1 minute read

Jum iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ħiliet

Joseph Galdes, Għalliema tal-Malti

Jum iċ-ċelbrazzjoni tal-ħiliet huwa jum importanti ħafna fil-kalendarju akkademiku għaliex jonora l-ħiliet flimkien mal-kisbiet u s-suċċessi miksuba mill-istudenti. Hu jum fejn joħroġ il-ferħ u s-sodisfazzjoni ta’ kull studentugħalliem.Fl-iskolatagħnadan il-jumġieċċelebratfis-27t’April.

Advertisement

F’dinl-okkażjonispeċjali,l-istudentitasSeba’ Sena u t-Tmien Sena, ingħaqdu flimkien mal-ġenituri, l-għalliema u l-istaff kollu tal-iskola biex jiċċelebraw il-ħidma dedikata u ma taqta’ xejn tagħhomtulis-sena2021/2022.

Iċ-ċerimonja bdiet permezz ta’ reċta sabiħa u impenjattiva bl-isem ‘Of Superheroes’. Din ir-reċta ġiet miktuba mill-Maestro Albert Garzia, taħt id-direzzjonitiegħustess,flimkienma’xi edukaturi oħra li għenu minn wara l-kwinti.Il-parteċipantikienul-istudenti tal-iskola tagħna stess, li wrew it-talent tagħhomfl-irreċtar,fiż-żfinud-daqqtalmużikafostoħrajn.

Warar-reċtakienhemmxidiskorsiminnaħa tal-Kap tal-iskola u xi mistednin oħra fejn ilkoll taw messaġġ wieħed li min jaħdem u jistinka, jasal u jiġi ppremjat. Eżatt wara d-diskorsi beda l-qofol tas-serata fejn l-istudenti ġew rikonoxxuti għas-suċċessi tagħhom, f’diversi oqsma differenti, fosthom akkademiċi,sportivi,kifukollattivitajiet extrakurrikulari.

Din iċ-ċerimonja mhux biss hija ta’ motivazzjoni kbira għall-istudenti rikonoxxuti, iżda hija wkoll ta’ ispirazzjoni għal oħrajn biex jagħmlu ħilithom u huma wkoll jiksbu suċċess mistħoqq. Apparti hekk, hija ta’ opportunità kbira għall-ġenituri tat-tfal biexjesperjenzawujapprezzawil-kisbiet tat-tfaltagħhomfl-iskolatagħna.

This article is from: