

Veru li tagħmilhom tajbin il-ġammijiet u l-kejkijiet...

42

Mhux biżżejjed. Trid ukoll bidu tajjeb. U naqra xorti wkoll.


Naf... Imma għamilna sforz kbir biex dan ir-restorant ikun suċċess.

Il-flus mhux kollox... Qatt ma ridt tifhimha din.

Ippruvajt ngħallmek valuri oħra jien, bħas-sens ta’ ħidma, l-onestà.

Forsi għaġġilna... mingħajr l-għarfien ta’ ġestjoni meħtieġa... mingħajr ma ħsibna għal quddiem...

Il-mara tiegħi kkonvinċietni nirreġistra għal xi korsijiet fil-fatt... Huwa programm Ewropew biex tibda negozju jew terġa’ tniedi proġett... billi titgħallem mil-lezzjonijiet tal-passat.

M’aħniex l-uniċi li se nibdew mill-bidu fl-età tagħna.

Kif timmaġinah ir-razzett tiegħek?... Forsi għandi idea żgħira...

43


TMINTAX-IL XAHAR WARA...

U l-ewwel ġamm home-made!

Mhux qed nagħrfu r-razzett tiegħi!

Anke jien irrid nagħmel sforz!

Biex tagħmel xi ħaġa ta’ kwalità trid prodotti tajbin. U jien naf x’jiġifieri! Meta jkunu daqu l-affarijiet tal-ġnien tiegħi, jerġgħu jiġu.

Se jimxi sew!... Imma żomm ftit vażetti għalina!

Ħello! Qed nieħdu pjaċir li wasalna! Tlaqna minn Dublin fix-xita...

44

Grokk ta’ merħba. Intom l-ewwel klijenti tagħna: irridu niċċelebraw! Inbid magħmul mill-frott home-made... Produzzjoni tal-familja!


fianne


DUBLIN. Tidher mgħaġġla... u mgħobbija sew, Judith... X’għandek fil-basket?

Mhux affarik, Fianne!

Kieku kont minnek nagħlaq ħalqi, Fianne... M’intix f’pożizzjoni li tagħti lezzjonijiet morali... u wisq inqas biex tilgħabha tal-innoċenti!

Eh le? U dan x’inhu!!? Qed tfittex l-inkwiet?

OK. Insiha. Għandek raġun. Mhix biċċa tiegħi...

47


Tidher inkwetata, Fianne...

Iva... Kont qiegħda naħseb fuq dik it-tfajla li qiegħda tisraq mill-istokk... Ma tantx togħġobni din il-ħaġa. Nitħallsu tajjeb u s-sidien jittrattawna sew.

Int avżajtha... Ma tistax tagħmel aktar minn hekk.

Iva. Għandek raġun, Peter. Irrid noqgħod attenta biex ma naqax għall-provokazzjonijiet tagħha...

Bonġu Fianne! Aw, Fianne! L-imgħallem iridek.

48


Poġġi, Fianne. Għandi problema kbira. Għaddi!

Inti ma ħbejtli xejn mill-passat tiegħek... Ħadt riskju meta daħħaltek taħdem. U aċċettajthom. Kont għidtli li nista’ nafdak.

Ili nissuspetta għal xi żmien... Xi ħadd qed jisraq mill-istokk. M’inix qed nakkużak, Fianne. Imma dawn il-prodotti huma taħt ir-responsabbiltà tiegħek.

Jiddispjaċini, Fianne. Il-fiduċja ntilfet. Għaddi għand l-accountant. Iħallsek dak li għandek tieħu .

Sinjur, naħliflek li m’għandix x’naqsam!

49


Ħello, jien Fianne. Ma nistax inwieġbek bħalissa. Jekk jogħġbok ħalli messaġġ wara s-sinjal.

Ikkalma, Fianne! Ilna żmien ma narawk ’l hawn. Xieraq li nieħdu grokk flimkien! Dan żgur tal-aħħar: jeħtieġ li mmur, ir-raġel ser jibda jinkwieta.

X’ġabek ’l hawn, Fianne!? Għadha kemm tilfet l-impjieg minħabba waħda gustuża li kienet qiegħda tisraq mill-istokk...!

Ara x’qala’ l-baħar!!?

50

Mur obsor, ja ħnieżer!!?


Tlift l-impjieg!?? Taf li tista’ toqgħod fuqna... jekk ikollok bżonn ta’ xi ħaġa...

Iva... Għidtilha... U forsi għandna xi ħaġa fil-linja tagħha...

Stenna, keċċewk ’il barra meta ma kellikx tort...

Naf biex ġejjin. Le, spiċċaw għalija ċ-ċuċati.

Ara aħsibha ftit... Imma ddumx. Taqla’ kemxa flus sew u mingħajr riskju...

Missni stennejtha bir-reputazzjoni li għandi...

Waħħlu fija bla ħtija. Tqażżiżt. U inti taf li mingħajr il-paga tiegħi sejra tkun tal-biża’: id-dar, il-kontijiet... Iebsa wisq.

Mur sal-aġenziji tax-xogħol temporanju għada... Toqgħodx tinkwieta, xi ħaġa nirranġaw.

51


Le... Diġà s-sitt intervista tiegħi tal-lum...

Taqtax qalbek... Trid tieħu paċenzja u tistenna. Għandi fiduċja fik.

Fhimt... iva iva, qed nifhem. Ħallili s-CV tiegħek. Inċemplulek jekk titfaċċa xi opportunità għalik.

U xorta ma nisma’ xejn mingħand ħadd minkejja li għandi l-profil meħtieġ mill-avviżi... Ovvja li ma jafdawnix...

Fianne!? Ara x’sorpriża din!!

Ja kelba maħmuġa li int, m’intix sejra teħlisha ħafif taf!

52

Iva... int l-uniku wieħed! U aqta’ kemm qed jiswieli!


Fianne!? Xi ġralek!?

Ma nafx kemm kienet idea tajba, taf... Malajr tiftaħlek xi kawża. U bil-passat tiegħek...

Iltqajt ma’ Judith il-belt. Naħseb darb’oħra jekk tarani taqsam għan-naħa l-oħra.

Iva ċaw!... Le... Ma nafx. Issa mhux il-waqt, imbagħad nerġa’ nċempillek .

Ieqaf! Biżżejjed kelli ġurnata ħażina – int jonqos!

Min kienet? Ma tafhiex... Ħasra li nitlef okkażjoni bħal dik... Waħda minn sħabek “ ta’ qabel ”, hux...? Erġajt mort tintefa’ f’xi bar maħmuġ fejn kont tmur bil-moħbi... 

Iva. U mhux affarik. M’inix xi tifla żgħira. Ħallini issa jekk jogħġbok... Għandi bżonn noqgħod waħdi.

53


Peter!?

Peter? Qed nara sew jien??

54


Isma’! Taħrabx... Inħobb inkun avżata meta jkun ġej xi ħadd...

Ħalliel...!? Ieqaf mit-tferfix u għidli x’int tagħmel hawn... Ma tantx hawn x’tisraq hawn... Ġejt post b’ieħor.

55


Issa poġġi u spjegali jekk ma tridx taqla’ x-xebgħa li ħaqqek.

Wiċċek mhux ġdid għalija... Int it-tifel ta’...  ta’ Suze!?

Iva...jista’ jkun...

Kont taf lil ommi!?

Konna noqogħdu fl-istess kamra fil-palazz fejn konna norqdu u nieklu, jekk fhimtni...

Ikrah wisq dak li ġralha... Kienet mara tajba, ommok...

It-tobba ma setgħu jagħmlu xejn.

Mara tajba...? aqta’ kemm! Kont ilni ma nkellimha mill-inqas sentejn. Qatt ma ħadet ħsiebi verament.

56


U fejn qed toqgħod int? U biex qed tgħix?... Inġaħġaħha... Għandi xi ħbieb li norqod għandhom xi kultant.

Taf, jien ċuċati għamilt ukoll mhux ħażin f’ħajti... Iżda dejjem tispiċċa tpatti għalihom. Bil-qares.

Kilt?

Tlitt snin ġo ċella, ikollok żmien tirrifletti. Insomma żgur mhux se nħallik titlaq hekk waħdek. Suze toqtolni kieku kienet għadha ħajja! Illum orqod hawn.

X’inhu ġej hawn? Min hu dan il-ġuvni? Ma smajthiex il-qanpiena...

Tifel ta’ ħabiba tiegħi... sfortunatament mietet xi snin ilu. Għadda mill-bieb ta’ wara. Qiegħed f’sitwazzjoni diffiċli u għandu bżonni. Se jibqa’ hawn mill-inqas għal dan il-lejl.

Le le grazzi. Imma se jkolli mmur. Jien...

Targumentax, għidtlek. Nitkellmu dwar dan għada. U dwar il-futur tiegħek... Bis-serjetà!

57


Ġejt il-post it-tajjeb, Fianne. Għandna bżonn nies tal-esperjenza bħalek... b’passat mhux tas-soltu... u b’karattru iebes.

Il-programm ta’ rijabilitazzjoni tal-eks ħabsin tagħna huwa ambizzjuż. L-Ewropa temmen fil-proġett tagħna u qiegħda tappoġġjana finanzjarjament. L-ewwel darba li l-passat tiegħi qed jitqies bħala vantaġġ u mhux difett, anqas irrid nemmen!

U għall-ġuvni li semmejtlek?

Rajtu x’ħarsa tak?

Issa nieħdu ħsieb li jirċievi edukazzjoni fl-aħjar kundizzjonijiet... u inti tkun tista’ ssegwih personalment.

Tħallihx jaħrablek wieħed bħal dak!!

TMIEM.

58


Għal aktar informazzjoni Fianne, Viktor, Julie u Pedro kellhom ċans jibdew mill-ġdid fil-ħajja bis-saħħa tal-għajnuna millprogrammi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Iżda x’inhu l-FSE eżattament? L-FSE twaqqaf aktar minn ħamsin sena ilu, eżattament fl-1957. Huwa l-għodda finanzjarja ewlenija li għandha l-Unjoni Ewropea biex tinvesti fir-riżorsi umani. L-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-impjiegi billi jtejjeb il-prospetti tal-ħaddiema. Huwa jagħti appoġġ, pereżempju, lill-persuni li għandhom diffikultajiet partikolari biex isibu impjieg, bħan-nisa, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema avvanzati fl-età. Jgħin ukoll lill-impriżi jew l-intraprendituri żgħażagħ. Il-Fond jinvesti wkoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja kollha. L-FSE ma jaħdimx waħdu, iżda jinsab fil-qalba ta’ sħubija multipla. Il-proġetti li jappoġġja huma kofinanzjati mill-Istati Membri u proposti minn stabbilimenti tat-tagħlim u tat-taħriġ, assoċjazzjonijiet, trejdjunjins, eċċ. Dawn il-proġetti jintgħażlu mill-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi u tar-reġjuni. Illum, l-FSE huwa suċċess reali. Kull sena, jiġu investiti 10 biljun ewro biex jiffinanzjaw id-diversi proġetti fis-27 Stat Membru. Dan jippermetti li tiġi mtejba l-ħajja ta’ 10 miljun persuna kull sena billi jgħinhom isibu impjieg jew biex javvanzaw. Mir-realtà għall-finzjoni Il-komik “Nifs ġdid” huwa ispirat minn stejjer vera. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea ġabret r-rakkonti ta’ 54 ċittadin Ewropew li lkoll ibbenefikaw mill-programmi ffinanzjati millFSE. Quddiem il-kamera, huma rrakkontaw l-istorja tagħhom u kif kellhom aċċess għal opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tat-taħriġ. Tista’ ssib dawn ir-rakkonti billi żżur is-sit: http://ec.europa.eu/employment_social/esf/video/videos_mt.htm Dawn l-istejjer jispirawk? Ibagħtilna l-proposti tiegħek ta’ stejjer u/jew tpinġijiet fl-indirizz li ġej: esf@ec.europa.eu. L-aħjar fosthom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku jew f’komik fil-futur.

59


L-awturi Storja Rudi Miel Rudi Miel twieled f’Tournai fl-1965 u ggradwa fil-ġurnaliżmu. Barra milli huwa konsulent fil-komunikazzjoni u jikteb l-istejjer għal komiks, huwa l-koawtur tal-album “Troubled Waters”, li ġie ppubblikat mill-Parlament Ewropew, li rebaħ il-premju Alph Art għallkomunikazzjoni f’Angoulême fl-2003. “L’Arbre des deux Printemps” (Is-siġra taż-żewġ rebbigħat) (stampi Will & Co – Le Lombard), li għalih kiteb l-istorja, rebaħ il-Premju talaħjar album barrani fil-festival tal-komiks ta’ Sobreda fl-2001 (il-Portugall). Rudi Miel huwa wkoll koawtur flimkien ma’ C. Cuadra u P. Teng ta’ “l’Ordre Impair” (Ordni Stramba) (Le Lombard), li l-edizzjoni sħiħa tiegħu ġiet ippubblikata fl-aħħar tal-2009. Tpinġija Christian Durieux Christian Durieux twieled fl-1965 fi Brussell u ppubblika l-ewwel album tiegħu ta’ komiks fl-1990 fuq storja ta’ Jean Dufaux, ippubblikat minn Glénat (“Avel”). Huwa jpinġi u jikteb, u jesplora diversi ġeneri u stili permezz ta’ bosta kollaborazzjonijiet, fejn juża bl-istess ħeffa l-pinna, il-pinzell jew il-felt pen. B’mod partikolari huwa l-awtur tas-serje “Les gens honnêtes” (Nies onesti) (storja ta’ Gibrat), pubblikazzjoni Dupuis, kif ukoll tal-album “Le Pont” (Il-Pont) (Futuropolis) li ġie ppubblikat fl-2009. Christian Durieux illum jgħix f’Gironde (Franza). Gihef Gihef twieled fl-1974 fil-Belġju u ħareġ l-ewwel album tiegħu “RIP Ltd” fl-2001 flimkien ma’ Jean-Christophe Derrien. Fl-istess żmien, ippubblika ma’ Vents d’Ouest is-serje “Enchaînés’’ f’4 volumi, fuq storja ta’ Callède, li fetaħlu l-bieb biex jaħdem mal-pubblikaturi Dupuis, li magħhom ħareġ “Haute Sécurité”, triller ambjentat fil-ħabs, dejjem flimkien ma’ Callède. Fl-2009 ħareġ “Mr Hollywood” (Dupuis), l-ewwel album tiegħu li għalih kiteb l-istorja (tpinġija ta’ Eric Lenaerts). Sylvain Savoia Sylvain Savoia, imwieled fl-1969 fi Franza, ilu jpinġi għal dawn l-aħħar ħames snin, flimkien mal-kittieb kollega tiegħu, kronaka tal-ħajja ta’ kuljum fil-Polonja fis-snin tmenin. “Marzi” (Dupuis), jirrakkonta b’mod ferm sensittiv, mil-lenti ta’ tifla żgħira, l-aħħar snin talkomuniżmu. Dan id-disinjatur eklettiku, li ppubblika aktar minn 15-il album ta’ komiks fi stili ferm diversi, jagħmel ukoll xogħol ta’ tpinġija fil-qasam tal-komunikazzjoni għallakbar impriżi internazzjonali. Vanyda Vanyda, ta’ dixxendenza Franċiża u Laosjana, twieldet fl-1979. Waqt li kienet qed tistudja flAcadémie des Beaux-Arts ta’ Tournai, taqsima tal-komiks, hija saret taf lil François Duprat, li miegħu hija kkollaborat fuq is-serje “L’année du dragon” (Carabas) u li ħadem fuq ittpinġija ta’ “Julie” (kuluri Virginie Vidal). Fil-komiks tagħha, hija tiżviluppa univers intimu u kontemporanju, bħal f’“L’immeuble d’en face” (Boite à Bulles), fejn wieħed isir jaf il-ħajja ta’ kuljum tal-ġirien fuq l-istess sular, jew fis-serje “Celle que...” (Dargaud) li jirrakkonta l-iżvilupp ta’ adolexxenti, mis-sekondarja sas-sixth form.

60


Il-Kummissjoni Ewropea Nifs Ġdid Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2010 — 60 pp. — 17,5 x 24,5 ċm ISBN 978-92-79-13898-0 doi: 10.2767/75732

Kif jiġu akkwistati l-pubblikazzjonijiet tal-UE Pubblikazzjonijiet għall-bejgħ: • permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu); • mill-ħanut tal-kotba tiegħek billi tikkwota t-titlu, il-pubblikatur u/jew in-numru tal-ISBN; • billi tikkuntattja wieħed mill-aġenti tagħna direttament inkarigat mill-bejgħ. Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-link http://bookshop.europa.eu, jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758. Pubblikazzjonijiet mingħajr ħlas: • permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu); • mir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea jew mid-delegazzjonijiet. Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-link http://ec.europa.eu/ jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758.


KE-32-09-164-MT-C

Nifs Ġdid Julie, Viktor, Pedro u Fianne ma jemmnux fid-destin! Skopri permezz ta’ komik kif setgħu jimxu ‘l quddiem bis-saħħa tal-appoġġ tal-Ewropa. Dawn l-erba’ stejjer, li ġew ispirati minn stejjer vera, juru li bl-appoġġ u l-perseveranza, kulħadd jista’ jieħu nifs ġdid. L-istorja tagħhom tista’ tkun l-istorja tiegħek! “Nifs gdid”, li tpinġa b’sensittività u pudur minn Vanyda, Durieux, Savoia u Gihef, fuq test ta’ Rudi Miel, huwa rakkont bl-istampi editjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea, fuq l-inizjattiva tal-Fond Soċjali Ewropew. Dan il-ktieb, b’rakkonti bl-istampi, huwa disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Nifs Gdid