2 minute read

L-Oratorio Divo Petro

Minkejja li l-festa titulari ma setgħetx issir bħassoltu, ġimgħa qabel il-festa titulari, propju s-Sibt 24 ta’ Lulju 2021, fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, ittella’ għall-ewwel darba l-oratorio Divo Petro fuq kitba talpoeta Sebastian Saliba, riċerka Biblika ta’ John Saliba u mużika tas-Surmast Onorarju, Mro Ray Sciberras. Dan l-oratorio nibet minn ħsieb tal-mużiċista tal-Banda Birżebbuġa Josef Schembri u l-President Alexander Caruana. Huwa xogħol kbir ħafna għal banda sinfonika kbira, kor u solisti. L-ewwel eżekuzzjoni kellha tkun f’Novembru 2020 sabiex tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tattletin anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà, imma dan ma kienx possibbli, u għalhekk it-tmexxija tas-Soċjetà ppruvat tmexxih għal viċin il-festa tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu, fi Frar 2021, imma r-restrizzjonijiet baqgħu hemm. Hekk kif tnaqqsu xi ftit ir-restrizzjonijiet, it-tmexxija tas-Soċjetà rabtet din l-okkażjoni mal-festa titulari.

Għal din l-okkażjoni żżanżnu wkoll diversi strumenti ta’ perkussjoni awżiljarji sabiex joħolqu l-effetti li ried il-kompożitur. Il-Banda Birżebbuġa kienet taħt iddirezzjoni tas-Surmast Direttur sa mit-twaqqif tagħha, Mro Michael Bugelli ATCL u saret taħt il-patroċinju talPresident tar-Repubblika, it-Tabib George Vella.

Advertisement

Minħabba r-restrizzjonijiet ma setgħux jattendu persuni daqskemm xtaqna, u għalhekk grazzi għattekniċi tas-Soċjetà Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici, din l-okkażjoni setgħet titwassal fi djarna permezz tal-paġna facebook tas-Soċjetà. Minkejja li l-istatwa ta’ San Pietru propjetà tas-Soċjetà ma setgħetx tinħareġ fid-dimostrazzjoni matul il-jiem ta’ Tridu, fis-sena 2021 xorta waħda ħarġet mill-bini talkażin u ttellgħet fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina għal dan l-oratorio f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, San Pietru l-Patrun tagħna.

Dehra ġenerali tal-Banda Birżebbuġa fil-Katidral tal-Imdina, bil-Katidral mimli bl-udjenza b'rispett lejn is-saħħa pubblika

Il-lejla kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella L-awtur Sebastian Saliba

It-Tenur Charles Vincenti, illi interpreta l-parti ta' San Pietru

Preżentazzjoni ta' tifkira lill-kompożitur, Mro Ray Sciberras, Surmast Onorarju tal-Banda Birżebbuġa Mro Michael Bugelli li b'tant abilità mexxa l-Banda Birżebbuġa fil-Premiere ta' Divo Petro.

Il-lejla kienet preżentata minn Anton Falzon

Preżentazzjoni ta' tifkira lil Mro Christopher Bonnici u s-Sinjura Bonnici, diretturi tal-kor tas-Soċjetà, Xmun Pietru

Il-bandalora artistika tas-Soċjetà u fl-isfond is-sett tat-timpani professjonali tas-Soċjetà L-istatwa ta' San Pietru tas-Soċjetà fuq il-presbiterju talKatidral Metropolitan tal-Imdina.

Il-powster u l-faċċata tal-ktejjeb tal-okkażjoni storika.

This article is from: