
1 minute read
Ma Naqtgħux Qalbna
Walter Pace
It-Teżorier
Advertisement
Il-karattru tiegħi dejjem kien illi nkun onest u ngħid il-fatti kif inhuma. Ilkoll smajna ħafna dwar kemm il-pandemija affettwat b’mod mill-aktar negattiv l-operat talvolontarjat f’pajjiżna. Ma nkunux qed inkunu żbaljati jekk ngħidu li l-għaqdiet mużikali u l-festi Maltin kienu fost l-aktar illi laqqtu u ħassew id-daqqa tal-pandemija. Meta ħwienet oħra u xogħlijiet oħra kienu miftuħin, il-bini tal-każini kien magħluq, u apparti l-effett ekonomiku negattiv fuq l-operat ta’ kull soċjetà, ġiet affettwat ħafna wkoll l-effett soċjali.
Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li mingħajr l-għajnuna tagħhom żgur illi ma kontx nasal sabiex insostni l-kariga ta’ Teżorier ta’ soċjetà bħalma hija tagħna f’dan iż-żmien partikolari. Grazzi lil sħabi l-uffiċjali, Alexander Caruana u Henry Bonnici, il-membri tal-Kumitat, l-assistenti tiegħi, Marouska Bonnici u Christopher Camilleri kif ukoll lill-aħwa Nathaniel u Kleine Debono. Grazzi lis-sezzjonijiet kollha li dejjem jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jgħinuna b’mod finanzjarju. Ma rridx ninsa lill-bandisti tal-post illi jagħtu sehemhom lisSoċjetà, u permezz tagħhom niffrankaw aktar spejjeż. Bla dubju ta’ xejn, madankollu nixtieq nirringrazzja lill-mara tiegħu Sue tal-paċenzja u s-sapport kollu li tagħtini matul is-sena kollha. Għalkemm l-aktar waħda siekta, żgur illi mingħajr l-appoġġ kontinwu tagħha ma nkunx nista’ nkompli. Grazzi ta’ kollox Sue, għalkemm naf illi ma tiħux gost illi nsemmik!
Ma rridx ninsa lill-isponsors, l-aġenziji u l-individwi kollha li jinvestu fina filwaqt illi nħeġġiġkom tgħinuhom u tużaw il-prodotti tagħhom. Intom il-membri nħeġġiġkom sabiex minbarra li ġġeddu l-menswalità, tgħinu lisSoċjetà li tant tħobbu billi toffru l-għajnuna manwali tagħkom fid-diversi proġetti li jkollna matul is-sena. Tiddejqux tiffrekwentaw il-każin! L-istess appell lilkom il-partitarji. Għaliex ma tissieħbux bħala membri? Tkunu qegħdin tgħinuna ħafna, bħalma tgħinuna meta tattendu għall-attivitajiet.
Filwaqt illi nawguralkom minn qalbi l-isbaħ xewqat għall-festa t-tajba, niftakar speċjalment fil-morda u l-anzjani u nawguralhom illi ma jdumux ma jkunu f’saħħithom ħalli jkunu jistgħu jgawdu magħna.



