Skip to main content

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta - Ktieb tal-Festa 2020

Page 1

Kumitat 2019 - 2021 Presidenti Onorarji Wisq Rev. Patri Raymond Calleja O.Carm Imħallef Emeritu Dott. Joseph Filletti Kav. Alfred Borg Is-Sur Alex Pace Gouder Is-Sur Mario Avallone President Is-Sur Adrian Busuttil

Viċi President Is-Sur James Oliva

Segretarju Is-Sur Clayton Luke Mula Kaxxier Is-Sur Jonathan Vella

Assistant Kaxxier Is-Sur Brian Fenech

Direttur Każin Is-Sur Julian Grima Delegat Membri / Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Is-Sur Jean Paul Xuereb Delegat tal-Banda Is-Sur Edmond Fenech Direttur Spiritwali Wisq Rev. Kappillan Patri Renald Lofreda O.Carm Surmast Direttur Mro Nicholas Vella A.mus.L.C.M Assistent Surmast Mro Omar Coleiro Kummissjoni Banda Edmond Fenech, Adrian Busuttil, Mro Nicholas Vella, Mro Omar Coleiro Avukat Legali Dott. Mario Caruana LL.D Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

3


4

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

5


6

Festa 2020


Messaġġ mill-President Adrian Busuttil

Festa b’Differenza Is-sena 2020 ser tibqa’ waħda li aħna lkoll flimkien mal-popli tad-dinja kollha ser niftakruha bħala s-sena tal-pandemija Covid-19 jew aħjar kif ħafna jafuha bħala l-Coronavirus. Iżda tajjeb li wieħed jaħseb ftit, kemm il-ħajja li aħna nsejħu normali tista’ tieqaf ħesrem mir-ritmu minħabba sempliċiment virus. Minħabba hekk waqfu l-attivitajiet kollha, ilfesti u dak kollu li konna mdorrijin bih. Is-Soċjetà tagħna dan l-effett ħassitu wkoll. Fuq ordni tal-awtoritajiet tassaħħa kellu jingħalaq il-bottegin. Bla dubju dawn ix-xhur kienu diffiċli għallKumitat; il-ħidma tas-Soċjetà waqfet bħalma waqaf kollox, u agħar minn hekk waqaf il-ftit introjtu li bih insostnu lis-Soċjetà. Dan però ma qatax qalb il-Kumitat għax grazzi għall-mezzi moderni tal-lum għamilna dak li stajna. Ittagħlim tal-mużika lill-aljevi tagħna kompla għaddej b’mod normali permezz tal-mezzi moderni. Hawn nixtieq nirringrazzja liż-żewġ għalliema, is-Surmast Direttur Mro Nicholas Vella u l-Assistent Surmast Mro Omar Coleiro, taddedikazzjoni u l-professjonalità tagħhom lejn l-istudenti tagħna. Hekk kif nhar it-Tlieta 23 ta’ Ġunju, il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret direttivi ġodda li jippermettu li l-baned jipparteċipaw u wara konsultazzjoni malKappillan u l-Prokuratur tal-Festa Patri Renald Lofreda O.Carm, ma stajniex ma nagħtux is-sehem tagħna billi nakkumpanjaw waqt il-pellegrinaġġ permezz ta’ innjiet Marjani u Proċessjonali. Il-Kumitat ma waqafx hemm. Flimkien mal-membri u l-partitarji ħejjejna programm biex niċċelebraw xi ftit differenti mis-soltu u b’mod ridott fil-każin tagħna. Grazzi tmur lil kull min offra xi tip ta’ għajnuna. Dan għall-Kumitat, fiċċirkostanzi li ninsabu fihom, ifisser spejjeż u ammont konsiderevoli ta’ flus. Imma nemmnu li s-Soċjetà qiegħda hemm biex tagħti servizz lill-Parroċċa u permezz tal-mużika tkabbar l-għarfien lejn il-Patruna tagħna l-Madonna tal-Karmnu. Nagħlaq b’messaġġ ta’ kuraġġ, qawwu qalbkom, ejjew inkomplu naħdmu flimkien fl-għaqda bejnietna ħalli jekk Alla jrid is-sena d-dieħla niċċelebraw il-125 sena festa aktar bil-kbir. Inkunu kapaċi nġibu l-ewwel is-sens veru tal-festa li nfaħħru lill-Patruna għażiża tagħna, il-ġmiel u l-għaxqa tal-Balluta, il-Madonna tal-Karmnu. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

7


8

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

9


10

Festa 2020


Messaġġ mill-Kappillan u l-Prokuratur tal-festa Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm.

Ejjew Uliedi…Isimgħu Lili “Ejjew uliedi, isimgħu lili, jien il-biżà tal-Mulej ngħallimkom.” Dan il-kliem meħud mill-Ktieb tal-Għerf it-tradizzjoni talKarmelu dejjem applikatu għall-Verġni Marija Ii tistieden lilna biex nersqu lejha, nisimgħu l-pariri tagħha u nagħmlu dak li tgħidilna hi. Din is-sena l-festa tal-Madonna tal-Karmnu ser ngħixuha b’mod differenti ħafna mis-soltu. Mhux ser nagħmlu l-festa kif dejjem konnha mdorrijin biha għax issitwazzjoni tad-dinja u ta’ pajjiżna bħalissa ma tippermettix dan. Iżda xorta ser ikollna l-grazzja li nersqu lejn l-Ewkaristija u li x-xbieha għażiża tal-Madonna talKarmnu tterraq fost id-djar tagħna f ’pellegrinaġġ. Il-fatti kif żviluppaw f ’din is-sena huma l-prova u l-isfida ta’ kemm l-imħabba tagħna lejn il-Madonna tal-Karmnu ma ddurx mal-festa li tiġi darba fis-sena. Festa u mhux festa, imħabbitna lejha tibqa’ hemm jekk hi ġenwina. Festa u mhux festa, lilha nfittxuha xorta jekk tassew nemmnu fiha. Imħabbitna lejha lanqas ma ddur mal-istatwa, li sabiħa kemm hi sabiħa hija biss xbieha imma mhix hi. Ilfesta u l-istatwa għandhom l-għan li jgħinu lilna nesprimu dak li nħossu f ’qalbna għaliha. Jekk il-festa u l-istatwa ninqdew bihom għal għanijiet oħra li lkoll żgur tifhmuni x’inhuma, ikun jixirqilna l-kliem li l-Mulej jgħid permezz ta’ Isaija u Ghamos lill-poplu Lhudi meta qalilhom li qed jistmerr il-festi tagħhom u kien imdejjaq bihom għall-aħħar għax il-ġieħ li kienu jtuh kien biss minn fommhom ’il barra, waqt li qalbhom kienet ’il bogħod minnu għalkollox, għax kienu medhija f ’ħafna ħwejjeġ li lil Alla ma jogħġbuh xejn. Festa li tkun togħġob lil Marija hija dik il-festa li tibnina u tgħaqqadna mhux tkissirna u tifridna. Żgur li ma nkunu ntuha ebda ġieħ u mħabba jekk il-festa tagħha ma tressaqniex lejn Alla, lejha u lejn xulxin. Ejjew fil-jum tas-16 ta’ Lulju u fil-jum tal-festa fil-Parroċċa tagħna, bħala Karmelitani, iktar minn ġranet oħra tas-sena, nersqu lejn Marija u nħalluha tkellimna, tgħallimna u tħeġġiġna permezz tal-ġrajjiet ta’ ħajjitha ħalli l-imħabba li nħossu għaliha u d-devozzjoni tagħna lejha nsarrfuhom f ’mod li jagħmel sens illum u jagħtu tweġiba dwar il-għala tal-fidi tagħna lis-soċjetà li ngħixu fiha li lil Alla kważi warrbitu minn kollox. Jekk is-sitwazzjoni li qed ngħixu bħalissa ġġibna ftit f ’sensina malajr ikollna nammettu li fl-aħħar mill-aħħar mingħajr il-Mulej ma nagħmlu xejn u meta ma jibqgħalna xejn, lilu u lil ommu nfittxu u nsibu. U huma jweġbuna xorta għad li aħna mhux l-ewwel darba li ntuhom il-ġenb. Marija, li ħajjitha kollha kienet iddur ma’ Alla u għexet fil-preżenza tiegħu, tgħallem lilna kemm lil Alla għandna bżonn induru lejh u nfittxuh minflok ma nagħtuh daharna u nwarrbuh. Għalhekk f ’dan ix-xahar ta’ Lulju, għad li Lulju differenti ħafna minn kif is‑soltu ngħixuh, l-isbaħ tifħir li nistgħu nagħtu lil Marija huwa li nixbħuha f ’dan is-sens u li bħalha nfittxu iktar li Alla jkun f ’ħajjitna. Nawguralkom mill-qalb festa qaddisa. Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

11


12

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

13


14

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

15


16

Festa 2020


Festa 2019 Il-festa tal-2019 ser tibqa’ festa mnaqqxa f ’qalb kull Karmelitan fil-Parroċċa tal-Balluta, minħabba li kien imfakkar il-160 anniversarju tal-istatwa devota u artistika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta. Il-festa bdiet iktar kmieni mis-soltu minħabba li nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju sar il-pellegrinaġġ bl-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu madwar it-toroq talParroċċa. Dan il-pellegrinaġġ tmexxa mill-E.T. Monsinjur Mario Grech, Isqof Emeritu ta’ Għawdex. Il-pellegrinaġġ, li beda mill-knisja parrokkjali għamel waqfa ħdejn il-kappella Ġesù Ħabib fi Triq Patri Marjanu Vella, fejn ġiet iċċelebrata quddiesa mill-E.T. Monsinjur Mario Grech, bis-sehem tal-kor parrokkjali. Tul il-pellegrinaġġ diversi reffiegħa mill-Parroċċi tal-Balluta, tas-Sliema, San Ġiljan u mis-santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, refgħu l-istatwa f ’partijiet differenti tar-rotta. Is-Sibt 20 ta’ Lulju saret quddiesa fil-knisja parrokkjali mill-W. Rev. Kappillan Patri Renald Lofreda O.Carm, bis-sehem tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta u tal-Kummissjoni Festa Esterna Madonna tal-Karmnu Balluta. Fl-istess quddiesa ngħata l-mandat lir-reffiegħa. Lejn tmiem il-quddiesa l-Kappillan bierek l-istandardi taż-żewġ għaqdiet u tpoġġew kuruni tar-rand mal-istess standardi mill-membri taż-żewġ għaqdiet. Iż-żewġ standardi tpoġġew ħdejn l-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu tul il-festa kollha. Il-Ħadd 21 ta’ Lulju filgħodu, saret manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira talMadonna tal-Karmnu mill-knisja parrokkjali sal-każin tal-banda, fejn sar festin żgħir. Jackson’s Pipe Band akkumpanjaw l-istatwa mat-toroq tal-Parroċċa. Filgħaxija, is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta, bħal kull sena, għamlet ir-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fis-sala prinċipali tal-każin. Waqt dan ir-riċeviment ġiet inawgurata u mbierka l-pittura ta’ Santa Ċeċilja Verġni u Martri, xogħol l-artist Andrew Bugeja. It-Tnejn 22 ta’ Lulju, il-banda tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu għamlet kunċert ta’ marċi brijużi quddiem il-każin tal-banda fi Triq Sant’Elena. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Nicholas Vella. L-Erbgħa 24 ta’ Lulju, il-banda tas-Soċjetà mużikali San Lawrenz tal-Birgu għamlet marċ mat-toroq tal-Parroċċa fl-okkażjoni tal-ewwel jum tat-Tridu. Il-Ħamis 25 ta’ Lulju, il-banda tal-Għaqda tal-Mużika San Ġejtanu tal-Ħamrun għamlet marċ mat-toroq tal-Parroċċa fl-okkażjoni tat-tieni jum tat-Tridu. Il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju filgħodu, delegazzjoni mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta marret l-ajruport internazzjoni ta’ Malta fejn laqgħet lill-Mro Vincenzo Trovisi. Filgħaxija, il-banda tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta għamlet marċ mattoroq tal-Parroċċa fl-okkażjoni tal-aħħar jum tat-Tridu. Il-qofol bħal dejjem jintlaħaq ħdejn il-bajja tal-Balluta, fejn tasal l-istatwa tal-Madonna tal-Marċ bilSoċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

17


baħar u tittella’ fuq il-kolonna prinċipali. Il-marċ imbagħad kompla minn ħdejn il-knisja sal-każin però ħdejn il-planċier tal-banda fil-pjazza kien hemm waqfa biex jintwera l-feature li s-Soċjetà ħejjiet fl-okkażjoni tal-160 anniversarju tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta. Il-marċ intemm quddiem il-każin tal-banda fost il-ferħ tal-partitarji preżenti. Wara assistejna għal xow tan-nar talajru bl-isem ta’ Spettacolo Centosessanta. Is-Sibt 27 ta’ Lulju, lejlet il-festa, is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta ppreżentat programm vokali u strumentali fuq il-planċier biswit il-pjazza tal-Balluta. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni tasSurmast Direttur Mro Nicholas Vella. Bħala mistieden speċjali s-Soċjetà kellha lil Mro Vincenzo Trovisi. Mro Trovisi huwa l-kompożitur tal-Innu tal-Banda “Tifħir Jistħoqqlok”. Dan l-innu talbanda s-sena l-oħra tfakkret l-20 sena tiegħu. Il-Ħadd 28 ta’ Lulju, jum il-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Membri mill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta attendew għall-quddiesa solenni ta’ jum il-festa, li tmexxiet mill-E.T. Monsinjur Pawlu Cremona OP, Arċisqof Emeritu ta’ Malta. Iktar tard ingħata bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu mill-banda tas-Soċjetà Mużikali talKarmnu Balluta madwar it-toroq tal-Parroċċa, fejn il-qofol intlaħaq quddiem il-każin tal-banda fost il-ferħ tal-partitarji. Filgħaxija l-banda tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu akkumpanjat il-purċissjoni bl-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu b’innjiet Marjani tul ir-rotta kollha tal-purċissjoni.

18

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

19


20

Festa 2020


Messaġġ mid-Delegat tal-Banda Edmond Fenech

Lejn il-125 Sena Festa (1896-2021) Kienet propju s-sena 1896 meta għall-ewwel darba saret ilpurċissjoni tal-festa bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu fil-kappella ċkejkna li kien hemm ġewwa l-Balluta, minsuġa qalb l-istess erbat idjar li għadhom weqfin sal-lum il-ġurnata u s-siġar tal-ballut li kienu jiddominaw il-pjazza. Is-sena d-dieħla 2021 taħbat propju il-125 sena festa ad unur il-Patruna tagħna. Tul il-125 sena, il-festa żvolġiet u nbidlet tul iż-żminijiet fejn ġiet anki kkaratterizzata minn avvenimenti kemm lokali, nazzjonali u saħansitra dinjija li laqtu l-festa kemm b’mod dirett kif ukoll indirett. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi ż-żewġ gwerer dinjija, fl‑1974 il-Balluta ssir Parroċċa, fl‑1987 ittwaqqif tal-banda ġewwa l-Balluta u propju din is-sena 2020 il‑pandemija li laqtet id-dinja kollha, u l-festi tagħna l-Maltin kellhom jiġu ridotti u addattati sakemm jiġi kollox għan-normalità. Tajjeb li bħala membru tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta ngħid u nikteb f ’dan il-ktejjeb u nistaqsu din il-mistoqsija. X’qed nistennew mis-Soċjetà tagħna għal dan l-anniversarju tant importanti? 1) L-iżjed ħaġa importanti hija li naħdmu u nagħtu sehemna sabiex kemm jista’ jkun malajr ilkoll flimkien nerġgħu nibdew ngħixu l-ħajja normali u aħna bħala Soċjetà naraw li fil-każin tagħna r-regoli jiġu osservati. 2) Fil-bidu ta’ din is-sena s-Soċjetà nvestiet f ’Assistent Surmast ġdid, Mro Omar Coleiro fejn minn dawn il-paġni nawguralu kull suċċess, sabiex flimkien mas-Surmast Direttur Mro Nicholas Vella jmexxu l-iskola tal-mużika fi ħdan is-Soċjetà fejn is-sena d-dieħla mistenni li nibdew naraw il-frott ta’ dan l-investiment bl-ewwel grupp żgħir ta’ bandisti li ser joħorġu jdoqqu għallewwel darba fil-festa. 3) Tnieda wkoll proġett ambizzjuż li għas-sena d-dieħla jkollna sett ta’ marċi brijużi ġodda grazzi għall-kompożituri varji, kif ukoll isir recording ta’ dawn il-marċi flimkien ma’ marċi oħra f ’diska kompatta (CD) sabiex tibqa’ rikordju ta’ dan l-avveniment. 4) Qiegħed ukoll jiġi mħejji programm dettaljat fuq is-servizzi li l-banda ser tagħmel is-sena d-dieħla fejn hemm il-ħsieb li nkabbru l-festa bis-sehem talbanda tagħna. Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

21


5) Il-Kumitat qiegħed ukoll jaħseb sabiex għall-festa tas-sena d-dieħla s-swali tal-każin ikunu fi stat avvanzat ta’ tlestija. Persważ ukoll li għal dan l-anniversarju l-Kummisjoni Festa diġà qegħdin jippreparaw sabiex izanżnu armar ġdid is-sena d-dieħla u jirrestawraw l-armar preżenti kif ukoll ħarqa nar kif jixraq għal dan l-anniversarju. Fl-aħħar nett, minn dawn il-paġni nixtieq infakkar il-memorja ta’ Patri Victor Enriquez fejn għal ħafna snin kien is-Sagristan Maġġur tal-Knisja Parrokkjali fejn f ’dawk iż-żminijiet ħdimna ħafna id f ’id miegħu. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd b’mod speċjali lill-membri tal-każin, lill-Kummissjoni Festa Esterna, lill-Komunità Karmelitana tal-Balluta kif ukoll lill-parruċċani kollha. Jalla dan ilpellegrinaġġ li ser nagħmlu jkun wieħed devozzjonali u li tassew iġegħelna nħossu li l-Madonna tal-Karmnu hija l-omm tagħna u s-salvazzjoni tagħna f ’ħajjitna.

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta jawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd!

22

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

23


24

Festa 2020


Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

25


26

Festa 2020


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook