

Il-Ħbieb Isejħu










Iben t'Alla sar Bniedem

LULJU 2025 numru 707
Sultan
Alfredu tal-Ingilterra hemm ġrajja li tirrakkonta kif dan ir-re kien qed imexxi armata ta’ pajjiżu kontra lforzi Daniżi li kienu jaħkmu l-pajjiż. Fi ġlieda minnhom l-armata ta’ Alfredu tħarbtet u r-re ħarab filforesta. Hemm sab razzett ta’ mara xiħa li għalkemm ma kinitx taf min hu laqgħetu u lestietlu ftit ikel biex jitrejjaq. Qaltlu: “Ħu ħsieb il-borma sakemm niġi.”
U ħarġet barra biex iġġib ftit ħatab.
Iżda meta ħarġet Alfredu kien għajjien li għajnu marret bih u raqad.
Meta marret lura l-mara bdiet tgħajjat u tgħajru.

“Isma’ taf li jien is-sultan ta’ pajjiżek! Jien Alfredu.”
“Jien ma jimportanix min int. Jien jimportani biss li tajtek biċċa xogħol żgħira u ma kontx kapaċi tagħmilha.”
Din is-sentenza qanqlet fis-sultan maħrub xewqa biex jerġa’ jingħaqad ma’ sħabu fil-ġlieda kontra d-Daniżi għax pajjiżu wkoll kien tah biċċa xogħol u ma kienx xieraq li ma jwettaqhiex.
Hekk ix-xiħa tat lis-sultan ikla ftit maħruqa imma ħeġġa ġdida biex jiġġieled u jissara għal pajjiżu... kif kien dmiru.
Quddiem korrezzjoni għandna żewġ toroq. Jew nirribellaw u neħduha kontra min ikun uriena t-triq jew naċċettawha u nsiru aħjar. L-għażla f’idejna.
Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem
magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi
pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.
Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…
Karità li rrendiet bil-kbir
Fulton Oursler jibda r-rakkont hekk:
George Boldt kien skrivan f’hotel żgħir fi New York. Dakinhar kien imissu xogħol bil-lejl. Il-hotel kien jibqa’ miftuħ sas-siegħa ta’ filgħodu u George kien ikollu jibqa’ hemm, wara mejdina, jistenna u jixxennaq li ddoqq issiegħa ħalli jagħlaq il-bieb u jmur jintefa’ għajjien mejjet fuq issodda li kienet tistennieh f’kamra żgħira li kellu riservata għalih filhotel. Dakinhar il-hotel kien mimli daqs bajda għax fi New York kienu qed isiru laqgħat annwali ta’ tliet kumpaniji kbar u għalhekk ilpostijiet ta’ akkomodazzjoni kienu kollha meħuda.
Ftit minuti qabel is-siegħa ta’ 2





bil-lejl daħlu fil-hotel koppja pjuttost anzjana u staqsew jekk kienx hemm wisa’ għalihom filhotel. Qalulu wkoll li suppost kellhom kamra riservata f’hotel imsemmi imma kien hemm xi żball u l-kamra riservata lilhom ingħatat lil ħaddieħor. Tlewmu bi sħiħ ma’ min kien inkarigat u b’saħna ħarġu barra jduru u jħufu biex jaraw isibux fejn iqattgħu llejl. Iżda sabu biss bibien magħluqa.
George qalilhom li l-kmamar kollha kienu mimlijin iżda ħass li ma għandux iħalli dawn iż-żewġ anzjani jibqgħu jiġru fit-toroq ta’ New York, f’dawk il-ħinijiet u bix-xita tqattar il-ħin kollu. Għalhekk kompla jgħidilhom, “Il-kmamar kollha mimlija iżda jien għandi l-kamra tiegħi li tistgħu tqattgħu l-lejl fiha.” U l-anzjani qalulu,

sufan li għandna ħdejn it-taraġ prinċipali. Lejl jgħaddi malajr.
Imma naf li jekk ma ddefsux raskom f’kamarti ser tqattgħu lbqija tal-lejl barra għax il-lukandi kollha mimlija. U ħafna minnhom issa ssibuhom magħluqin.”
Ir-raġel anzjan raddlu ħajr u aċċetta bil-qalb l-offerta ta’ George. U hekk hu u martu setgħu jqattgħu l-lejl taħt saqaf. Imbagħad dar lejn
George u qallu, “Xi darba għad tbierek il-karità li għamilt magħna!”
Għaddew xi sentejn. George kien nesa l-istorja tal-koppja anzjana li offrielhom kamartu biex ma jibqgħux jiġru barra fix-xita. Imma dlonk ftakar fiha meta fil-hotel reġa’ ra lir-raġel u dan talbu jmur
tassew sabiħ għax ir-raġel talistorja ma kien ħadd għajr
William Waldorf Astor u lil

George offrielu li jsir manager ta’ hotel kbir li kien għadu kemm akkwista. Il-hotel kien
ingħata l-isem ta’ Waldorf Astoria.
U Fulton Oursler temm il-ġrajja b’dan il-kliem: ‘Mhux kull karità li nagħmlu ser tirrendi bħalma ġara f’din ilġrajja. Iżda min jemmen jaf li dak li nagħmlu mal-oħrajn qisna qed nagħmluh mal-Mulej u r-
rigal tagħna jkun iprem minn kariga għoja f’hotel fi New York. Premju etern hu dejjem isbaħ minn kull rigal ieħor.

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar:


Jupiter: Ġupiter jew Ġove, kien
alla tas-sema u re tal-allat, u alla prinċipali Ruman. L-arma tiegħu kienet il-berqa b’ragħda qawwija, waqt li l-għasfur favorit kien ajkla (Aquila), waħda mis-simboli ewlenin tal-armati Rumani. Kellu żewġ ħutu, Nettunu, (Posejdon għall-Griegi u alla tal-baħar) u Pluto (Ħades, għall-Griegi u alla ta’ taħt l-art.) Kellu ħafna intriċċi
romantiċi kkumplikati, għax wara kollox kien ukoll Żews tal-Griegi. Kellu ħafna festi u tempji, l-ikbar tempju fuq waħda mis-sebgħa għoljiet ta’ Ruma, il-Capitolium, illum il-Campidoglio.
Jupiter, bħala pjaneta hija l-ikbar waħda fis-Sistema Solari, tant li hija ikbar mill-pjaneti l-oħra kollha f’daqqa. Anzi, li kienet ftit ikbar, kienet tixgħel b’reazzjonijiet termonukleari fiċċentru tagħha, u tkun kewkba żgħira. L-antiki, peress li rawha tant prominenti fis-sema ta’ billejl, semmewha għall-ikbar alla tagħhom.
Illum nafu li ġurnata f’Jupiter, dawra waħda fuqha nnifisha, tieħu madwar għaxar sigħat, waqt li biex iddur orbita waħda madwar ix-xemx tieħu madwar tnax-il sena. Tikkonsisti l-iktar mill-gassijiet hydrogen u helium (bħax-xemx u l-kwiekeb), imma għandha ċentru metalliku sħun.

Anke b’teleskopju żgħir tidher li għanda strixxi kannella orizzontali. Għandha wkoll bħal tebgħa ħamranija, kważi permanenti. Vetturi spazjali li żaruha nnutaw li din it-tebgħa hija urugan ġgantesk (xi darbtejn daqs iddinja), u li l-atmosfera hija f’movimenti kontinwi. Jupiter għandha 95 qamar idur magħha, ħafna minnhom żgħar ħafna u sirna nafu bihom dan laħħar, però l-erbgħa qribha kbar1 , kien skopriehom Galileo fil1608, bl-ewwel teleskopji li għamel.

Jupiter għandha wkoll sistema ta’ ċrieki, imma mhux prominenti. Ġew skoperti minn vetturi spazjali fil-1979.
(Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Awwissu)
1. Wieħed minnhom, Ganymede, huwa ikbar mill-pjaneta Mercury. (Ganymede kien żagħżugħ minnTrojja, li Żews ħatfu biex jgħix miegħu).






Pappagalliżmu
Id-direttur tal-films Frank Capra kera pappagall għal waħda mixxeni li kien qed jiġbed. Dam jiġbidha bosta drabi. Tant li lpappagall tgħallem jgħid il-frażi li
Capra kien itenni mijiet ta’ drabi kuljum, “Quiet Please!”.
U milli jidher il-pappagall kien ferħan itenniha għax minkejja lisforzi kollha ta’ Capra dan limbierek pappagall kien jirrepetiha proprju f’ħinijiet liktar drammatiċi tax-xena. U Capra ma kellux għażla oħra għajr li jikri pappagall ieħor.
Kos hux anke pappagall jittieħed mill-ambjent li jkun fih. Aħseb u ara aħna.

Bruno Ferrero jirrakkonta storja
dwar lekċerer f’Università f’Ruma li f’ħajtu kellu biss xewqa waħda... li jilħaq rettur taluniversità. Għalhekk kompla jistudja u jirriċerka u fl-aħħar irnexxielu jieħu dak li dejjem xtaq li jakkwista. Iżda wara sitt xhur irriżenja. Meta staqsewh għaliex warrab minn post li tant kien ilu jixxennaq għalih, weġibhom b’kelma waħda, “Valuri.”
Fil-fatt mart ir-rettur il-ġdid mardet bid-dimentia u żewġha ried li jqatta’ l-ħin tiegħu ħdejha biex ma tkun nieqsa minn xejn. Tajjeb li jkollna xewqat iżda dawn ma għandhom qatt iħajruna nwarrbu l-valuri.
Valuri
Talb u wegħdi
Raġel kellu appuntament
importanti. Kien ifisser avvanz fil-karriera. Sab ħafna traffiku u inkwieta bi sħiħ meta ma setax isib post fejn jipparkja. Għad li ma kienx reliġjuż wisq ħass li f’din l-okkażjoni għandu jitlob l-għajnuna.
“Mulej jekk issibli post fejn nipparkja l-Ħadd li ġej immur nisma’ quddiesa.”
U kompla jdur u jagħqad. U żied fil-wegħdi.

“Mulej jekk issibli post fejn nipparkja nibda ngħid talba qasira kuljum qabel norqod u xħin inqum.”
Iżda ma lemaħ l-ebda post vojt u lħin kien qed jagħmel sew. Beża’ li ser ikun tard għall-appuntament u hekk jaqta’ figura miskina millbidu. Għalhekk kompla jwiegħed, “Mej jekk issibli post fejn nipparkja nagħti mitt dollaru karità!”
U f’daqqa waħda jara sewwieq li kien ser ineħħi l-karozza millparking. Dlonk kellem lill-Mulej u qallu, “Insa l-wegħdi. Sibt post fejn nipparkja!”
Ċajta iżda nirrepetuha fil-ħajja. Inkunu nixtiequ xi ħaġa. Nitolbu bil-qalb biex nakkwistawha. U meta niksbuha flok inroddu ħajr lill-Mulej nippretendu li ksibnieha b’ħilitna.
Loġika
Rabbi Lhudi kien magħruf għallħsibijiet profondi tiegħu. Ħafna kienu jmorru jfittxuh mhux biss Lhud imma nies ta’ kull reliġjon. Kultant anke nies ta’ bla reliġjon li jkunu jixtiequ xi risposta dwar mistoqsija li tkun tħabbathom.
Wieħed mill-viżitaturi staqsieh, “Kif tista’ l-imħabba t’Alla tkopri tant miljuni ta’ nies?”
“Eżatt kif id-dawl taxxema’ jdawwal u jsaħħan lillmiljuni ta’ nies.”
U xi ħaddieħor staqsieh:
“Alla fejn jinsab?”
“Jinsab f’kull qalb li tiftaħlu biex joqgħod fiha. Hux fik u fija jiddependi minna.”


IL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU


Fix-xahar li fih jintemm bil-festa tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl ikun jixraq li nagħmlu laqgħa li fiha nagħtu tagħrif li b’xi mod jew ieħor għandu x’jaqsam ma’ dawn iż-żewġ kolonni tal-knisja. Daniel Meilak għamlilna lezzjoni interessanti ħafna dwar postijiet f’Ruma li huma marbuta magħhom. Beda billi qalilna li fil-Bibbja – permezz tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli, u xi ittri ta’ San Pawl – hemm ħafna referenzi għal San Pawl f’Ruma iżda fil-Bibbja ma nsibu xejn dwar San Pietru f’din il-qalba tal-Imperu Ruman. Iżda fl-ewwel ftit
sekli tal-Knisja hemm bosta referenzi għall-preżenza tiegħu f’Ruma fil-kitba tal-Missirijiet tal-Knisja bħal San Irinew, San Klement ta’ Lixandra, Oriġene, Ewsebju u Laktanzju. Hemm ukoll il-ġrajja ta’ San Pietru flimkien ma’ Xmun is-Saħħar irrakkuntata minn Ewsebju u San Ġilormu li tagħha nsibu pittura fil-korsija tal-knisja tagħna. Hemm il-knisja ta’ Santa Maria in Palmis u lleġġenda tal-Quo Vadis… meta waqt persekuzzjoni San Pietru kien qed jaħrab minn Ruma u ltaqa’ ma’ Kristu dieħel Ruma u jgħidlu li ser jerġa’ jkun imsallab u b’hekk bidillu fehemtu. Hemm

marki tas-saqajn f’irħama li lleġġenda tgħid li huma ta’ Kristu.
F’Ruma nsibu l-ħabs Mamertinu u San Pietro in Vincoli fejn hemm il-ktajjen li jingħad li kien marbut bihom f’Ġerusalemm u f’Ruma.
Forsi l-aktar popolari hija lBażilika ta’ San Pietru mibnija fuq il-qabar ta’ dan l-appostlu.
Filwaqt li marbuta ma’ San Pawl hemm l-abbazija tat-Tre Fontane fejn ħa l-martirju insibu pittura ta’ din il-ġrajja fil-kor tal-knisja tagħna - u San Paolo fuori le mura fejn hemm il-qabar tiegħu. Barra mit-Testment il-Ġdid hemm ukoll referenzi fil-kitba talMissirjiet tal-Knisja, San Klement I, San Ewsebju u San Ġilormu.
Jingħad li l-Knisja ta’ San Paola alla Regola kienet mibnija fuq iddar li skont l-Atti tal-Appostli San Pawl kien kera u li dam joqgħod fiha għal sentejn… “‘Pawlu dam joqgħod hemm għal sentejn sħaħ f’dar li kien kera; hemm kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jiġu għandu, ixandrilhom is-Saltna ta’ Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil.’ Atti 28, 30-31. LArkeoloġija wriet li taħt il-knisja hemm pedamenti ta’ djar talewwel seklu.
Nirringrazzjaw lil ħabibna Daniel Meilak tal-lezzjoni sabiħa li għamlilna u li niżlet tajjeb ferm ma’ dawk preżenti. Kienet introduzzjoni sabiħa għall-festa ta’ tliet ġimgħat wara.


għal-LAQGĦA TA’ LULJU
Ser tkellimna Ms Dorianne
Cassar dwar ‘Alla ta’ Ġesù
Kristu u kif f’Ġesù naraw iseħħu l-wegħdiet ta’ Alla’.
Mil-laqgħat li għamlitilna fissnin li għaddew rajna kemm
Dorianne kapaċi tfisser issuġġett li jkollha b’mod sabiħ u ċar. Żgur li min jattendi
jitgħallem xi ħaġa ġdida jew inkella jieħu perspettiva ġdida ta’ dak li forsi sema’ kemm-il darba.
Ser issir nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju fit-8.00p.m. Ejja int u ħajjar ħbieb tiegħek sabiex jattendu wkoll.




“Mejjilt ftit widnejja biex naqbdu, u tagħlim kbir jien ksibt.”
Bin Sirak 51: 16
Ħafna jassoċjaw l-għerf ma’ xagħar griż u abjad nies li għandhom ħafna esperjenza. Veru, hemm għerf li jinkiseb bl-esperjenza.
Imma għerf ukoll li huwa don ta’ Alla. Carl Sandburg jirreferi
għal dan tal-aħħar ’waħda mill-kitbiet tiegħu.
Jitkellem dwar tifla li qiegħda tara parata militari.
In-nies qed jiċċelebraw
il-qawwa tal-armi
imma hi qiegħda taħseb, ‘Xi darba ser issir gwerra u ħadd minn dawn ma jiġi.’
Kif nista’ niftaħ qalbi għall-għerf li jiġi minn Alla?
L-għerf għandu għeruqu fit-tjubija u mhux it-tjubija fl-għerf. Ralph Waldo Emerson


BUDAPEST
Għal ħafna snin, sekli sħaħ, din il-belt kienet fil-fatt maqsuma fi tliet ibliet, Buda, Obuda u Pest. Kien fl-1873 li l-
Ungeriżi ddeċidew li jagħmluhom belt waħda u jaħtruha bħala l-belt kapitali tagħhom bl-isem ta’ Budapest. Iżda għalkemm ingħaqdu, kull waħda minnhom żammet id-distintivi partikulari tagħha u dan jagħmel lil Budapest isbaħ għax ssib fiha tliet stejjer ta’ ħsieb.


Ungerija għaddiet minn żminijiet diffiċli speċjalment fl-aħħar tmenin sena. L-ewwel meta invadewha nNażisti ta’ Hitler u mbagħad meta sfat okkupata mill-forzi Russi. Dawn talaħħar ħadu l-gvern f’idejhom għad li qajla kienu popolari mal-poplu
Ungeriż. Dan ittenta jikseb il-ħelsien fl1956 imma l-qawwa Sovjetika malajr rażżnithom u l-Ungeriżi kellhom jistennew sas-sena 1989 biex jiksbu lveru ħelsien tagħhom. Fl-irvell tagħhom kontra r-Russi fis-snin ħamsin iddistingwa ruħu l-Kardinal Mindszenty li minkejja l-priġunerija, ittorturi u anke t-turufnament baqa’ sħiħ daqs is-swar ta’ belthom fil-prinċipji tiegħu u llum għadu meqjus bħala eroj speċjalment mill-ġenerazzjoni anzjana Ungeriża.


Aktarx li malli tasal Budapest tissaħħar bix-xena li tara minnaħa ta’ Buda. Quddiemek filgħoli tilmaħ il-binja maestuża talkastell. Sabiħa fid-dawl tax-xemx u isbaħ bil-lejl bid-dawl artifiċjali. Mhux ta’ b’xejn li hi meqjusa bħala sit tal-Unesco. Ix-xmara Danubju toffri panorama minnha nnfisha u lUngeriżi rnexxielhom jagħmlu 4 pontijiet li jgħaqqdu Buda ma’ Pest mibnijin fi snin differenti u bi stili differenti li ħolqu atmosfera tassew sabiħa. Ilpontijiet msejħa Chain Bridge, Margaret Bridge, Elizabeth Bridge u Liberty Bridge huma mibnija b’sengħa kbira li ma jtellfu xejn mis-sabiħ tax-xmara. Anzi mixja minn fuqhom tgħinek tapprezza iżjed is-sbuħija ta’ din il-belt.
Għal min iħobb il-knejjes waqfa fil-knisja ddedikata li San Stiefnu hi kważi obbligatorja għax hi ġojjel arkitettoniku. U jekk titħajjar titla’ fuq il-kampnar tagħha ġġib il-belt kollha taħtek. Anke l-knisja ddedikata lil San Mattija wkoll għandha ħafna x’toffri. Fiha kienu jiġu nkurunati r-rejiet Ungeriżi ta’ dari fosthom is-sultan Mattias li għall-qaddis tiegħu hu ddedikat dan il-maqdes.
Dawra mal-belt tlaqqgħek ma’ binjiet stupendi fosthom il-binja fejn jiltaqa’ l-Parlament. Il-kastell IL-ĦBIEB
Buda jdaħħlek f’era oħra meta lUngerija kienet monarkija. Binja sabiħa li tapprezzaha ferm iktar jekk ikollok xi gwida li jfissirlek il-passat tagħha. Dik imsejħa Fisherman’s Bastion toffrilek okkażjoni biex iġġib lil Pest taħtek. Qisek fuq helicopter tara lħajja ta’ kuljum għaddejja b’veloċità quddiemek. U l-Palazz Rjali mimli opri tal-arti u filkonfini tiegħu ssib uħud millisbaħ mużewijiet tal-belt.
U meta tkun għejjejt tiġri, waqfa fuq Margaret Island tinżillek għasel għax hawn tidħol f’dinja ta’ skiet. Din il-gżira, li skont ittradizzjoni kienet tgħix fiha Santa Margerita, hi oasi ta’ kwiet bla traffiku u massa ta’ nies. Tara biss xi ċiklisti li jippreferi jduru madwar il-gżira bir-rota. Imma lmaġġoranza tan-nies jintasbu taħt xi siġar kbar, quddiem xi medda ilma b’xi funtana artistika maġenbhom. Gżira ta’ seħer għax titfgħek f’ambjent kważi kampanjol qisek qed tgħix f’xi farmhouse bogħod mill-abitat.
Budapest hi popolari ħafna matturisti barranin għax kull sena jżuruha mal-4 miljun turist barrani iżda hi popolari ħafna wkoll malUngeriżi nfushom għax madwar 8 miljun Ungeriż jippreferi li lvaganzi tiegħu jgħaddihom f’din il-belt. Min ilumhom meta f’Budapest hemm tant x’tiggosta u x’tara.


