Skip to main content

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta - Ktieb tal-Festa 2021

Page 1

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta A.D. 1987 125 Sena Festa 1896 - 2021

FESTA 2021


Kumitat 2019 - 2021

PRESIDENTI ONORARJI Wisq Rev. Patri Raymond Calleja O.Carm Imħallef Emeritu Dott. Joseph Filletti Kav. Alfred Borg Is-Sur Alex Pace Gouder Is-Sur Mario Avallone PRESIDENT Is-Sur Adrian Busuttil VIĊI PRESIDENT Is-Sur James Oliva SEGRETARJU Is-Sur Clayton Luke Mula KAXXIER Is-Sur Jonathan Vella ASSISTANT KAXXIER Is-Sur Brian Fenech DIRETTUR KAŻIN Is-Sur Julian Grima

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

DELEGAT MEMBRI / UFFIĊJAL GĦAR-RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI Is-Sur Jean Paul Xuereb DELEGAT TAL-BANDA Is-Sur Edmond Fenech MEMBRU Is-Sur Edgar Bartolo DIRETTUR SPIRITWALI Wisq Rev. Kappillan Patri Renald Lofreda O.Carm SURMAST DIRETTUR Mro Nicholas Vella A.mus.L.C.M ASSISTENT SURMAST Mro Omar Coleiro KUMMISSJONI BANDA Edmond Fenech, Adrian Busuttil, Mro Nicholas Vella, Mro Omar Coleiro AVUKAT LEGALI Dott. Mario Caruana LL.D NUTAR Dott. Rosalyn Aquilina B.A., LL.D

1


25 Sena Anniversarju bħala l-Ewwel Banda Maltija li daqqet f’udjenza privata mal-Papa Ġwanni Pawlu II

1996-2021

2

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

3


MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT

Adrian Busuttil

SENA OĦRA DIFFIĊLI “IMMA NAGĦMLU KURAĠĠ” Fil-messaġġ tiegħi tas-sena l-oħra 2020 ktibt dwar l-effett tal-pandemija fuq il-ħajja tagħna lkoll u l-istess fuq l-effett tas-Soċjetà tagħna. Minn kien jaħseb li ser nerġgħu ngħaddu sena oħra aktar diffiċli mis-sena 2020? Forsi konnha xi ftit furtunati li s-sena l-oħra stajna norganizzaw dak li stajna għall-festa, fosthom il-pellegrinaġġ bl-istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu, li l-banda tagħna tat issehem tagħha kif inhu xieraq b’Innijiet Marjani u Marċi Proċessjonali. Issa konnha nafu li ser tkun iktar diffiċli biex titwettaq il-ħidma ta’ kuljum biex insostnu s-Soċjetà. L-Kumitat ra kif jibqa’ jinżamm il-kuntatt b’laqgħat regolari, sar ħafna xogħol biex ma jinħelix iż-żmien, ġaladarba konnha erġajna bil-Każin magħluq għall-membri. Tkompla t-tagħlim tal-mużika mis-Surmastrijiet tagħna u b’sodisfazzjon nixtieq nawgura lillerba’ bandisti, li din is-sena saru bandisti uffiċċjali mal-banda tas-Soċjetà tagħna. Mertu jmur liż-żewġ għalliema dedikati tagħna Mro Nicholas Vella u Mro Omar Coleiro. Il-Kumitat issa ridna naħsbu aktar biex insostnu l-parti finanzjarja. Ġew organizzati attivitajiet differenti minn ta’ qabel fiċ-ċirkostanzi li konnha fihom. Grazzi tmur għal kull min b’mod jew ieħor għin biex nagħmlu success. Sfortunatament għal din is-sena li qed timmarka l-125 Sena Festa, ma nistgħux nagħtu s-sehem sħiħ bil-banda tagħna. Il-festi ta’ ġol-knisja fortunatament ser isiru kollha b’mod normali, għalhekk għandna nieħdu l-okkażjoni biex ingawdu u nieħdu sehem fil-funzjonijiet kollha. Żgur li l-Madonna tieħu pjaċir tarana kollha miġbura fid-dar ta’ Alla u madwar dik ix-xbiha sabiħa tagħHa. Is-Soċjetà tagħna permezz tal-banda hekk ser tagħmel programm fl-Aħħar Jum tat-Tridu fil-Knisja fejn se tesegwixxi programm ta’ Innijiet Marjani u mużika relatata mal-Madonna. Nixtieq nistedinkom biex tkunu preżenti biex inkomplu nfaħħru lill-Madonna tal-Karmnu, permezz tal-mużika. Nagħlaq b’messaġġ ta’ kuraġġ, biex inkomplu naħdmu flimkien b’għaqda bejnietna, biex meta jasal il-waqt li nkunu nistgħu norganizzaw il-Festa b’mod normali, nkunu lesti biex nagħmlu festi kbar ad unur il-Patruna tagħna l-Ġmiel u l-Għaxqa tal-Balluta. 4

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

5


BANDISTI ĠODDA

Quddiem (mix-xellug): Mro Omar Coleiro – Assistent Surmast, Mro Nicholas Vella – Surmast Direttur Wara (mix-xellug): Marek De Brincat, Edmond Fenech, Clinton Debono, Aiden Bayliss

TAGĦLIM TAL-MUŻIKA NHAR TA’ TLIETA U NHAR TA’ ĦAMIS GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI ĊEMPEL FUQ 7928 0990 JEW 7906 3164

6

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

7


MESSAĠĠ MILL-KAPPILLAN U PROKURATUR TAL-FESTA Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm.

L-IMĦABBA TAL-OMM Għax tistgħageb? Il-Karmelu Ħu f’idejn din l-omm ħanina. Kull fejn titfa’ ħarstha l-Verġni Ġid is-sema jfur għalina. Dawn il-versi nsibuhom fil-liturġija tas-sigħat tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu fis16 ta’ Lulju. U jesprimu l-kura materna tal-Madonna għall-familja tagħha tal-Karmelu li matul il-ġrajjiet tagħha bosta drabi wkoll imqallba, hija qatt ma naqset milli tagħmel il-parti tagħha ta’ omm kollha mħabba. Għad li forsi wkoll mhux darba jew tnejn aħna rrendejna lilna nfusna ulied mhux denji ta’ omm daqshekk kbira u twajba. Imma huwa fatt li ma jista’ jmeri ħadd li aħna ma rridu nagħmlu xejn biex nirbħu l-imħabba ta’ ommna, għax l-omm tħobb lil uliedha b’imħabba tal-ġenn. Mhux għax huma sbieħ, jew bravi jew tajbin. L-omm ma titgħaxxaqx b’uliedha għax huma wlied ideali imma tħobbhom għax huma tagħha. Huma kif inhuma. Jagħmlu x’jagħmlu. Jgħaddu minn xiex jgħaddu. Meta l-omm hija preżenti aħna m’aħniex orfni. L-omm hija dik li taf tixgħel il-fjamma tat-tama fejn tama ma jkunx hemm aktar. L-omm hija dik li xxerred l-imħabba fejn l-imħabba tkun qed titmewwet għax imħabbitha hija bla kundizzjoni għal kull wild tagħha. U jekk dan li qed ngħidu jgħodd għall-ommijiet tagħna tad-dinja, kemm jgħodd aktar u aktar għal ommna tas-sema, Marija ta’ Nazaret. Minn dakinhar li Ġesù tahielna minn fuq is-salib, hija saret Omm il-bnedmin kollha. Hija l-omm kollha mħabba li dejjem tistenna lilna wliedha biex turina lil Ġesù u tqabbadna t-triq warajh. Ma rridu nagħmlu xejn biex nirbħu mħabbitha, għax hija tħobbna lkoll bla distinzjoni mhux għax aħna tajbin, imma għax aħna wliedha. U qalbha ddub għalina iżjed u iżjed meta aħna nkunu qed nogħtru fil-mixja tal-ħajja, meta aħna ningħafsu mis-slaleb tal-ħajja. ikompli f’paġna 10 8

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

9


B’idejha tnewwlilna lil Binha. B’idejha tnewwlilna l-labtu, sinjal tal-protezzjoni tagħha. Hija tmidd idejha t-tnejn biex tweżinna meta aħna mgħattnin. Hija tmidd idejha t-tnejn biex iddewwina meta aħna feruti. Hija tmidd idejha t-tnejn biex tinfaxxa l-ġrieħi tagħna. Mhux ta’ xejn li fost il-ħafna titli sbieħ li nsejjħulha bihom aħna l-Karmelitani, nirreferu għaliha bħala Mediċina għad-dnub tagħna. Il-Knisja u l-Karmelu mhux magħmulin biss mill-qaddisin imma wkoll minn ħafna midinbin. U jekk kif jgħid il-Papa Franġisku, l-Knisja qisha sptar fil-kamp tal-battalja, mela Marija hija l-infermiera li ma tehdiex lejl u nhar tieqaf ma’ kull min hu ferut spiritwalment u moralment. Idejha ma jieqfu qatt idewwuna. Idejha ma jieqfu qatt imellsuna. Idejha ma jieqfu qatt iħaddnuna. Idejha ma jieqfu qatt iżommuna. Idejha ma jieqfu qatt iħarsuna Idejha ma jieqfu qatt jixxuttawlna d-dmugħ. Idejha dejjem lesti jgħinuna nqumu fuq riġlejna. Huma l-idejn li bihom hija tlibbisna. Huma l-idejn li bihom tlibbisna l-labtu tagħha biex tħarisna, huma l-idejn li bihom tlibbisna lil Ġesù Binha biex aħna nixbħu lilu u ninbidlu fih. Huma l-idejn kollha ħlewwa li tant drabi jżommuna milli naqgħu. U hija hemm dejjem preżenti, omm attenta għall-ħtiġijiet tagħna. Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu li aħna niċċelebraw kull sena hija r-radd il-ħajr tagħna lilha għal dak kollu li hija tagħmel magħna. Radd il-ħajr talli dejjem tieqaf magħna u takkumpanjana f ’kull pass ta’ ħajjitna. Għal darb’oħra l-festa li se nagħmlu f ’ġieħha mhux ser tkun bħal dik tas-soltu; imma żgur li lil hinn minn kull festa li nistgħu nagħmlu, f ’qalbna l-imħabba lejha ma tibridx u f ’qalbha l-imħabba lejna ma tonqosx. Għad li xbihatha din is-sena mhux se tterraq f ’nofs djarna, imma hija tterraq fi qlubna u f ’ħajjitna kuljum. Nuruha l-gratitudni tagħna billi nersqu aktar lejha ħalli hi tressaqna iktar lejn Ġesù Binha. Nawguralkom ilkoll festa qaddisa. Il-Madonna tal-Karmnu tixħet fuqna lkoll il-ħarsa tagħha kollha mħabba.

10

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

11


Is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema tippreżenta

MATER DÉCOR CARMELI Kunċert Vokali u Strumentali Marjan fl-okkażjoni tal-125 Sena Festa Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju 2021 fil-Knisja Parrokkjali Madonna tal-Karmnu Balluta fit-8.30pm Direzzjoni Mużikali: Mro Nicholas Vella A.mus.L.C.M Solisti: Tenur Aldo Busuttil Sopran Rosabelle Bianchi Tenur Georg Zammit

12

Festa 2021


PROGRAMM 1. Innu Popolari “Fjur tal-Karmelu” – Mro Michael Borg arr. Mro Nicholas Vella Ikantaw Rosabelle Bianchi u Georg Zammit 2. Inno Marcia “Fjur tal-Karmelu Tfewwaħ” – Mro Andrew Coleiro Ikanta Aldo Busuttil 3. Madonna Sbejħa Tagħna – arr. Mro Raymond Sciberras 4. Madonna tal-Karmnu – Mro Giuseppe Casapinta Ikanta Georg Zammit 5. Angelus – Mro Jules Émile Frédéric Massenet 6. Innu Marjan “F’Riġlejk Hawn Mixħut” – Mro Nicholas Vella Ikanta Aldo Busuttil 7. Ave Maria – Mro Charles Gounod arr. Mro Louis-Philippe Laurendeau Tkanta Rosabelle Bianchi. Jidderiġi l-Assistant Surmast Mro Omar Coleiro 8. Minn Qalbna Nħobbuk – arr. Mro Raymond Sciberras 9. Omaggio “Balluta Karmelitana” – Mro Andrew Coleiro Ikanta Georg Zammit 10. Kun Int l-Omm ta’ Malta Tagħna – Mro Raymond Sciberras Ikantaw Rosabelle Bianchi u Aldo Busuttil 11. Maria Santissima – Mro Michael Pirotta 12. Inno Alla Madonna del Carmine – Mro Vincenzo Trovisi Ikanta Georg Zammit 13. Innu Marċ Madonna tal-Karmnu (1974) – Mro Frank Vassallo Ikanta Aldo Busuttil 14. Kantata “Mater Décor Carmeli” – Mro Michael Borg arr. Mro Nicholas Vella Ikantaw Rosabelle Bianchi u Aldo Busuttil

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

13


PROGRAMM TAL-FESTA SOLENNI F’ĠIEĦ IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA OMM U ĠMIEL TAL-KARMELU FIL-KNISJA PARROKKJALI TAL-BALLUTA MIS-17 SAL-25 TA’ LULJU 2021 Is-Sibt 17 ta’ Lulju: Bidu tal-Festa. Fis-6:00pm Rużarju u Funzjoni tas-Salve. Fis-6:30pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. P. Renald Lofreda O.Carm bis-sehem tas-Soċjetà Muzikali tal-Karmnu Balluta u l-Għaqda tal-Armar flimkien mar-reffiegħa tal-vara. Il-Ħadd 18 ta’ Lulju: Jum il-Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Madonna tal-Karmnu. Fl-10:00am Quddiesa mmexxija mir-Rev. P. Renald Lofreda O.Carm Kappillan, bis-sehem ta’ dawk li kellhom tarbija mill-aħħar festa l’hawn jew li jixtiequ jippreżentaw it-tarbija tagħhom lill-Madonna. Wara l-quddiesa t-trabi jiġu ppreżentati lill-Madonna tal-Karmnu u tingħata tifkira tal-okkażjoni. Fis-6:00pm Rużarju b’riflessjonijiet tal-Qaddej t’Alla P. Avertan Fenech O.Carm u Funzjoni tas-Salve. Fis-6:30pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. P. Charlo Camilleri O.Carm b’radd il-ħajr lil Alla għall-125 anniversarju mill-ordinazzjoni tal-Qaddej ta’Alla Patri Avertan Fenech O.Carm. It-Tnejn 19 ta’ Lulju: Jum l-Anzjani u l-Morda. Fid-9:30am Quddiesa mmexxija mir-Rev. P. Guido Micallef O.Carm, bis-sehem tal-anzjani tal-parroċċa. Waqt il-quddiesa jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Fis-6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar ta’ San Elija Profeta mmexxi mir-Rev. P. Leonard Mahoney O.Carm. Fis-6:30pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. P. Emmanuel Abela OFM Cap Kappillan talParroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann. Wara l-quddiesa ċelebrazzjoni tal-Akatisthos quddiem il-vara titulari tal-Madonna tal-Karmnu. It-Tlieta 20 ta’ Lulju: Solennità ta’ San Elija Profeta u Missier il-Karmelitani. Jum Ewkaristiku. Fid-9:30am Quddiesa mmexxija mir-Rev. P. Hermann Duncan O.Carm bis-sehem tal-Grupp Siegħa ma’ Ġesù. Wara l-quddiesa espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija sal-11:00am għalladorazzjoni fis-skiet. Fis-6:00pm Ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar ta’ San Elija Profeta mmexxi mir-Rev. P. Victor Paul Farrugia O.Carm. Fis-6:30pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. Dun Gordon Refalo Kappillan tal-Parroċċa talMadonna tal-Karmnu, Gżira, bis-sehem tal-abbatini u l-familji tagħhom. Wara l-quddiesa jibda Lejl ta’ Adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija espost sal11:00pm. L-Erbgħa 21 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu – Jum it-Terzjarji Karmelitani.

Il-kant u l-mużika lejliet il-festa waqt it-tranżulazzjoni u nhar il-festa waqt il-quddiesa solenni jkun taħ Parrokkjali taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Aquilina u l-Kor Tota Pulchra tas-Santwarju Ko 14

Fiċ-ċelebrazzjonijiet l-oħra jkanta l-Kor Parrokkjali taħt id-dir


Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm Kappillan. Fis-6:30pm Quddiesa tat-Tridu mmexxija mir-Rev. P. Victor Paul Farrugia O.Carm., Assistent Spiritwali tal-Fraternità tat-Terzjarji Karmelitani bis-sehem tat-Terzjarji Karmelitani. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji Karmelitani. Jippriedka l-Kan Dun David Torpiano. Wara l-quddiesa Funzjoni tas-Salve u Barka Sagramentali. Il-Ħamis 22 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Ministri tal-Liturġija u l-Komunità Ġesù l-Ħabib. Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Victor Paul Farrugia O.Carm. Fis-6:30pm Quddiesa tat-Tridu mmexxija mir-Rev. P. Richard Stanley Grech OFM, Rettur tal-Kappella Ġesù l-Ħabib. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-Animaturi u l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u fiha jiġġedded l-impenn tagħhom fil-Liturġija, kif ukoll bis-sehem tal-Komunità li tiltaqa’ fil-Kappella Ġesù l-Ħabib. Jippriedka l-Kan Dun David Torpiano. Wara l-quddiesa Funzjoni tas-Salve u Barka Sagramentali. Il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju: It-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa. Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Renald Lofreda O.Carm Kappillan. Fis-6:30pm Quddiesa tat-Tridu mmexxija mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm Kappillan, flimkien mal-Kappillani tal-Unità Pastorali u ta’ San Ġiljan. Il-quddiesa tkun bis-sehem talmembri tal-għaqdiet u gruppi tal-parroċċa. Jippriedka l-Kan Dun David Torpiano. Wara l-quddiesa Funzjoni tas-Salve u Barka Sagramentali. Is-Sibt 24 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa. Fid-9:30am Quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. P. Glen Attard O.Carm Segretarju Provinċjali. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum. Fis-6:00pm Tranżulazzjoni Solenni tar-relikwa tal-Madonna u l-Ewwel Għasar Solenni mmexxija mir-Rev. P. Charles Mallia O.Carm Pirjol. Funzjoni tas-Salve, Antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali. Fis-6:45pm Quddiesa ta’ Lejliet il-Festa ċċelebrata mir-Rev. P. Charles Mallia O.Carm. Pirjol. Il-Ħadd 25 ta’ Lulju: Jum is-Solennità tal-Verġni Mqaddsa Marija Omm u Ġmiel talKarmelu fil-Parroċċa. Quddies 6:00am, 7:30am, 9:00am, 11:00am (bl-Ingliż) u 12:00pm. Fis-7:15am Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Imexxi r-Rev. P. Leonard Mahoney O.Carm. Fid-9:00am Quddiesa prinċipali tal-festa mmexxija mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm Kappillan bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet Parrokkjali u l-għaqdiet tal-parroċċa. Il-paniġierku jsir minn mill-Kan. Dun Joseph Cilia, Kappillan ta’ ĦalLija. Fis-6:30pm Quddiesa bil-kant mmexxija mir-Rev. P. Victor Paul Farrugia O.Carm. Fis-7:15pm It-Tieni Għasar Solenni u Ċelebrazzjoni Marjana bit-talba tar-Rużarju u kant ta’ Innijiet Marjani mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O.Carm Pirjol Provincjali. Funzjoni tasSalve, Ripożizzjoni tar-relikwa u Barka Sagramentali.

ħt id-direzzjoni ta’ Mro Abraham D’Amato flimkien mal-Cappella Caeciliana. Jieħu sehem ukoll il-Kor olleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla taħt id-direzzjoni ta’ Mro Walter Tonna.

rezzjoni ta’ Mro John Aquilina u l-Grupp tal-Ħniena Divina.

15


MESSAĠĠ MILL-KAXXIER

Jonathan Vella

ISSAĦĦAĦNA FINANZJARJAMENT Ħbieb minħabba raġunijiet personali dan huwa l-aħħar messaġġ li għalissa qiegħed inwasslilkom bħala Kaxxier tas-Soċjetà. Ilni nokkupa din il-kariga min Novembru tal-2017 u għalhekk bix-xieraq nagħtikom rendikont ta’ x’sar taħt it-tmexxija tiegħi bħala Kaxxier. Ikolli nistqarr li ma kinitx faċli u mhux l-ewwel darba li kont se ndoqq l-irtirata. Biss però għamilt il-kuragg anki wara r-rispons pożittiv li rajt mingħand sħabi tal-Kumitat u minnkom il-membri, tant li imlejtuni bil-kuraġġ u ta’ dan ninsab ħafna grat lejkom. Ma ninsa qatt minn fejn tlaqna. Bħal ma għidna fis-Seduti Ġenerali tal-passat, f ’Novembru tal2017 writna żbilanċ ta’ madwar 39 elf ewro, b’defiċit li jammonta għal 43 elf ewro f ’pagamenti lill-bandisti u anki kredituri oħra. Is-sitwazzjoni kienet imwera, wara li sena wara sena s-Soċjetà kienet qed tirreġistra dejjem telf. Bħala Kumitat ħejjejna pjanijiet bilgħaqal u anki grazzi għall-benefatturi, ma domnix biex dawwarna l-pagna. F’għeluq l-2018 irreġistrajna profitt ta’ ftit aktar minn 3’elef ewro. Id-defiċit naqqasnih b’aktar min-nofs għal 14-il elf ewro u żbilanċ niżel ġmielu għal 8’elef ewro. Infakkru li f ’din is-sena apparti l-mawra tas-Soċjetà f ’Ateni, żidna l-impenji tagħna fil-festa li tant inħobbu billi l-marċi tal-Aħħar Jum tat-Tridu u anki il-Marċ ta’ Filgħodu treġġgħu lura għal 4 sigħat kif kienu fil-passat. Fis-sena 2019 komplejna fejn ħallejna s-sena ta’ qabel anki jekk bi ftit. Erġajna rreġistrajna profitt minimu ta’ madwar 600 ewro u komplejna nnaqqsu l-iżbilanċ għal ftit anqas minn 7’elef ewro, b’defiċit ta’ 13-il elf ewro. Ta’ min ifakkar li din is sena rajna żieda ta’ servizz ieħor fil-festa tagħna l-kunċert tal-marci li norganizzaw nhar ta’ Tnejn. Sena 2020, il-Covid ħarbtet mhux ħażin il-pjanijiet tagħna. Bil-Każin magħluq il-kuntatt magħkom spiċċa, b’hekk ma kellnix għażla oħra ħlief li niffriżaw il-pagamenti kollha. Grazzi għas-suppliment li rċevejna mingħand il-Gvern, stajna nħallsu l-pagamenti. Il-Każin reġa’ nfetaħ u r-rota reġgħet bdiet iddur ġmielha. Waslet il-Festa b’Differenza u nistqarr magħkom li kienet suċċess kbir. Kif kien mistenni għalaqna s-sena bit-telf ‘il fuq minn 3’elef ewro, minkejja dan xorta rnexxielna nnaqqsu d-defiċit għal ftit aktar minn elf ewro. Però l-akbar sodisfazzjon hija li għall-ewwel darba mill-bidu tas-snin 2000 minn meta beda l-bini tal-Każin, l-iżbilanċ irnexxielna ndawruh għall-bilanc ta’ ‘l fuq minn elf ewro. U sal-lum il-gurnata nista’ ngħid li d-dejn tas-Soċjetà issa nistgħu ngħidulu passat. Din hija bażi tajba u soda għall-proġetti futuri li għandna mħejjija għall-ġid tas-Soċjetà fil-futur. ikompli f’paġna 18 16

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

17


Dan is-suċċess m’għamiltux jien jew il-Kumitat waħedna. Dan is-suċċess kien possibbli li jsir bis-saħħa tagħkom il-membri li dejjem urejtu fiduċja fina, bis-saħħa tal-benefatturi li dejjem sibnikom ta’ spalla u qatt ma qtajtu qalbkom minnha u anki tal-isponsors li minkejja d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom, xorta waħda bqajtu tgħinuna kull meta ġejna bżonnkom. Kien ta’ unur għalija li nservi bħala Kaxxier, nassigurakom li għamiltu mill-qalb u għax inħobb is-serjetà. Dan ma jfissirx li ħa nispiċċa totalment anzi, nwiegħed li xorta waħda ħa nibqa’ nagħti sehmi fil-Kumitat. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nappella lil min ħa jiċċelebra sabiex tkunu kawteli u tosservaw id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Grazzi mill-qalb u l-Festa t-Tajba lil kulħadd.

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta jawguraw il-Festa t-Tajba lil kulħadd!

18

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

19


MESSAĠĠ MILL-DELEGAT MEMBRI

Jean Paul Xuereb

IL-KUNTATT MAL-MEMBRI TAS-SOĊJETÀ WAQT IL-PANDEMIJA Bħal ma jaf kullħadd il-Covid-19 ġabet sfidi kbar fis-settur tas-saħħa, mhux biss dik fiżika imma wkoll dik mentali. Ġabet ansjetà u solitudni fost ħafna. Il-Każin tagħna bħal ħafna stabilimenti oħra kellu jagħlaq il-bibien tiegħu għal żmien konsiderevoli, fejn kienet tkun diffiċli jkollna kuntatt mal-membri tagħna, speċjalment dawk li ma jagħmlux użu mill-medja socjali. Meta kont ngħaddi minn quddiem il-Każin kienet tiġini dieqa f ’qalbi nara dak il-bieb magħluq u ħafna mil-membri tagħna kienu jkunu fil-kantuniera bejn Triq Sant’Elena u Triq Manwel Dimech, kemm jekk kienet tkun ix-xemx kif ukoll fil-maltemp, kulħadd jistaqsi u jispera li l-każin ma jdumx ma jinfetaħ. Ovvjament aħna ma stajniex intuhom risposta, għax il-ftuħ tal-każin ma kienx jiddependi minnha, imma mis-Supretendent tas-Saħħa Publika fejn minn hawn nirringrazzja lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa għax-xogħol siewi tagħhom. Għal ħafna mill-membri tagħna l-każin huwa t-tieni dar tagħhom, hemm minhom li jqattgħu iktar ħin il-każin milli d-dar. Għalhekk bħala Delegat tal-Membri ppruvajt inżomm kuntatt kontinwu u regolari ma’ ħafna mill-membri tagħna, speċjalment mal-membri anzjani tagħna u nara jekk nistax inkun ta għajnuna b’xi mod jew ieħor. F’dawn iz-żminijiet diffiċli organizzajna wkoll sitt attivitajiet ta’ tqassim tal-ikel, biex nibqgħu qrib mal-membri tagħna u nżommu s-Soċjetà ħajja. Dawn l-attivitajiet kienu suċċess kbir, waħda wara l-oħra, fejn sibna rispons u għajnuna kbira minn ħafna mill-membri tagħna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-membri tas-sapport tagħhom, kif ukoll lill-helpers kollha li taw daqqa t’id f ’dawn l-attivitajiet. Illum il-ġurnata l-każin jinsab miftuħ u sta għalina li nobdu r-regoli u l-istruzzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa, sabiex il-każin li qiegħed tant għall-qalb ta’ kulħadd jibqa’ miftuħ, speċjalment fiż-żminijiet meta nkunu qed niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu flaħħar Ħadd ta’ Lulju. Minn hawn nixtieq nawgura lill-membri kollha tagħna u lill-familjari tagħhom l-Festa it-tajba. Viva l-Madonna tal-Karmnu.

20

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

21


22

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

23


24

Festa 2021


ST RITA STEPS, PACEVILLE

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

25


26

Festa 2021


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

27


28

Festa 2021


EN JO Y MA L TA ’ S GOU R ME T S H OP P ING E XPE RIE NC E ! MONDAYS

FRIDAYS

TUESDAYS

SATURDAYS

WEDNESDAYS

SUNDAYS

THURSDAYS

21:00

21:00

FR EE C U STO M E R PA RK I NG

www.myparktowers.com Psaila Street, Santa Venera t. 2148 0807

Spinola Park St Julian’s t. 2138 1055

Gorg Borg Olivier Street, St Julian’s t. 2137 8520


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta - Ktieb tal-Festa 2021 by Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta A.D. 1987 - Issuu