Skip to main content

Nimxu Id F'Id - April 2025

Page 1


Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161

Ritratt tal-faċċata: It-TORRI TA' SANTA MARIJA - magħruf ukoll bħala t-Torri ta' Kemmuna, mibni mill-Gran Mastru Alof de Wignacourt fl1618 biex iħares il-Fliegu ta' Għawdex mill-attakki tal-furbani. Fi żmien lImblokk tal-Franċiżi serva ta' ħabs għal dawk li kienu jinqabdu jispjunaw għall-Franċiżi. Sal-2002 it-torri kien għadu jintuża mill-Forzi Armati ta' Malta. Imbagħad ġie mgħoddi f'idejn l-għaqda volontarja Din L-Art Ħelwa li rrestawratu biex ikun aċċessibbli għall-pubbliku.

Ritratt meħud fis-17 ta' Marzu 2025 – Martin Attard

Nimxu Id F’Id April 2025 Ħarġa numru 542

Fl-istaġun 2016-2017 kien hemm logħba futbol bejn żewġ klabbs żgħar fir-Russja li ssemmiet mad-dinja għal raġunijiet ħżiena mhux għal xi gowl stupend.

Baikal kienu qed jilagħbu kontra Vodnik u ż-żewg timijiet xtaqu jitilfu u mhux jirbħu għax min jispiċċa l-ewwel fil-klassifika kien tela’ bixxorti biex jilgħab kontra tim tajjeb ħafna waqt li t-tellief kellu logħba ħafifa. Għalhekk ħadd ma skanta meta plejer ta’ Vodnik għamel auto goal. Fi ftit minuti t-tim l-ieħor skorja tliet auto goals biex ikun

ċert li jitlef. Iżda ma tilifx malajr għax l-auto goals bdew deħlin

fix-xibka b’ħeffa kbira tant li

f’inqas minn 22 minuta, b’kollox ġew skurjati 20 gowl u kollha kienu auto goals biex ir-

riżultat aħħari spiċċa Baikal 11 u Vodnik 9. Naturalment ebda tim ma kien ser ikompli fil-kompetizzjoni għax il-Federazzjoni ssospendiethom talli kienu waqqgħu l-logħba għaċ-ċajt.

Li tiskorja auto goal ma tantx trid sengħa u stinkar. Faċli titfa’ l-ballun fix-xibka tiegħek stess. Imma s-sabiħ tal-logħba hi li biex tirbaħ trid tbati. U dan ma jgħoddx biss għall-isports imma wkoll għall-ħajja. Biex tirnexxi trid tistinka. Kemm f’dak li hu studju u karriera kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mar-reliġjon. Triq is-suċċess bħal triq ilġenna, qatt ma kienet għan-niżla.

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor

...

f’kitbietu

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li napprofitta ruħi f’kull okkażjoni tajba.

 Tgħallimt li ebda kreatura ma tissodisfa lill-qalb tal-bniedem.

 Tgħallimt ma nirrispondix qabel ma nkun fhimt.

 Tgħallimt li fid-dinja kollox fuq l-inċertezzi.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra

Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956

permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - April 2025

Dizzjunarju Bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Għeli

Kien it-tfajjel Samwel li wassal lil

Għeli l-aħbar li l-Mulej mhux ferħan bin-nuqqas ta’ dixxiplina tiegħu. Fil-fatt għandu tmiem ikrah għax miet meta nqaleb minn fuq is-siġġu li kien fuqu għallaħbar tal-mewt ta’ wliedu fil-ġlied li kien qed isir kontra l-Filistej.

(Aqra: L-Ewwel ktieb ta’ Samwel)

Kien qassis il-kbir u wieħed millImħallfin ta’ Israel. Kien raġel tajjeb u pprova jmexxi lill-poplu fit-triq li riedu l-Mulej. Iżda ħalla lil uliedu jikbru u qajla kien jikkoreġihom meta kien ikun jaf li mhux qed jgħixu tajjeb. Anzi l-eżempju tagħhom kien qed iġib ħafna ħsara fuq il-ħajja reliġjuża tal-poplu Lhudi.

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

L-Għabra

(... ikompli mill-ħarġa ta’ Marzu)

Id-dawl żodjaku huwa pjuttost rari u diffiċli tarah l-iktar minħabba kontaminazzjoni ta’ dawl artifiċjali. Dan id-dawl żodjaku jirriżulta meta d-dawl tax-xemx jiġi rifless minn għabra ħafna ’l fuq millatmosfera, l-għabra tar-reġjun interplanetarju. U sors importanti ta’ dinl-għabrahumal-kometi.

