KUNSILL LOKALI BIRKIRKARA
FESTA SANT’ELENA BIRKIRKARA 2021
1
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Werrej 1.
Daħla.........................................................................................................3
2. Messaġġ mis-Sindku, is-Sinjura Joanne Debono Grech.............................4 3.
Messaġġ mis-Segretarju Eżekuttiv, is-Sur Charles Attard..........................5
4.
Messaġġ mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella...........6
5. Messaġġ mis-Soċjetà Dun Filippu Borgia...................................................8 6.
Rokna Letterarja......................................................................................10
7.
Messaġġ mill-Għaqda Armar Sant’ Elena................................................12
8. Messaġġ mill-Banda Duke of Connaught................................................14 9.
Messaġġ mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena..............................................16
10. Programm tal-Festa Solenni f’ġieħ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta.......18
11. Programm tan-Nar—Festa Sant’Elena.....................................................19 12. Messaġġ mill-Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu....................20 13. Messaġġ mill-Fratellanzi Santa Elena......................................................22
14. Messaġġ mill-Għaqda Muża Karkariża....................................................24 15. Messaġġ mill-Għaqda Mużikali Sant’Antnin............................................26 16. Ritratti mill-Passat...................................................................................28
17. Ringrazzjamenti u Awguri.......................................................................30
2
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Daħla Forsi b’diżappunt kbir għal ħafna Maltin, il-festi f’Malta u Għawdex reġgħu għal sena oħra mhumiex se jsiru bil-mod kif aħna mdorrijin narawhom. Iżda minkejja l-fatt li f’Birkirkara għal din is-sena wkoll tħassru l-attivitajiet tal-Festa ad unur ilpatruna tagħna Sant'Elena, il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ħass li xorta waħda għandu bi ħġaru joħloq xi attivitajiet biex wieħed jidħol fl-ispirtu tal-festa, jifhem is-sinifikat u l-għan ewlieni talfesta, u li fuq kollox iħoss is-sens ta’ ċelebrazzjoni anke jekk b’mod limitat. Għalhekk il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ħaseb ukoll, apparti attivitajiet oħrajn biex iwasslilkom informazzjoni dwar il-festa, messaġġ mill-Kunsill Lokali, u wkoll artikli minn diversi għaqdiet dwar l-għaqda tagħhom u fejn ukoll wasslu l-awgurju tagħhom. Dan se jitwassal lilkom permezz ta' din il-pubblikazzjoni diġitali, li nittamaw li minkejja li ma ltqajniex fil-festa bħas-snin ta’ qabel, insibu xorta l-mezz li jgħaqqadna lkoll flimkien bħala Karkariżi u nagħtu l-qima li jixraq lill-Patruna tagħna Sant’Elena. Il-Festa t-tajba! Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi Ritianne Frendo
3
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mis-Sindku, is-Sinjura Joanne Debono Grech Birkirkara bħalissa tinsab fl-hena tagħha, mhux biss il-binjiet li jdawruna, bl-armar mill -isbaħ, imma anke bħala poplu Karkariż, li ħafna qegħdin jaħdmu bi ħġarhom għallfesta 2021. Vera li din is-sena, bħas-sena ta’ qabel, se jkollna niċċaħħdu milli ngawdu lfesta bħas-snin l-imgħoddija, iżda ma jonqosx li xorta waħda nagħmlu li nistgħu biex ikollna festa millaqwa għall-patruna tagħna Sant’Elena. Insemmi l-patruna u ma nistax ma nsemmix kif żgur tkun kuntenta bina bħala poplu meta aħna ningħaqdu ħaġa waħda; ninsew kull kulur, isfar, aħmar, aħdar, blu, lilhinn mill-politika, iżda ningħaqdu biss taħt żewġ kuluri, l-isfar u l-aħmar, il-kulur li jgħaqqadna u jagħtina identità bħala poplu.
Din l-għaqda mhux biss hija l-appell tiegħi għall-festa, imma matul is-sena kollha kif filfatt nagħmlu; biżżejjed inħarsu lejn lattivitajiet li ntellgħu bħala Kunsill, l-isfilata tal-moda ta’ Charles & Ron, Jum Birkirkara u xi okkażjonijiet oħra, fejn ningħaqdu bħala banda waħda u poplu wieħed flimkien. Minn qalbi nawgura lilkom, il-poplu Karkariż il-festa t-tajba, filwaqt li nibqa’ nħeġġeġ għall-għaqda fostna, mhux biss għallfesta imma matul is-sena kollha 4
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mis-Segretarju Eżekuttiv, is-Sur Charles Attard Waslet bħal leħħa ta’ berqa festa oħra. Festa oħra b’differenza minn kif imdorrijin naraw fis-snin ta’ qabel. Iżda bħal ħafna li għandhom għal qalbhom il-festa, nippruvaw nagħmlu l-almu tagħna kollu sabiex ikollna festa mill-aqwa, anke jekk forsi limitati minħabba l-pandemija. Din l-istess pandemija ma waqfitniex milli naħdmu mhux biss dan iż-żmien imma matul is-sena kollha. Naħdmu id f’id malgħaqdiet u noffru l-għajnuna tagħna kollha biex l-għaqdiet setgħu wkoll jibqgħu għaddejjin minkejja ż-żminijiet diffiċli li sibna ruħna fihom.
Għalhekk nawgura minn qalbi lil kull min jaħdem mhux biss għall-festa ta’ Sant’Elena, imma għal dawk li jaħdmu matul issena kollha biex dejjem aktar ikollna Birkirkara aħjar. Nawgura lfesta t-tajba lill-għaqdiet, lil dawk li jaħdmu għall-festa esterna, lil dawk li jaħdmu wkoll għall-festa interna, u fuq kollox nawgura l-festa t-tajba lill-poplu Karkariż kollu. Awguri.
5
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella Għeżież Karkariżi, Ilkoll kemm aħna, kif insemmu “Awwissu” ma niftakrux ħlief f’Sant’Elena! Aħna kontinwament ngħidu li “iż-żmien itir”, imma mid-dehra jisparixxi! Din ser tkun ittieni darba li ser niċċelebraw il-Festa titulari ta’ Sant’Elena Imperatriċi differenti minn kif aħna mdorrija u kif nixtiequ li niċċelebrawha. Pero’ avolja kontra qalbna, niċċelebrawha xorta, kif jippermettu ċ-ċirkostanzi li għaddejjin minnhom! M’għandniex xi ngħidu, importanti li nieħdu lprekawzjonijiiet meħtieġa biex ma nkomplux inżidu mad-diffikultà li din il-pandemija ħolqot fostna! Bħal ma jgħid il-Malti: “staqsi lillimġarrab!” Ilkoll kemm aħna nafu li l-akbar u l-aqwa ċelebrazzjoni li nistgħu ngħamlu lill-patruna tagħna hija billi jkollna qalbna nadifa, kif jixtieq Alla l-Imbierek, kif anke tixtieq Sant’Elena. L-isbaħ ċelebrazzjoni, u laktar ċelebrazzjoni importanti hija meta kull wieħed u waħda minna f’ħajjitna ngħixu l-valuri li għexet hi, dawk il-valuri nsara li hija kontinwament turina bil-mod kif għexet hi, bl-eżempju tagħha: il-valur tat-tħaddin tar-Rieda ta’ Alla, il-valur tal-Imħabba lejn Alla speċjalment fil-Persuna ta’ Kristu, u l-imħabba tal-proxxmu tagħna mingħajr distinzjoni, il-valur tal-Fidi vera u tat-Tama.
6
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Din hija l-aqwa u l-isbaħ ċelebrazzjoni li nistgħu nagħmlu. Ejjew nitħeġġu, ejjew inħeġġu ’l qlubna biex inkunu mimlijin ħeġġa għat-tagħlim tal-Evanġelu. Jalla l-Kelma ta’ Alla tkun dik li tmexxi l-ħajja tagħna, inħallu lilna nfusna nitmexxew mill-Kelma ta’ Alla fl-Iskrittura Mqaddsa! Jalla lkoll kemm aħna nitħeġġu b’mod li l-jiem tal-Festa, li fihom inżejnu l-ambjenti fejn ngħixu u fejn niltaqgħu, ikunu jiem li jagħmlu ġieħ lil Sant’Elena u jkunu jiem li fihom verament ngħixu kif Alla jrid minna. Ilparteċipazzjoni tagħna fil-Funzjonijiet Liturġiċi mħejjija għal din il-festa huma turija ta’ dan. Minkejja li l-festa esterna ser tkun differenti mis-soltu, xorta waħda, ilkoll kemm aħna għandna nithennew u nifirħu, għaliex qalbna qed tiċċelebra l-Festa kbira lill-Padruna tagħna Sant’Elena. Viva Santa Liena Imperatriċi Awgusta.
7
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mis-Soċjetà Dun Filippu Borgia Is-Soċjetà Dun Filippu Borgia
din is-sena qed tfakkar il-85 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Twaqqfet mill-poplu Karkariż sabiex tiddefendi d-drittijiet u l-privileġġi li gawdiet u għadha tgawdi minnhom il-Proto Kolleġġjata ta' Sant'Elena sa
mill-fundazzjoni tagħha nhar il-5 ta' Diċembru 1630.
Maż-żmien is-Soċjetà ngħatat bixra ta' entità soċjo-kulturali fejn għalkemm
baqgħet marbuta mal-avvenimenti li tgħaddi minnhom il-Proto Kolleġġjata tagħna kabbret ukoll l-interess tagħha fiż-żamma ta' bini storiku li għandna fil-lokalità tagħna filwaqt li xerrdet tagħrif dwar l-identità u dak kollu li jagħmilna Karkariżi.
8
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Minkejja
li
s-Soċjetà
Dun
Filippu
Borgia mhux involuta direttament florganizzazzjoni mill-membri tagħha jagħtu l-kontribut siewi tagħhom f'diversi oqsma biex b'hekk il-festa tagħna ta' kull sena
tkun suċċess u waħda li tixraq lil Sant'Elena
u
lil-lokalità
tagħna.
Għaldaqstant, tal-festa ta' Sant'Elena, ħafna,
nagħmlu
l-
appell tagħna lilkom ilKarkariżi u lil dawk kollha
li
ġewwa
joqogħdu Birkirkara
sabiex minkejja li għal darb'oħra
ser
niċċelebraw festa differenti ħafna missoltu, nagħmlu ħilitna ħalli nattendu għallfesti interni li huma l-għajn vera li jkomplu jqarrbuna iktar lejn Alla u lejn il-qaddisa patruna tagħna.
9
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Rokna Letterarja.. Tiskanta kemm trid nies biex tagħmel festa
Rasu se ttih issibu lill-Prepostu
kulħadd jimpala l-ħin, jikkontribwixxi.
jfassal programm u kollox irid sewwa.
Sforz kollettiv li jrendi ħajja mlewna
Kollox bi kbir - hekk jixirqilha Liena
u jgħin biex opri sbieħ jikkonċepixxi.
u biex dan iseħħ, jeħtieġ ġbir barra u ġewwa.
Tal-maħzen ħarġu d-drapp mill-gwardarobbi
In-nies tan-nar ilhom ix-xhur għaddejja
u raw x'hemm bżonn jinbidel jew jissewwa.
b'riskju għall-ħajja jħejju n-nirien varji:
Stirawh, ħejjewh biex mat-trofej jiddendel
il-beraq pront, xemgħat rumani u sferi,
naħliet beżlin, idejhom jarmu l-ħlewwa.
ix-xokkijiet, il-bombi u l-istellarji.
Ma jitħallsux. Li jagħmlu għall-Patruna.
Tal-banda wkoll, dawk xebgħa xemx ilaqqtu
Ilkoll id f'id imekku volontiera:
fil-marċijiet sabiex jiddevertuna
telgħin, neżlin mas-slielem bil-festuni,
jakkumpanjaw fid-dawra 'l Santa Liena
statwi u tiżjin. Ma tara 'l ħadd biċ-ċiera.
u bil-marċi sbieħ, ġieħ jagħtu lill-Patruna
Fit-tempju wkoll, bil-ħeġġa n-nies mixgħula:
u tant u tant oħrajn li bħal ifilsa
jibda t-tindif, jitfarfru l-gwarniċjuni,
jirfdu u jikkoordinaw f'dal-jiem ta' festa.
jogħla s-sellum, jiddendel damask aħmar
Il-kampanari jħollu lsien il-qniepen
jitranġa l-ġmigħ, jitpaħpħu l-pavaljuni.
u l-prim fratell b'mitt kunfratija lesta.
Is-sagristan, bejn ċajta u oħra, bieżel.
Dawk tal-qubbajd jarmaw fi Triq il-Kbira.
Qas ħin għalih u jħaddem lil kull membru.
Tal-ordni l-forza tqis u tikkontrolla:
Jarma t-tużell, il-linef, vent'artali,
tagħlaq it-triq mnejn tgħaddi l-purċissjoni
u jistrieħ biss mal-wasla ta' Settembru.
tagħqad u tħuf nemmiesa qalb il-folla. 10
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Mat-tokk tat-tmienja sewwa, ir-reffiegħa bħal manigoldi bojod jgħollu 'l Liena. Imkabbra joħorġuha ġewwa l-pjazza fejn hemm ruxxmata nies u fosthom jiena.
In-nies illi mingħajrhom ma ssirx festa issibhom hemm ukoll għal dik ta' ġewwa għat-tridijiet, it-translazzjoni, l-għasar, għax hemm il-qofol għan-nisrani. U sewwa.
Il-festa trid. In-nies iddaħħal idha fil-but bil-qalb ħa jkollha festa kbira. Sa t-temp jingħaqad jgħin: ried jippermetti u r-rota ddur u l-festa ssir tifkira.
Hemm sens konġunt iħaddem dis-sistema: is-sens tal-'flimkien nifqgħu l-barrieri.' Is-sens tal-'fejn hemm l-għaqda hemm il-wetqa'. Is-sens ta' min jaf festa x'jiġifieri.
Festa Therese Pace
11
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Għaqda Armar Sant’ Elena. L-Għaqda Armar Sant’ Elena mwaqqfa madwar 75 sena ilu mill- Kan. Dekan Vinċenz Saliba li kien ukoll il-prokuratur talvara, sabiex tieħu ħsieb il-vara u l-armar tal-festa esterna ad unur il-patruna tagħna Sant’ Elena, tagħti sehemha wkoll flarmar tal-vari kollha li jinsabu fil-Proto Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’ Elena kif ukoll l-armar rispettiv tagħhom. It-tlugħ u l-inżul tal-linef għall-festa ta’ Sant’ Elena u l-festi tal-Milied rispettivament kif ukoll l-armar ta’ l-Altar tar-Repożizzjoni (ittribuna) u diversi xogħol ieħor mill-Għaqda tal-Armar Sant’ Elena. F’ sena oħra milquta mill-pandemija ilmembri ta’ l-għaqda ta’ l-armar b’ rutina baqaw għadejjien bil-ħidma tagħhom fuq xogħol ta’ manutenzjoni kemm fl-imħażen innifishom kif ukoll tiswijiet fuq diversi armar ieħor. Qiegħda titkompla lmanutenzjoni tal-listi tal-faċċata. Saru 8 settijiet ta’ bandieri ġodda u pumi ġodda indurati għal ma’ l-armi ta’ quddiem ilkappella filjali ta’ Santu r-Rokku.
12
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Tkomplu x-xogħol fuq ilbandalori l-ġodda tal-kappella filjali ta’ Sant’ Antnin u Santa Katarina. Proġett ta’ pavaljuni ġodda għal Triq il-Kbira. Manutenzjoni fuq il-linef ta’ Triq il-Kbira, Xogħol estensiv fuq il-puttini u l-pedistallati tagħhom ta’ Triq Santa Liena (ta’ Kelment l-antik ) u set ta’ 16 illabarda ġdida għal fuq l-antaljoli kif ukoll liedna ġdida għallPjazza Sant’ Elena. Ta’ min isemmi wkoll il-wirja annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa li tittellgħa mill-istess membri ta’ dinha l-għaqda li għaliha tlestew żewġ bandalori ġodda biex jintramaw ma’ l-arbli quddiem l-entratura ta’ Triq is-Santwarju. Fi spirtu tal-festa għalkemm ridotta fejn fiha kellna nagħmlu llimitazzjoni ta’ l-armar, nawguraw lill-poplu Karkariż kif ukoll lil dawk id-dilettanti il-festa t-tajba. Naspiraw li jekk il-bambin irid sena oħra nkunu nistaw ingawdu l-festa ta’ Sant’ Elena b’ mod aktar normali.
13
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Banda Duke of Connaught Ninsabu fuq l-għatba ta’ festa oħra ad unur il-patruna ta’ Birkirkara Santa Elena. Għalija din is-sena hija bla dubju sena speċjali fejn ftit tal-ġimgħat ilu dħalt għal responsabbilità ġdida li nservi bħala aġent President talKażin Santa Liena Banda Duke of Cannought’s Own. Din hija opportunità sabiħa li nħares lejha b’ottimiżmu kbir u determinazzjoni għal ġejjieni sabiħ. Sfortunatament bħall-bqija tal-pajjiż u d-dinja, din is-sena se jkollna niċċelebraw f’qafas regolatorju skont il-linji gwida talAwtoritajiet tas-Saħħa, però dan mhu se jnaqqas xejn milli billimitazzjonijiet kollha nimmarkaw l-eżistenza tagħna li għadha hemm aktar minn qatt qabel u se tkompli tissaħħaħ fix-xhur u lġimgħat li ġejjin. Bħala Soċjetà qed naħdmu fuq ambizzjonijiet u proġetti kbar li meta ċ-ċirkostanzi jippermettu li nirritornaw, inkunu hemm aqwa minn kif tafuna permezz tal-briju kif hu sinonimu mal-ewwel banda Karkariża.
Għal din is-sena s-Soċjetà tagħna se tkun qed torganizza 3 attivitajiet uffiċjali bis-sehem tal-banda tagħna, nhar l-Erbgħa 18, il-Ġimgħa 20 u l-Ħadd 22 t’Awwissu 2021. L-attivitajiet kollha ser isiru bil-permess tal-Awtoritajiet Maltin tas-Saħħa u tat-Turiżmu rispettivament.
14
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
F’isem il-kumitat ċentrali tal-Każin Santa Liena Banda Duke of Cannought’s Own u s-sotto kumitati tal-istess Soċjetà, nieħu din lopportunità bħala aġent President sabiex nawgura l-festa t-tajba lillKapitlu Elenjan immexxi millMonsinjur Prepostu Dun Carmel Paul Vella, is-Sindku s-Sinjura Joanne Debono Grech u l-Kunsill Lokali kollu ta’ Birkirkara, l-Għaqdiet mużikali, sportivi u għaqdiet oħra li jiffurmaw parti minn Birkirkara, residenti Karkariżi, dawk kollha li isimhom huwa dedikat għal Santa Elena, membri u partitarji tas-Soċjetà Duke of Cannought’s Own kif ukoll lillfamilji kollha tagħna. Jalla jkollna festa oħra memorabbli fejn tispikka s-solennità tal-festi interni fil-Bażilika Kolleġġjata kif ukoll l-għaqda waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ristretti fil-Każin tagħna għal din issena ad unur l-patruna tagħna Sant’ Elena. Viva Birkirkara, Viva Santa Elena. Anthony Gatt Aġent President 15
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Għaqda Mużikali Sant’ Elena. L-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara, magħrufa bħala talBagri, twaqqfet fis-sena 1919. Sa mill-bidnett tal-ħidma tagħha, hija dejjem fittxet li permezz tal-mużika u l-attivitajiet kollha tagħha tkompli xxerred id-devozzjoni lejn il-Patruna Sant’Elena u fl-istess waqt toħloq l-ambjent neċessarju sabiex il-membri u l-partitarji tagħha jikbru firrabta tagħhom ma’ Sant’Elena u mal-Għuda Mqaddsa tasSalib. Kemm fil-bidu tagħha, kif ukoll matul il-perjodu diffiċli tatTieni Gwerra Dinjija u wara li nbidlu ċ-ċirkustanzi, l-Għaqda kienet dejjem magħrufa l-aktar għall-kompożizzjonijiet popolari u l-briju li tnissel kemm fost is-segwaċi tagħha filbosta rħula u bliet Maltin u Għawdxin, kif ukoll barra minn xtutna bħal f’Tunes, fi Sqallija u fi Spanja. Ta’ min isemmi lInnu tal-Banda, diversi innijiet li nkitbu matul is-snin, ilprogrammi mużikali annwali, kif ukoll il-Kantata u l-Oratorju li nkitbu mill-ex Segretarju, is-Sur Frans Pullicino, u mill-President attwali sabiex jgħollu ġieħ din ilqaddisa. 16
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Fis-seklu li ninsabu fih, l-Għaqda wettqet diversi proġetti ta’ fejda li se jibqgħu rigal siewi għas-sostenituri tagħha. L-aktar wieħed li jispikka huwa r-restawr tal-faċċata sħiħa, l-irħamar tal -intrata tagħha, u t-tqegħid imfassal b’reqqa kbira sabiex tpoġġiet statwa fil-fontispizju mal-faċċata tal-każin. Nistgħu niktbu paġni sħaħ, iżda l-messaġġ ewlieni għal din il-festa huwa wieħed sempliċi iżda ferm importanti fiċ-ċirkustanzi tal-lum: NAGĦTU KAS L-OĦRAJN.
Dan ma jfissirx li nissindikawhom, jew li nindaħlu fil-ħajja personali tagħhom.. Nagħtu kas l-oħrajn billi nimpenjaw ruħna sabiex bil-mezzi li għandna u bit-talenti li Alla tana, aħna nieħdu ħsieb lill-morda, lil qrabatna li qed jgħixu waħedhom, lil dawk li qed isofru minn problemi ta’ saħħa mentali, minn dawk li sofrew telfa tal-għeżież tagħhom minħabba l-Covid 19, lil dawk iż-żgħażagħ li jeħtieġu l-kuraġġ sabiex jiksbu lura l-fiduċja fil-kapaċitajiet tagħhom sabiex ikunu kapaċi jgħixu ferħanin u bi skopijiet sabiex itejbu ħajjithom, lil dawk il-persuni kollha li b’xi mod jew ieħor qed jistennew il-wens ta’ kelma ta’ faraġ, ta’ ħniena jew ta’ maħfra. Kemm għandna x’nagħmlu qabel, matul u wara l-festa! Sant’Elena hija xempju ħaj ta’ kif nistgħu nagħtu s-sehem tagħna permezz talkarita’ mal-oħrajn. Il-Festa t-Tajba! Anthony Saliba President Għaqda Mużikali Sant’Elena 17
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
18
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
19
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu. Il-logħob tan-nar huwa element essenzjali fil-festa Maltija. Jingħad li la m'hemmx nar m'hemmx festa u għalhekk ilKumitat tal-Għaqda jistinka s-sena kollha b'sagrifiċċji kbar sabiex kull sena jferraħ lill-poplu Karkariż bi lwien sbieħ
smewwija fil-jiem tal-festa titulari tagħna. Nagħmlu appell lill-Karkariżi sabiex jgħinuna finanzjarjament
ħalli ntaffu ftit mill-ispiża tal-programm pirotekniku għal din is -sena. Madankollu ma nistgħux ma nirringrazzjawx lil diversi individwi u entitajiet li jgħinuna b'kull mod matul is-sena kollha. Nawgurawlkom ilkoll il-festa t-tajba.
20
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Matul din l-aħħar sena sar sforz kbir sabiex Birkirkara jerġa' jingħatalha lpermess li jkollha Kamra tan-Nar tagħha li tiffunzjona bħal ma kellha sal-2007. Dan il-fatt iserraħ il-bwiet tal-Għaqda
għaliex illum il-ġurnata biex jinħadem innar, dan irid isir f'Kamra tan-Nar oħra u bi spejjeż ħafna ikbar min-normal. Jalla li l-għajnuna mwiegħda għal diversi drabi mill-awtoritajiet kompetenti titwettaq u
ssir realtà. Nagħmlu appell lill-Karkariżi sabiex jgħinuna finanzjarjament ħalli ntaffu ftit mill-ispiża tal-programm pirotekniku għal din issena. Madankollu ma nistgħux ma nirringrazzjawx lil diversi individwi u entitajiet li jgħinuna b'kull mod matul is-sena kollha.
Nawgurawlkom ilkoll il-festa t-tajba.
21
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Fratellanzi Santa Elena Għalina l-Fratellanzi bħall kull għaqda oħra kemm reliġjużi u dawk ċivili din l-aħħar sena kienet waħda diffiċli. Filfehma tiegħi bit-twaqqif tal-kumitat imħallat b’enerġija żagħżugħa u b’esperjenza f’ħidma b’risq il-fratellanzi minn fratelli oħra dawn d-diffikultajiet dawwarniehom f’opportunitajiet u ħidma ġdida. Mat-twaqqif tal-kumitat kull membru ingħata ħidma differenti fosthom, segretarju, Pro, koordinatur festi altari sekondarji, media virtwali u koordinatur armar eċċ. Flimkien ma’ Mons. Prepostu Paul Carmel Vella li hu wkoll membru f’dan il-kumitat ħejjejna kalendarju ta’ attivitajiet u servizzi għal kull parti mis-sena liturġika. Waħda minn dawn l-inizjattivi kienet li wara għexieren ta’ snin erġajna bdejna norganizzaw il-festi tal-artali laterali tal-Kolleġġjata. Din kienet inizzjattiva li ntogħġbot ħafna mill-parruċċani li ġew. Fost il-festi li ċċelebrajna kienu il-Madonna taċĊintura, Sant’Andrija, San Mikiel u tal-Karmnu. Minħabba l-pandemija tal Covid-19 kien hemm xi żmien li abbatini ma kinux qed jiġu u jagħtu servizz fuq l-artal, għalhekk fuq xewqa tal-Prepostu l-fratelli żgħażagħ taw sehem flok l-abbatini fil-funzjonijiet ewlenin tal-knisja fosthom il-Kunċizzjoni, il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
22
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Fil-festa ta’ Santu Kruċ bħal kull sena ħadna sehem attiv, fejn fil-purċissjoni bil-Vero Legnio li saret fit 3 ta’ Mejju 2021 iżżanżnu sett slaleb ġodda biex fil-purċissjoni ta’ Santa Liena jintużaw mill-konsorelle u fil-purċissjoni ta’ Santu Kruċ jintużaw mill-fratelli kollha. Fil-festa tal-Madonna tadDuttrina li saret fl-aħħar ta’ Mejju ntużaw għal ewwel darba sett ta’ muzzetti ġodda fil-funzjoni li saret ġol knisja. Tul dawn l-aħħar snin iddaħħlet drawwa li l-fratellanzi jagħmlu proġetti ġodda. Għall-festa ta’ din is sena dħalna għal żewġ proġetti kbar li se jkunu lesti u mberkin fit-18 ta’ Awwissu 2021 fil-jum Liturġiku ta’ Santa Liena fil-quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu ddedikat lill-fratellanzi.
Jiena nħeġġeġ lilkom tiġu u taraw frott tal-ħidma tal-kumitat tul din l-aħħar sena. Grazzi lil sħabi l-fratelli u konsorelle tal-appoġġ u nħeġġiġhom jiġu jieħdu sehem fil-funzjonijiet tal festa. Il-festa t-tajba lil kulħadd.
Pawlu Muscat Rettur Frattelanzi Santa Elena
23
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Għaqda Muża Karkariża Naħseb li s’issa kulħadd sema’ bilGrupp Muża Karkariża, li hija għaqda letterarja volontarja mwaqqfa fl-2014 bil-għan li tipprovdi letteratura u informazzjoni dwar Birkirkara, niesha, dak kollu li jmiss magħha, inkella xogħlijiet letterarji varji ta’ awturi Karkariżi jew li joqogħdu f’Birkirkara. Permezz tal-kontribut u l-letteratura li tipprovdi senza interessi biex tlewwen il-ħajja tal-Karkariżi u ta’ kull min jogħġbu jattendi, qiegħda kull ma jmur issawwar u tħalli legat għallġenerazzjonijiet futuri u tgħolli l-livell ta’ kultura fost is-semmiegħa u l-qarrejja. Il-Muża Karkariża m’għandhiex l-għan li tagħmel lil xi ħadd famuż jew ċelebri, imma li tagħti ċans kemm tista’ lin-nies - huma min huma - biex isiru kittieba (ukoll għal waqt wieħed) u jiktbu l-ideat tagħhom skont il-ħila tagħhom. IlMuża Karkariża tifhem li kulħadd jagħti minn dak li għandu, u għaldaqstant tirrispetta lil kulħadd u l-istili kollha.
Sa issa, Muża Karkariża diġà rnexxielha tippubblika żewġ volumi ta’ proża u poeżija, u dan bis-sostenn ukoll tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-Grupp għandu wkoll fi ħsiebu li jkompli jagħmel dan, ladarba l-isforz kollettiv tiegħu qiegħed jintgħoġob u jiġi apprezzat. Muża kienet tagħmel attivitajiet ta’ qari letterarju, kemm f’attivitajiet popolari li kien jagħmel il-Kunsill Lokali, imma wkoll f’okkażjonijiet speċifiċi matul issena, bħall-Milied, il-Ġimgħa l-Kbira, il-festa talPatruna jew l-okkażjoni speċjali ta’ meta kien hawn fostna il-vara tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla. 24
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Meta, fiż-żmien li nfirxet ilpandemija, ma setgħux iktar jittellgħu lejliet letterarji filpubbliku, Muża Karkariża ma qatgħetx qalbha u qalbet virtwali. Bdiet ittella’ xogħlijietha fuq il-profil tagħha ta’ Facebook sew biex iżżomm kumpanija lil min ma setax joħroġ kif ukoll biex ilkuntatt li bniet matul is-snin ma jintilifx imma jibqa’ ħaj. L-apprezzament għal din l-inizjattiva kien kbir u seħħilha tilħaq ammont sostanzjali ta’ utenti li qraw ix-xogħlijiet li tellgħet b’mod konsistenti bis-saħħa tal-kittieba kif ukoll talkoordinatriċi Terry Muscat li ħadet ħsieb tamministra din il-paġna u lproduzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet li saru matul iż-żmien. Din is-sena, wara dan in-nuqqas li nħass ferm, għall-ħabta ta’ żmien il-festa ta’ Santa Liena se tkun f’qagħda li ttellgħa mill-ġdid lejla letterarja fil-Bażilika nhar is-16 t’Awwissu 2021. Din se tinżamm taħt il-ħarsien ta’ Carmel G. Cauchi, kittieb u poeta. Kif inhu xieraq, it-tema sejra tkun Minkejja Kollox Aħna Hawn u se jinqraw xogħlijiet marbutin mal-festa u ma’ Sant’Elena. Għalhekk, filwaqt li nħeġġukom tattendu bi ħġarkom u bil-prekawzjonijiet meħtieġa għal din il-lejla letterarja, nixtiequ minn issa nawguraw il-Festa tTajba lil kulħadd u nħeġġukom tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet interni f’ġieħ ilPatruna. Jalla Santa Liena żżomm dejjem idejha fuqna u fuq raħalna u tkun ta’ ispirazzjoni qaddisa għalina biex nimxu wara s-Salib Imqaddes li tant ħabbet u xandret tul ħajjitha u għadha xxandar sal-lum. Mill-ġdid, il-Festa t-Tajba!
25
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Messaġġ mill-Għaqda Mużikali Sant’Antnin Insellmilkom. Bħalissa li lfesti mhux qed isiru kif aħna mdorrijin narawhom huwa ta` dispjaċir. Hija għafsa ta` qalb meta tasal il-festa u ma tistax issir.
Però għall-anqas fil-knisja qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet birrestrizzjonijiet li huma maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa. Ilfesta ta` Santa Liena hija festa li tiġi ċċelebrata bil-kbir filparroċċa li aħna nagħmlu parti minnha. Il-Banda tagħna tkun mistiedna ta’ kull sena sabiex tagħmel marċ millkażin tagħna sal-Bażilika l-Ħadd filgħaxija f`nhar il-festa.
26
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Hekk kif naslu fejn id-dar talPrepostu nilqgħu lill-Arċisqof blinnu tal-Papa qabel jibda triqtu lejn il-Bażilika Elenjana. Il-Banda tagħna ġiet imwaqqfa fl1983 u fl-1984 ġiet mistiedna għallewwel darba sabiex tagħmel marċ fil-festa ta’ Santa Liena fejn kienet taħt iddirezzjoni tas-Surmast ilMaġġur Anthony Aquilina u baqghet ta` kull sena tagħmel dan il-marċ anke taħt isSurmast E. Brincat kif ukoll taħt issurmast attwali Archibald Mizzi.
Jien f’isem sħabi tal-Għaqda Mużikali Sant`Antnin nawgura lfesta t-tajba lil kulħadd . Viva Santa Liena. Walter Muscat Segretarju
27
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Ritratti mill-Passat...
Ritratti mill-festa tal-1987!
28
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Ritratti ħajr lil Ivan Saliba 29
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
Ringrazzjamenti u Awguri Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jixtieq jirringrazzja lil min ta kontribut sabiex din il-pubblikazzjoni diġitali setgħet issir; Lill-għaqdiet li kkontribwew permezz tal-artiklu u r-ritratti tagħhom, lir-Reverendissimu Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella, lillpoetessa Therese Pace li kkontibwiet permezz ta’ kitbietha, lis-Sur Ivan Saliba, lis-Sur Massimo Borg u lis-Sur George Sultana għarritratti, u lis-Sur Charlmar Muscat li ddisinja l-faċċata ta’ din ilpubblikazzjoni diġitali.
Is-Sindku, is-Sa Joanne Debono Grech,
flimkien mal-Kunsilliera, isSegretarju Eżekuttiv u l-istaff
kollu tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jawguraw
il-Festa t-tajba lil kulħadd!
Talba lil Sant'Elena
O qaddisa Elena, Patruna tagħna mill-aktar maħbuba, inti li minn qalbek ħabbejt is -Salib u b'rieda sħiħa u b'perseveranza erojka mxejt fuq il-passi tal Kristu Ġesu, waqt li fittixt dejjem li tbati għalih, bit-talb siewi tiegħek, aqlagħli mingħand il-Mulej il-grazzja, billi bħalu u sal-aħħar, nimxi warajh, waqt li nġorr isSalib tiegħi ta' kuljum, biex hekk nasal fiż-żgur fil-hena ta' dejjem fis-sema. Ammen
30
Festa Sant’Elena 2021
Kunsill Lokali Birkirkara
31