Skip to main content

Maltese - God-given Breath

Page 1

Nifs mogħti minn Alla Ħa jfaħħar lill-Mulej kull ma jieħu nifs. Faħħru lill-Mulej. Salm 150:6

Pentatewku U l-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art, u nefaħlu f’imnifsejh nifs il-ħajja; u l-bniedem sar ruħ ħajja. Ġenesi 2:7 U, ara, jien, jien, se nġib dilluvju ta’ ilmijiet fuq l-art, biex neqred kull ħajja taħt is-sema, li fiha hemm nifs il-ħajja; u kull ma hemm fl-art se jmut. Ġenesi 6:17 U daħlu għand Noè fl-arka, tnejn tnejn minn kull laħam, li fih kien hemm in-nifs tal-ħajja. Ġenesi 7:15 Kulma kellu nifs il-ħajja f’imnifsejh, minn kull ma kien hemm fl-art niexfa, miet. Ġenesi 7:22 Imma mill-bliet ta’ dawn il-popli, li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik bħala wirt, ma tħallix ħaj lil ħadd li jieħu n-nifs. Dewteronomju 20:16

Storja Għalhekk Ġożwè ħabat l-art kollha tal-għoljiet, u tan-nofsinhar, u tal-wied, u tal-għejun, u s-slaten kollha tagħhom; ma ħalla lil ħadd ħaj, imma qered għalkollox kull ma kien jieħu nifs, kif kien ordna l-Mulej, Alla ta’ Iżrael. U qatlu lil kull min kien hemm fiha b’xifer ix-xabla, u qerduhom għalkollox: ma baqa’ ħadd jieħu nnifs: u ħaraq lil Ħasor bin-nar. U l-priża kollha ta’ dawn l-ibliet, u l-bhejjem, ħaduhom ulied Iżrael bħala priża għalihom infushom; imma qatlu lil kull raġel b’xifer ix-xabla, sakemm qerduhom, u ma ħallew lil ħadd jieħu n-nifs. Ġożwè 11:11,14 U dehru l-kanali tal-baħar, u nkixfu l-pedamenti tad-dinja, bit-twiddib tal-Mulej, bin-nifs ta’ mnifsejh. 2 Samwel 22:16 U ġara li meta sar sultan, qatel id-dar kollha ta’ Ġerobogħam; ma ħalla lil Ġerobogħam lil ħadd li kellu nifs, sakemm qerdu, skont il-kelma li l-Mulej kien qal permezz tal-qaddej tiegħu Aħija sSilonita. 1 Slaten 15:29 U wara dan kollu ġara li bin il-mara, sid id-dar, marad; u l-marda tiegħu kienet tant kbira li ma baqax jieħu nifs. 1 Slaten 17:17

Poeżija Bid-daqqa ta’ Alla jmutu, u bin-nifs ta’ mnifsejh jitħassru. Ġob 4:9


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Maltese - God-given Breath by Filipino Tracts and Literature Society Inc. - Issuu