Kometi huma biċċiet kbar, (l-ikbar xi għaxriet ta’ kilometri), mhux bilfors tondi, magħmula minn ġebel, silġ, gassijiet ffriżati u għabra. Huma frak mill-formazzjoni tas-sistema solari u jduru madwar ix-xemx f’orbiti irregulari ħafna. Iżda meta jgħaddu qrib ix-xemx jisħnu, xi materjal millwiċċ jevapora u mbuttat mir-raġġi tax-xemx jifforma xuxa twila (sa anke miljuni ta’ kilometri) li però tant hija rqiqa li qisha vakwa. Iddinja ġie li għaddiet minn ġo denb ta’ kometa mingħajr ebda effett, għalkemm meta fil-1910 kellha tgħaddi mid-denb tal-kometa Halley, inqala’ ħafna paniku żejjed fil-gazzetti, l-iktar meta kienu nstabu xi traċċi ta’ gassijiet velenużi (imma tant f’konċentrazzjoni baxxa li ma kienu ta’ ebda effett).

(... ikompli fil-ħarġa ta’ Mejju)

Nimxu Id F’Id - April 2025

...

jikteb Ritchie Grech

Id-Dragant (Stakti)

Id-dragant kien il-gomma mnixxfa li toħroġ mis-siġra tad-dragant jew tas-stakti, bl-Ingliż storax tree jew gum tree (Astragalus gummifer).

Kienet siġra żgħira tikber fid-deżert li tagħmel ward isfar u kienu jiġbru minnha r-raża li toħroġ miz-zkuk tagħha. Meta Ġakobb bagħat lil uliedu ħdejn ibnu Ġużeppi fl-Eġittu (bla ma kien jaf li hu ibnu) qallhom: “ħudu magħkom mill-aħjar ġid ta’ din l-art fil-ħoroġ tagħkom, u ħudu rigal lil dak ir-raġel; xi ftit balzmu, xi ftit għasel, dragant u lawdnu, pistaċċi u lewż” (Ġen 43,11).

Alla jagħti l-ordni lil Mosè: “ħu daqs wieħed minn dawn il-ħwawar: stakti, bebbux ifuħ, galbanu, u inċens ifuħ” (Eż 30,34) biex jagħmel linċens sagru. Prof Saydon juża l-kelma raża flok stakti: “ħu dawn ilħwawar: raża, bebbux ifuħ, gomma tal-ferla u inċens safi, daqs indaqs ikunu” (Eż 30,34). Il-poplu Lhudi fid-deżert xebbah il-kulur tal-manna mad-dragant: “u l-manna kienet tixbah iż-żerriegħa tal-kosbor, u lewn ir-raża” (Num 11,7).

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.

Meta miet il-kelb Piper ħafna tgħidx kemm kitbu kliem sabiħ fuqu u kemm messaġġi rċieva sidu. Għax Piper kien sar famuż. Qatta’ ħafna minn ħajtu fl-Ajruport ta’ Michigan fl-Istati Uniti. Sidu kien jieħdu hemm u jħallih għal ħafna ħin. U kellu biċċa xogħol importanti x’jagħmel. Ried ma jħallix jittajru fil-viċinanza tal-ajruport għasafar kbar bħal ajkli, papri u l-bqija. Għax dawn it-tjur kienu ta’ periklu għall-ajruplani li jkun qed jillandjaw. U Piper kien jaqdi dmiru b’effiċjenza kbira tant li fi żmienu rari jekk qatt kienu jaraw xi għasfur kbir itir fil-baxx fuq il-ħaxix tal-ajruport.

Nimxu Id F’Id - April 2025

film

Game of Thrones. Jisimhom Odin u Thor u sidhom William Mulhall mill-Irlanda Ta’ Fuq tgħidx kemm jieħu ħsiebhom u jikkurahom.

Biżżejjed ngħidu li f’Marzu 2018 kienu inxurjati għal miljun lira sterlina kull wieħed. Tistgħu timmaġinaw x’polza jrid iħallas kull sena biex jkun jista’ jtella’ s-somma daqstant fil-għoli.

Imma William jaf li kull darba li jidhru fil-films, hu jdaħħal somom fenominali li mhuxbissjippermettulu jħallas l-insurance imma jibqagħlu wkoll somma sabiħa f’butu. Iżda William jgħid li iktar millflus hu jgħożż il-ħbiberija li teżisti bejnu u bejn dawn iż-żewġ klieb li jobduh qishom jafu li fl-ubbidjenza tagħhom hemm is-suċċess għalihom u għal sidhom.

Mhux jaħasra li aħna wkoll nobdu lill-ġenituri bl-istess entużjażmu u regolarità!

Mid-Dinja tax-Xjenza

... jikteb Joe Portelli

Iż-Żugraga u r-Rota

Meta żugraga ddur fuqha nnifisha għandha momentum ukoll imma jgħidulu angular momentum. Iktar ma oġġett ikollu momentum, iktar diffiċli tbiddillu d-direzzjoni tiegħu. Mela jekk żugraga tkun iddur ħafna b'rata għolja, difficli iktar biex tbiddel il-momentum tagħha. Fil-fatt tkun iktar stabbli u ma taqax. Imma mbagħad xħin tnaqqas middawrien, tibda tiżżegleg (precession) u taqa'.

L-istess jiġri f'rota. Meta r-roti tar-rota jkunu jduru ħafna, ikollhom ħafna angular momentum u għalhekk diffiċli iktar biex tbiddel id-direzzjoni ta' dan ilmomentum. Trid iktar torque. Għalhekk meta r-roti jkunu jduru ħafna, ir-rota tkun iktar stabbli u inti iktar faċli għalik iżżomm ilbilanċ fuqha.

Tista' tħoss kemm hu iktar diffiċli tbiddel iddirezzjoni ta' rota meta tkun iddur fuqha nnifisha. Jekk talza r-rota ta' quddiem ta' rota u ddawwarha metawieqfa, issibha faċli. Imma jekk tkun iddur fuqha nnifisha, issibha iktar diffiċli.

Ortografija Maltija

Għalfejn niktbu monument imwaqqa’ u mhux monument imwaqqgħa?

Dan għaliex meta l-forma tal-partiċipju tkun fil-maskil din tispiċċa bilkonsonanti. F’każ bħal dan il-konsonanti hija l-għ rappreżentata b’appostrofu.

Biex tiftakar, imxi fuq il-mudell ta’ ‘mkisser’ (ir-r tirrappreżenta l-għ) imkisser = imwaqqa’

Il-forom tal-partiċipju femminili jispiċċaw b’vokali. Pereżempju, ‘statwa mwaqqgħa’. Hawnhekk għandek timxi fuq il-mudell ta’ ‘mkissra’. imkissra = imwaqqgħa

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Nimxu Id F’Id - April 2025

tal-Qasam Mid-Djarju

Qasam tagħna. Ta jintrema’ ‘sett’ ġdid biex kull min jiġi jaraha minn sena għall-oħra jara xi ħaġa ġdida u mhux wirja statika li ma tinbidilx. Ix-xogħol fuqha jibda minn xi 10 ġimgħat qabel sakemm tinfetaħ nhar Ħadd il-Palm. Din issena minbarra l-kostruzzjoni tal-għorfa, inbidlet waħda mill-istatwi tal-Appostli, dik ta’ San Ġwann, xogħol tal-artist James Azzopardi. Minħabba li din is-sena hija waħda Ġubilari, ħsibna biex jinħadem

kummentarju ġdid marbut mat-tema tat-Tama li hija wkoll it-tema prinċipali tal-Ġublew ta’ din issena. Ser titqassam ukoll tifkira

ġdida lil kull min iżur iċ-Ċena matul il-Ġimgħa Mqaddsa. Grazzi lill-membri u l-voluntiera li jaħdmu fuq din il-Wirja kif ukoll il-kuritur tal-Qasam li jkompli jsebbaħ il-Qasam tagħna u jkompli jdaħħalna fl-ispirtu qaddis tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Mexjin ukoll il-provi marbuta mal-Play Faqar li Stagħna. Din ilplay, li hija miktuba minn seħibna Anton Mercieca u għandha

direzzjoni ta’ ħabibna Joseph Farrugia, teħodna fi Sqallija tal-lum f’ħabs iffrekwentat miż-żgħażagħ u b’saċerdot mimli ħeġġa biex jagħmel dik id-differenza fil-ħajja tagħhom. Din il-play ser tittella’

nhar il-Ħadd 27 ta’ April fis-6.00p.m. fis-Sala tal-MUSEUM. Grazzi lillatturi kollha u lil dawk backstage li qed jagħtu s-sehem tagħhom f’din il-produzzjoni.

Matul ix-xahar ta’ Marzu

kellna wkoll il-passiġġata, dejjem meta t-temp ippermetta. Morna fuq l-Għolja

tan-Nuffara kif ukoll fuq lGħolja ta’ Għammar, fost postijiet oħra. Bħala parti millprogramm tal-Eżerċizzji talAdolexxenti, il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu lqajna l-grupp kollu ta’

Għawdex fil-Kappella tal-Qasam tagħna. Inħeġġukom dejjem biex tieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet li jsiru proprju għalikom.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Nimxu Id F’Id - April 2025

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook