5 minute read

It-Tieni Vista

Next Article
It-Tielet Vista

It-Tielet Vista

L-ewwel darba li tawni megaphone

miktub minn

Advertisement

Christine Mamo

II. Minkejja li l-għejja tagħmel tagħha, id-determinazzjoni għal soċjetà aħjar dejjem tirbaħ. Minn mindu kien żgħir, Julian Delia, żagħżugħ ta’ 25 sena, kien iħoss li fissoċjetà Maltija hemm affarijiet li ma jagħmlux sens u b’hekk kien hemm bżonn tibdil għal dan. Bħala tifel ma kienx jifhem għala ċertu affarijiet isiru kif isiru, għala jeżisti l-faqar, u għala jsir il-ħażen. “Minn mindu kont żgħir kont inħoss sentiment ta’ rabja meta kont nara xi ħaġa li mhux suppost tiġri,” qal Julian. “Tinnota li hemm xi ħaġa mhux f’postha imma ma tifhimx għala mhux kulħadd meqjus l-istess.” Hekk kif beda jitfarfar daqsxejn, Julian beda jagħraf iktar l-affarijiet kif isiru u saħansitra kien jirribella kontra missieru għax kien hemm numru ta’ affarijiet li ma kienx jaqbel miegħu fuqhom.

“Missieri dejjem prova jrabbi sens ta’ dixxiplina fija,” saħaq Julian. “Jien dejjem kont insaqsi u nisfidah; mhux b’intenzjoni ħażina, iżda biex nitgħallem. Kien hu stess li rabba’ fija li nsaqsi għaliex u ma naċċettax li jgħidu l-awtoritajiet b’għajnejja magħluqa.”

Iżda ma nistgħux ngħidu l-istess għal nannuh li għalih kien persuna ta’ eżempju u li jammira, tant li minn dejjem mexa fuq il-passi tiegħu. L-istess bħal nannuh, Julian fittex l-interess tas-soċjetà l-ewwel u qabel kollox minflok l-interess tiegħu nnifsu.

“Nannuwi kien involut fil-General Workers Union u għalhekk dejjem kien qrib tal-ħaddiema,” stqarr Julian. “B’hekk lil missieri xtaqt nisfidah u lil nannuwi xtaqt nikkupjah. Huma kienu l-ikbar influwenza fuqi.”

Julian jistqarr li l-ġenituri tiegħu mhux dejjem jifhmu għaliex minn tant nies f’Malta, irid ikun hu li jiġġieled għad-drittijiet tan-nies. Iżda bi tbissima liema bħalha Julian iwiġibhom bl-iktar mod sempliċi: “m’hemmx x’tagħmel, inthom rabbejtuni hekk!” Mhux l-ewwel darba li l-ġenituri tiegħu pprovaw iwaqfuh milli jipprotesta, u dan jagħmluh bħala sens ta’ mħabba u biża’ għal binhom. Minħabba f’hekk hu kemm-il darba ddiskuta magħhom dan is-suġġett. Iżda f’għajnejhom huma jibqgħu jaraw biss lil binhom ferut jew ixellef dufrejh mal-ġustizzja.

Is-snin tgerbu u Julian beda juri interess fil-Moviment Graffitti, moviment li għal 26 sena ġġieled għad-drittijiet tal-ħaddiema, għallugwaljanza, u għall-ħarsien talambjent. Ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin jattendi l-protesti organizzati mill-Moviment innifsu, filwaqt li ilu sentejn jagħmel parti mill-eżekuttiv.

Issa li kiber, Julian sar jifhem aħjar il-problemi minn fejn ġejjin u għaliex iseħħu xi affarijiet li f’għajnejh m’għandhomx isiru. Dak li kien iħoss meta kien żgħir, mhux talli ma baqax fil-perjodu ta’ tfulitu iżda talli jħoss responsabbiltà ikbar li għandu jgħin fil-ġustizzja soċjali. Issa li mmatura, jista’ jaħseb b’mod indipendenti u jagħżel bl-aħjar mod id-direzzjoni li għandu jieħu f’dan ir-rigward.

Julian jemmen li “llum int u għada jien,” u b’hekk jiġġieled anke għallaffarijiet li ma jaffetwawhx b’mod dirett għaliex jemmen li fil-ħajja wieħed għandu jgħin lil kulħadd fid-diffikultajiet li jkun fihom: “il-bnedmin huma kollha b’qalb tħabbat, huma min huma.” Dan it-twemmin saħansitra wasslu biex jiggradwa u jaħdem fis-settur tassaħħa mentali.

“Bħalissa naħdem ma’ Richmond Foundation, fondazzjoni li taħdem għal persuni li jsofru minn problemi ta’ saħħa mentali,” qal Julian. “L-istess bħal Moviment Graffitti, huma jaħdmu għall-ġustizzja soċjali u b’hekk hemm konnessjoni bejn iżżewġ entitajiet.” Julian stqarr li l-membri tal-Moviment jiġu trattati bl-agħar mod, filwaqt li ma jonqosx it-tgħajjir li jaqilgħu meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Moviment. Hu mar lura fiż-żmien meta attenda protesta partikolari u fost it-tgħajjir beda jisma’, “żibel tattriq.” Dan il-kliem dejqu iżda żamm kalm, u dar lejn il-mexxej tal-protesta, u bi tbissima qallu: “għandkom bżonn iktar żibel tat-triq?”

Ħafna jaħsbu li l-membri f’dan ilMoviment huma “nies bla xogħol u m’għandhomx x’jagħmlu f’ħajjithom.” Minkejja t-tgħajjir li jisma’ fl-isfond tal-protesti min-naħa tan-nies, xorta jibqa’ l-fatt li jħoss bħal ċertu poter fi ħdan il-Moviment li l-ebda persuna jew għaqda oħra m’huma kapaċi jtuh l-istess sodisfazzjon.

L-ewwel darba li tawni megaphone f’idi ħassejtni magħqud

“L-ewwel darba li tawni megaphone f’idi ħassejtni magħqud mal-folla, bħallikieku kelli poter fiżiku. Tħoss enerġija fl-arja fejn in-nies jesprimu lilhom infushom,” qal Julian.

Iżda Julian assigura li l-protesti ma jsirux b’gost iżda biex isemmgħu leħinhom dwar xi kwistjoni li jkun hemm fil-pajjiż. Hu qal li ġaladarba ssir protesta, din issir għax wieħed ikun xeba’ jisma’ skandlu wara l-ieħor, problema wara l-oħra, u ħsara fl-ambjent wara l-oħra.

Iżda fejn qabel kienu jiġu mgħajra, is-sitwazzjoni gravat tant li anke ġew mhedda b’arma li taqta’ u bilponta. Julian irrakkonta meta darba kienu qed jikkampjaw quddiem l-Awtoritajiet tal-Ippjanar fi protesta u persuna li sal-lum għadha mhux magħrufa bdiet tittawwal filkampijiet u teħdilhom ir-ritratti filwaqt li ċċarrtilhom il-kampijiet kollha.

“Id-demokrazija għandha tkun dejjem attiva,” qal Julian. “Inti għandek tipparteċipa l-ħin kollu u jekk ma taqbilx ma xi ħaġa għandek issemma’ leħnek. Nippreferi nieħu riskju, li ovvjament ikun imdawwar b’biża’, milli ngħix ħajti kollha fil-biża’ talħajja ta’ kuljum.” Ix-xogħol li jsir fi ħdan il-Moviment mhux wieħed faċli, anzi jġib miegħu ħafna għejja u stress. Jiġu mumenti li l-membri jispiċċaw jiddedikaw ħin daqs xogħol full-time ieħor, b’mod speċjali issa li Moviment Graffitti qed jikber tant li l-membri jlaħħqu l-mijiet.

Diversi kwistjonijiet itawlu tant li Julian, l-istess bħall-membri l-oħra tal-Moviment, jibdew bħallikieku jaqtgħu qalbhom iżda dejjem jiftakru f’mumenti fl-istorja fejn dawk ż-żgħar iħallu l-iktar impatt.

“Ikun hemm kwistjonijiet li tgħid qed tiġġieled għalihom iżda qisu mhu jiġri xejn,” saħaq Julian. “Iżda mbagħad taħseb f’mumenti kbar fl-istorja li jidhru qishom seħħu f’daqqa, meta fil-fatt kien hemm mumenti żgħar ta’ eroiżmu li jintesew. Hemmhekk niftakar li dak li qed nagħmel se jħalli impatt.”

Fil-passat, Julian ġieli kkunsidra li joħroġ għall-politika iżda f’mument minnhom irrealizza li jkun iktar effettiv jekk jagħmel pressjoni esterna. B’hekk ma ħassx li għandu joħroġ għall-politika. Pressjoni li ssir mill-Moviment Graffitti mhux dejjem tkun waħda faċli, iżda Julian dejjem jibqa’ ottimist hekk kif l-għaqda talMoviment iżżommu miexi ’l quddiem.

L-ewwel darba li tawni megaphone f’idi ħassejtni magħqud mal-folla

“Jien David, huma Gulija. Iżda għandi l-isbandola! Għandi l-poter li niġġieled kontra l-ħażin,” żied jgħid Julian.

Din il-ġlieda għall-ġustizzja tiħodlu ħafna ħin tant li bilkemm isib ħin liberu biex jiltaqa’ ma’ sħabu u jipprattika l-arti, il-kitba, u l-mużika li tant iħobb. Mhux l-ewwel darba li kellu jħassar il-pjanijiet minn ma’ sħabu għaliex tinqala’ xi ħaġa flaħħar ħin u saħansitra jieħu ġranet ’il bogħod mix-xogħol biex jipprattika l-passatempi tiegħu.

“Inħossha li sħabi joħorġu jgawdu, u jien immur il-protesti minflok,” qal Julian. “Nieħu gost ma’ sħabi għax huma differenti minni u b’hekk nistrieh mentalment meta nitkellem magħhom. Nispiċċa nieħu pjaċir nisma’ biss u ma nitkellimx tant inkun għajjien.”

Minkejja li l-għejja tagħmel tagħha, Julian ma jimmaġinahx jagħmel xi ħaġa oħra ħlief li jkompli jiġġieled għal dak li f’għajnejh huwa s-sewwa. Anke fil-futur jimmaġinah li jkun għad baqagħlu saħħa biżżejjed biex jibqa’ attivist.

“Il-ġlieda għal talba ġusta se tiħodli ħafna ħin minn saħħti iżda se tkun worth it,” spiċċa jgħid Julian.

Stuntmen deal with risky business, literally. Morgan Chetcuti shares his experience as a stuntman in the film industry behind the fire, crashes and gunshots.

This article is from: