The most thrilling, non-invasive body shaping technique, treating both the skin and the fat cells.
CoaXMED is the revolutionary approach in the treatment of: EXCESS FAT • CELLULITE • DULL SKIN • STRETCH MARKS • SKIN FIRMING AND TIGHTENING • WRINKLES • AGEING SKIN Why choose CoaxMed over other procedures? Clinical studies have shown that the results obtained with CoaXMED are extremely satisfactory and prove to be effective and safe.
BOOK your FREE consultation today online at www.bodyblissmalta.com
Fat Freezing - The convenient way to eliminate fat
T: 2165 9922
Birżebbuġa Road, Birżebbuġa M: 7965 9922 E: info@bodyblissmalta.com W: bodyblissmalta.com
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Werrej Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990 12/13, ‘Ġawhra San Pietru’, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Tel: +356 21650347 E-mail: info@birzebbugaband. org Website: www. birzebbugaband. org Facebook Profile: www. facebook. com/ birzebbugaband Facebook Page: www. facebook. com/ BandaBirzebbuga
_____________________________ Minn Qalb L-Iljuni 28 Edizzjoni Festa 2017 Il-Pubblikazzjoni Annwali u Uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990
Drittijiet miżmuma mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A. D. 1990 © 2017 Ħadd ma jista’ jikkopja jew juża parti minn din il-pubblikazzjoni mingħajr il-permess bil-miktub tal-Bord Editorjali fi ħdan l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà Il-Kontenut tal-Artikli mhux bilfors jirrifletti l-Opinjoni u l-Prinċipji li tħaddan is-Soċjetà tagħna. _____________________________ Editur Josef Schembri Ritratti Pinkishline Studios, Jonathan Bonnici, Ryan Farrugia, Roberto D’Amato, Josef Schembri, Keith Demanuele, Ludwig Desira, Tarcisio Bongailas Benji Caruana, Diana Caruana, Kurt Law, Anthony Xuereb Reklamar u Finanzi Walter Pace, Chris Camilleri, Henry Bonnici, Benji Caruana Proof Readers Josef Schembri, Marisa Cutajar, Diana Caruana Typing Josef Schembri Collages Jonathan Bonnici, Steven Farrugia Disinn tal-Kopertina Steven Farrugia
_____________________________ Issettjar u Stampar
Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21680789, 99499084 E-mail: bestprint@go. net. mt
Programm Ċelebrazzjonijiet ta’ Qabel il-Festa................................................................................................................................................................................. 2 Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Festa Titulari................................................................................................................................................................ 3 Ċelebrazzjonijiet ta’ Wara l-Ġimgħa tal-Festa.............................................................................................................................................................. 11 Editorjal Rappreżentanti tar-Raħal Tagħna ............................................................................................................................................................................... 13 Kulħadd jagħti dik il-biċċa tiegħu.................................................................................................................................................................................. 14 Attivi Sena Sħiħa.......................................................................................................................................................................................................... 18 Soċjetà Messaġġ mill-President................................................................................................................................................................................................ 22 Messaġġ mis-Segretarju Ġenerali................................................................................................................................................................................ 25 Messaġġ mit-Teżorier................................................................................................................................................................................................... 26 Il-Proġett tal-Estensjoni tas-Sede................................................................................................................................................................................. 27 Id-Dimostrazzjoni Speċjali bil-Vara tas-Soċjetà tal-Ġimgħa 5 t’Awwissu 2016............................................................................................................32 Fl-Okkażjoni tal-25 Sena mill-Vara tas-Soċjetà............................................................................................................................................................ 32 ‘B’Tifkira għal 25 Sena mill-Miġja tal-Istatwa’ 1991 - 2016...........................................................................................................................................33 L-Irxoxt.......................................................................................................................................................................................................................... 36 L-Arċisqof Charles J. Scicluna Jiktbilna Sunett dwar San Pietru u l-Ħelsien tiegħu Mill-Anġlu....................................................................................46 Mid-Dar tas-‘Sur Peppin’ Għas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’..........................................................................................................................................49 Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin...................................................................................................................................................................................... 52 Sezzjonijiet Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin...................................................................................................................................................................................... 53 Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa............................................................................................................................................................. 54 L-Emblema l-Ġdida tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa A.D. 2012.......................................................................................................57 Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni............................................................................................................................................................................................... 60 Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar......................................................................................................................................................................................... 65 Helpers Nisa Birżebbuġin............................................................................................................................................................................................. 67 Banda Mużikali Messaġġ mis-Surmast Direttur..................................................................................................................................................................................... 68 25 Sena ilu jilħqu l-Assistenti Surmastrijiet:.................................................................................................................................................................. 69 Żammejna mal-Programm li Kellna u Żidna Fuqu!....................................................................................................................................................... 70 Servizzi 2016-2017....................................................................................................................................................................................................... 72 Mużiċisti tal-Post Banda Birżebbuġa A. D. 1990.......................................................................................................................................................... 72 25 Sena mill-Ewwel Servizzi Mużikali barra Birżebbuġa..............................................................................................................................................73 25 Sena ta’ Servizz kontinwu Għall-Parroċċa Gudjana fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema.............................................................................73 25 Sena mill-ewwel Programm ta’ Marċi Funebri mill-Banda Birżebbuġa....................................................................................................................73 Ngħollu l-Istandards tagħna fit-tagħlim tal-Prattika....................................................................................................................................................... 77 Bandist Ġdid 2017........................................................................................................................................................................................................ 80 Ħarsa lejn it-3 Programmi Annwali............................................................................................................................................................................... 82 Premjazzjoni tal-Bandisti għas-Sena 2016-2017.......................................................................................................................................................... 86 Kyle Cutajar.................................................................................................................................................................................................................. 86 Knights Pipes & Drums................................................................................................................................................................................................. 86 Riposto......................................................................................................................................................................................................................... 87 Analiżi Mużikali tal-Concert Piece ‘The Temple of Hercules’........................................................................................................................................94 Sejħa biex tingħaqdu mal-Kor Xmun Pietru.................................................................................................................................................................. 95 Piroteknika Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa....................................................................................................................................................................... 97 L-ikbar Waterfall f’Malta fil-Festa ta’ Santu Wistin 2017.............................................................................................................................................106 Godfrey Zammit (il-Lupsi)........................................................................................................................................................................................... 106 Mikiel Schembri, Pirotekniku, bħala Membru Onorarju Ġdid......................................................................................................................................107 Luke Portelli: Partitarju u Pirotekniku Żagħżugħ Mimli Entużjażmu........................................................................................................................... 110 San Pietru Appostlu Messaġġ mill-Kappillan ............................................................................................................................................................................................. 121 Ġesù Qatt m’Għalaq Bibien Lil Pietru, Lanqas fl-Ikbar Waqgħa Tiegħu!....................................................................................................................123 Żvilupp importanti s-Sena li Għaddiet fil-Festi Interni ta’ San Pietru f’Birżebbuġa.....................................................................................................125 L-Antifona l-ġdida ‘Solve Jubente Deo’...................................................................................................................................................................... 127 Ir-Restawr tal-Vara Titulari.......................................................................................................................................................................................... 128 Jurgen Camilleri: L-Imħabba lejn San Pietru u l-Vara Titulari.....................................................................................................................................131 Tiftakruha l-faċċata Armata tal-familja Caruana f’St. Philip Street?............................................................................................................................137 Kult Petrin fi Sqallija.................................................................................................................................................................................................... 141 Anniversarji Erba’ Anniversarji Kbar: Bejn Storja u Parteċipazzjoni...............................................................................................................................................143 ‘Baħar ta’ Fidi’............................................................................................................................................................................................................. 155 Baħar ta’ Fidi.............................................................................................................................................................................................................. 158 Teoriji Popolari dwar il-Martirju ta’ San Pietru Appostlu..............................................................................................................................................159 L-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos u l-Ittra Pastorali tal-Arċisqof Gonzi, Ħamsin Sena Ilu.....................................................163 Il-Festa Kbira u Solenni tad-29 ta’ Ġunju Il-Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl...........................................................................................166 L-Istatwa ta’ Fatima tal-Parroċċa tagħna u l-Festi Speċjali tal-1949 .........................................................................................................................168 Birżebbuġa Messaġġ mis-Sindku.................................................................................................................................................................................................. 173 ‘Toni ż-Żebra’, issa għandu wiċċ!................................................................................................................................................................................ 178 L-Għarqa tal-HMS Breaconshire f’Birżebbuġa........................................................................................................................................................... 181 Il-Grupp tal-Armar 1 t’Awwissu Birżebbuġa bir-Rekord tal-Ikbar Siġra tal-Milied f’Malta. ........................................................................................183 ‘Milied fil-Pjazza 2016’ - Suċċess kbir !...................................................................................................................................................................... 183 L-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa tippubblika Ktieb tal-Istorja fuq Birżebbuġa..................................................................................................183 ‘Jien bħalkom Differenti’ finalist bħala l-ktieb tas-sena, ta’ Lorraine Galea, Awtriċi minn Birżebbuġa........................................................................184 Rev. Dr. John Berry, saċerdot minn Birżebbuġa, appuntat Kap tal-Fakultà tat-Teoloġija...........................................................................................184 Fr. Brian Gialanzè minn Birżebbuġa maħtur bħala l-Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Kalkara.................................................................................184 Klabb Regatta Birżebbuġa 2016 - 2017..................................................................................................................................................................... 185 Nawguraw lill-Birżebbuġa Windmills FCN f’Għeluq l-45 Sena Tagħhom....................................................................................................................186 Prosit lill-għawwiema Kirsty Cassar............................................................................................................................................................................ 186 Iċ-Cherries Bar jirbħu l-Christmas Cup tal-Malta Eight Ball Federation......................................................................................................................186 Il-Qaddief ta’ Birżebbuġa Glenn Zammit jirbaħ unur Internazzjonali fl-Indoor Rowing...............................................................................................186 Lee Ryan Dermanin f’isem Malta fil-finali tad-Doubles tal-European Blackball Championship..................................................................................187 Insellmu lil Ħutna li Twieldu Għall-Ħajja ta’ Dejjem..................................................................................................................................................... 189 Persuni li mietu minn Awwissu 2016 sat-12 ta’ Lulju, 2017........................................................................................................................................191 Lista tar-Reklami......................................................................................................................................................................................................... 192
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
1
PROGRAMM
Ċelebrazzjonijiet ta’ Qabel il-Festa
EDITORJAL
Il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2017
10:00am Ser jittella’ t-tielet arblu fuq is-Sede tas-Soċjetà. Wara nassistu għal-launch tad-diska ‘Insellmulek’ kantata minn Danica Muscat minn Birżebbuġa fuq lirika ta’ Stephen Baldacchino u mużika ta’ Philip Vella. Ser isir ukoll launch ta’ marċ ġdid.
L-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2017
SOĊJETÀ
06:30pm Sports Rally organizzata mill-Parroċċa għat-tfal fi Triq il-Kostituzzjoni.
Il-Ħamis 27 ta’ Lulju 2017
06:30pm Quddiesa u Adorazzjoni Animata mill-Kummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju 2017
SEZZJONIJIET
08:00pm Isir il-BBQ tradizzjonali ta’ ġimgħa qabel il-festa magħruf magħna bħala ‘l-BBQ tat-triq tal-każin’. Inħeġġu l-Membri biex jakkwistaw il-biljetti. Se jkun hemm spettaklu minn bosta kantanti.
Is-Sibt 29 ta’ Lulju 2017
BANDA MUŻIKALI
05:30pm Quddiesa b’sufraġġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom. 07:30pm Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza
Il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2017
PIROTEKNIKA
08:00am Quddiesa għall-Gruppi u l-Għaqdiet li jieħdu sehem fil-festa. Imexxi Rev. Fr Ryan Lee Pace, Saċerdot novell. 09:00am Il-Preżentazzjoni tat-Trabi. Issir il-quddiesa tradizzjonali li fiha jiġu ppreżentati t-trabi lil Alla taħt l-awspiċju ta’ San Pietru Appostlu, Patrun ta’ Birżebbuġa. Tingħata tifkira. Imexxi Rev. Dr John Berry. 09:30am Isir it-tlugħ tar-raba’ arblu fuq l-iktar parti għolja tas-Sede tas-Soċjetà. 10.30am Isir it-tberik u t-tlugħ tal-bandiera l-ġdida bl-emblema ta’ Birżebbuġa fuq l-arblu Prinċipali tas-Sede, irregalata mill-Kav. John Taylor. Din se titbierek mill-kappillan, il-Wisq Rev. Kanonku Dun Anton Galea Scannura. 10.45am Kxif ta’ Plakek mal-Bieb tal-Pjazza. Tinkixef il-Plakka fl-irħam bl-isem tas-Soċjetà mal-faċċata tasSede f’Misraħ il-Knisja u eżatt wara tinkixef ukoll it-tieni Plakka fl-irħam bl-isem tas-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra ta’San Pietru’, irregalata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni. 11.00am Membri lokali tal-Banda Birżebbuġa jagħmlu daqq ta’ marċi brijużi u briju kbir fil-bottegini ġewwa s-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ mill-Banda Birżebbuġa li jferraħ lill-membri u lill-partitarji. 11:00am Quddiesa animata miż-żgħażagħ minn Rev. Fr Sinclair Bugeja, Saċerdot novell. 07:30pm Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza.
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
• Il-marċi minn din is-sena se jgħaddu minn quddiem il-parti tal-Każin ta’ Triq Birżebbuġa u jintemmu kollha fil-Pjazza, il-post li dejjem kien jimmeritana. • Is-Soċjetà għandha għall-bejgħ il-flokkijiet, il-bnadar u l-gerijiet tal-festa. Araw li takkwistawhom. Il-kummissjoni Armar ħarġet ukoll CD bilkanzunetta ‘Insellmulek’ u sett ta’ marċi kantati minn Stephen Mizzi. • Nhar it-Tnejn 31 ta’ Lulju, f’avveniment uniku, nilqgħu lura l-Vara Titulari u ninawguraw il-faċċata l-ġdida tan-naħa tal-pjazza. Titilfuhiex. Wara se jkun hemm Spettaklu Mużikali bis-sehem ta’ DJ Ryan. • It-Tlieta nilqgħu lill-Prim-Ministru Dr. Joseph Muscat. • L-Erbgħa 2 t’Awwissu se nisimgħu l-Innu l-Ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ bil-kantanti lejn tmiem il-marċ. • Il-Ħamis se nagħmlu Pellegrinaġġ Nazzjonali bil-Vara tas-Soċjetà fuq l-art u l-baħar. Se niġbru għall-Community Chest Fund u ġejja l-President ta’ Malta l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca • Il-Ġimgħa 4 t’Awwissu se jkun hemm siġġijiet għan-nies għall-Programm Mużikali tal-festa. Ejjew għax għandna mużika sabiħa. Matulu se nisimgħu fost oħrajn l-Innu l-Ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ bil-vuċijiet u l-Kor kif ukoll il-Kantata ‘Petrus Princeps Apostolorum’.
2
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
PROGRAMM EDITORJAL
Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Festa Titulari It-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017
Ir-Ritorn tal-Vara Titulari mir-Restawr
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
in il-ġurnata storika se tkun speċjali ħafna għax se naraw ixD xewqa tal-Birżebbuġin titwettaq sa fl-aħħar. Il-vara kienet ilha ma tiġi restawrata sa mill-1974, fiż-żmien il-Kappillan Ġużeppi Minuti, jiġifieri għal 43 sena sħaħ! Dakinhar kienet inġiebet minn fuq il-baħar minn Marsaxlokk u kien minn hemm li snin wara nibtet l-idea li l-istatwa tal-marċ tibda tinġieb kull sena minn fuq il-baħar. Hekk din is-sena se nerġgħu nġeddu din it-tradizzjoni unika biex dawk li ma laħqux is-sena 1974 jaraw lit-Titular tagħna ġej minn fuq il-baħar. Inħeġġu lin-nies jakkumpanjaw bil- Il-vara Titulari meta ġiet restawrata u ndurata fl-1974. Kienet bċejjeċ tal-baħar tagħhom u jiġu armati bi bnadar u jilbsu t-shirts inġiebet fuq il-baħar ukoll. kemm tal-parroċċa u kemm tas-Soċjetà tagħna. 05:00pm Huwa rakkomandat li biex ilaħħqu jaslu fil-ħin, dawk in-nies minn Birżebbuġa li għandhom xi opra tal-baħar jerħulha għal Marsaxlokk biex minn hemm jilqgħu l-Vara Titulari tagħna. Ħudu magħkom bnadar u armaw l-opri tagħkom kif jixraq. 05:30pm Il-vara Titulari ta’ San Pietru fil-Ktajjen għat-tieni darba fl-istorja tagħha titlaq minn Marsaxlokk fid-direzzjoni tal-Moll tal-Bajja ta’ San Ġorġ ta’ Birżebbuġa. 06.00pm Il-Vara Titulari ta’ San Pietru fi-Ktajjen, sabiħa iktar minn qatt qabel, tagħmel id-dħul maġistrali tagħha fil-Port tal-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, milqugħa mill-ferħ kbir tal-Poplu ta’ Birżebbuġa. Iżżewġ baned flimkien: il-Banda Birżebbuġa u l-Banda San Pietru fil-Ktajjen isellmu l-Vara Artistika u Devota ta’ San Pietru bid-daqq tal-Innijiet bħala tifħir lil Appostlu San Pietru. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tilqa’ lura b’ferħ kbir ir-ritorn tal-Patrun San Pietru fil-Ktajjen bi ħruq ta’ kaxxa infernali hekk kif l-ixbiha titulari tiegħu titniżżel fuq il-moll ta’ San Ġorġ, u tirfes l-ewwel art ta’ Il-Vara Titulari fuq il-lanċa fl-1974. Jidher il-Kappillan Minuti. Birżebbuġa, li tagħha huwa Protettur. Din il-manifestazzjoni reliġjuża u storika għallaħħar se tkompli billi l-Vara Titulari tant għażiża u devota tiġi akkumpanjata mill-baned u min-nies ta’ Birżebbuġa mnejn tgħaddi minn dawn it-toroq: Bajja ta’ San Ġorġ, Dawret Qalb Imqaddsa, San Ġorġ, Santa Katarina, il-Knisja, id-Duluri, il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja fejn issir Ċelebrazzjoni fuq iz-Zuntier. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar terġa’ ssellem il-Vara Titulari bi ħruq ta’ kaxxa u prexex hekk kif din tasal fil-Bajja s-Sabiħa, fi triqitha lejn il-pjazza. 07.30pm Mal-Wasla tal-vara fuq iz-zuntier se jkun hemm Ċelebrazzjoni Speċjali ħafna bit-tberik tal-Vara Titulari indurata u restawrata lura għall-isplendur oriġinali kollu tagħha. Ikomplu jieħdu sehem iż-żewġ baned ta’ Birżebbuġa flimkien. Ser ikun preżenti l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. 08:15pm Il-wisq popolari Banda Birżebbuġa tibda’ l-marċ kbir u brijuż magħruf magħna bħala ‘tal-ħruġ min-niċċa’ minn Misraħ il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Birżebbuġa, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Profs. Anton Tabone,Triq Sant’Anġlu, Triq 31 ta’ Marzu, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Port Ħieles,
3
PROGRAMM EDITORJAL
Misraħ San Ġorġ Preca, Triq il-Bżulija, Triq Santa Rita, Triq il-Musbieħ, Triq San Tumas, Triq il-Kurat Fenech, Misraħ il-Knisja, Triq iż-Żurrieq, Triq San Ġwann, Triq iż-Żibra, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u fl-aħħar f’Misraħ il-Knisja fejn tixref is-Sede tas-Soċjetà. 11.15pm Tibda ċ-ċerimonja tal-kxif u l-inawgurazzjoni tal-armar il-ġdid tal-faċċata tas-Sede ta’ Misraħ il-Knisja, il-Pjazza Ewlenija ta’ Birżebbuġa, proġett li ħadmet fuqu l-Kummissjoni Armar Esterni Banda Ritratt li jeħodna lura fis-sena 2015 meta nkixfet il-faċċata Birżebbuġa, li din is-sena qed jagħlqu 5 snin mit- prinċipali. twaqqif tagħhom. Titkanta wkoll il-kanzunetta l-ġdida għal din is-sena bl-isem ‘Insellmulek’ maħruġa mill-istess Kummissjoni Armar tas-Soċjetà. 12.00am F’nofsilejl, hekk kif jintemm il-marċ brijuż f’Misraħ il-Knisja, jibda Spettaklu ta’ mużika moderna mħallta ma’ dik strumentali; b’effetti ta’ dwal multiviżivi maħluqa minn DJ Ryan Spiteri, persunaġġ popolari Malti li qatta’ ħafna minn tfulitu u żgħożitu f’Birżebbuġa.
SOĊJETÀ
It-Tlieta 1 t’Awwissu 2017
SEZZJONIJIET
It-Tlieta tal-festa Jum il-Festa Liturġika ta’ San Pietru In Vinculis
BANDA MUŻIKALI
06:30pm Fil-knisja Parrokkjali ssir quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru minn Fr Brian Gialanzè, minn Birżebbuġa u attwalment Kappillan tal-Kalkara. Ma’ tmiem il-quddiesa jkun hemm ittqassim tal-medalji tal-Sports Rally ta’ ġimgħa qabel. 07.00pm Żjara ta’ kortesija mill-Priministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat, fejn jiġi milqugħ mill-uffiċċjali tas-Soċjetà tagħna quddiem is-Sede f’Misraħ il-Knisja, biex hemmhekk f’ċerimonja qasira jinawgura l-estensjoni l-ġdida tas-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Mal-wasla tal-Priministru jindaqq l-Innu Malti mill-membri tal-Banda Birżebbuġa u mbagħad wara jsegwi l-Innu tal-Banda Birżebbuġa, dejjem taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L. Il-Priministru flimkien mal-President Alexander Caruana jikxef plakka kommemmorattiva u l-post jiġi mbierek mill-W.R. Kanonku kappillan Dun Anton Galea Scannura. Wara l-Priminstru Dr. Joseph Muscat jiddawwar mal-post il-ġdid u mal-kumplament tas-Sede. 08:30pm Is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni se tkun qed torganizza Majjalata kbira u xorta ieħor ta’ ikel alternattiv, fis-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Ikun hemm varjetà ta’ daqq ta’ mużika moderna u tal-festa. Inħeġġu lill-partitarji u liż-żgħażagħ biex jattendu għal din il-majjalata mill-aqwa. Aħsbu kmieni għall-biljetti billi ssaqsu lill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.
PIROTEKNIKA
L-Erbgħa 2 t’Awwissu 2017 L-Ewwel Tridu
SAN PIETRU APP.
06.30pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Issir il-Prietka fuq San Pietru Appostlu, u wara l-komunjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. 08:30pm Il-Banda Popolari Birżebbuġa, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L tagħmel marċ brijuż li jibda mill-inħawi magħrufa bħala ‘Tal-Papa’. Jibda minn Triq Dun Karm Frendo, u jkompli tul dawn it-toroq tal-Papa, Wied il-Buni, l-Imnarja, Baden Powell, ir-Rizza, il-Kanġu, il-Qroll, il-Gawwi, iċ-Ċief, il-Port Ħieles, Triq il-Ħaruf, Triq San Ġwann, Triq il-Ġurġier, Triq San Filippu, Misraħ is-Summit, Pretty Bay, Triq Birżebbuġa u fl-aħħar f’Misraħ il-Knisja quddiem is-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Fl-aħħar tal-marċ ser jindaqq l-Innu l-Ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ li qed jiżżanżan fl-okkażjoni tal-Anniversarju Ġubilari tal-1950 Sena mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż ta’ San Pietru App. fil-Ġenna kif ukoll fl-okkażjoni tarritorn f’Birżebbuġa tal-Vara Titulari mir-restawr tagħha. Dan l-innu għandu mużika mill-isbaħ tal-kompożitur Malti u Internazzjonali Profs. Joseph Vella u lirika tal-awtur bravu Sebastian Saliba. Jakkumpanjaw bilkant sabiħ tagħhom il-kantanti Riona Degiorgio, Mardy Farrugia, Clarissa Cauchi u Shania Cauchi. Għal matul dan il-marċ se jkunu qegħdin jingħaqdu magħna l-Partitarji Pawlini Rabtin u tas-Soċjetà San Pawl tar-Rabat fl-okkazzjoni tal-1950 anniversarju tal-martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
It-Tnejn u l-Ħamis mal-wasla taż-żewġ vari ta’ San Pietru minn fuq il-baħar, se jindaqqu l-ħornijiet tal-bastimenti tal-Freeport.
4
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
PROGRAMM
Il-Ħamis 3 t’Awwissu 2017 It-Tieni Tridu
EDITORJAL
08:00am - 12:00pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar li topera fi ħdan is-Soċjetà tagħna, tagħmel ħruq ta’ Salut u Murtaletti filgħodu mat-tokki tat-tmienja u mat-tokki ta’ nofsinhar. 06.30pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech li għaliha jkunu mistiedna b’mod speċjali d-delegati u r-rappreżentanti tad-diversi Għaqdiet li nsibu f’Birżebbuġa. Issir il-Prietka fuq San Pietru Appostlu, u wara l-komunjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. PELLEGRINAĠĠ NAZZJONALI FUQ L-ART U L-BAĦAR BIL-VARA TA’ S. PIETRU TAS-SOĊJETÀ Birżebbuġa – Ħal Safi – Rabat (Grotta ta’ San Pawl) – Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Valletta – Marsaxlokk – Birżebbuġa
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Fl-okkażjoni tal-1950 Sena mill-Ġubilew tal-Martirju u d-dħul Glorjuż ta’ San Pietru Appostlu fil-ġenna, isSoċjetà se tagħmel dimostrazzjoni bil-Vara tagħha f’dawk il-Parroċċi u fl-imkejjen fejn hemm Kult Pawlin, hekk kif it-tradizzjoni tgħid li ż-żewġ appostli ġew martirizzati fl-istess ġurnata. Din id-dimostrazzjoni se jkollha wkoll għan filantropiku warajha, bl-għan li jinġabru fondi għall-Community Chest Fund. Dan il-pellegrinaġġ bil-karozzi u l-muturi se jitlaq minn Birżebbuġa, jieqaf Ħal Safi, jitla’ r-Rabat quddiem il-Grotta ta’ San Pawl, jinżel il-Belt Valletta quddiem ilKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt u jinżel Marsaxlokk minn fejn hemmhekk tibda d-dimostrazzjoni fuq il-Baħar għal Birżebbuġa. Tajjeb li ngħidu li għal matul it-triq is-Soċjetà diġà assigurat ruħha mill-għajnuna tal-Forzi tal-Ordni. Madankollu navżaw lill-partitarji tagħna biex iżommu prudenza massima matul it-triq. Din mhux tellieqa imma pellegrinaġġ.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
05:00pm Quddiem is-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’, bil-vara ta’ San Pietru preżenti, il-Kappillan ta’ Birżebbuġa, il-Kanonku Dun Anton Galea Scannura, jagħmel talb speċjali li jiftaħ dan il-pellegrinaġġ, li fih se jieħdu sehem bosta vetturi u muturi. 05:10pm Nitilqu minn Birżebbuġa għall-Parroċċa Pawlina ta’ Ħal Safi. 05:30pm Il-Kappillan ta’ Ħal Safi Dun David Farrugia flimkien mad-devoti Pawlini Ħal Safin u l-membri tal-Banda San Pawl, jilqgħu l-vara ta’ San Pietru quddiem il-knisja parrokkjali tagħhom, fil-pjazza tal-istess raħal fejn jiġi reċitat xi talb qasir biex jiġi kkommemorat dan l-anniversarju. 05:40pm Nitilqu mill-Parroċċa Pawlina ta’ Ħal Safi għall-Parroċċa Proto-Parrokkjali u Kolleġġjata tar-Rabat. 06:00pm L-Arċipriet tal-Kolleġġjata tar-Rabat, il-Kanonku Rev. Louis Suban flimkien mal-Pawlini Rabtin u membri tasSoċjetà Pawlina Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, jilqgħu l-vara ta’ San Pietru quddiem il-Grotta ta’ San Pawl fejn il-Knisja Kolleġġjata. Hemmhekk jiġi reċitat xi talb qasir biex jiġi kkommemorat dan l-anniversarju. 06.15pm Nitilqu mill-Parroċċa Proto-Parrokkjali u Kolleġġjata tarRabat għall-Kapitali Valletta. 07.00pm L-Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt Valletta, il-Kanonku Pen. Vincent Borg flimkien mal-membri talGħaqda tal-Pawlini, jilqgħu l-vara ta’ San Pietru quddiem il-Bieb Prinċipali tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. Hemmhekk jiġi reċitat xi talb qasir biex jiġi kkommemorat dan l-anniversarju kbir Ġubilari. Qabel nitilqu lejn Marsaxlokk, se ninżlu quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin tal-Belt, fejn il-Kappillan ta’ din il-Parroċċa Fr. Deo Debono, hekk kif sar jaf b’dan il-pellegrinaġġ, għamlilna stedina sabiex anke hu jkun jista’ jagħti ġieħ u venerazzjoni lill-ixbieha ta’ San Pietru tas-Soċjetà tagħna bi preżentazzjoni ta’ bukkett u b’talb flimkien għall-okkażjoni. 07.10pm Nitilqu mill-Parroċċa Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta għal Marsaxlokk minn fejn tibda d-Dimostrazzjoni fuq il-baħar. 07.30pm Il-vara ta’ San Pietru tas-Soċjetà tasal Marsaxlokk akkumpanjata minn diversi karozzi u muturi. Din
5
PROGRAMM
08.30pm
EDITORJAL SOĊJETÀ
09:00pm
SEZZJONIJIET
09.20pm 09.20pm
BANDA MUŻIKALI
10:45pm
PIROTEKNIKA
11.00pm
SAN PIETRU APP.
11:30pm
ANNIVERSARJI
12:00 am
BIRŻEBBUĠA
6
imbagħad titellgħa fuq lanċa u akkumpanjata minn bosta dgħajjes u opri oħra tal-baħar tibda triqitha lejn il-Port tal-‘Bajja s-Sabiħa’ ta’ Birżebbuġa. Dawk minn Birżebbuġa li jixtiequ jingħaqdu magħna fil-Port ta’ Marsaxlokk, għandhom jitilqu minn hawn għall-ħabta tas-7pm. Il-vara ta’ San Pietru tas-Soċjetà tidħol fil-Port talBajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa u titniżżel għal fuq il-moll ħdejn il-Club tal-Pitch tal-Waterpolo. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem id-dħul tal-vara fil-Port ta’ Birżebbuġa bi ħruq ta’ xokkijiet, prexex ikkuluriti u Kaxxa Nfernali varjata bil-logħob minn fuq ir-ramla stess. Fil-Bajja s-Sabiħa ser ikun hemm bosta voluntiera mill-Malta Community Chest Fund li se jiġbru d-donazzjonijet tagħkom. Nitolbukom tkunu ġenerużi. Imbagħad il-Banda Birżebbuġa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli tilqa’ l-vara fil-Bajja s-Sabiħa bid-daqq talInnu Popolari lil San Pietru u takkumpanja l-vara b’marċi brijużi tul it-triq tal-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja, sa quddiem is-Sede. Quddiem is-Sede, f’Misraħ il-Knisja nilqgħu fostna lill-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca bid-daqq tal-Innu Malti mill-Banda Birżebbuġa. Isir diskors qasir mill-President is-Sur Alexander Caruana u mat-tmiem jippreżenta l-flus kollha li jkunu nġabru minn din l-inizjattiva filantropika għall-Community Chest Fund. Din il-laqgħa tintemm billi l-President ta’ Malta tagħmel id-diskors u r-ringrazzjamenti tagħha. Il-Banda Birżebbuġa tkompli bid-dimostrazzjoni tagħha billi mbagħad tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ il-Knisja, Triq S.Andrija, Triq S. Anġlu, Triq iż-Żurrieq, Triq S.Ġwann, Triq San Edwardu, il-Bajja s-Sabiħa, u titla tul Triq Birżebbuġa fejn is-Sede tas-Soċjetà. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-akkumpanjament tal-Vara ta’ San Pietru mill-Banda Birżebbuġa fittoroq tar-raħal tagħna, bi ħruq ta’ diversi settijiet ta’ Murtali u Murtaletti bil-logħob, kollu xogħol il-pirotekniċi qalbiena ta’ din l-Għaqda tan-Nar, kollha kemm huma wlied Birżebbuġa. Il-Vara Artistika ta’ San Pietru tasal quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra ta’ San Pietru’, fi Triq Birżebbuġa. Hawnhekk il-vara tiddawwar tħares lejn is-Sede u jindaqqu diversi innijiet devoti li jappartjenu lir-repertorju esklussiv tas-Soċjetà fosthom: ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’; ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’; u l-Innu l-Ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’. Dawn l-innijiet se jitkantaw mill-4 kantanti bravi: Riona Degiorgio, Mardy Farrugia, Clarissa Cauchi u Shania Cauchi. Wara l-Innijiet mis-Sede, il-Vara ta’ San Pietru App., tinżel lejn ix-xatt fejn hemm, tittellgħa fuq il-pedestall artistiku tagħha, fost briju kbir kif jafu jagħmlu l-partitarji tagħna. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem it-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall b’kaxxa infernali varjata tal-kulur, fjammi u prexxex minn fuq ir-ramla talBajja s-Sabiħa. Il-Vara artistika ta’ San Pietru fil-Ktajjen proprjetà tas-Soċjetà tagħna, tagħlaq l-itinerarju twil tagħha tal-ġurnata billi tittellgħa fuq il-pedestall tagħha fil-Bajja s-Sabiħa fost il-briju u l-eloġju lill-appostlu tagħna mill-Partitarji Ljuni. Waqt it-tlugħ tal-vara fuq il-pedestall maħdum mill-aħwa Cutajar, il-kantanta brava Danica Muscat minn Birżebbuġa tkanta l-kanzunetta ‘Insellmulek’ li l-Kummissjoni Armar Esterni ħarġet għal din is-sena. Wara t-tlugħ tal-Vara, il-Banda Birżebbuġa tagħlaq dan ilmarċ grandjuż b’dimostrazzjoni kbira billi tgħaddi tul Triq Birżebbuġa u mbagħad tidħol f’Misraħ il-Knisja quddiem il-parti l-ġdida tas-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’, bi briju organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Kummissjoni Armar Esterni kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ diversi ammiraturi li għandha din is-Soċjetà. Hekk kif jintemm dan il-marċ kolossali, l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tippreżenta lill-Partitarji u l-ammiraturi ta’ din is-Soċjetà il-Feature Awdjoviżiv Annwali f’Misraħ il-Knisja eżatt fejn ilPlanċier tas-Soċjetà. Dan il-Feature Awdjoviżiv Annwali qed ikun ferm mistenni mill-membri u l-ammiraturi kbar ta’ din is-Soċjetà. Fit-tmiem ikun hemm briju kbir. Nirringrazzjaw ukoll lil Roberto D’Amato tas-sehem tiegħu f’dan il-feature. Matul din ġurnata se jingħaqdu magħna l-Partitarji Pawlini Ħal Safin u dawk tal-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
PROGRAMM
Il-Ġimgħa 4 t’Awwissu 2017 L-Aħħar Tridu
Innu
Innu Popolari lil San Pietru App. (Kor Xmun Pietru & Kor Mirabitur) Riposto
Michael Bugelli
Poema Scenica
The Temple of Hercules
Ray Sciberras
Song
Roma nun fa’ la stupida stasera (Tenur Charles Vincenti u S-Soprana Karen Camilleri) Music (Riona Degiorgio, Mardy Farrugia, Clarissa Cauchi u Shania Cauchi)
EDITORJAL SOĊJETÀ
Mro. Carmelo Pace
Marcia Sinfonica
Italian Song
SEZZJONIJIET
09:00pm
BANDA MUŻIKALI
08.00pm
PIROTEKNIKA
A. Trovaioli Arr. Guido Ruggeri John Miles Arr. Ray Zammit
SAN PIETRU APP.
06.30pm
Matul din il-ġurnata se jkollna magħna grupp min-Nadur Għawdex. Nilqgħuhom fostna! Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Mons. Frans Abdilla, Vigarju Episkopali għall-parroċċi li għaliha jkunu mistiedna b’mod speċjali s-saċerdoti, reliġjużi u persuni ta’ ħajja kkonsagrata. Issir il-Prietka fuq San Pietru Appostlu, u wara l-komunjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u l-Innu ta’ Ringrazzjament it-Te Devm u tingħata l-Barka Sagramentali. Kif qed taraw, din is-sena l-kant tat-Te Deum li jagħlaq it-Tridijiet se jsir matul din l-istess quddiesa tal-Aħħar Tridu, wara li titkanta l-antifona, minflok is-Sibt filgħodu, Lejlet il-festa. Mal-Kant tat-‘Te Deum’ jindaqqu l-qniepen kollha tal-parroċċa inkluż il-‘Qanpiena l-Kbira’ msemmija għal San Pietru App. Bil-kant tat-‘Te Deum’ jingħalaq uffiċċjalment it-Tridu tal-festa. Marċ Gala mill-Banda Birżebbuġa bl-Istandardi u l-Unuri kollha tas-Soċjetà. Il-marċ jibda minn quddiem is-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’ u jgħaddi minn dawn it-toroq: S.Katerina, S.Mikiel, Żaren Dalli, u jasal f’Misraħ il-Knisja għall-ħabta tad-disgħa nieqes kwart. F’Misraħ il-Knisja, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L, il-Banda Birżebbuġa tesegwixxi l-Kunċert Annwali tal-Festa fuq il-Planċier tas-Soċjetà. Matul il-Programm, b’rabta malĠubilew tal-Martirju ta’ San Pietru u l-anniversarji l-oħra tal-parroċċa, se jindaqq l-innu l-ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ bil-vuċijiet u l-Kor kif ukoll il-Kantata ‘Petrus Princeps Apostolorum’ li l-Banda Birżebbuġa kienet eżegwiet fl-Akkademja tal-25 Sena Anniversarju tagħha. Waqt il-Preżentazzjonijiet, f’mument storiku se tiġi rregalta, inawgurata u mbierka l-pittura sabiħa l-ġdida li se tkun qed tiġi ppreżentata lill-Kumitat tas-Soċjetà millKummissjoni Tisbieħ tal-Każin, liema pittura se tkun qed tiddekora s-Sala Prinċipali tas-Sede ‘Anthony Camilleri’. Il-Kunċert se jkun ippreżentat mis-sinjura Laura Cunningham. Se jkun hemm siġġijiet disponibbli għall-pubbliku Titilfux dan l-appuntament uniku!
Innu
Baħar ta’ Fidi (Tenur Charles Vincenti, Soprana Karen Camilleri; il-Kor Xmun Pietru ul-Kor Mirabitur)
Profs Joseph Vella Sebastian Saliba
Kantata
Petrus Princeps Apostolorum (Tenur Charles Vincenti, Soprana Karen Camilleri; Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur)
Alex Caruana Arr. Simon Farrugia
Innu Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (Kor Xmun Pietru & Kor Mirabitur; Il-kantanti Riona Degiorgio, Mardy Farrugia, Clarissa Cauchi u Shania Cauchi)
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Mro. M. Bugelli Joe Julian Farrugia
BIRŻEBBUĠA
Innu
ANNIVERSARJI
INTERVALL: DISKORSI U PREŻENTAZZJONIJIET
7
PROGRAMM
Is-Sibt 5 t’Awwissu 2017 Vġili tal-Festa
EDITORJAL
08:00am L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-għodwa tal-Vġili tal-festa billi tagħmel ħruq ta’ Salut, Kaxxa Infernali, Murtali u Murtaletti. 12.00pm L-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Salut u Murtaletti mat-tokki ta’ nofsinhar. Issir l-Ikla Tradizzjonali ta’ Lejlet il-Festa fil-Bottegin tal-Każin tagħna ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Aħsbu għall-bookings minn qabel billi ssaqsu għal xi ħadd minn tal-Kumitat. 05.30pm Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 06:15pm Issir it-Translazzjoni Sollenni bl-insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu, Patrun Singolari u Titulari ta’ Birżebbuġa. Il-Purċissjoni, bis-sehem tal-Fratellanza tas-Sagrament, toħroġ mill-Knisja Parrokkjali għall-Knisja Proto-Parrokkjali ta’ Maria Addolorata fi Triq il-Knisja, fejn ir-Relikwija tal-Kbir Appostlu tintlaqa’ b’talb mill-Kleru. Ir-relikwija tinġarr sollennement lura għall-Knisja Parrokkjali millArċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.F.M.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem it-translazzjoni bl-insjini relikwija għażiża, qaddisa u devota ta’ San Pietru Appostlu, missier il-Birżebbuġin billi tagħmel ħruq ta’ wieħed u għoxrin Salut, Kaxxa Infernali, Murtali u Murtaletti.
BANDA MUŻIKALI
It-Translazzjoni hija funzjoni importanti ħafna fil-festa. Din iċ-ċerimonja tiftaħ is-Sollennità tal-festa Titulari (Prima Klassi). Hija drawwa antika ħafna tal-Ewwel insara f’Ruma u tissimbolizza d-dħul glorjuż fil-ġenna tal-Qaddis. Din is-sena niċċelebrawa aktar bil-kbir għax qed infakkru l-1950 Anniversarju Ġubilari minn mindu San Pietru ħa l-martirju tiegħu u daħal il-Ġenna fil-Glorja kollha tiegħu. Huwa mument li fih induru mar-Relikwija ta’ San Pietru u nagħtuha l-Venerazzjoni li tixirqilha. Fl-antik, qabel ma ġew introdotti l-vari, l-attenzjoni tad-devoti kienet tkun biss fuq ir-Relikwija tal-Qaddis.
PIROTEKNIKA
Mad-dħul tar-Relikwija fil-Knisja Parrokkjali jingħata bidu għall-Ewwel Għasar Solenni (Primi Vespri) billi jitkanta l-Innu tal-Għasar u l-Antifona Prinċipali (Ad. Magnificat)‘Solve Jubente Deo’ tas-surmast Ray Sciberras. Il-funzjoni tal-Ewwel Għasar imbagħad titmexxa miċ-ċelebrant ewlieni l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.F.M. 07.30pm Quddiesa Letta bl-Omelija minn Rev. Fr Renè Camilleri, Vigarju Episkopali. 08.15pm Il-Banda Birżebbuġa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L tagħti bidu għal marċeleganti u pulit bil-bandalora, bl-istandardi u bl-unuri kollha tas-Soċjetà li jgħaddi minn dawn it-toroq: jibda minn Misraħ il-Knisja eżatt quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ u jkompli tul Triq Sant’Andrija, Triq Sant’Anġlu, Misraħ il-Pajtier, Triq is-Sajjied, Triq il-Brolli, Triq San Ġużepp, Triq Santa Rita, Triq G. Galizia, Triq Birżebbuġa, Triq San Ġorġ, Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u jidħol f’Misraħ il-Knisja. Matul dan il-marċ il-Banda Birżebbuġa se ddoqq fost l-aqwa marċi brijużi u klassiċi li għandha firrepertorju tagħha. Is-servizz mużikali jintemm bl-Innijiet, fosthom l-Innu l-ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ li qed jiġi mżanżan fl-okkażjoni tal-1950 sena anniversarju mill-martirju u d-dħul glorjuż tiegħu fil-ġenna kif ukoll biex infakkru l-avveniment tar-ritorn tal-vara tagħna lura f’Birżebbuġa mirrestawr. 09.45pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti bidu għal Wirja Spettakolari tan-Nar tal-Ajru, ibbażata l-aktar fuq xogħol tal-beraq, b’murtali u murtaletti tal-logħob b’beraq Ikkulurit, beraq tat-Titanium, Murtali tal-Kulur, Murtali biċ-ċentrijiet, Blalen, Sfejjer, lampjuni u Serpentelli. Fit-tmiem ta’ din il-wirja tinħaraq Kaxxa Infernali tal-kulur mill-isbaħ varjata b’murtali u murtaletti. Dan ix-xogħol tan-nar inħadem kollu kemm hu mill-membri ta’ din l-Għaqda, frott il-ħidma wlied Birżebbuġa.
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 8
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
PROGRAMM EDITORJAL
11.15pm Mat-tmiem il-Wirja tan-Nar tal-Ajru, il-membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar jinżlu l-Pjazza tal-knisja, biex kif jintemm il-Marċ mill-Banda Birżebbuġa jagħtu bidu għal Wirja Kbira tal-Logħob tan-Nar tal-Art kollu Artistiku u Mekkanizzat. Din il-wirja stabbiliet ruħha bħala waħda fost l-aqwa f’pajjiżna u saret mfittxija minn bosta dilettanti kbar tan-Nar tal-Art ta’ Malta. Matul din il-Wirja se nkunu qed infakkru wkoll ir-Rebħa Nazzjonali fin-Nar tal-Art bħala l-Aqwa Grupp Pirotekniku li jipproduċi l-aqwa Prodotti fin-Nar tal-Art f’Malta kollha, unur prestiġjuż ħafna. F’dan l-ispettaklu se naraw diversi rdieden kbar bl-Ingranaġġi, Imqassijiet, Ktajjen, varjetà immensa ta’ Funtuni tal-Kulur, Gassijiet tad-dawl, Inġenerija kbira u kwalità ta’ nar ta’ livell għoli tassew. F’spettaklu bħal dan ma jonqsu qatt is-sorpriżi u tifkiriet mill-passat! Dan ix-xogħol huwa kollu frott il-ħidma tal-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa.
Il-Ħadd 6 t’Awwissu 2017
02:30pm 06:00pm 07:00pm
07:15pm
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
11.00am
PIROTEKNIKA
10:00am
SAN PIETRU APP.
09:00am
Jum Solenni tal-Festa Titular
Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa u fil-Kappella ta’ Bengħisa. Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-festa. Jintlaqa’ f’Bieb il-Knisja Rev. Fr Chris Ellul, iċ-ċelebrant ta’ din is-sena u hemmhekk isir it-tberik tal-kongregazzjoni bl-ilma mbierek. Wara l-Evanġelu, jinseġ il-Paniġierku, kuruna ta’ tifħir lil San Pietru Appostlu, Rev. Prof. Hector Scerri. Fl-aħħar tal-Konċelebrazzjoni tindaqq u titkanta l-Antifona‘Solve Jubente Deo’. Mat-tmiem il-Konċelebrazzjoni jitkanta wkoll l-Innu Popolari lil San Pietru. Quddiesa Letta bl-Omelija bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella taċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb. Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda l-famuż Marċ ta’ Filgħodu jew kif inhu popolarment magħruf magħna bħala l-Marċ il-Kbir tal-Iljun. Għal dan il-marċ jiġu jżuruna nies minn kull angolu ta’ Malta għall-briju kbir u sabiħ li jafu joħolqu biss il-Partitarji tas-Soċjetà tagħna. Il-marċ jibda bid-daqq tal-Innu Marċ ‘Inti l-Patrun Tagħna’ ta’ Mro. Michael Bugelli bis-sezzjoni tal-kurunetti jdoqqu l-fanfarra ta’ dan l-istess innu marċ millgallarija tal-Każin. Il-marċ imbagħad jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Bajja Sabiħa, Triq id-Duluri, Triq San Mikiel, Triq San Pietru, Triq it-Tankijiet, Triq Żaren Dalli, Triq San Mikiel, Triq Birżebbuġa, Triq San Ġużepp, Triq Santa Rita, Triq Sant’Anġlu, Triq Profs Anton Tabone, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, u tidħol f’Misraħ il-Knisja fost briju mill-aqwa fil-pjazza ta’ quddiem is-Sede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Jasal fi tmiemu fost il-briju kbir tal-partitarji l-Marċ ta’ Filgħodu f’Misraħ il-Knisja. Issir Quddiesa bil-Kant tat-Tieni Għasar minn Rev. Fr Renè Camilleri, Vigarju Episkopali. Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, mistiedna tas-Soċjetà tagħna tibda marċ mill-Bajja s-Sabiħa (fejn is-Seabreeze Hotel), li jgħaddi tul it-Triq Birżebbuġa fejn is-Sede tasSoċjetà tagħna, u jidħol f’Misraħ il-Knisja, fejn fuq izzuntier, tilqa’ l-ħruġ tal-Purċissjoni bir-Relikwija Qaddisa u l-Vara Titulari ta’ San Pietru Appostu bl-’Innu Popolari Lil San Pietru’, tas-Surmast Carmelo Pace. Isir il-Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni bl-insinji relikwija u l-Vara Devota u Artistika ta’ San Pietru fil-Ktajjen, maħduma fl-injam fl-1959 mill-imgħallem Ferdinand Stuflesser tal-Bottega Ars Sacra ta’ Bolzano u li din is-sena ġiet restawrata lura għall-isplendur oriġinali tagħha mill-familja tal-artisti Camilleri Cauchi. Jakkumpanjaw il-purċissjoni ż-żewġ fratellanzi ta’ Birżebbuġa.
ANNIVERSARJI
06:00am 07:00am 07:30am 08:00am 09:00am
BIRŻEBBUĠA
9
PROGRAMM
09:00pm
EDITORJAL
09:45pm
SOĊJETÀ
10:00pm
SEZZJONIJIET
10:30pm
BANDA MUŻIKALI
PIROTEKNIKA
10:45pm
SAN PIETRU APP.
11:00pm
ANNIVERSARJI
• •
BIRŻEBBUĠA
• •
10
L-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu se tinġarr sollennement fit-toroq tal-Parroċċa mis-Saċerdot Novell Rev. Fr Mark Spiteri. Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tkompli takkumpanja l-Purċissjoni bil-Vara Titulari ta’ San Pietru Appostlu u l-Insinji relikwija tiegħu tul dawn it-Toroq: Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa, San Ġorġ, Santa Katerina, San Mikiel, San Pawl sal-Bajja s-Sabiħa (in-naħa tal-Pitch tal-Waterpolo). Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, tibda Programm ta’ Mużika taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro. Michael Bugelli A.T.C.L fuq il-planċier tas-Soċjetà tagħna. L-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar tagħti bidu għall-aħħar Spettaklu tagħha billi minn hawn sad-dħul talVara Titulari fil-knisja tagħmel ħruq ta’ Salut, Murtali spettakulari kbar bil-logħob tal-beraq ikkulurit u Titanium, Sfieri, Blalen u Murtali tal-Kulur biċ-ċentrijiet. Il-vara Artistika u Devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen tiġi milqugħa mill-membri tas-Soċjetà tagħna quddiem isSede ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tilqa’ l-Vara Titulari u l-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu f’Misraħ il-Knisja billi minn fuq il-planċier tas-Soċjetà tagħna sselmilhom blInnijiet: ‘Innu Popolari lil San Pietru’; ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’; ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’ u blinnu l-ġdid ‘Baħar ta’ Fidi’ li qed jiġi mżanżan din is-sena biex ifakkar l-1950 Anniversarju Ġubilari mill-Martirju talQaddis Patrun tagħna San Pietru u mir-ritorn lura tal-vara titulari fostna wara r-restawr tagħha. Isir id-Dħul tal-Purċissjoni bil-Vara Titulari ta’ San Pietru App. kif ukoll tal-Insinji Relikwija tiegħu. L-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar issellem id-Dħul talVara Titulari u l-insinji relikwija ta’ San Pietru bi ħruq ta’ Kaxxa Infernali tal-Kulur Spettakolari mżewqa b’ammont sabiħ ta’ Murtali tal-logħob u Murtali tal-Kulur. Mad-dħul tal-vara tindaqq l-Antifona ‘Solve Jubente Deo’ u l-Vara titpoġġa fuq il-bankun tagħha fost l-applawż u l-ferħ tal-parruċċani Birżebbuġin. Issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni jaslu fi tmiemhom blOskuli, il-bews tar-Relikwija ta’ Missierna San Pietru App. filwaqt li fl-isfond jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. Il-Membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar jaslu l-Knisja biex flimkien mal-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura jinġabru flimkien taħt il-vara Titulari u jagħmlu eżortazzjoni qasira ta’ talb bħala qima u ringrazzjament lil Alla. Il-membri tal-istess Għaqda jqiegħdu bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-Vara Titulari b’ringrazzjament lil San Pietru tal-Protezzjoni tiegħu matul is-sena u l-ġimgħa talfesta. Il-wisq Popolari Banda Birżebbuġa tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali magħruf bħala l-Marċ tan-Nar u tar-Reffiegħa. Dan se jibda minn Triq Birżebbuġa, f’tarf il-Pjazza tal-Knisja u jibqa’ nieżel sax-xatt fejn l-istatwa artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà titniżżel minn fuq il-pedestall tagħha. Il-Vara ta’ San Pietru tiġi akkumpanjata miIl-Banda Birżebbuġa b’marċ brijuż tul Triq Birżebbuġa kollha u tidħol bih f’Misraħ il-Knisja fil-pjazza fejn insibu s-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra ta’ San Pietru’. Hawnhekk jintlaqgħu r-Reffiegħa tal-vara Titulari kif ukoll il-membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. Il-Banda Birżebbuġa ssellem lil dawn iddilettanti bl-Innu lid-Dilettanti tan-Nar li Mro. Michael Bugelli kkompona fl-1991. Il-Banda Birżebbuġa ttemm dawn il-festi bid-daqq tal-Innu tal-Banda Birżebbuġa u l-Innu Popolari Lil San Pietru App.
Il-Kant tat-Tridu, Lejlet il-Festa u nhar il-Festa jsir mill-Kor Parrokkjali ta’ Birżebbuġa taħt it-tmexxija ta’ Ms. Josette Polidano A.L.C.M., L.L.C.M. (T.D.) u akkumpanjata mill-organista Mr. Martin Portelli. Il-logħob tan-Nar maħruq mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa li topera fi ħdan is-Soċjetà tagħna ġie maħdum kollu kemm hu millmembri ta’ din l-għaqda, frott it-tfal imwielda Birżebbuġa. Dan in-nar ġie mmanifatturat fil-Kumpless tan-Nar ‘Our Mother of Consolation’ tal-Gudja taħt is-superviżjoni tal-Licencee Marlon Mangion. Minn hawn nirringrazzjawhom ħafna. Il-Kappillan flimkien mal-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jagħti l-festa t-tajba lil dawk kollha li jgħinu għas-suċċess tal-festa. Il-Kumitat Eżekuttiv, is-Surmast, il-Bandisti u l-Kummissjonijiet kollha ta’ din is-Soċjetà jagħtu l-isbaħ awgurju lill-familji Birżebbuġin u lil dawk in-nies kollha mweldin Birżebbuġa li tgħammdu taħt isem il-qaddis Patrun tagħna San Pietru fil-Ktajjen.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
PROGRAMM
Ċelebrazzjonijiet ta’ Wara l-Ġimgħa tal-Festa It-Tnejn 7 ta’ Awwissu 2017
EDITORJAL
L-Għada tal-Festa
07:30pm Niltaqgħu fejn Għar Dalam bil-karozzi armati bil-liedna u bil-bnadar ħodor biex flimkien nagħmlu d-dħul trijonfali ġewwa r-raħal tagħna u nagħtu ringrazzjament lin-nies lokali tal-appoġġ tagħhom, turija li anke r-raħal tagħna jaf jiċċelebra festa kbira u sabiħa.
Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu 2017
06:30pm Quddiesa u Adorazzjoni b’Radd ta’ Ħajr lil Alla bħala ringrazzjament għall-irnexxija tal-Festa Titulari.
SOĊJETÀ
Il-Ħadd 13 ta’ Awwissu 2017
12:00pm Ikla bejn il-ħbieb, miftuħa għall-membri u l-partitarji kollha tas-Soċjetà tagħna, kbar u żgħar. Divertiment garantit. Din se ssir fis-Sala ‘Anthony Camilleri’ bil-għan li tgħaqqad il-ħbieb tal-festa. Aħsbu għallbookings malajr mingħand l-uffiċċjali tal-Kumitat Eżekuttiv.
SEZZJONIJIET
Merchandising FESTA 2017
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Bnadar 15 Euros
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Gear 20 Euros (bl-isem 22 Euros)
BIRŻEBBUĠA
T-Shirt 8 Euros
Ikkuntattjaw lil Benji Caruana fuq 79277303
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
11
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
REFIND STONE
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
For all kinds of Interior and Decorative Stone Works Dennis
BANDA MUŻIKALI
Tel: 2146 2746 • Mob: 9946 6260
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 12
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Editorjal
Nappellaw lin-nies tagħna biex jixtru u jirrikorru biss għand dawk il-ħwienet u aġenziji li jirreklamaw magħna fuq dan l-annwal u fl-okkażjonijiet l-oħra ta’ matul is-sena. B’hekk tkunu qed tgħinu lilhom u lilna fl-istess ħin. Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lil dawn lis-sidien ta’ dawn il-ħwienet, negozji u aġenziji tal-ġenerożità tagħhom. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
13
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
nġorruh mhux sena jew sentejn imma għexieren ta’ snin. Kull tip ta’ oġġett jew servizz li jingħata jibqa’ jirbombja fis-snin u jippenetra fil-kultura tal-post, sew jekk tajjeb imma sfortunatament anke jekk ikun ħażin. Ladarba jkun daħal, diffiċli tirranġah. Li tagħmel oġġett tajjeb ma jfissirx li tagħmel kollox bi kbir, li tberbaq u tonfoq bladdoċċ, imma li tagħmel ftit u tajjeb, speċjalment jekk ir-riżorsi jkunu limitati. Jgħidu x’jgħidu, il-festa tibqa’ tiddependi mill-popolarità tad-dilettanti Maltin. Ma jkun jiswa xejn jekk il-festa ma tiġbidx nies minn barra r-raħal ukoll, jew agħar minn hekk tkun magħrufa għal xi materjal jew servizzi ‘ħżiena’. Il-festa tagħna, f’ċertu oqsma laħqet livelli għoljin ħafna. Insemmi bla tlaqliq il-Grupp tan-Nar tagħna li qed itella’ spettakli kbar speċjalment f’dak li hu Nar tal-Art (Ġigġifogu). Is-sena li għaddiet kien hemm numru kbir ta’ nies li mill-festa tas-Salvatur ta’ Ħal Lija niżlu jiġru Birżebbuġa apposta għan-nar tal-Art tagħna. Il-festa li għaddiet ħabtet ukoll ma’ dik tal-Ħamrun, festa rinomata għall-briju kbir fil-marċi, imma ħafna kienu dawk li baqgħu mistagħħġba bil-briju kbir li għamlu l-partitarji tagħna. Malta kollha kellha kliem ta’ tifħir għall-festa tagħna. Jekk niġu għal dan nieħu anke l-okkażjoni li nfaħħar l-inizjattiva li ħadet l-Għaqda talArmar tal-Parroċċa tagħna fil-Milied li għadda fejn ittellgħet attività kolossali u n-nies ta’ Malta ġiet bi ħġarha biex tara l-ikbar u l-isbaħ siġra tal-Milied f’Malta. Mingħajr ma nneżżgħu lill-festa mit-tifsira reliġjuża u spiritwali tagħha, jiġifieri festa li tgħaqqad, festa li ssir għall-glorja t’Alla, l-element uman xorta waħda jieħu dimensjoni importanti. Għalhekk wieħed irid jifhem li llum ma tistax tgħaddas rasek fir-ramel u tagħmel tabirruħek li l-festa qed tagħmilha biss għall-gost tiegħek. In-nies titkellem u d-dilettanti Maltin jiltaqgħu flimkien. Kliem ta’ tifħir għal ideat ġodda u innovattivi jkun hemm imma kliem ta’ dispjaċir u ta’ diżappunt fuq xi affarijiet li jkunu saru ħażin isiru wkoll. Aħna ma’ liema kategorija nixtiequ nkunu? Dak li jsir tajjeb jgħodd u jgħodd verament. Kull qasam tal-festa sew jekk barra u sew jekk ġewwa l-knisja jissemma’ mal-erbat irjieħ ta’ Malta għax illum ngħixu f’dinja globalizzata. Aħna rappreżentanti tassew tar-raħal tagħna. Aħna ma’ liema kategorja nixtiequ nagħmlu? Dak li nagħmlu u nipprovdu huwa tassew ta’ livell, ta’ servizz lin-nies, ta’ glorja u venerazzjoni denja ta’ qaddis kbir bħalma huwa San Pietru Appostlu?
ANNIVERSARJI
M’hemmx dubju li l-festa titulari tiġi biex iddaħħalna f’relazzjoni ikbar ma’ Alla u l-valur spiritwali jisboq kull ħaġa oħra. Madankollu nkunu qed nigdbu, jew aħjar inkunu qed niċħdu lilna nfusna, aħna li naħdmu sena sħiħa biex il-manifestazzjoni esterna tal-festa tkun waħda ta’ unur u preġju sew għalina bħala Soċjetà, sew għal isem ir-raħal tagħna u anke għattkattir tal-kult ta’ San Pietru rebbieħ fuq il-Ktajjen. Il-manifestazzjoni esterna hija wkoll mera tal-ħolqien t’Alla u għalhekk ġusta u qaddisa wkoll. Dak li jsir ġewwa fil-knisja jkompli jallaċċa ma’ dak li jsir barra. Hija biss id-djufija tal-bniedem li ttebba’ dak li hu qaddis. Għalhekk dawk li għandhom rieda tajba għandhom għalxiex jifirħu meta jiċċelebraw u jaħdmu sena sħiħa biex jgħaqqdu l-komunità flimkien u jimlew bil-ferħ lin-nies ta’ Birżebbuġa u lil dawk li jiġu jarawna mill-irħula l-oħra. F’Birżebbuġa hawn nies li jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom għall-festa. Għalkemm matul is-sena, sa ċertu punt, kulħadd jaħdem għal rasu, fil-ġimgħa tal-festa l-programm jgħaqqad ix-xogħol kollu flimkien. Il-ħarsa tad-dilettant tkun dejjem dik li l-festa tkun waħda denja, kemm jista’ jkun sinjura; li tagħmel isem u tiġbed l-ammirazzjoni tad-dilettanti mhux ta’ Birżebbuġa biss imma ta’ Malta kollha. Min hu mdaħħal fil-banda xorta jieħu pjaċir jara lil tan-nar jagħmlu eżebizzjoni sabiħa u xierqa hekk kif ukoll jaraw lil tal-armar iżanżnu xogħol ġdid u sabiħ. Dan għaliex il-festa hija pakkett wieħed, iktar ma jkollok setturi differenti b’saħħithom aktar ikollok festa sabiħa u kompluta u kif jiġri l-kontra anke jekk ikollok taqsima minnhom batuta, din ġieli tispiċċa taffetwalek issetturi l-oħra. Kemm huwa importanti li dak li nagħmlu, nagħmluh tajjeb, nagħmluh ta’ livell u ta’ klassi għax in-nies titkellem u n-nies saret tagħraf bejn dak li hu ta’ tajjeb u inqas tajjeb. Bħalma l-ġenituri jagħmlu minn kollox għal uliedhom biex ikollhom l-aqwa fost l-aħjar anke l-parruċċani jħarsu lejn il-qaddis tagħhom u jaraw lil dak li jagħmlu għalih ikun dak li veru jixraqlu, jiġifieri tal-aqwa u l-ogħla kwalità. Dan ma jillimitax ruħu biss għal dak li hu materjali imma anke għal servizzi. Illum in-nies tipparaguna, tqabbel bejn dawk li jagħmlu l-affarijiet tajbin u dawk li jqanqċu; bejn dawk li jagħmlu l-affarijiet kif suppost, kif titlob it-tradizzjoni u dawk li jagħmlu l-affarijiet kif jgħidilhom moħħhom. Aħna ma’ liema parti nixtiequ nkunu? Xi kultant aħjar ma tagħmel xejn milli tagħmel affarijiet nofs kedda. Ħafna drabi jiġri li dak li jsir darba, l-effett tiegħu nibqgħu
BIRŻEBBUĠA
Josef Schembri
EDITORJAL
PROGRAMM
Rappreżentanti tar-Raħal Tagħna
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi
PROGRAMM
Kulħadd jagħti dik il-biċċa tiegħu Josef Schembri
EDITORJAL
Bħal kull sena nwasslulkom rapport ta’ ħidma mill-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi. Bil-proġetti li għandha s-Soċjetà, sena tgħaddi wisq malajr. Fis-Soċjetà għaddejja ħidma kbira, ħidma ta’ infrastruttura fuq is-Sede u l-estensjoni tagħha. Għalkemm l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijet Pubbliċi ma jidħolx direttament f’din il-ħidma, l-effett tagħha nħossuh sew għax il-konċentrazzjoni u l-attenzjoni tal-uffiċċjali u ta’ bosta partitarji spiċċat iffukata fuq dan ix-xogħol.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
jkunu ftit, irridu ngħidu li aħna nitkellmu ħafna bejnietna u bilmezzi ta’ korrispondenza niftehmu malajr. Nirnexxu għax nafu li kulħadd fuq xogħlu u kulħadd jaf x’għandu jagħmel. Nixtiequ li kieku niltaqgħu u nitkellmu aktar bejnietna. Jien nemmen li d-diskussjoni, meta ssir b’maturità u b’moħħ miftuħ tista’ twassal għall-esplorazzjoni ta’ orizzonti ġodda ta’ operat. L-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi jaf jieħu f’idejh diversi xogħlijiet importanti fl-istruttura tas-Soċjetà. L-idea ta’ Uffiċċju Komunikazzjoni bħala grupp li jieħu ħsieb biss il-pubblikazzjonijiet hija idea antika. L-importanza strateġika ta’ dan il-grupp taf tkun iktar wiesgħa u mifruxa imma sakemm dawn l-affarijiet se jibqgħu jitqiesu ‘sekondarji’ u la jkun hemm diskussjoni u lanqas riżorsi, dawn l-ideat jibqgħu biss taħżiżiet fuq biċċa karta bir-riżultat li minn sena għal sena ma jkunx hemm tiġdid imma jsiru biss dawk l-affarijiet li jitqiesu essenzjali.
BANDA MUŻIKALI
Ħidma matul is-sena Wara dik ir-riflessjoni ngħaddu ftit biex naraw x’kienet il-ħidma effettiva tal-uffiċċju tagħna. Ix-xogħol għal matul din is-sena reġa’ ffoka fuq il-pubblikazzjonijiet mitbugħa kif ukoll fuq il-mezzi elettroniċi. Nixtieq qabel nibda dan ir-rapport nirringrazzja minn qalbi lill-kollega tagħna t-Teżorier Ġenerali tas-Soċjetà s-Sur Walter Pace u s-sinjura tiegħu Sue Pace tax-xogħol enormi filqasam ta’ ġbir ta’ sponsors, riklami u finanzi. Grazzi wkoll lil Chris Camilleri (Il-Kaċċlu). Is-Soċjetà u dan l-Uffiċċju jirringrazzjawhom immensament tal-ħidma kbira li jagħmlu matul is-sena kollha għax mingħajr l-għajnuna tagħhom ħafna affarijiet ma jkunux possibbli. La rringrazzjajt lil Walter u lis-Sinjura tiegħu, irrid awtomatikament nirringrazzja lid-diversi ditti u sponsors li jirreklamaw mas-Soċjetà tagħna matul is-sena kollha. Grazzi mill-qalb.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Bord Editorjali fi ħdan l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi Wara mix-Xellug għal-lemin: Chris Camilleri, Benji Caruna, Jonathan Bonnici Quddiem mix-xellug għal-Lemin: Diana Caruana, Andy Mifsud, Walter Pace, Josef Schembri
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Il-qawwa u s-saħħa ta’ Soċjetà bħal tagħna madankollu tidher filfatt li s-Soċjetà baqgħet miexja fl-attivitajiet kollha u normali li s-soltu tagħmel matul is-sena. Mhux talli komplejna nagħmlu l-attivitajiet ta’ matul is-sena imma talli morna oltre minn hekk, tant li f’Ottubru li għadda l-banda tagħna siefret għat-tielet darba fl-istorja tagħha u fl-Għid il-Kbir tajna mument ta’ ferħ lin-nies ta’ Birżebbuġa meta bħal sajjetta fil-bnazzi l-Kurja qaltilna li ma kienet qed issib l-ebda oġġezzjoni li s-Soċjetà tagħna toħroġ f’dimostrazzjoni bl-Irxoxt. L-Għaqda tan-Nar tagħna rebħet il-premju għall-aqwa prodotti pirotekniċi f’Malta mentri l-istudenti tal-iskola tagħna għaddew blaqwa marki fl-eżamijiet li resqu għalihom. Sadanittant il-Parroċċa varat ukoll il-Programm tal-1950 sena mill-martirju ta’ San Pietru, kif ukoll it-3 anniversarji l-oħra parrokkjali li se jiġu mitħaddta f’dan l-istess annwal aktar ’il quddiem. Fost l-attivitajiet li ġew organizzati kien hemm dik tal-Pellegrinaġġ bl-Ewwel vara titulari ta’ San Pietru ta’ Birżebbuġa li ġie akkumpanjat mill-banda tagħna flimkien malbanda l-oħra nhar id-29 ta’ Ġunju filgħodu. Għalkemm il-laqgħat bejnietna tal-uffiċċju Komunikazzjoni 14
Kalendarju Ix-xogħol tagħna kif għidt qabel ħafna drabi jdur malpubblikazzjonijiet stampati. L-ewwel xogħol tagħna tas-sena ħafna drabi jkun ilKalendarju. It-Teżorier jintefa b’ruħu u b’ġismu fuq ir-reklami filwaqt li ħaddieħor jintefa fuq l-informazzjoni, id-disinn u r-ritratti. Din is-sena ridna nagħtu prodott tajjeb lill-membri tagħna u għamilna kalendarju Il-Kopertina tal-Kalendarju ta’ din is-Sena ta’ klassi għolja b’referenza ċara għall-Ġubilew tal-Martirju ħafna li jfakkar l-1950 ta’ San Pietru. anniversarju mill-martirju tal-Patrun tagħna San Pietru. Kull xahar kien jinkludi pittura ta’ stil Rinaxximentali jew Barokk b’episodju mill-ħajja ta’ San Pietru. Fuq quddiem bħala qoxra poġġejna l-pittura famuża tal-martirju ta’
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Dokumentarju ‘Il-Malti f’Birżebbuġa’ Matul l-intervall tal-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ li sar fi Frar ta’ din is-sena ġie varat id-dokumentarju ‘Il-Malti f’Birżebbuġa’. Fuq dan id-dokumentarju li matulu ġew intervistati nies diversi li huma mweldin barra minn Birżebbuġa imma ġew joqogħdu Birżebbuġa iktar tard f’ħajjithom taw testimonjanza ta’ kif raw lil dan ir-raħal sabiħ tagħna jinbidel maż-żmien. Fuq dan id-dokumentarju ħadu sehem diversi nies fosthom Franklin Cachia
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Il-Mezzi Elettroniċi tas-Soċjetà Barra l-pubblikazzjonijiet għandna wkoll l-ispazju virtwali
ANNIVERSARJI
Features Awdjo-viżivi Issa daħlet drawwa li fil-festa nuru lill-partitarji tagħna l-feature ta’ matul il-festa. Mis-sena li għaddiet dan bdejna nagħmluh f’Misraħ il-Knisja u nista’ ngħid li kien feature mill-aqwa. Dan qed ikun feature mistenni ħafna mill-partitarji tas-Soċjetà. Huwa mod li bih qed inwasslu lin-nies kapitli sħaħ mill-istorja glorjuża ta’ din is-Soċjetà żgħira fis-snin iżda kbira fil-qlubija tagħha. Dawn jiġu maħduma b’abbiltà kbira minn Roberto D’Amato, Jonathan Bonnici u Franklin Cachia tad-Ditta Pinkishline Studios. Josef Schembri jagħti daqqa t’id fil-preparazzjoni tat-test. Apparti dan, din issena erġajna għamilna feature tajjeb li kkumplimenta ħafna mal-
L-Annwal tas-Soċjetà ‘Minn Qalb L-Iljuni’ L-Annwal tas-Soċjetà tibqa’ l-iktar pubblikazzjoni importanti tas-Soċjetà. Jien bħala editur nipprova nassigura l-qarrejja prodott interessanti. Kemm-il darba ltqajt u tkellimt ma’ diversi edituri oħra ta’ kotba ta’ Soċjetajiet oħra. Taħt l-operat tiegħi l-għan prinċipali tal-annwal tagħna se jibqa’ dak li niddokumentaw il-ġrajjiet l-aktar importanti li tkun għaddiet minnhom is-Soċjetà matul is-sena. Bħala l-editur inżomm f’moħħi wkoll li aħna Soċjetà tal-mużika u nara li dan il-fattur jiġi rispettat billi l-banda tingħata spazju ampju. Imbagħad irridu wkoll nippremjaw il-ħidma ta’ dawk li jaħdmu għall-festa: binnar, bil-briju u l-armar. Kollox ma’ kollox, minn dak li qed jgħidulna n-nies jidher li dan l-annwal qed ikun ferm mistenni u ferm apprezzat.
Il-facebook fage uffiċċjali bil-banner tal-Ġubilew tal-Martirju ta’ San Pietru Appostlu. Konna aħna l-ewwel entità f’Birżebbuġa li s-sena li għaddiet ħabbarna dan il-Ġubilew. Tistgħu tfittxuna fuq Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
15
BIRŻEBBUĠA
Din is-sena l-pamphlets tal-Programm ta’ Frar u dak tal-Ġimgħa Mqaddsa kienu ta’ livell għoli ħafna, b’pamphlet full-colour. Meta ntellgħu programm noħorġu wkoll poster li ħafna drabi nxerrduh fuq is-Social Media tas-Soċjetà tagħna. Il-Posters jiġu ddisinjati mid-designers li għandna fl-Uffiċċju tagħna. Ta’ min isemmi wkoll li għatTour Mużikali li għamilna f’Riposto tellajna magħna brochures b’informazzjoni fuq Malta, fuq is-Soċjetà u fuq Birżebbuġa. Dawn kienu bit-Taljan. It-translation mill-Malti għat-Taljan saret minn Godwin Borg. Ma’ din il-brochure tellajna wkoll Il-leaflet bit-Taljan li tellajna magħna feature awdjoviżiv li ntwera Riposto lin-nies ta’ Riposto.
u Roderick Cachia tad-Ditta Pinkishline; Nicola Bonnici McIntyre li tista’ tgħid ħadet biċċa xogħol kbira tagħmel l-intervisti kollha; u Jonathan Bonnici fid-disinn tal-qoxra ta’ DVD li ħareġ fl-istess okkażjoni u li tqassam lil dawk kollha li pparteċipaw fl-intervisti. Ta’ min jgħid li dan id-dokumentarju sar wara li s-Soċjetà tagħna rebħet fond ta’ flus mill-fond Small Initiatives Support Scheme mnedija mill-Malta Council for Voluntary Sector.
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Pamphlets u Posters għall-Programmi Mużikali Saru wkoll diversi Pamphlets (souvenir programmes) għallProgrammi mużikali li ntellgħu matul is-sena. Dawn ħarġu filProgramm tal-Milied; ta’ Frar hekk imsejjaħ ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ u dak l-ieħor li nagħmlu għall-ġimgħa Mqaddsa bl-isem ‘Virgini Perdolenti’.
programm mużikali tal-Ġimgħa Mqaddsa li sar fil-Knisja tad-Duluri. Dan ħadem fuqu Josef Schembri.
EDITORJAL
San Pietru tal-famuż Caravaggio. Erġajna stampajnieh full-colour, għamilnieh spiral-binded biex dak li jkun ikun jista’ jippreservah u ma jqattgħalux il-paġni individwali. Id-disinn għamilnieh ukoll differenti mis-soltu. Peress li hija xi ħaġa fuq stil sagru, b’pitturi ta’ stil barokk u rinaxximentali, il-palette ta’ kuluri li wżajna fl-isfond għamilnihom l-istess ta’ dawk li kienu jinsabu diġà fil-pittura. Ilprodott finali kien wieħed eċċellenti u għas-sodisfazzjon tagħna ntogħġob minn ħafna nies.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Eżekuttiv u dawk is-sezzjonijiet li jkunu jridu joħolqu xi souvenirs jew memorabilia għas-Soċjetà. Bħal kull sena, imbagħad, ikollna l-flokkijiet tradizzjonali tal-festa b’xi disinn sabiħ fuqhom. Din issena se jkollna kemm il-flokk u kemm il-gerijiet. Aħsbu kmieni għax jinħatfu.
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
Il-Website uffiċċjali tas-Soċjetà fuq www.birzebbugaband.org
BANDA MUŻIKALI
fuq l-internet bis-saħħa tal-webpage uffiċċjali tas-Soċjetà www. birzebbugaband. org u l-facebook page uffiċċjali. Dawn narawhom bħala mezzi kruċjali għax il-messaġġ jasal f’tebqa t’għajn u ma tridx riżorsi kbar għalihom. Għal dawn il-mezzi hemm grupp ta’ nies li jieħdu ħsieb huma li jaġġornaw l-informazzjoni fuqhom. Għalhekk intom il-qarrejja mistiedna biex tagħmlulna ‘like’ u tikkonsultaw ta’ spiss ma’ dawn il-paġni. Gadgets u Memorabilia Aħna bħala Uffiċċju nippruvaw nagħtu daqqa t’id lill-Kumitat
Għeluq Ideat ikollna kemm trid imma mbagħad jekk ma jkunx hemm għajnuna, ma tkun tista’ tagħmel xejn. F’dan l-istadju l-affarijiet jibqgħu staġnati; tispiċċa festa u tiġi oħra u l-affarijiet jibqgħu filkexxun. Li kulħadd ikun impenjat dik xi ħaġa li wieħed jifhimha imma biex is-Soċjetà tkun tista’ tifjorixxi jeħtieġ il-ftit mingħand kulħadd. Il-piki u l-affarijiet li jtebbgħu lill-bniedem jridu jitpoġġew fil-ġenb darba għal dejjem. Dawn huma l-affarijiet li niltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Bniedem li jħobb is-Soċjetà tirrikonoxxieh mill-ewwel għax dejjem jaħdem għall-isem is-Soċjetà u mhux għal ismu. Xtaqt ngħid ukoll li qed ninnutaw li matul il-festa qed ikun hemm ħafna partitarji minn tagħna li jieħdu videos u ritratti professjonali. Nixtiequ nagħmlu sejħa biex xi darba niltaqgħu flimkien u noħolqu grupp tagħna. Imma jeħtieġ li jkun hemm aktar entużjażmu. IlMalti jgħid ‘Ċawla bajda qatt ma dehret’. Ma tistax tippretendi l-impossibbli. Jista’ xi ħadd jitfa’ r-responsabbiltà ta’ idea fuq bniedem li diġà maqsum fuq affarijiet oħra? X’jiswa jekk wieħed joħroġ b’idea u mbagħad ma jsib lil ħadd min jgħinu? Jeħtieġ li nifhmu li biex inkomplu nkabbru s-Soċjetà tagħna rridu nagħtu dik il-biċċa żgħira minn tagħna. Jekk ma jkunx hemm għajnuna, anke min huwa diġà mdorri jaħdem jibda jaqta’ ftit qalbu. Ħafna nies mill-uffiċċju tagħna huma wkoll imdaħħlin f’setturi oħra li minnhom infushom diġà jieħdu ħafna ħin ukoll, għalhekk l-għajnuna hija ferm apprezzata u nagħmlu sejħa biex jekk irridu naraw lil din is-Soċjetà tikber jeħtieġ li kulħadd jagħti dik il-biċċa tiegħu. Nagħlaq billi nirringrazzja lill-membri kollha ta’ dan l-Uffiċċju li jaħdmu fuq il-kitba, l-editing tar-ritratti u l-vidjos, fuq il-qari tal-provi u grazzi lis-Sur Walter Pace u s-Sinjura tiegħu Sue Pace li jieħdu ħsieb fit-totalità kollha l-flus mir-reklami u l-isponsors.
PIROTEKNIKA
L-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi ta’ din is-Soċjetà jistieden lil dawk li għandhom interess fil-fotografija, videography, editing ta’ ritratti jew videos biex min hu mħajjar, jagħmel kuntatt magħna u jagħtina dik id-daqqa t’id li tant tkun apprezzata.
SAN PIETRU APP.
“With Best Wishes” Zaren Dalli Street, Birżebbuġa Tel: 2165-3443 Mob: 7965-3443
ANNIVERSARJI
October – June Opening Hrs: Mon to Sat 16:00 – 20:00 Sat & Sun 08.00-12.00 July to September Opening Hrs: Mon to Fri: 08:00 – 12:00, 16:00 – 20:00 Sat & Sun: 08:00 – 12:00
Stationery and Giftshop BIRŻEBBUĠA
Best Stationery at lowest prices Original Gifts and Novelties Music Books and ART Materials
http://www.facebook.com/withbestwishes 16
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Seabreeze Hotel Pretty Bay, BirΩebbu©a - Malta Tel: 24 Hours (+356) 21 651256, 21 651499 - 21 651493 Fax: (+356) 21 653898 E-mail: seahotel@maltanet.net
FULLY AIRCONDITIONED
OPEN TO NON-RESIDENTS
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi
PROGRAMM
Attivi Sena Sħiħa Jonathan Bonnici (PRO)
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Reġgħet waslet! Iva reġgħet waslet il-festa tant għażiża għalina. Il-Festa tal-Patrun tagħna San Pietru hija l-qofol ta’ sena, sena ħidma bla waqfien minn kull qasam; minn kull sezzjoni, minn kull membru, mill-Kumitat Eżekuttiv, ħidma siewja għall-ġid tas-Soċjetà u ta’ Birżebbuġa. L-attivitajiet li jsiru fi ħdan is-Soċjetà tagħna huma essenzjali kemm għall-ġbir ta’ flus, sabiex nkunu nistgħu niltaqgħu mal-membri li jattendu fl-attivitajiet li jsiru. Bħalissa s-Soċjetà għaddejja bil-bini tal-estensjoni tas-Sede tagħha. Nistgħu ngħidu li mhux xi ħaġa faċli anzi diffiċli mhux ħażin. Il-każin tal-banda jħallas ammonti kbar ta’ flus sabiex ikollu l-propjeta tiegħu hi sfida kbira. Iżda bil-għajuna tal-membri li jgħinu kemm finanzjarjament kif ukoll flgħajnuna materjali għadna għaddejin u se nibqgħu għaddejin. Ir-reklamar li jsir għal dak kollu li jiġri f’sena ta’ ħidma jirrikjedi xogħol mhux ħażin. Min-naħa tagħna, permezz tal-midja soċjali nippruvaw inwasslu dak kollu li jkun qed jiġri fis-Soċjetà tagħna sabiex kulħadd ikun jista’ jsegwi u jħossu parti mix-xogħol li kontinwament ikun qed isir. Kull sezzjoni flimkien mal-Kumitat Eżekuttiv tieħu ħsieb li torganizza attivitajiet diversi li jolqtu kull età u kull żmien ta’ matul is-sena. L-attivitajiet organizzati ivarjaw bejn coffee mornings, ikliet soċjali, plays, ħarġiet kulturali, BBQs, riċeviment għat-tfal fi żmien il-Milied u ħafna oħrajn. Wara assenza ta’ ċertu snin reġgħet ġiet imtellgħa l-wirja drammatika fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira bl-isem ‘Jesus Christ Superstar Highlights’. Din is-sena żgur tibqa’ msemmija għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Wara 18-il sena s-Soċjetà tagħna reġgħet ħaddnet magħha tradizzjoni magħrufa magħna l-Maltin, il-Festa ta’ Kristu Rxoxt. Nhar Ħadd il-Għid filgħaxija saret dimostrazzjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq ta’ Birżebbuġa bis-sehem tal-Banda Birżebbuġa, ħolma li reġgħet saret realtà. Għal dan il-għan ġew
imħejjija ritratt bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, propjetà tas-Soċjetà. Għattielet darba l-Banda tagħna reġgħet għamlet mawra barra minn Malta, din id-darba ġewwa Riposta fi Sqallija, fejn il-Banda għamlet servizz mużikali fittoroq ta’ Riposto flimkien mal-Banda tal-post. Il-Banda Birżebbuġa esegwiet programm mużikali fuq palk armat apposta ġewwa pjazza. Din is-sena sar ukoll proġett bl-iskema SIS. Dan il-proġett kien jirrigwardja 30 persuna li twieldu barra minn Birżebbuġa, iżda llum qed jgħixu Birżebbuġa. Ġew mistoqsija diversi mistoqsijiet fejn dawn l-intervisti ġew ippubblikati fuq DVD bl-isem ‘Il-Malti f’Birżebbuġa’. Il-launch ta’ dan id-DVD sar fil-programm mużikali ‘Mill-Bandisti għall-Membri’. Il-website tas-Soċjetà flimkien mal-page tas-Soċjetà fuq il-midja Soċjali ( / soċjetàfilarmonikasanpietrubandabirzebbuga); nieħdu ħsieb li dejjem ikunu updated bl-aħħar informazzjoni mtellgħa sabiex l-ammiraturi jkunu parti minn dak kollu li jkun għaddej fisSoċjetà. Kif wieħed jista’ jinnota jkollna sena attiva mhux ħażin, apparti x-xogħol kollu li jkun qed isir ġewwa l-bini tas-sede tagħna xogħol li jkun jirrikjedi ħsibijiet mhux ħażin. Xi kultant ix-xogħol li jsir ma jkun faċli xejn iżda bl-għajnuna ta’ kulħadd dejjem jirnexxilna naslu fejn inkunu nixtiequ. Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min b’xi mod jew ieħor kien ta’ għajnuna f’kull qasam li jkollha bżonn Soċjetà bħal tagħna, Soċjetà żagħżugħa u attiva. Nirringrazzjaw lill-isponsors lil dejjem insibuhom ta’ għajnuna. Nawgura l-festa t-tajba, festa ta’ għaqda u ċelebrazzjoni ta’ kultura u dak kollu li jagħmilna Maltin. Naħsbu wkoll f’ħutna ammiraturi tal-festa tagħna li jinsabu barra mill-pajjiż jew forsi ma jistgħux jingħaqdu magħna minħabba każ ta’ mard. Viva San Pietru.
ANNIVERSARJI
Matul il-festa u matul is-sena ninnutaw diversi dilettanti tal-fotografija u tal-videos li jiġu minn qalbhom jiġbdu l-affarijiet li ttellgħa s-Soċjetà tagħna. Hija parti mill-irwol tagħna li niġbru dan il-materjal u narkivjawh għar-referenza tiegħu fil-futur. Ninkoraġixxu lin-nies jgħaddulna kopja tal-materjal tagħhom biex jibqa’ fl-istorja tas-Soċjetà. Isimhom jiġi mniżżel u jingħata dejjem kreditu meta l-materjal tagħhom jiġi utilizzat.
BIRŻEBBUĠA 18
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
ONORARJA
President Onorarju Għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri Fundaturi Alexander Caruana, Joseph Caruana, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Jason Vella Presidenti Onorarji Peter Camillieri, Perit Michael Schembri B. E. & A. (Hons) A. &C. E., Emanuel Zammit, Paul Polidano, Dr. Henry Antonich L. P. LL. D, l-Imħallef Joseph Azzopardi LL. D, Lonzu Vella, Simon Micallef, Victor Schembri, Peter Camilleri, Kav. Derek Mifsud Speranza, Jason Vella Membri Onorarji Sunny Bonnici, Paul Schembri, Carmelo Galea, Francis Cassar, Joe Cutajar, Tarcisio Bongailas, Dennis Micallef, Mikiel Schembri Surmastrijiet Onorarji Mro. Felicienne Paris B. Ed (Hons) L. Mus. T. C. L; A. Mus. L. C. M - Mro. Paul Buttuġieġ A. L. C. M, A. Mus L. C. M. ; Mro. Gennaro Sibilano (Ruvo di Puglia)
EDITORJAL
PROGRAMM
Struttura tas-Soċjetà 2016-2017
Segretarju Henry Bonnici
President Alexander Caruana
Teżorier Walter Pace
Assistent-Segretarju Klein Debono
Viċi-President Andy Mifsud
Assistent-Teżorier Nathaniel Debono
Assistent Direttur Ġenerali tas-Sede Christopher Camilleri
ASPETT MUŻIKALI
Web Master Andy Mifsud ASPETT SOĊJALI U KULTURALI
AKKADEMJA TAL-MUŻIKA BANDA BIRŻEBBUĠA Alexander Caruana (Direttur)
Surmast Direttur tal-Banda Birżebbuġa Mro. Michael Bugelli A. T. C. L.
Rappreżentant Kummissjoni Armar Esterni Benji Caruana
Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa Mro. Charles Wallace Suda
Rappreżentanta Nisa u Responsabbli mill-Attivitajiet Sue Pace
Għalliem tat-Teorija tal-Mużika Mro. Robert Magro L. MUS L. C. M.
Rappreżentant Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin Anthony Camilleri
Direttriċi tal-Kor ‘Xmun Pietru’ Mro. Felicienne Paris B. Ed (Hons) L. Mus. T. C. L, A. Mus. L. C. M
Rappreżentant tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Eman Farrugia
Librara Mużikali Andy Mifsud u Josef Schembri
Rappreżentant Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar Steven Farrugia
SKOLA TAL-MUŻIKA (Amministrazzjoni) Alexander Caruana Andy Mifsud, Josef Schembri
SAN PIETRU APP.
Rappreżentanti Sezzjoni Żgħażagħ Nikita Caruana
Għalliema fl-Iskola tal-Mużika Mro. Michael Bugelli ATCL (Brass) Mro. Charles Wallace Suda (Woodwind), Mro. Robert Magro L. Mus LCM (Theory) SEZZJONI BANDA Rappreżentant fil-Kumitat Eżekuttiv Andy Mifsud Delegat tal-Banda Peter Paul Caruana Assistent Delegat tal-Banda Andy Mifsud
ANNIVERSARJI
Direttur tal-Pubblikazzjonijiet Josef Schembri
SEZZJONIJIET
Uffiċċju Komunikazzjoni U Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Bonnici (PRO)
BANDA MUŻIKALI
Direttur Ġenerali tas-Sede Benji Caruana
PIROTEKNIKA
SOĊJETÀ
AMMINISTRAZZJONI
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
KONSULENZA Rappreżentanti fl-Għaqda Każini tal-Banda Alexander Caruana, - Henry Bonnici, - Walter Pace Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott B. A. Lic. D Konsulenti Legali Dr. Bernard Grech LL. D - Dr. Henry Antonich L. P. LL. D Awdituri Kav. Derek Mifsud Speranza; - Perit Michael Schembri B. E. & A. (Hons) A. &C. E
19
Charlie’s Motoring School
White Lodge, Triq tal-Qattus, G˙axaq Tel: 2180 9397 • Mob: 9947 2808
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mill-President
PROGRAMM
Għall-Ħidma Kbira li Għamilna issa Xieraq li Niċċelebraw Bil-Kbir Alexander Caruana
EDITORJAL SOĊJETÀ
Wara sena ta’ ħidma intensiva wasalna biex erġajna qed niċċelebraw il-festa għażiża tal-Patrun tagħna San Pietru Appostlu, festa li tkun ilha mistennija mhux biss mill-poplu ta’ Birżebbuġa imma anke minn ħafna oħrajn li ta’ kull sena jkunu qed jistennew il-festa tagħna b’ħeġġa kbira. Illum ilġurnata bla dubju l-festa tagħna saret waħda popolari ħafna u l-iktar waħda mistennija fl-ewwel ġimgħa t’Awwissu.
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
L-Estensjoni tas-Sede tas-Soċjetà M’hemmx dubju li s-Soċjetà tagħna għadha kemm għaddiet mill-iktar sena impenjattiva fis-27 sena li ilha mwaqqfa, sena li ħdimna qatiegħ biex il-pjan tagħna mhux biss wettaqnieh imma anke għamilna iktar milli konna ppjanajna. F’Settembru tajna bidu għall-proġett tal-estenzjoni ta-Sede. Ilpjan oriġinali kien li nibnu biss l-ewwel sular imma l-kumitat iktar tard iddeċieda li nkomplu l-binja kollha u hekk għamilna. Illum kulħadd jitkellem fuq il-kobor ta’ każin li issa għandna u kulħadd għadu impressjonat kif għamilna dax-xogħol kollu fi żmien relattivament qasir. Bi pjaċir ngħid li nhar it-Tlieta 1 t’Awwissu, fil-jum liturġiku tal-festa ta’ San Pietru fil-Ktajjen ser ikollna magħna l-Priministru ta’ Malta biex ninawguraw l-estenzjoni tal-każin fejn issa dan ġie estiż sal-pjazza. Din kienet ilha x-xewqa tal-membri tagħna għal ħafna snin, u issa għamilnieha realtà. Issa li din is-sena qed infakkru l-25 sena minn meta s-Soċjetà xtrat l-ewwel binja li kellha sservi bħala l-ewwel sede tagħha, kien xieraq li llum nifirħu bit-tkabbir tal-istess sede għall-ġid tal-poplu ta’ Birżebbuġa u nagħmlu pass ieħor ’il quddiem.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Ħidma oħra Importanti matul is-Sena Barra dan kollu ma nistax ma nsemmix il-mawra tal-Banda taghna fil-Belt ta’ Riposto ġewwa Sqallija, is-Sibt 15 t’Ottubru fejn anke għamilna ġemellaġġ mal-Banda Ionica-Etnea di Riposto. Din kienet it-tielet mawra tal-Banda tagħna barra minn xtutna. Kellna wkoll, wara ħafna snin ta’ stennija l-festa ta’ Kristu Rxoxt fejn flaħħar ingħatajna ċ-ċans li nkunu nistgħu niċċelebraw din il-festa fir-raħal tagħna wara 18-il sena sħaħ fl-għamad. Ma’ dan ma nistax ma nsemmix il-bosta servizzi mużikali li għamilna iktar mis-snin passati u li allura komplew ikabbru l-isem sabiħ tal-Banda tagħna. Fil-festa wkoll ser ninawguraw żewġ proġetti ġodda: dak tal-armar tal-faċċata tas-Sede li jixref fil-pjazza mill-Kummissjoni Armar u dak tal-pittura mill-Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin. Ftehim Ġdid Għall-festa Però x-xogħol ma kienx biss dak materjali imma kien hemm ħafna xogħol amministrattiv ieħor. Fost dawn irrid insemmi li kellna 22
diversi laqgħat mal-kumitat tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, malkappillan u mal-awtoritajiet tal-knisja kif ukoll mas-Supretendent u l-ispettur Melvyn Camilleri biex issa stajna niftehmu kif stajna naqsmu l-pjazza f’din ir-realtà l-ġdida ta’ żewġ każini fil-pjazza. Wara sentejn ta’ laqgħat, nirringrazzjaw ’l Alla u lil San Pietru li żamm idejh fuqna u b’rieda tajba minn kull naħa ftehmna kif l-aħjar insibu soluzzjonijiet li bihom ikun kuntent kulħadd. Tajjeb ngħid li għalkemm kien hemm xi mumenti diffiċli, is-Soċjetà tagħna żammet l-impenn ta’ djalogu u relazzjoni stabbli mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen, tant li fejn kien hemm bżonn bqajna ndoqqu ‘mass band’ f’bosta okkażjonijet li kellna matul is-sena. B’hekk bqajna nuru lil Malta kif għandhom jaħdmu żewġ għaqdiet flimkien u tajjeb li meta niġu biex nitkellmu mal-awtoritajiet kemm ċivili u ekkleżjastiċi dawn iżommu kont ta’ dawn il-fatturi. Is-Soċjetà tagħna hija magħmula min-nies ta’ integrità u allura nistennew stima u rispett minn kulħadd, bi trattament ugwali bħalma jsir ma’ għaqdiet oħra barra mir-raħal tagħna. Is-sodisfazzjon tiegħi hu li b’dak kollu li qbilna, ser inkunu qed nagħtu lil Birżebbuġa l-ikbar festa li qatt għamilna dawn l-aħħar snin u din żgur li ser tkun tixraq fis-sena li fiha qed niċċelebraw l-1950 Anniversarju Ġubilari millmartirju u d-dħul glorjuż fil-ġenna tal-appostlu tagħna San Pietru. Ma nistax inħalli barra wkoll l-anniversarji l-oħra importanti li huma t-80 sena minn meta bdejna niċċelebraw it-titular ġdid f’ġieħ San Pietru fil-Ktajjen; is-70 sena minn meta waslet l-ewwel vara titulari ta’ San Pietru; u l-40 sena mill-Konsagrazzjoni tal-knisja Parrokkjali. Din hija s-sena wkoll li fiha sar ir-restawr tant mixtieq min-nies ta’ Birżebbuġa tal-vara ta’ San Pietru. Wara li f’Novembru tas-sena li għaddiet il-vara t-titulari ttieħdet biex tiġi restawrata, issa ser nilqgħuha lura fostna bil-kbir eżatt fil-bidu tal-ġimgħa tal-festa, restawr li sar b’reqqa kbira mill-ħbieb tiegħi l-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. Jien persważ li bil-ħidma ta’ dawn iż-żewġ artisti se nkunu qrib ħafna tal-perfezzjoni hekk immaġinata mill-iskultur tagħha Ferdinand Stuflesser. Il-vara titulari tagħna hija bla dubju ta’ xejn ġawhra imprezzabbli li ħallewlna missirijietna u huwa fl-ikbar dmir tagħna li ngħadduha fl-aqwa kundizzjoni lil uliedna u lil dawk ta’ warajna. Għal dan il-ftehim aħna nixtiequ nagħmlu xi ringrazzjamenti. Irrid l-ewwelnett nirringrazzja pubblikament lill-kappillan Dun Anton Galea Scannura, lil Dun Frans Abdilla kif ukoll lill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi; lis-supretendent Sandro Gatt u lill-ispettur Melvyn Camilleri. Nixtieq insellem ukoll lill-ex president tal-Għaqda San Pietru fil-Ktajjen, is-Sur Joe M. Żahra tal-koperazzjoni tiegħu tul is-snin li dam President u nawgura wkoll lill-President il-ġdid tal-
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
It-Teżorier iħeġġeġ aktar nies u ammiraturi tas-Soċjetà biex jidħlu membri magħna biex b’hekk barra li tkunu tistgħu tibbenefikaw mill-privileġġ tal-vot fid-deċiżjonijiet tas-Soċjetà tkunu qegħdin tgħinu lis-Soċjetà fil-proġetti kbar tagħha. It-tessera hija ta’ 10 Ewro fis-Sena għall-persuni adulti. Għandna wkoll menswalità speċjali għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena b’kundizzjonijiet differenti. Inħeġġukom tidħlu membri mas-Soċjetà tagħna.
SOĊJETÀ
Għeluq Imma minkejja li ħlejna ħafna mill-enerġija tagħna ma qgħadniex lura milli naħsbu għall-festa u bla dubju ta’ xejn ninsabu ppreparati biex niċċelebraw l-ikbar festa li s’issa qatt saret ġewwa Birżebbuġa. Żgur li flimkien magħqudin ser naħdmu biex nagħmlu festa flimkien li tagħti qima lill-Patrun tagħna u tagħmel ġieħ lir-raħal sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa. Għalhekk nappella biex kulħadd jagħmel ħiltu kollha u joqgħod għad-direttivi maħruġa kemm miż-żewġ kumitati tal-baned kif ukoll mill-awtoritajiet ċivili biex dak li aħna issa ħdimna għalih narawh isir realtà u flimkien inkunu kburin u kuntenti b’dak
li nkunu għamilna. Irrid għalhekk nirringrazzja lill-kumitat tiegħi, lill-kummissjonijiet kollha, lill-membri u lill-partitarji, kif ukoll lissurmast, lill-assistent u l-għalliema tagħna kif ukoll lill-bandisti bravi tagħna tal-post kollha, lid-direttriċi u l-membri tal-‘Kor Xmun Pietru’. Nirringrazzja wkoll lill-għaqdiet li jieħdu sehem fil-festa fosthom lill-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen u lill-Għaqda tal-Armar l-1 t’Awwissu, lid-dilettanti kollha tan-nar taż-żewġ każini, lir-Rev. kappillan u lill-kleru, lis-Sindku, sħabi l-kunsilliera, lil dawk kollha li jgħinuni fil-knisja u f’kull ħaġ’oħra relatata mal-festa u lill-għaqdiet u lill-poplu ta’ Birżebbuġa tal-appoġġ tiegħu. Però, bla dubju ta’ xejn ma nistax ma nirringrazzjax b’mod speċjali lill-għażiża marti u lillgħeżież uliedi speċjalment din is-sena li fiha kont tant impenjat, tassagrifiċċji tremendi li kellhom jagħmlu biex dan kollu seta’ jkun lest. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd speċjalment lil dawk li minħabba raġuni jew oħra ma jistgħux ikunu magħna u nitlob lil San Pietru jidħol għalihom quddiem il-Mulej. Fl-aħħar nett ngħid grazzi lil kulħadd u issa ġaladarba ħdimna ħafna, ħaqqna niċċelebraw ħafna għalhekk ejjew flimkien ningħaqdu bħala raħal wieħed taħt il-patroċinju tal-patrun tagħna San Pietru ħalli nifirħu f’sens ta’ għaqda u b’hekk żgur li nkunu qed nilħqu l-iskop tal-festa li dejjem għandha twassal biex tkun mument li fih il-poplu jingħaqad u jiċċelebra flimkien bħala familja waħda taħt il-missier tagħna San Pietru Appostlu. VIVA SAN PIETRU u VIVA BIRŻEBBUĠA.
SEZZJONIJIET
imsemmija għaqda, is-Sur Anthero Agius fil-kariga l-ġdida tiegħu. Nifraħ ukoll lill-kaxxier il-ġdid tal-istess għaqda, is-Sur Keith Gauci. Insellem ukoll lis-Sur Ivan Zammit, li huwa s-segretarju tal-Għaqda San Pietru fil-ktajjen. Insellem u nirringrazzja lill-kollega tiegħi, issegretarju tagħna, is-Sur Henry Bonnici u lit-teżorier is-Sur Walter Pace li flimkien ħdimna mal-bqija tal-kumitat biex wasalna għal dan il-ftehim storiku. Barra minn hekk irridu nirringrazzjaw anke lill-Għaqda tal-Armar 1 t’Awwissu kif ukoll lis-Sindku u lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li min-naħa tagħhom iffaċilitaw biex dak li aħna qbilna fuqu seta’ jsir realta’ mingħajr problemi ta’ xejn. Irrid ukoll nirringrazzja l-Għaqda Każini tal-Banda u lill-avukat tagħna Dr. Henry Antoncich tal-pariri tagħhom.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
23
jawg a l-F ta t-Tajba lill-BirĹźebbuÄĄin k ha
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mis-Segretarju Ġenerali
Kuntatti magħna: info@birzebbugaband.org / akkademja@birzebbugaband.org
AUTO ELECTRICAL REPAIRS & BATTERY SALES
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI BIRŻEBBUĠA
Prop. Stephen Gatt Battery Sales & Service, Cars Expertly Rewired, Alternators, Starters, Regulators Serviced & Tested, Airconditioning & Alarm Installations 31, Triq it-Ter˙a, Bir id-Deheb • Phone 2169 7683 • Mob: 9982 1272
PIROTEKNIKA
bl‑apprezzament u b’diversi modi oħra. Huma bosta dawk li jiddedikaw ħafna mill‑ħin tagħhom jew jgħinu finanzjarjament sabiex jaraw lis‑Soċjetà tikber u tissaħħaħ. Il‑ħidma tal‑Kumitat u l‑Kummissjonijiet tibqa’ indispensabbli, kulħadd skont ir‑rwol tiegħu fis‑Soċjetà. B’wiċċi minn quddiem nista’ ngħid li l‑membri tal‑kumitat u l‑kummissjonijiet flimkien ma’ diversi voluntiera oħra kienu ta’ għajnuna kbira b’mod speċjali din is‑sena sabiex is‑Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa baqgħet miexja ‘l quddiem bil‑pjanijiet tagħha li wassluha biex tkompli tikber, tissaħħaħ u tistagħna. Ix‑xogħol kollu li twettaq din is‑sena minn diversi nies u b’diversi modi huwa rifless tal‑volontarjat u t‑talenti kbar li s‑Soċjetà u r‑raħal ta’ Birżebbuġa huma mogħnija bihom, talenti varji li ma baqgħux moħbija iżda ntużaw għall‑ġid tal‑komunità. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor jagħti sehmu: il‑Kumitat Eżekuttiv, il‑Kummissjonijiet u s‑Sezzjonijiet, il‑Banda u l‑Kor Xmun Pietru u n‑nisa helpers. Il‑ħidma ta’ kull wieħed u waħda minna, kemm jekk ftit, kemm jekk ħafna, hija indispensabbli u żgur li tagħmel differenza. Dan hu dak li jagħmel lis‑Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa soċjetà ħajja u ta’ suċċess. Nieħu din l‑okkażjoni biex nirringrazzja u nawgura l‑festa t‑tajba lill‑Kappillan Kan. Anton Galea Scannura u lill‑Kleru tal‑parroċċa, lis‑Sindku u lill‑kunsilliera, lis‑Supretendent Sandro Gatt, lill‑Ispettur Melvin Camilleri, lill‑membri tal‑korp tal‑pulizija, kif ukoll lill‑President u l‑membri tal‑Għaqda Mużikali San Pietru fil‑Ktajjen. Fl‑aħħar iżda żgur mhux l‑anqas nawgura l‑festa t‑tajba lill‑poplu kollu ta’ Birżebbuġa, speċjalment lil ħutna morda u dawk li għal xi raġuni ma jistgħux ikunu magħna fiżikament. Filwaqt li nappella sabiex f’dawn il‑jiem ta’ festa nkunu lkoll maturi u responsabbli ta’ għemilna, nawgura li jkollna festa sabiħa li verament tkun tixraq lil San Pietru, Patrun tagħna l‑Birżebbuġin. San Pietru żomm idejk fuqna u ħarisna. Viva San Pietru.
SAN PIETRU APP.
Ikun hawn min jaħseb li l‑ħidma fil‑każini tibda xi xhur qabel il‑festa u tieqaf ftit wara. Fil‑każ tas‑Soċjetà tagħna, dan ma jgħoddx. Ix‑xogħol ma qata’ qatt b’mod speċjali din is‑sena meta konna impenjati bl‑estensjoni u t‑tkabbir tal‑każin. Iż‑żmien jinbidel u t‑tibdil iġib miegħu esiġenzi ġodda. Fl‑antik, l‑uniku sors ta’ dħul kienu l‑offerti, id‑donazzjonijiet u l‑attivitajiet organizzati mill‑kumitat u d‑diversi kummissjonijiet. Illum soċjetà mużikali bħal tagħna tiddependi wkoll minn diversi sorsi oħra ta’ dħul finanzjarju li jgħinu sabiex tkompli fl‑avvanzi tagħha. Fost dawn nistgħu nsemmu l‑fondi pubbliċi li huma sors importanti ħafna sabiex ikompli jissaħħaħ u jixtered it‑tagħlim tal‑mużika, liema xogħol irid isir bir‑reqqa u b’ħafna dedikazzjoni u impenn. Kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalina tara ħafna allievi jeċċellaw fl‑istudju u fl‑eżamijiet tal‑mużika. Wara dan kollu hemm il‑kapaċità tal‑allievi imma fuq kollox il‑ħila tas‑Surmast Robert Magro li minn hawn nixtieq nirringrazzjah tad‑dedikazzjoni kbira tiegħu fit‑tagħlim tat‑teorija. Bandist mhux komplet jekk ma jgħaddix mit‑teorija għat‑tagħlim ta’ strument. Grazzi kbira tmur ukoll lis‑Surmast Mro. Michael Bugelli u lill‑Assistent Surmast Charles Wallace Suda li jieħdu dan it‑tagħlim b’tant serjetà sabiex bl‑impenn dedikat tagħhom iwasslu lill‑allievi jwettqu x‑xewqa tagħhom: dik li jdoqqu mal‑banda fil‑festa u f’okkażjonijiet oħra. Kollox irid isir bi pjan u dan jieħu ħafna ħin ta’ laqgħat biex jitfassal. Mhux kollox jimxi kif mixtieq u ħafna drabi jinqalgħu diffikultajiet meta lanqas tistenniehom. Dan jaħbat jaqtagħlek qalbek iżda l‑istess grinta u kuraġġ iżommuk għaddej u jgħinuk issolvi dak li jidher bla soluzzjoni. L‑istess problemi saħħew l‑għaqda ta’ bejnietna u ma tgħabbejniex bil‑piż li jġib miegħu n‑nuqqas ta’ ftehim jew il‑firda. L‑għeja dlonk tmurlek meta tara li ħafna huma disposti li jgħinu. Il‑voluntiera ma naqsux u għenu bix‑xogħol, bil‑pariri,
ANNIVERSARJI
Henry Bonnici
EDITORJAL
PROGRAMM
Ħidma Kontinwa
25
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mit-Teżorier
PROGRAMM
Dħalna Għal Affarijiet Kbar! Walter Pace
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Sena malajr tgħaddi, speċjalment meta l-miri tas-Soċjetà jkunu mifruxa fuq ħafna setturi. Kien evidenti għal kulħadd li din is-sena kellha tkun fost l-aktar snin iebsin għas-Soċjetà. Ix-xogħol li kien hawn din is-sena kien wieħed enormi u qed naslu għal din il-festa b’ilsienna barra. Min-naħa ta’ kaxxier u teżorier tas-Soċjetà rrid ninterpreta kollox mil-lat ta’ finanzi. Kif jaf kulħadd is-Soċjetà daħlet għall-proġett ta’ investiment li jista’ jassigurala dħul tajjeb. Kif tafu ħafna minnkom is-Soċjetà xtrat 2 proprjetajiet importanti ħafna f’dawn l-aħħar għaxar snin li huma l-ispiżerija (2006) u l-post tal-Misraħ (2016). Iż-żewġ proġetti huma marbuta mal-kreazzjoni ta’ 2 bottegini u restoranti ta’ livell għoli ħafna. Minn mindu twaqqfet is-Soċjetà, grazzi għal numru kbir ta’ voluntiera, il-fondi kienu jinġabru minn sorsi tradizzjonali. Iż-żminijiet qed jinbidlu u s-Soċjetà riedet tibda taħseb f’sorsi alternattivi ta’ dħul u finanzjament. Ilħsieb tagħna huwa li niggarantixxu dħul tajjeb u kostanti għall-futur ta’ din is-Soċjetà li tant inħobbu u li tant għandna għal qalbna. Aħna nemmnu li din is-sistema maż-żmien tqarreb aktar nies biex jinvolvu ruħhom fis-Soċjetà u jkunu jistgħu jikkonċentraw ħidmiethom aktar fuq il-mużika bandistika; l-organizzazzjoni tal-festa jew ta’ xi attività oħra b’risq il-kultura ta’ Birżebbuġa. Bħalissa s-Soċjetà tibbaża ruħha ħafna fuq in-nies tal-Kumitat u l-ġenerożità tagħhom biex minn ħinhom jagħtu xogħol volontarju lis-Soċjetà. Ħafna min-nies tas-Soċjetà jqattgħu sigħat twal jorganizzaw attivitajiet ta’ dħul li jmorru fil-kaxxa tas-Soċjetà. Insemmi wkoll lis-Sezzjonijiet li jaħdmu ħafna biex jiġbru l-fondi għalihom, imma tifhmu wkoll li kulħadd qiegħed jistad fl-istess baħar, allura tifhmu kemm hija importanti l-għajnuna tagħkom speċjalment mil-lat finanzjarju. Din is-sena sar xogħol kbir sia fil-post il-ġdid tal-Misraħ kif ukoll fuq il-bottegin tas-Sede prinċipali. Ippjanajna li sal-festa nkunu qegħdin niffunzjonaw il-bottegin il-ġdid tal-pjazza. Is-Soċjetà ippumpjat il-ġid kollu tagħha f’dan il-proġett. Qatt daqs din issena ma rajna l-kontijiet tagħna jinxtorbu daqshekk mill-finanzi li konna ilna tant b’għaqal kbir infaddlu. Imma peress li nemmnu li dan huwa investiment fis-sod għamilna l-kuraġġ u dħalna għal dan il-proġett iebes. Barra x-xiri tal-materjal u l-ħlas lill-kuntratturi, irrid bilfors insemmi n-numru enormi ta’ nies partitarji, membri u ammiraturi li ġew jagħtu daqqa t’id volontarja biex il-proġett jimxi ’l quddiem b’pass mgħaġġel u ma jinħeliex żmien għax kull ġurnata li tgħaddi, għalina kienet tfisser flus mitlufa. Dan il-proġett ġie jiswina ħafna flus imma minkejja dawn id-diffikultajiet, is-Soċjetà baqgħet għaddejja b’ritmu tajjeb sia fil-banda kif ukoll fl-attivitajiet kollha li
ttellgħa matul is-sena. Għalkemm innumru tal-bandisti tal-post huwa wieħed sodisfaċenti, xorta waħda jkollna l-bżonn li naqilgħu mużiċisti minn barra u dawn jiġu jiswewna ħafna flus. Tapprezzaw li minkejja l-flus li qed noħorġu f’dan il-proġett, il-kunċerti u l-programmi annwali xorta waħda żammejnihom għax nemmnu li ma nistgħu qatt niċħdu l-valuri li għalihom ġiet imwaqqfa din isSoċjetà. Kellna wkoll is-servizz bil-banda tal-Irxoxt. Dan is-servizz ġie fuqna għallgħarrieda u għalkemm konna nafu li kien se jiġina ħafna flus xorta waħda ridna nagħmluh għall-komunità ta’ Birżebbuġa. L-appell tagħna lin-nies ta’ Birżebbuġa huwa biex ikunu ġenerużi kemm jistgħu. Is-Soċjetà taħdem ħafna favur il-kultura ta’ Birżebbuġa. Din is-sena ġibna gost u ferħ kbir fost it-tfal u l-familji ta’ Birżebbuġa bil-manifestazzjoni ta’ Kristu Rxoxt. L-Għaqda tan-Nar tagħna ġabet ukoll l-unur nazzjonali tal-aqwa għaqda tan-nar f’Malta li tipproduċi l-aqwa kimiċi fit-taħlit tan-nar tal-art, premju ta’ prestiġju kbir. Barra dan l-unur, l-istudenti tal-iskola tal-mużika tagħna għaddew kollha b’marki għoljin ħafna fl-eżamijiet ta’ barra tal-mużika u la qed insemmi l-mużika tajjeb ngħidilkom li l-banda tagħna Ottubru li għadda marret iddoqq fi Sqallija u għamlet ġemellaġġ ma’ banda Taljana. Kif qed taraw qed nagħmlu xogħol kbir fost il-poplu ta’ Birżebbuġa. Qed naqtgħu bi snienna għax nemmnu li aħna l-Birżebbuġin m’għandna xejn inqas minn ħaddieħor u jixirqilna l-istess daqs l-aqwa rħula ta’ Malta. Imma tinsewx li aħna niddependu mill-ġenerożità tagħkom; millentużjażmu tagħkom u mill-parteċipazzjoni tagħkom. Għinuna kif tistgħu għax l-ispejjeż huma kbar u biex nipprovdulkom dan kollu s-Soċjetà toħroġ ammonti kbar ta’ flus kull sena, ammonti li biex niggwadanjawhom nagħmlu ħafna sagrifiċċji anke fuq livell personali. Tajjeb ukoll li tqarrbu lill-uliedkom lejn is-Soċjetà ħalli b’hekk jitilgħu jħobbu lil Birżebbuġa, lill-festa ta’ San Pietru u l-mużika. Tajjeb li l-ġenituri jattendu bit-tfal tagħhom meta jkollna xi programm mużikali bl-orkestra tas-Soċjetà jew meta ntellgħu xi dramm sabiħ bħal dak tal-Ġimgħa Mqaddsa. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja l-ewwel lill-voluntiera tas-Soċjetà li jaħdmu bla heda u jagħtu mill-ħin prezzjuż tagħhom biex is-Soċjetà tikber, tibqa’ ħajja u tkun ta’ servizz għan-nies ta’ Birżebbuġa. Nirringrazzja lill-isponsors kollha tagħna li jirreklamaw magħna speċjalment fil-pubblikazzjonijiet tas-Soċjetà. Mingħajr l-għajnuna ta’ dawn l-isponsors ikun diffiċli ħafna għas-Soċjetà li żżomm dan ir-ritmu t’attivitajiet. Nirringrazzja minn qalbi kollha lil marti Sue Pace, il-mutur li jien mingħajrha ma jien xejn u bis-saħħa tagħha qed inkompli nagħti kontribut lil din is-Soċjetà.
It-tessera għall-adulti hija ta’ 10 Ewro fis-sena. Kunu kburin li tiffurmaw parti minn din is-Soċjetà. Għamilna affarijiet Kbar! 26
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Dħalna b’Kuraġġ Għal Proġett Kbir Immens!
PROGRAMM
Il-Proġett tal-Estensjoni tas-Sede Alexander Caruana
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Jitħejjew il-Pjanti u ningħataw il-Permessi Imma minn xhur qabel bdew jiġu ppreparati l-pjanti ta’ kif seta’ jitqassam l-aħjar dan il-post. Il-kumitat kien qabel ukoll li tinħatt irremissa u tittella’ binja ta’ 3 sulari ħalli b’hekk jikber l-ispazju fisSede. Fil-bidu ta’ Frar 2016 il-Perit Michael Schembri applika malAwtorità tal-Ippjanar. Ma nistax ma nsemmix l-Ex-President Jason Vella li b’mod volontarju wkoll ħejja l-pjanti kollha sakemm fl-aħħar għażilna l-aħjar sett ta’ pjanti biex verament inkunu qed nagħmlu binja li taqdi l-utilitajiet ta’ Soċjetà kbira u mużikali bħal tagħna.
BANDA MUŻIKALI
Immorru ftit lura fis-snin Kien fit-22 ta’ Lulju, 2015 meta f’laqgħa ġenerali straordinarja l-membri taw l-awtorità lill-Kumitat Eżekuttiv biex jibqa’ jaħdem ħalli jinxtara l-post 29, Misraħ il-Knisja, liema konvenju għalih kien sar fil-11 ta’ Mejju 2015. Wara diversi arranġamenti mal-banek u wara bosta pariri li ħadna, kienet inżammet laqgħa ġenerali straordinarja oħra l-Ħadd 10 ta’ Jannar 2016 fejn il-membri b’mod unanimu approvaw lill-Kumitat biex jaħdem biex tinxtara din il-proprjetà. Wara bosta pariri kemm mill-avukat Dr. Henry Antoncich kif ukoll min-nutar Dr. Marilyn Sultana, iffirmajna l-kuntratt nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016, kważi 10 snin eżatti wara l-iffirmar tal-kuntratt tal-ispiżerija.
PIROTEKNIKA
Bla dubju ta’ xejn l-ikbar żewġ proġetti li saru tul dawn is-27 sena tas-Soċjetà kienu x-xiri u l-bini mill-ġdid tas-Sede liema proċess ħa mis-sena 1992 sas-sena 1997 u l-proġett kbir li qed naħdmu fuqu issa bl-estensjoni tas-Sede li issa ġiet annessa b’binja ġdida li tixref f’Misraħ il-Knisja. Madankollu kull pass kien importanti. Ix-xiri tarremissa u x-xiri tal-ispiżerija kienu kruċjali ħafna u fuq din tal-aħħar kulħadd jaf mil-liema diffikultajiet għaddejna. Hawnhekk nixtieq ngħid grazzi lill-mexxejja ta’ qabli wkoll għax dak li għamlu kien importanti immens.
EDITORJAL
President u Project Manager tal-Proġett tal-Estensjoni tas-Sede
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
27
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Kien il-Ġimgħa 5 t’Awwissu 2016, fil-Jum tal-Aħħar Tridu talfesta tagħna, meta l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar b’mod unanimu approva l-permessi kollha. Imma kellna nistennew madwar xahrejn oħra biex inkunu nistgħu nibdew minħabba policies ġodda minnaħa tal-Awtorità tal-Ippjanar.
EDITORJAL
Jibda t-twaqqiegħ u r-rikostruzzjoni Fl-aħħar ta’ Settembru bdejna nħottu r-remissa. Il-kuntrattur Jason Cutajar ħadem bla heda biex jara’ li x-xogħol jibda’ miexi però sibna ħafna ostakli. Fost l-oħrajn, xħin bdejna niċċekkjaw ilpedamenti tal-ħitan tal-bitħa sibna li wħud minnhom kienu fuq ilħamrija. Allura kellna nneħħu l-ħamrija kollha u nagħmlu pedamenti mill-bidu nett. Kellna wkoll problema biex inneħħu l-ħajt ferm oħxon li kien hemm u li dan kien magħmul minn ġebel kbir u allura kien tqil u perikoluż biex jinħatt. Biex tgħaxxaqha jekk is-sena ta’ qabel ftit li xejn għamlet xita, din is-sena din ma waqfitx u dan kompla jagħmilha iktar diffiċli biex ix-xogħol jimxi ’l quddiem. Minn hawn u minn hemm għall-aħħar tas-sena 2016, konna lestejna l-bini fuq il-parti ta’ quddiem u issa kien imiss jibda l-bini tar-remissa. Il-pjan oriġinali kien li nibnu l-ewwel sular u nieqfu minħabba l-ispejjeż kbar li konna qed inħallsu, imma l-kuntrattur qalilna li jkun aħjar għal kulħadd jekk jibqa’ jtella’ l-bini u hekk sar.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Il-bini tal-post il-ġdid u r-remissa Niġu issa biex nitkellmu ftit fid-dettall fuq il-binja li telgħet kompletament ġdida. Din irrid nispjegaha billi ngħid li din il-binja qisha maqsuma fi 3 partijiet: (1) il-Parti tal-Pjazza li se tkun qed tikkonsisti f’bar high-class; (2) Ir-remissa u ż-żewġ kmamar li telgħu fuqha li ġew parti wkoll mill-faċċata; u (3) il-binja l-ġdida f’għamla tawwalija fiż-żona tan-nofs li tgħaqqad il-Bar tal-Pjazza mal-Parti l-antika tal-Każin.
PIROTEKNIKA
Il-Bar li jmiss mal-Pjazza Hawnhekk il-binja hija maqsuma fuq żewġ sulari biss. Il-bieb sabiħ tal-pjazza se jkun imżejjen b’tarġa tal-irħam interzjata bl-annu 1990, is-sena li fiha ġiet imwaqqfa s-Soċjetà. Fuq l-irħama ħadem Manuel Schembri filwaqt li fuq l-interzjar ħadem Jesmond Bartolo. F’din il-binja issa se jkun hemm bar state-of-the-art ambjentat f’binja antika u rustika, bottegin armat b’kollox. Fis-sular ta’ fuq ta’ dan il-bar hemm żewġ swali kbar bit-tieqa u bil-gallarija li jagħtu għal fuq il-pjazza. Dawn is-swali ta’ fuq se jkunu għas-servizz talklijenti tal-bottegin.
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 28
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
Il-binja l-ġdida f’għamla tawwalija fiż-żona tan-nofs Il-binja l-ġdida f’għamla tawwalija fiż-żona tan-nofs se tkun tgħaqqad il-Bar tal-Pjazza mal-Parti l-antika tal-Każin. F’din il-parti naraw bini ta’ tliet sulari magħmul minn żewġ blokki ta’ 3 kmamar kbar fuq xulxin fuq kull naħa, bitħa u kuriduri li jgħaqqdu l-istess blokok ta’ bini. Fuq dawn iż-żewġ blokok ta’ kmamar fiż-żewġ estremitajiet se jkun hemm ukoll turretta u blokka għall-arblu, jiġifieri issa fuq il-bejt kollu tal-każin se jkun hemm 3 turretti b’arblu fuq kull waħda. F’dawn iż-żewġ blokok se jkun hemm taraġ li jagħti minn isfel għal fuq. Fil-blokka li tmiss mal-parti l-antika tal-każin se jkun hemm ukoll lift li minn isfel nett wieħed se jkun jista’ jitla’ sa fuq il-bejt tal-każin. Din l-estensjoni sħiħa ta’ bini se tkun tinfed kollha ma’ xulxin
SOĊJETÀ
Ir-Remissa u l-kmamar ta’ fuqha Flok ir-remissa li kellna qabel, hemmhekk ġej ħanut ieħor u l-kmamar li telgħu fuqha sa fuq nett se jkunu qed iservu ta’ klassijiet ġodda u mgħammra speċifikament għat-tagħlim tal-mużika. Kif wieħed jista’ jara dan il-bini ġie parti waħda, anke fl-istil mal-faċċata tas-Sede l-oriġinali.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
29
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
tad-dawl u tal-ilma, il-madum, ix-xogħol kbir fuq l-injam bħall-bank tal-Bar tal-Pjazza u l-bibien sbieħ li se jkollna, ix-xogħol fil-ħadid tatturġien u mitt elf ħaġ’oħra li saru f’din il-binja l-ġdida. Dan kollu qed isir bis-saħħa ta’ nies kapaċi, ħafna minnhom imweldin Birżebbuġa.
ANNIVERSARJI
Xogħol fuq ir-Restorant tas-Sede Oriġinali u l-faċċata F’Ġunju 2017, bdiet tinbena l-kċina l-ġdida tar-restorant filparti l-antika tas-Sede kif ukoll saru sett ta’ arkati għall-intrati l-ġodda li l-ispejjeż tagħhom tħallsu mill-‘Kummissjoni Tisbieħ talKażin’. Imma għal ħafna ċ-ċirasa fuq il-kejk waslet meta fl-aħħar, wara ħafna snin, għalaqna l-arkipjan fejn kien hemm l-ispiżerija u għamilna bieb ieħor biex jiġi pariġġ tal-bieb l-ieħor tal-istess faċċata. Fis-snin li ġejjin għandna ppjanat li anke dan il-bieb jiġi ddekorat blirħam bħall-bieb ta’ maġenbu, kif ukoll li ninfdu l-ħajt biex il-parti l-antika tiġi annessa mal-binja l-ġdida fit-tliet sulari kollha tas-sede.
BIRŻEBBUĠA
sia mal-Bar tal-Pjazza u anke mal-parti l-antika tas-Sede minn kull sular u se tkun armata b’dak kollu meħtieġ skont ir-regoli u l-istandards tas-sigurtà kif ukoll għall-aċċessibiltà ta’ kull persuna. Xogħol ieħor Ma nistax ma nsemmix ix-xogħol enormi fuq l-installazzjoni 30
Ringrazzjamenti Minkejja li l-bini huwa lest u parti sew mix-xogħol ta’ ġewwa jinsab avvanzat fiż-żmien li qed nikteb dan l-artiklu (Ġunju 2017), xorta għad fadal ammont kbir ta’ xogħol x’isir biex ngħidu li l-binja hija lesta minn kollox u tkun tista’ tintuża. Għalhekk filwaqt li nirringrazzja lill-voluntiera kollha li taw sehemhom f’dak kollu li għamilna tul din is-sena nħeġġeġ għal iktar għajnuna kemm
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Dan huwa l-bank tal-injam li nħadem għall-bar sabiħ, lussuż u ġdid li issa s-Soċjetà għandha f’Misraħ il-Knisja, fil-Pjazza Ewlenija ta’ Birżebbuġa. Dan il-bank ġie maħdum minn Joe u Daniel Cutajar. Huma qalulna li minkejja d-diffikultajiet li għaddejin minnhom huma xorta se jibqgħu determinati li jkomplu jaħdmu minn qalbhom xogħol volontarju għasSoċjetà. Huma se jibqgħu jħarsu ’l quddiem biex ikomplu jkabbru isem is-Soċjetà tagħna. Is-Soċjetà tirringrazzjahom ħafna u tibgħat it-tislijiet tagħha lil Raymond Cutajar, li jinsab dejjem fil-ħsibijiet tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
31
PIROTEKNIKA ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
lill-Kumpanija Unitech għas-sistema tas-CCTV u l-Fire Alarm; lillKumpanija Elbros li tana discount għall-konkos; George Cutajar tax-xogħol tal-ħadid; Fedele Zammit li ħadem fuq l-injam u fl-aħħar iżda mhux l-inqas Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi li ħallas il-pumi talbieb ta’ Triq Birżebbuġa u għenna fl-isponsors.
BIRŻEBBUĠA
materjali u kemm finanzjarja ħalli fl-iqsar żmien possibbli dan ilproġett jitlesta kollu u b’hekk ikollna sede li tkun tista’ tgħin fl-operat ta’ Soċjetà kbira bħal tagħna għaż-żminijiet tal-lum. Hemm ħafna nies li taw sehmhom. Dan juri kemm hawn nies qalbiena fis-Soċjetà tagħna u f’Birżebbuġa. Xi wħud minnhom semmejthom qabel f’dan l-artiklu. Nixtieq issa nirringrazzjaw lil dawn li ġejjin: Joe Gatt, Joe Cutajar, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Daniel Cutajar, Francis Cassar (Ix-xavu); Pierre Zammit (Ċiċoq), Emanuel Mangion (IlMosti), Charlie Galea, Walter Pace (Ħassu), Henry Bonnici, Benji Caruana, Peterpaul Caruana, Jonathan Bonnici, Nathaniel Debono, Jason Vella, Steve Briffa, Daniel Cuschieri (taz-Zija), Julian u Tina Goffin kif ukoll lil Eman Farrugia. Barra dawn nixtieq insemmi lil dawn in-nies li qed jieħdu paċenzja kbira bina u xieraq li niddokumentaw isimhom: Dennis Spiteri għax-xogħol tal-lavur fuq il-faċċata, Jason Cutajar ilkuntrattur li qed jieħu ħsieb il-kostruzzjoni; Arthur Zammit fuq ix-xogħol tal-alumnium; Marco Camilleri li għamel ix-xogħol tattqegħid tal-madum, Manuel Schembri fuq ix-xogħol tal-granit; Joseph Caruana li ħadem fuq il-Bieb tal-Pjazza; Marco Schembri li qed jaħdem fuq il-bieb il-ġdid ta’ tan-naħa ta’ Triq Birżebbuġa;
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Id-Dimostrazzjoni Speċjali bil-Vara tas-Soċjetà tal-Ġimgħa 5 t’Awwissu 2016
Fl-Okkażjoni tal-25 Sena mill-Vara tas-Soċjetà Josef Schembri
EDITORJAL
Is-sena li għaddiet l-istatwa ta’ San Pietru tas-Soċjetà għalqet 25 sena minn mindu saret u daħlet f’Birżebbuġa għall-ewwel darba. Għal dan il-għan il-Kumitat ħaseb biex il-manifestazzjoni tal-Aħħar Tridu tkun waħda speċjali ħafna. Il-Kumitat ħaseb biex jamalgama din l-attività ma’ attività filantropika biex twassal fondi
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 32
għall-Community Chest Fund u għalhekk bdew taħdidiet malmembri tal-protocol u tal-uffiċċju tal-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Dr. Marie Louise Coleiro Preca. Ta’ min jgħid li f’Settembru tal-2015 is-Soċjetà kienet diġà organizzat attività għall-familja kollha fil-bitħa tal-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa fejn il-qliegħ kollu li sar mar direttament għall-fondazzjoni Community Chest Fund. Anke dakinhar kienet ġiet iżżurna l-President ta’ Malta. Dan ifisser li f’temp ta’ inqas minn sena rnexxielna ntellgħu żewġ attivitajiet li fihom involvejna l-Community Chest Fund u ltqajna mal-President ta’ Malta. Meta kien kollox lest u kien kollox organizzat, varajna l-poster u xerridna l-aħbar ma’ kullimkien. Diversi sajjieda taw l-appoġġ tagħhom, anke dawk Xlukkajri. Il-Programm kien jinkludi wkoll li l-vara ta’ San Pietru App. titlaq minn Marsaxlokk. Is-soltu l-vara tagħna titlaq mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa stess imma f’okkażjoni speċjali bħal din l-istatwa tagħna titlaq minn Marsaxlokk. Ta’ min jgħid ukoll li 25 sena qabel, il-vara kienet daħlet għall-ewwel darba f’Birżebbuġa billi telqet minn Marsaxlokk. Għadhom jeżistu video clips anke fuq youtube ta’ dan l-avveniment kbir fl-istorja tasSoċjetà. L-idea kienet li l-vara titlaq b’carcade minn Birżebbuġa għal Marsaxlokk akkumpanjata wkoll minn diversi tfal u żgħażagħ bir-roti u l-muturi. Nistgħu ngħidu li l-konkorrenza kienet waħda kbira u tajna gost kbir kemm lin-nies ta’ Birżebbuġa, kemm dawk tal-Qajjenza u anke lin-nies Xlukkajri. L-istatwa telqet mill-Moll ta’ Marsaxlokk u mal-wasla tagħha fil-Bajja s-Sabiħa, waslet ukoll l-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta. Hawnhekk il-President tas-Soċjetà s-Sur Alexander Caruana għamel diskors qasir u għadda d-donazzjoni ta’ flus lill-President ta’ Malta għall-Community Chest Fund. Wara din l-għotja l-President ta’ Malta għamlet id-diskors tal-okkażjoni fejn intlaqa’ b’ċapċip kbir. Wara li ntemmet din iċ-ċerimonja tant sabiħa, il-marċ issokkta jdur mat-toroq tas-soltu. Meta l-vara għamlet id-dawra tagħha mattoroq u waslet quddiem is-Sede tas-Soċjetà fi triqitha li din tittellgħa fuq il-kolonna, l-istatwa ddawret tħares lejn is-Sede u hemmhekk peress li kienet okkażjoni speċjali, il-President għamel diskors ieħor. Kulħadd kien immeraviljat meta fid-diskors tiegħu l-President sejjaħ lill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, l-iskultur tal-Vara ta’ San Pietru App. tas-Soċjetà. Hawnhekk il-President irregalalu memento biex l-iskultur jiftakar f’dan l-avveniment kbir li kienet qed tfakkar is-Soċjetà. Wara din l-okkażjoni speċjali, kif daħlet bħala tradizzjoni fil-programm tas-Soċjetà, il-kantanta brava Clarissa Cauchi, millgallarija tas-Sede quddiem il-vara meraviljuża ta’ San Pietru, kantat l-Innijiet devoti proprjetà tas-Soċjetà ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ u ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’. Il-Programm issokta billi l-banda kompliet l-aħħar biċċa triq lejn il-kolonna u l-istatwa ttellgħet fuq il-kolonna tagħha fost il-briju u ħruq ta’ kaxxa infernali minn fuq ir-ramla ta’ Birżebbuġa. Imbagħad il-banda kompliet b’marċ mill-aktar brijuż sa’ quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ fejn sar briju kbir. Ma’ tmiem il-marċ il-Partitarji u l-ammiraturi tas-Soċjetà telgħu l-pjazza fejn hemmhekk assistejna għal feature awdjoviżiv mill-aqwa b’final kolossali akkumpanjat bi ħruq ta’ kaxxa infernali minn fuq il-bejt tas-Sede tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Poeżija ta’ Joseph Bonnici (5 f’April 2016)
SEZZJONIJIET
Kien jixraq li wara stennija, inħadmet statwa mill-isbaħ, biex tkun bis-sħiħ, bl-għaqda mal-festa; u li San Pietru ġiet tixbah; b’hekk tista’ tressaq nies lejn is-sewwa, u b’qalbhom magħha, lil Alla tirbaħ, li kien il-għan, biex biha tħeġġeġ mill-ġdid.
BANDA MUŻIKALI
Hekk sar, l-istatwa ħelwa twasslet, milqugħa mill-briju tan-nies; tgħidx kemm ferħ u ħrara għaliha; b’hekk fosthom tkun b’qima bla qies; u raħal u knisja timla b’għaxqa, xħin in-nies bi ħġara tmur għall-quddies, għaliex din tiġbed il-poplu warajha.
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Pedestal u Bradella tħejjew, biex b’hekk foħrija tingħata; ukoll l-iskultur li ħadimha, bl-aqwa dehra ried jibgħatha. L-istess fehma raw il-mastrudaxxi, u l-armar tagħha lestew sad-data, bix-xogħol ta’ ħila li kien jixirqilha.
ANNIVERSARJI
Il-wasla tagħha qed tiġġeded, bil-ġarr tagħha fuq il-baħar; imbagħad titqiegħed fil-post tagħha, wara vjaġġ max-xtut tar-raħal. Iċ-ċerimonja tkun mistenija, għax b’hekk il-festa qorbot sa fl-aħħar; li hu bidu ta’ ferħ tan-nies għall-Patrun.
JESMOND GRIMA Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
24 Hour Mini Bus Services 2165 9019 • 9942 6880 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
EDITORJAL
‘B’Tifkira għal 25 Sena mill-Miġja tal-Istatwa’ 1991 - 2016
SOĊJETÀ
Ta’ min jgħid li biex infakkru dan l-anniversarju tal-25 sena mill-miġja tal-vara tas-Soċjetà, l-ixbieha tal-istess vara ġibniha fuq il-qoxra ta’ quddiem tal-Annwal tas-Soċjetà kif ukoll fuq il-flokkijiet tal-partitarji. Il-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa għamlet ukoll cushions bl-ixbieha ta’ San Pietru tas-Soċjetà bħala memorabilia biex jinbiegħu lill-ammiraturi tas-Soċjetà. Hawnhekk jixraq ukoll li nsemmu li l-poeta Joseph Bonnici kitbilna wkoll poeżija mill-isbaħ biex nibqgħu niftakru f’din l-okkażjoni storika. Minn qalbna nirringrazzjaw lill-poeta Joseph Bonnici ta’ dan ixxogħol letterarju mill-isbaħ li se jibqa’ kustodit fl-arkivju tas-Soċjetà.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
33
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
L-Irxoxt Joseph Caruana, Alexander Caruana u Josef Schembri
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
Nota Editorjali: Huwa doveruż fil-fehma tagħna li nagħtu tislima lil dawk missirijietna li bil-kuraġġ tagħhom illum nistgħu ngawdu din it-tradizzjoni sabiħa tal-Irxoxt. Dan l-artiklu qed niktbuh f’isem il-kuraġġ li wrew u f’isem l-inizjattiva kuraġġuża li kienu ħadu. Li kieku l-kumitat tal-1999 ma ħax id-deċiżjoni kuraġġuża li joħroġ l-Irxoxt, jaf li llum m’aħniex qegħdin hawn nitkellmu fuq din il-ġrajja. Nemmnu li l-poplu ta’ Birżebbuġa għandu japprezza s-sagrifiċċji li saru biex illum wasalna fejn wasalna. Qed nippruvaw noffru rakkont dettalljat sabiex in-nies tkun taf u tapprezza aktar mil-liema mumenti diffiċli għaddejna biex wasalna s’hawn. Aħna nroddu ħajr lil dawk in-nies li bix-xogħol li għamlu fil-passat, illum qed naqtgħu l-frott tagħhom. Insellmu wkoll il-memorja ta’ dawk il-kolletturi u l-benefatturi ta’ din il-vara li kellhom jaraw din il-vara toħroġ darba biss għax illum, tmintax-il sena wara, dawn m’għadhomx magħna. Grazzi lil missirijietna u grazzi lil dawk li qed ikomplu xogħlhom illum. Għalina din mhijiex rebħa. Aħna tlifna u magħna tilfet il-komunità kollha ta’ Birżebbuġa. Huwa Kristu Rxoxt biss li rebaħ. Aħna nemmnu li din kienet biss ir-rieda t’Alla li ppermettiet li wara dan iż-żmien kollu nerġgħu ningħaqdu taħt l-ixbiha ta’ Kristu Rxoxt biex niċċelebrawh flimkien bħala familja waħda fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Xejn iktar!
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Introduzzjoni Jekk hemm storja tassew imqanqla fis-Soċjetà tagħna hija bla dubju ta’ xejn dik tal-Irxoxt li s-Soċjetà kienet għamlet fl-1999. Kull partitarju akkanit tas-Soċjetà jaf jispjegalek fid-Dettall is-sensiela ta’ ġrajjiet mill-aktar inkredibbli u angoxxanti li s-Soċjetà kellha tgħaddi minnhom wara l-Għid tal-1999, jiem ta’ diżappunt, deżolazzjoni u taqtigħ il-qalb. Sa mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà tagħna qatt ma riedet tillimita ruħha għall-festa titulari biss imma riedet tkun Soċjetà tal-mużika u Soċjetà li tippromwovi l-kultura Maltija f’Birżebbuġa. L-istorja tal-Irxoxt hija sewwasew kapitlu oħxon mifrud għalih, kapitlu mtebba’ b’sħaba sewda fuqu. Għal tmintax-il sena sħaħ, il-poplu ta’ Birżebbuġa seta’ biss jiftakar f’dik id-darba li ħareġ blIrxoxt u joqgħod imelles it-tifkiriet ħelwin ta’ dakinhar. Żgħażagħ li sal-lum jgħoddu 17-il sena żgur lanqas jistgħu jiftakru f’din il-ġrajja li seħħet f’raħalhom aħseb u ara kemm setgħu jitrawwmu f’din ittradizzjoni sabiħa. Għal tmintax-il sena sħaħ, il-poplu ta’ Birżebbuġa setgħa jiftakar fl-Għid tal-1999 imma biex jara l-Irxoxt filgħaxija ried iqabbad il-karozza u jsuq lejn il-Belt jew il-Mosta jew tas-Sliema. F’kelma waħda, dawn it-tmintax-il sena kienu vojt kbir, toqba fonda li ma setgħet timtela qatt. Ma nafx min setgħu kienu dawk in-nies imwielda Birżebbuġa li qatt setgħu jieħdu pjaċir b’din is-sitwazzjoni, b’dan il-vojt iswed li tħallejna fih tul dawn is-snin kollha? Sa’ Ħadd il-Palm ta’ din is-sena stess ħafna mill-membri kienu jħarsu lejn l-Irxoxt bħala dik l-istatwa sabiħa li kienet tiddekora wieħed missulari tas-Sede tagħna. Min qatt kellu jgħidilna li l-għada t-Tnejn kellha tissejjaħ laqgħa b’urġenza tal-Kumitat Eżekuttiv biex tkun diskussa l-possibiltà li l-Irxoxt joħroġ fil-Ħadd ta’ wara, jiġifieri f’Ħadd il-Għid? Ix-xewqa oriġinali kienet li jiġi rregalat lill-Parroċċa millParruċċani Ejja mmorru lura fis-snin u naraw kif bdiet din il-ġrajja. Xi xhur qabel l-Għid il-Kbir tal-1998, xi qraba ta’ dawk li ’l quddiem kellhom 36
L-Inawgurazzjoni tal-Irxoxt f’Ħadd il-Għid tal-1999
ikunu d-donaturi tal-Irxoxt tas-Soċjetà, kienu avviċinaw lill-kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Ġużepp Maria Farrugia biex issir statwa ta’ Kristu Rxoxt u jħallsuha minn buthom biex tingħata lill-parroċċa u b’hekk il-poplu ta’ Birżebbuġa jkun jista’ jingħaqad f’purċissjoni waħda ma’ Kristu Rxoxt. Jidher iżda li l-kappillan m’aċċettax u lanqas ma ressaq rikors peress li skont kliemu, il-knisja ma kinitx qed tippermetti li jsiru statwi. Dan ifisser li l-ewwel xewqa tal-poplu ta’ Birżebbuġa kienet li Kristu Rxoxt tkun festa tal-parroċċa li fiha seta’ jieħu sehem kulħadd. Din ir-risposta fin-negattiv qanqlet sens kbir ta’ dispjaċir fost dawn in-nies li kienu jħobbu l-parroċċa. Huma però kienu konxji li f’lokalitajiet oħra kien hemm membri ta’ xi għaqdiet mużikali oħra, li affaċċati bl-istess problema, kienu għamlu statwa ta’ Kristu Rxoxt xorta waħda u bdew joħorġuha f’manifestazzjoni mill-każini rispettivi tagħhom. Dawn in-nies minn Birżebbuġa li kienu devoti tal-festa ta’ Kristu Rxoxt ħassew li ma kellhom ebda għażla oħra ħlief li jevalwaw din l-istess soluzzjoni. Hekk għamlu u għalhekk peress li kienu ammiraturi tas-Soċjetà tagħna tkellmu flimkien u ddeċidew li jekk kellha ssir, tali manifestazzjoni tkun bilparteċipazzjoni tas-Soċjetà tagħna. L-ewwel żviluppi Insibu dokumentat li kienet fuq inizjattiva ta’ Alfred Formosa, Anthony Vella, Anthony Camilleri, Angelo Cutajar u Ray Cutajar, kollha kemm huma parti mill-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà li nhar
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Dik il-ħabta kien għadu kif laħaq bħala segretarju eżekuttiv is-Sur Joseph Caruana (It-Two) li wara assenza ta’ ftit snin reġa’ rritorna lura fl-amministrazzjoni tas-Soċjetà. Mal-ħatra tiegħu, ilPresident Anthony Camilleri kien infurmah b’din il-kummissjoni u li din l-istatwa kienet qed tinġabar minn dawn il-persuni biex din imbagħad tiġi rregalata lis-Soċjetà dakinhar li tiġi mżanżna. Xi jiem wara anke s-Sur Joseph Caruana kien mar jara din l-istatwa l-ġdida tinħadem għand l-iskultur popolari l-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi, statwarju li kien diġà ħadem l-istatwa ta’ San Pietru talgħaqda xi snin qabel. L-istatwa kienet għadha fi stat bikri imma kienet diġà tidher li kienet se tintlaqa’ tajjeb mill-Birżebbuġin. Sadanittant il-kumitat eżekuttiv, kien ilu jberrinlu l-ħsieb li jibdel il-bradella li kienet qed tintuża għall-istatwa ta’ San Pietru. Is-Sur Joseph Caruana jgħid: ‘Niftakar qisu l-bieraħ meta waqt seduta mqanqla, kellha tittieħed id-deċizjoni tal-bradella, u l-aħwa Anġlu u Raymond Cutajar kienu nsistew li l-bradella għandha tkun ta’ klassi jew inkella ma nagħmlu xejn’. Il-Kaxxier ħabrieki, il-mibki Grezzju Pullicino, bniedem li l-għaqal tiegħu kien strumentali ħafna fis-snin tal-bidu tas-Soċjetà, kien ukoll mastrudaxxa prim, u allura kien tahom parir li jekk din il-bradella riduha ta’ klassi, din riedu jagħmluha tal-ġewż, però kien wissihom li dan il-materjal huwa tqil. L-enerġija żagħżugħa, li kienet il-mutur tal-kumitat ta’ dak iż-żmien flimkien mal-maturità tal-President is-Sur Anthony Camilleri u Grezzju Pullicino bħala kaxxier kienu ddeċidew li din il-bradella ssir tal-ġewż. Il-kumitat qabel ukoll li din tinħadem għand l-imgħallem Ġużeppi Galea ta’ Ħal Luqa. Kien ġie deċiż li din il-bradella tibda tintuża sia għall-Irxoxt u anke għal San Pietru imma matul dan iżżmien il-kumitat kien infurmat li din ma kinitx se tkun lesta sal-Irxoxt u għalhekk kellha tiżżanżan fil-festa ta’ San Pietru tas-sena 1999.
PIROTEKNIKA
it-28 ta’ April 1998 ressqu quddiem il-kumitat tas-Soċjetà l-idea biex issir statwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-kumitat aċċetta bil-ferħ din ilproposta. Ġimgħa wara l-proposta, proprju fil-5 ta’ Mejju tal-1998, il-Kummissjoni marret għand l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u kkummissjonatlu din l-opra artistika. L-ispiża għall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt waħdu laħqet it-Lm800 (ekwivalenti għal 1,863 Ewro) u dan apparti l-ispejjeż l-oħra bħall-bradella, niċċa u tagħmir ieħor. Il-pjan ta’ din il-Kummissjoni kien li l-Irxoxt ikun lest u jiġi rregalat lis-Soċjetà għall-Għid il-Kbir, tal-4 t’April tal-1999.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Il-Koppja Ingliża li fl-1999 inzertat preżenti għall-ewwel manifestazzjoni tal-Irxoxt u tant kemm baqgħet imsaħħra bis-sbuħija tal-vara u talmanifestazzjoni li la darba rritornaw lura l-Ingilterra bagħtulna frame b’ritratt tal-vara u fjura mnixxfa minn dawk li kienu ntefgħu fuq il-vara millgallarija. Dan il-frame għadu mwaħħal fis-Sede tas-Soċjetà sal-lum.
Waħda mid-dikjarazzjonijiet li kienu nħarġu fuq il-gazzetti, kif kienet imġiegħla tagħmel is-Soċjetà mill-awtoritajiet Ekkeżjatiċi ta’ dak iż-żmien.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
37
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
L-Irxoxt jasal quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ fl-ewwel manifestazzjoni tiegħu tal-1999. Innutaw li kien mingħajr pedestall. Din is-sena ħriġnieh fuq il-pedestall ta’ San Pietru.
Delivery in the evenings Gluten Free Food available
St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422 • Mob: 7928 4321
3, Triq il-Folklor, Qajjenza, Birżebbuġa Mob: 7945 6565 Monday to Saturday: 6.00am - 7.00pm Sunday: 6.00am - 1.00pm
For all your daily needs Fresh fruit and vegetables
BOV CARDS
capture the moment with your new BOV card You can be a winner.*
Apply for and use your new BOV Visa Classic Card and you can win one of twelve GoPro Hero5 every week or a grand prize of a 12-inch Macbook. *Terms and conditions apply.
2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Ĺťakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130
Card Usage Summer '17 A5 landscape.indd 3
28/06/2017 15:04:34
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ
Jerġa joħroġ l-Irxoxt din id-darba bil-barka tal-Knisja f’Ħadd il-Għid 2017, 18-il sena wara l-ewwel manifestazzjoni fost il-ferħ kbir tan-nies. Din id-darba ħriġnieh mill-Bieb tas-Sede tal-Pjazza. Fil-gallarija kien hemm l-Uffiċjali kollha tal-Kumitat kif ukoll l-Ewwel President tas-Soċjetà Anthony Camilleri li taħtu kien sar l-Irxoxt. Huwa ppreżenta għotja sabiħa ħafna ta’ flus.
SEZZJONIJIET
Ironikament, għalkemm kienet ilha ppjanata sa mill-1998, din ilbradella artistika ntużat għall-ewwel darba mal-Irxoxt proprju din is-sena li erġajna ħriġna bih!
BANDA MUŻIKALI
Is-Soċjetà ssib ruħha f’morsa Iż-żmien beda għaddej u kien riesaq żmien ir-Randan għassena 1999. Mela ġara, anke possibilment bis-saħħa ta’ tixwix minn xi ħadd jew entità, il-knisja saret taf li s-Soċjetà tagħna kienet qed tagħmel Irxoxt u kienet se toħroġ bih f’manifestazzjoni. Jekk sa
dak iż-żmien f’każijiet simili l-knisja ma tkellmet xejn, din id-darba l-knisja interveniet! Mela ġara li jum fost l-oħrajn il-kaxxier avviċina lis-segretarju Joseph Caruana u qallu ‘Ġuż, ilbieraħ kellimni l-kappillan u qalli li l-kurja xejn mhi kuntenta li se nagħmlu Rxoxt u jekk se noħorġuh se jkollna l-problemi.’ Flimkien tkellmu malPresident u sejħu laqgħa tal-kumitat urġenti. Il-kappillan kien anke bagħat ittra bil-miktub dwar dak li kien irraporta qabel il-Kaxxier. Ta’ min jemfasizza però li din ma kinitx deċiżjoni tiegħu u lanqas kien hu li xpruna kollox. Kienet laqgħa li ma riedet tintemm qatt u tistgħu taħsbu l-moral kif waqa’. Peress li s-Soċjetà nnifisha ma kinitx direttament involuta fil-kummissjoni tal-istatwa, dato li kienet qed tinġabar mill-partitarji, minn Kummissjoni biex inkunu preċiżi, il-President kien poġġha fuq il-mejda tal-kumitat il-mistoqsija ndirizzata lis-segretarju jekk kinitx saret kummissjoni mis-Soċjetà biex tiġi ordnata statwa tal-Irxoxt u r-risposta tas-segretarju kienet naturalment ‘Le’. Is-Sur Joseph Caruana kien fehem il-kunċett u l-punt tal-President. Teoretikament kien korrett però kulħadd kien konxju li ħafna mid-donaturi kienu parti mill-kumitat u li fi ftit jiem oħra l-benefiċarja tal-istatwa kienet se tkun is-Soċjetà nnifisha. Wara diversi opinjonijiet ġie deċiż li s-Segretarju flimkien mal-Kaxxier Grazio Pullicino u l-konsulent legali Dr. Bernard Grech jiltaqgħu mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi biex isibu soluzzjoni. Saru bosta laqgħat mar-rappreżentanti tal-Knisja fosthom ma’ Dun Anton Portelli u ġew imressqa diversi proposti però l-Knisja baqgħet dejjem issostni l-istess pożizzjoni. Ma riduniex inkunu bħal ħaddieħor u noħorġu l-irxoxt mis-Sede tas-Soċjetà. Qalulna li kienet qed tittieħed deċiżjoni li ma jiżdidux iktar statwi. Qalulna wkoll li ma kinitx diċenti li tgħaddi bi xbieha ta’ Kristu mix-xatt waqt li jkun hemm nies ‘nofshom għarwiena’ jgħumu. Però s-segretarju kien ikkontesta din ir-raġuni għax bl-istess argument mela kemm kienet aktar pastażata li s-sagrament jgħaddi qalb in-nies ‘għera’
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Pjazza mimlija nies li ġiet tara l-Irxoxt ta’ Birżebbuġa wara tant snin ta’ stennija, sagrifiċċju u tbatija.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Il-President Alexander Caruana jpoġġi l-bandalora ma’ idejn Kristu Rxoxt bħala ġest ta’ inawgurazzjoni, u b’hekk tkun tista’ tingħata bidu din ilmanifestazzjoni reliġjuża.
40
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Kristu Rebbieħ fuq il-Mewt quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’. It-triq mimlija nies turi l-istennija kbira u l-apprezzament ta’ dak li ġara.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
41
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
Ma setgħetx tonqos il-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt li saret fix-xatt ħdejn l-għassa tal-pulizija.
Jiġu kważi influwenzati istituzzjonijiet oħra Tajjeb li ngħidu li l-Kumitat xtaq li din l-ewwel manifestazzjoni tieħu forma ta’ Pagaent ħaj bis-sehem ta’ suldati Rumani u personaġġi. Ried ukoll jissellef xi valzi u mużika minn għaqdiet li dak iż-żmien kellhom rabta magħna anke minħabba li s-surmast direttur tagħna kien qed iservi ta’ assistent u għalliem ma’ diversi baned. Madankollu sia l-personaġġi u sia l-baned li ridna xi mużika mingħandhom ma tawniex għajnuna għax indunaw li l-Knisja kienet qed topponi u semgħu bit-theddid li kien qed isir fil-konfront tagħna, tant li kien hemm min beda jgħid li min kien se jgħinna kien se jispiċċa huwa wkoll fil-mira tal-knisja. Fil-fatt wara dan l-akkadut ħareġ id-digriet mill-Isqof kontra t-twaqqif ta’ baned ġodda f’lokalitajiet fejn kien hemm diġà baned eżistenti. Il-banda tagħna allura baqgħet ma ngħatat l-ebda għajnuna mingħand ħadd u kellha tiddobba b’li kellha. Imma minn din l-istorja joħorġu aktar fatti interessanti. Wara d-deċiżjoni tal-kumitat, is-Segretarju Ġenerali applika għallpermess tal-Pulizija. Kif kienet in-norma, is-segretarju beda billi ġab l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali. Dawn għall-ewwel bdew ikaxkru saqajhom imma wara li tressqu l-provi li aħna bħala Banda ma kellniex bżonn permess mill-Kurja biex indoqqu, il-Kunsill Lokali tana l-awtorizzazzjoni tiegħu. Nixtieq inżid li kull pass li għamilna dejjem sar b’konsultazzjoni tal-konsulent legali Dr. Bernard Grech li ħadem qatiegħ biex fl-aħħar wasalna u dan ix-xogħol għamlu kollu bla ħlas u minn qalbu bħala iben dan ir-raħal għażiż. Wara dan kien imiss li nieħdu l-permess l-għassa tal-Pulizija taż-Żejtun, imma wara xi jiem ġejna nfurmati li kien hemm il-problemi biex il-permess joħroġ! Fuq parir tal-Avukat Bernard Grech ressaqna rikors il-Qorti kontra l-Awtoritajiet Ċivili fejn allegajna li kien qed jinkiser dritt fundamentali tal-bniedem u qed issir inġustizzja magħna. Xi jiem wara l-Assistent Kummissarju nfurma b’telefonata lis-segretarju eżekuttiv biex imur l-għassa taż-Żejtun u jħallas ilpermess tal-Pulizija għall-manifestazzjoni bl-istatwa tal-Irxoxt. Issegretarju Joseph Caruana informa lill-uffiċjali tal-kumitat eżekuttiv u lil Dr. Grech. Dan tal-aħħar tah parir biex iċempel id-Depot u jistaqsi għalih sabiex tiġi verifikata l-aħbar. Is-segretarju għamel kif qallu u l-Assistent Kummissarju b’nofs tbissima qallu li kienet realtà. L-aħbar mill-ewwel bdiet tinxtered ma’ Birżebbuġa kollha. Is-Sur Joseph Caruana jgħid emozzjonat daqs li kieku kien qed
BIRŻEBBUĠA
l-Irxoxt għaddej minn Triq Sant’Anġlu. Folla kbira ta’ nies akkumpanjatu matul it-toroq ta’ Birżebbuġa.
fil-festi ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Ġesù li jsiru aktar tard għall-ħabta ta’ Ġunju fl-eqqel tas-Sajf?! Dak iż-żmien il-purċissjonijiet ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Ġesù kienu jgħaddu mix-xatt. Wara li raw li t-taħdidiet ma kienu se jwassluhom għal imkien, fil-laqgħa tal-kumitat eżekuttiv ta’ wara, is-segretarju u l-kaxxier infurmaw lill-kumitat bil-fatti. Mhux hekk biss, imma dakinhar riedu wkoll jieħdu deċiżjoni x’se jagħmlu. Is-Soċjetà kienet f’morsa mingħajr ebda preċedent. Kienet ġiet ordnata statwa li kienet waslet biex titlesta’ u fl-istess ħin, fejn qabel il-Knisja qatt ma kienet interveniet fuq materja simili, din id-darba kienet iddeċidiet li tagħmel twissijiet b’theddid serju. Il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv kellhom għażla li jew iwaqqfu l-ħolma u l-Irxoxt jitpoġġa fin-niċċa u ma joħroġ qatt u għalhekk ikun sar litteralment biex iżejjen is-Sede tas-Soċjetà jew inkella, anke jekk kontra d-deċiżjoni tal-knisja, joħorġu l-Irxoxt kif kienet ix-xewqa ta’ ħafna nies Birżebbuġin, li wkoll irridu nemfassizzaw li l-ewwel intenzjoni tagħhom kienet li dan ikun tal-Parroċċa u mhux tas-Soċjetà. Il-kumitat unanimament għalhekk qabel li jitkomplew il-preparamenti u l-Irxoxt joħroġ imqar darba, darba biss. Fatt importanti wkoll hu li l-kumitat kien ħa din id-deċiżjoni għax ma riedx li jaqa’ għaċ-ċajt. Ħafna nies kienu jafu li s-Soċjetà kellha fil-ħsieb li tagħmel dan l-Irxoxt u kulħadd kien ta xi donazzjoni u kulħadd kien qed jistennieh.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
That special place for your pictures & frames Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: 21657192 leonardo@onvol.net
EDITORJAL
Large selection of various sizes of frames. Importers of fine art prints. Original oil on canvas & acrylic. Prints on cotton. Lamination
SOĊJETÀ
Live Sports & Appetizers Karaoke on Friday & Saturday Booking for private parties • Mob: 9901 0178
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
HOUSEHOLD GOODS AND GIFTS 44E, BirΩebbu©a Rd., BirΩebbu©a Mob 9965 5586
SAN PIETRU APP.
OMAN’S FRUIT & VEG.
ANNIVERSARJI
9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery
Your Beauty Is Our Creation St Angelo Street, Birżebbuġa
Koupέus Hair Design by Duncan Paul Zammit Galea Hair Stylist & Colour Technician
BIRŻEBBUĠA
t: 21658763 m: 79929473 koupeushairdesign@gmail.com 42
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Wara 18-il Sena, il-Knisja ma tibqax issib oġġezzjoni li dan jinħareġ Sa ftit snin ilu, fil-Presidenza tas-Sur Jason Vella kien sar aċċenn dwar l-Irxoxt mal-Isqof Cremona dakinhar tal-viżta tiegħu fis-Sede tagħna fis-sena 2006, imma donnu li l-knisja baqgħet issostni l-punt tagħha. Konna ta’ spiss ngħidu bejnietna: ‘L-Irxoxt insewh ħbieb. Dak hemm se jibqa’ għal dejjem. ’ Ta’ kull sena f’Jum l-Għid il-Kbir, l-istatwa kienet tintrama jew fis sala jew fir-remissa tat-triq jew inkella fil-bieb il-kbir tas-shutter, li kien jeżisti, fil-bottegin tas-Sede, u kien ikun armat sabiħ kollu fjuri, dejjem bil-ħila u sforz id-devozzjoni tan-nies tas-Soċjetà tagħna. Imma x-xewqa tal-poplu baqgħet ma nqatgħetx. Ftit ġranet wara li ġie maħtur il-President attwali tas-Soċjetà, is-Sur Alexander Caruana nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2014, issegretarju, is-Sur Henry Bonnici kien qallu, li s-sur Ronnie Galea
L-Irxoxt jidħol il-pjazza akkumpanjat mill-Banda Birżebbuġa biex hemmhekk tintemm il-manifestazzjoni.
Ritratt ta’ tifkira bl-uffiċċjali u r-reffiegħa qalbiena li mexxew lill-Irxoxt għattieni darba wara 18-il sena.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
43
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
L-Għid il-Kbir tal-Ħadd 4 t’April 1999 Il-jum tal-Ħadd 4 ta’ April 1999, jum l-Għid il-Kbir wasal. Kulħadd kien kurjuż biex jara din l-istatwa tal-Irxoxt ta’ Birżebbuġa. Wieħed mill-ġurnali lokali bl-Ingliż kien kixef ftit din il-kurżità għax ippubblika ritratt ta’ din il-vara ma’ artiklu li xejn m’għamel ġid lisSoċjetà anzi kompla jitfa’ l-porvli fuq in-nar. Il-kumitat kien xtaq li din il-manifestazzjoni tkun ħielsa minn kull briju u saħaq li tkun devota u dekoruża xi ħaġa li ġiet riflessa fil-manifestazzjoni li kienet saret dakinhar filgħaxija. Il-ħin tant mistenni wasal u l-istatwa talirxoxt inġiebet mgħottija u tqegħdet quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’ fi Triq Birżebbuġa. Saret ċerimonja qasira li matulha l-istatwa ġiet irregalata lis-Soċjetà. Joseph Caruana, issegretarju ta’ dak iż-żmien jistqarr: ‘Niftakar li mill-gallarija tal-każin waqt iċ-ċerimonja rajt xmara ta’ nies timla’ t-triq kollha tas-Sede. Kien hemm nies daqs il-festa titulari. Kif inkixfet l-istatwa tal-irxoxt kulħadd infexx f’ċapċip kbir li meta niftakar inħossu bħallikieku għadu jidwi f’widnejna sal-ġurnata tal-lum. ’ Kien mument sabiħ u storiku imma xejn faċli għas-Soċjetà. Kien jidher ċar is-sodisfazzjon tal-Birżebbuġin li fl-aħħar kellhom l-Irxoxt. Fir-raħal sabiħ tagħna qatt qabel ma kellna ċ-ċans li ngawdu din il-festa flimkien bħala parroċċa waħda. Wara ċ-ċerimonja sar marċ pulit u serju mat-toroq ta’ Birżebbuġa. Mill-gallarija tal-każin intefgħu numru kbir ta’ fjuri friski. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990 ħadet dan l-impenn b’serjetà kbira u mexxiet kollox bid-dekor li kien jixraq. Is-Soċjetà għad fadlilha numru ta’ tifkiriet marbutin ma’ din l-ewwel ħarġa bl-Irxoxt fosthom korrispondenza u frame bi fjuri nexfin minn dawk li kienu ntefgħu mill-gallarija tal-każin. Dan il-frame flimkien ma’ korrispondenza kienu ntbagħtu bil-posta minn koppja Ingliża li kienet hawn Malta fuq btala u baqgħu msaħħrin blatmosfera sabiħa li kienet inħolqot bil-vara ta’ Kristu Irxoxt dakinhar li dan inħareġ l-ewwel darba. Dakinhar l-Irxoxt ħareġ, u aħna konna kollha xhieda ta’ din l-ewwel manifestazzjoni. Hija probabilment din it-tifkira li baqgħet ittimbrata ġewwa moħħna li kompliet timlina bittama tul dawn is-snin kollha. Li kieku din l-ewwel manifestazzjoni ma saritx kieku wisq probabli ma kienx ikun hemm entużjażmu u tama li xi darba din il-vara terġa’ toħroġ għax il-ferħ li ħass kull Birżebbuġi dakinhar kien kbir wisq.
Problemi Kbar u Serji Dan il-ferħ ma tantx dam jirrenja. Fit-tieni jum wara l-Għid il-Kbir, nirċievu ittra mill-Kurja fejn ġejna infurmati li peress li ma obdejniex l-istruzzjonijiet tagħhom il-banda tagħna ma setgħetx tieħu iktar sehem fil-festa ta’ San Pietru. Mhux talli hekk imma talli ma stajniex lanqas nieħdu sehem iktar f’festi organizzati mill-knisja. Fi kliem ieħor ġejna qisna qegħdin hemm għalxejn. Dħalna f’inkwiet kbir. Fost il-membri kien hemm rabja kbira ħafna lejn il-knisja. Kien hemm ukoll min dehrlu li għandu jeħodha kontra l-kumitat għax kien iddeċieda li jkompli bil-preparamenti u joħroġ l-Irxoxt anke jekk kontra x-xewqa tal-Knisja. Waqt laqgħa tal-kumitat, is-segretarju Joseph Caruana u l-Kaxxier Grezzju Pullicino ġew fdati bl-inkarigu biex jiltaqgħu mal-awtoritajiet tal-knisja u tinstab soluzzjoni. Bla telf ta’ żmien dawn marru l-Gudja u kellmu lil Dun Evan Caruana, kappillan tal-Gudja, li fil-passat kien viċi kappillan ta’ Birżebbuġa u ħabib kbir tagħna. Hemmhekk huma talbuh biex jgħinhom u jidħol medjatur. Hu tahom parir biex imorru għand Dun Anton Portelli u jagħmlu apoloġija. Is-Sur Joseph Caruana qal: ‘Tlabnieh biex iwittilna t-triq u nemmen li xogħolu għamlu sew. Xi jiem wara jien u Grazio ltqajna ma’ Dun Anton fejn tlabnieh biex tinstab soluzzjoni. Għall-ewwel ma tantx kien jidher li se naslu, imma bl-għajnuna t’Alla wasalna. Hu qalilna biex nagħmlu apoloġija u stqarrija li mhux se noħorġu iktar l-istatwa tal-Irxoxt. Il-knisja insistiet ukoll li din tiġi ppubblikata fil-ġurnali kollha lokali bħala avviż bil-ħlas. Nixtieqkom tilbsu ż-żarbun li lbist jien dakinhar. Kemm ħassejtni umiljat. Però kien fi dmiri li nerfa’ r-responsabbiltà u hekk għamilt biex salvajt wiċċ is-Soċjetà. Nistqarr li dan kien stallett kbir ġo qalbi. Ma nistax ma nsemmiex l-ammont ta’ botti li rċevejna għal diversi snin filfesta bil-famuż katnazz, referenza għall-fatt li l-Irxoxt kien se jibqa ġewwa. ’
SAN PIETRU APP.
jgħix dak l-istess mument: ‘Lanqas ilħaqt xrift il-barra biex ninżel il-każin fejn sħabi biex mingħalija nwasslilhom l-aħbar li ma ntbaħtx li dawn kienu ġa jafu għax rajt il-bandiera tar-reliġjon tperper fuq ilbejt tal-każin’. Is-Sur Caruana jgħid ukoll ‘Jekk miniex sejjer żbaljat dan kien proprju lejlet Ħamis ix-Xirka. Tistgħu taħsbu kemm kienet diffiċli biex insibu l-bandisti però bid-determinazzjoni u l-moral għoli li kellna dan għamilnieh fl-iqsar żmien. ’
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
xtaq jitkellem mal-uffiċċjali b’mod personali ħafna. Is-Sur Alexander Caruana jgħid: ‘Ħa nkun onest. Ma kontx qed nobsor li ried ikellimni dwar l-Irxoxt. Ħadt qatgħa, għax bdejt nibża’ li hemm xi ħaġa oħra li jien ma kontx naf biha u li allura issa kien ser ikolli nerfa’ responsabbiltà tagħha ladarba kont ġejt maħtur President tas-Soċjetà. ’ Ftit jiem wara Ronnie kien mar u kellimhom dwar ixxewqa tiegħu biex is-Soċjetà tagħmel xi ħaġa biex il-knisja tagħtina l-permess tal-Irxoxt. Is-Sur Alexander Caruana jkompli jgħid li dakinhar bejnu u bejn ruħu beda jgħid: ‘Imma possibbli? Minn daqs dawn diffikultajiet, din hija l-ikbar issue li għad għandhom ħafna partitarji tas-Soċjetà?’ Il-President Alex Caruana jistqarr li dakinhar beda jifhem verament x’kien ifisser għal Ronnie u għal ħafna nies oħra tas-Soċjetà li jerġa’ jibda joħroġ l-Irxoxt. Ma ninsewx li Ronnie kien wieħed minn dawk li ġabar għall-Irxoxt sabiħ tas-Soċjetà fl-1998 u l-1999. Jiftakar li Ronnie kien qallu: ‘Alex, fik qed nara l-bniedem li bil-kuntatti li għandek u peress li int ta’ ġewwa malknisja, tista’ tirranġa biex il-poplu ta’ Birżebbuġa jkun jista’ jerġa’ jibda jorganizza din il-festa ta’ Kristu Rxoxt. ’ Il-President Alexander Caruana jgħid ukoll li fil-laqgħa li kellhom ma’ Ronnie dan kien saħansitra ssuġġerielhom biex jitkellmu mal-awtoritajiet tal-knisja u jekk ikun hemm bżonn anke jinvolvu l-banda l-oħra ta’ Birżebbuġa biex indoqqu flimkien. Alex Caruana jgħidilna li wara dik il-laqgħa huma talbu laqgħa mal-kappillan Dun Anton Galea Scannura, imma l-kappillan stqarr li l-awtoritajiet tal-knisja ma ridux jaċċettaw. Sa sena wara, il-President flimkien mal-Kumitat baqgħet issir pressjoni fuqhom sabiex ikomplu jaħdmu u jagħmlu pressjoni biex it-talba tagħna tiġi milqugħa. Hawnhekk erġajna kellimna lillkappillan u għidnilu bil-pjan tagħna li fost oħrajn l-istatwa tingħata lill-parroċċa u tibda tintrama l-knisja u toħroġ f’purċissjoni fl-Għid filgħaxija akkumpanjata minn ‘mass band’ magħmula miż-żewġ baned lokali. Il-kappillan kien talab lill-President Caruana biex jikteb ittra b’dawn id-dettallji ħalli jressaqhom lill-awtoritajiet tal-knisja imma xorta bqajna fejn konna. Jgħaddu s-snin u ġara li fil-31 ta’ Marzu 2016, kienet saret attività fejn il-Monument ta’ Kristu Re ta’ Sciortino fil-Furjana imnedija mill-Għaqda Każini tal-Banda, imma dakinhar kważi ħadd ma kien attenda għaliha. L-Arċisqof preżenti, Charles J. Scicluna kien ġie jitkellem mas-Segretarju u l-Kaxxier li kienu attendew u qed jirrappreżentaw lis-Soċjetà tagħna. Dakinhar hu kien qalilhom li hu kien jaf bix-xewqa tagħna u ħeġġiġhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Għaddiet sena oħra u s-Soċjetà tul dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja bil-proġett ambizzjuż tar-rikostruzzjoni tal-parti l-ġdida tas-Sede. Bix-xogħol enormi u ta’ piż fuq il-Kumitat u l-membri volontarji numerużi tas-Soċjetà, lanqas biss kienet tgħaddilna minn rasna li noħorġu l-Irxoxt min-niċċa kemm għax konna mkissrin bix-xogħol tal-kostruzzjoni u kemm minħabba l-imbarazz li kellna barra minħabba x-xogħol, aħseb u ara kemm kienet ser tgħaddilna minn moħħna li noħorġu bih f’dimostrazzjoni!!! Imma hekk kif beda joqrob l-Għid, kien hemm vuċijiet insistenti li s-Siġġiewi Festival Brass Band bdiet ixxandar li se tagħmel statwa tal-Irxoxt u toħroġ biha fit-toroq tar-raħal tagħha akkumpanjata bil-banda tagħha stess. Din mill-ewwel qajmet diskussjoni fis-swali tas-Soċjetà tagħna, però dan ma jfissirx li din l-aħbar ħasditna jew li kienet determinanti biex l-Irxoxt tagħna jerġa’ joħroġ. Minnufih tkellimna mal-kappillan u dan qalilna biex nitkellmu mal-awtoritajiet tal-knisja. Dan seħħ nhar Ħadd il-Palm filgħodu tal-2017. Il-President attwali Alexander Caruana jgħidilna li dakinhar is-segretarju s-Sur Henry Bonnici kien qallu: ‘Issa jekk jgħidulna li kollox sew, x’ser nagħmlu minħabba li issa daħal iż-żmien u minħabba l-ispejjeż?’ U hu jiftakar li rrispondieh: ‘Jien żgur mhux ser inkun il-bniedem li ngħid ‘le’ għax ma rridx intellef dan il-ferħ lill-poplu ta’ Birżebbuġa li tant ilu jistennieh’. 44
Mela l-għada t-Tnejn 10 t’April 2017, is-Segretarju Henry Bonnici jerġa’ jagħmel kuntatt ma’ Rev. Frans Abdilla, il-Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi Maltin u f’messaġġ li se jibqa’ jirbombja f’widnejna għal għomorna kien qallu li l-knisja ma kinitx qed issib aktar oġġezzjoni li l-vara tal-Irxoxt tagħna tas-Soċjetà terġa’ tibda toħroġ kull sena fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Ma’ din l-aħbar kbira, b’mod immedjat applikajna mal-pulizja għall-permessi meħtieġa u t-Tnejn filgħaxija, is-segretarju sejjaħ seduta urġenti straordinarja tal-Kumitat fejn il-membri approvaw unanimament li l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt għandha toħroġ f’dimostrazzjoni akkumpanjata mill-banda tagħna. Ġie miftiehem li din kellha toħroġ wara ċerimonja qasira mill-parti l-ġdida tas-Sede f’Misraħ il-Knisja. Minnufih ingħatat l-aħbar fuq il-media soċjali uffiċċjali tas-Soċjetà u għal din l-aħbar diversi nies ferħu u saħansitra saru anke telefonati lill-uffiċċjali biex jivverifikaw u jisimgħu b’widnejhom stess għax ħadd ma ried jemmen. Kien hemm saħansitra minn beka bil-ferħ fost il-membri. L-għada stess il-President kien ħabbar l-istess aħbar fil-Programm ta’ mużika sagra li nagħmlu kull sena fil-Knisja tadDuluri. Bdew il-preparazzjonijiet. Id-delegat u l-assistent delegat kellhom l-ikbar uġiegħ ta’ ras, dik li jaraw kif f’ħamest ijiem jistgħu jgħaqqdu banda tajba, kif ukoll li jiġu ppreparati libretti ta’ valzi u marċi għall-istess okkażjoni. Erġajna għaddejna mill-istess ħaġa li konna għaddejna minnha fl-1999. F’ħamest ijiem għaqqadna banda b’ħoss tajjeb u anke għamilna librett b’numru sostanzjali ta’ valzi u marċi tal-okkażjoni. Ħadd il-Għid 16 t’April 2017: Ġurnata li se tibqa’ mfakkra tul is-snin Kien Ħadd il-Għid filgħaxija, is-16 t’April 2017 meta għall-ħabta tal-5:30pm kemm f’Misraħ il-Knisja, eżatt quddiem il-binja l-ġdida li xtrat is-Soċjetà kif ukoll fit-triq tas-sede ‘Ġawhra San Pietru’ bdiet tinġema folla kbira ta’ n-nies. Kulħadd kien qisu mibluh. Ħadd ma seta’ jemmen li dak li kien qed jiġri kien veru. In-nies ġiet bi ħġarha, ġiet ikbar fin-numru minn dakinhar li ħriġnieh l-ewwel darba fl-1999. Żgħażagħ li ma kellhomx ix-xorti jarawh tul dawn is-snin kollha ġew bi ħġarhom jaraw dak l-Irxoxt sabiħ li min jaf kemm kienu semgħu dwaru. Beda l-marċ minn maġenb is-Sede u tela’ l-pjazza. Il-President Alex Caruana flimkien mas-Segretarju Henry Bonnici u Walter Pace it-Teżorier xirfu mill-gallarija biex jagħtu bidu għaċ-ċerimonja li bħalha kienet saret ukoll fl-1999. Fil-gallerija ġie mistieden ukoll is-Sur Anthony Camilleri, Fundatur, President Emeritus ad Vitam, u Benefattur Ewlieni li rrapreżenta lill-ewwel grupp ta’ nies li kienu ġabru għal din il-vara u li ħafna minnhom sfortunatament laħqu mietu. Il-President irringrazzja lil kulħadd tal-attendenza u sejjaħ biex il-vara ta’ Kristu Rxoxt tinħareġ. Kien hawn li l-folla infaqgħet f’ċapċip kbir li jtarrax. Imbagħad l-ex-President Anthony Camilleri għamel diskors qasir u ppreżenta somma kbira ta’ flus bħala donazzjoni li minnu tħallas is-servizz mużikali. Grazzi lillPresident Onorarju Anthony Camilleri ta’ din l-għotja. Miegħu rridu nirringrazzjaw ammont ta’ nies li rregalaw mużika ġdida biex tidħol fil-librett tal-valzi u marċi. Tajjeb li nagħtu rendikont tal-marċi li ndoqqu: ‘Kristu Rxoxt 2017’ (Marċ Proċessjonali) ta’ Alex Caruana u addattament ta’ Simon Farrugia; il-marċ brijuż ‘l-Irxoxt’ ta’ Profs. Joseph Vella li ġie rregalat apposta għal din l-okkażjoni speċjali minn Josef Schembri; ‘Christus Vincit’ ta’ John Ivan Borg; ‘Easter Sunday’ (Valz) ta’ Patrick Cutajar; ‘Celebration Waltz’ ta’ Gabriel Muscat; ‘Strade Reale’ (Waltz no. 5) ta’ Mro. Etienne Spiteri; ‘Spring’ (Valz) ta’ Mro. Robert Magro; ‘Spring Waltz’ ta’ Patrick Cutajar; ‘Qam kif kien Qal’ (Valz) ta’ Luke Vella li kitbu apposta għalina u għal din l-okkażjoni; ‘Resurrection’ (Valz) ta’ Jonathan Abela; ‘Valzer Rosita’ ta’ Mro.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Fruit-Ella Grocer & Green Grocer
a new shop in 80, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa • Mob: 7958 5371
SEZZJONIJIET
Niżżuħajr lil Alla li dan il-kapitlu fl-istorja tas-Soċjetà tagħna ngħalaq b’wiċċ il-ġid. Aħna nemmnu li kienet biss ir-rieda t’Alla li riedet li wara 18-il sena l-Irxoxt jerġa’ joħroġ fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Persważi li ġibna ferħ kbir lil ħafna familji, speċjalment lil ħafna tfal li ġew bil-gzuz taħt l-ixbieha ta’ Kristu Rxoxt. Is-Soċjetà tirrikonoxxi l-kuraġġ ta’ dawk li bejn l-1998 u l-1999 welldu l-idea tal-Irxoxt; ġabru għalih u ħarġu bih proċessjonalment. Is-Soċjetà tiftakar u żomm fit-talb tagħha lil dawk il-membri benefatturi u kolletturi ta’ din l-ixbieha li laħqu ħallewna u ma setgħux jerġgħu jgawdu magħna lil Kristu Rxoxt fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Bonus Ca rd
You will find Groceries, Cheese-Counter (at very good prices), Fresh milk, Bread daily and Fresh fruit and vegetables.
BANDA MUŻIKALI
Free Delivery
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Opening Hours: Monday till Friday 6.00 - 12.30 & 15.30 - 19.30 Saturday 6.00 - 13.00 • Sunday 6.00 - 12.00 / Public Holidays Open till 12.00
EDITORJAL
Birżebbuġa meta l-marċ wasal fejn l-għassa. Għall-okkażjoni saru posters kbar u żgħar ta’ Kristu Rxoxt mill-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà li minnhom inbiegħu numru sabiħ waqt li kien għaddej il-marċ mit-toroq. Din il-manifestazzjoni se nibqgħu nagħmluha b’għożża kbira u se tidħol fil-kalendarju kulturali tar-raħal tagħna. Ħaġa sabiħa ħafna li l-poplu jingħaqad u jimxi wara x-xbieha ta’ Kristu rebbieħ fuq il-mewt. Nemmnu li din il-manifestazzjoni tista’ tkun ukoll okkażjoni biex tmiss il-qalb tan-nies u ssaħħaħhom fil-fidi. Huwa żball jekk f’dak kollu li jsir irridu bilfors ninterpretawh fin-negattiv. Qabel nagħlaq is-Soċjetà tixtieq tagħmilha ċara li ħadd iktar ma wassal biex din l-istatwa toħroġ imma ħarġet biss għar-raġunijet kif miktuba hawn fuq; wara ħafna taħbit u talbiet mill-istess Kumitat f’dawn l-aħħar snin. Aħna ċerti li din il-festa se tkompli tikber bil-kbir fis-snin li ġejjin.
SOĊJETÀ
John Mamo; ‘Walzer Bianco Nero’ ta’ Etienne Spiteri; ‘Flowers in Spring’ (Valz) ta’ Patrick Cutajar; ‘L-Irxoxt’ (Valz) ta’ Gabriel Muscat; u ‘Valzer no. 1’ ta’ Chev. G. Busuttil. Il-marċ għadda minn dawn it-triqat: beda minn quddiem issede ‘Ġawhra San Pietru’, tela’ l-pjazza fejn intlaqgħet il-vara u mbagħad il-marċ kompla billi għadda minn Triq Sant’Andrija, Sant’Anġlu, Żurrieq, San Ġwann, San Edwardu, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja fejn spiċċa. Kif il-marċ wasal quddiem is-Sede, l-Irxoxt iddawwar wiċċu lejn il-każin u beda jinħaraq in-nar. Folla kbira ta’ nies akkumpanjat il-vara hi u dieħla l-pjazza. Il-marċ intemm kif kien beda jiġifieri bl-Innu ‘Cristus Vincit’. Bħas-sena 1999 kollox sar bl-ikbar dekor u rispett. Meta l-istatwa waslet ix-xatt ma setax jonqos li l-partitarji jagħmlu t-tiġrija tradizzjonali bi ‘Kristu Rxoxt’ li ħafna kienu qed jistennew. Il-Kunsill Lokali ħa l-okkażjoni wkoll li jqassam diversi figolli tajbin lit-tfal ta’
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Mob: 99451094 Mob: 99441246 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
45
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
Tombla Tickets Tal-Prima Cloakroom Tickets Tal-Fiera X2 X3 X5
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
L-Arċisqof Charles J. Scicluna Jiktbilna Sunett dwar San Pietru u l-Ħelsien tiegħu Mill-Anġlu Josef Schembri
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Forsi ftit jafu imma l-Arċisqof tagħna, Mons. Charles J. Scicluna barra li huwa l-Isqof preżenti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta huwa wkoll Poeta, u poeta tajjeb ħafna. Dan sirt nafu meta s-sena li għaddiet kont qiegħed f’lokalità u waqt servizz mużikali smajt uffiċċjal ta’ għaqda jaqra poeżija mibgħuta lilhom mingħand l-Isqof stess. Irrid ngħid li dakinhar l-istess għaqda kienet għadha kif ingħatat konċessjoni speċjali mingħand l-Isqof u barra dik ilpoeżija, għal din l-okkażjoni, il-kappillan tal-istess lokalità kien qara wkoll messaġġ profond immens mibgħut ukoll mill-Isqof. Irrid ngħid li dan il-messaġġ ilqajtu b’qalb miftuħa daqs l-istess poeżija li kien għadu kif bagħat. Il-messaġġ, għalkemm kien indirizzat speċifikament għal dik ilkomunità, ħassejt li kien jgħodd ukoll għall-kumplament ta’ Malta, tal-Maltin kollha li jħobbu l-kultura reliġjuża popolari Maltija. Dan kien messaġġ ta’ tama kbira. L-Isqof preżenti huwa viċin ħafna ta’ dawk il-Maltin li jgħożżu l-festa tradizzjonali Maltija u festi oħra liturġiċi li jiġu matul is-sena bħallĠimgħa Mqaddsa. Huwa emfasizza d-djalogu, il-paċi, u l-bon-sens bejn l-aħwa, kif ukoll is-sehem tagħna fil-qima lejn Alla fis-sagrifiċċju tal-quddiesa. Kif tafu dan l-Isqof xolja diversi issues li kienu ilhom pendenti f’diversi parroċċi madwar Malta. Wara li dawn l-issues ġew solvuti, kontra dak kollu li kienu qed jgħidu qabel in-nies, ma nqala l-ebda nkwiet, anzi l-affarijiet marru ħafna aħjar fil-komunitajiet. Għal dan kollu dan l-Arċisqof għandu jibqa’ rikonoxxut. Kien u għadu viċin qalb id-dilettanti, semagħhom bil-kwiet u b’paċenzja kbira, fehem il-weġgħa u diversi drabi ra li l-impediment li kien hemm ma kien qed jagħmel l-ebda sens u lanqas ġid. Issa l-qalb ta’ ħafna dilettanti mhux talli rtabet, imma talli nfetħet iktar għal dak li jgħid l-Isqof fuq kwistjonijiet ta’ tagħlim reliġjuż. Lejn l-Isqof Scicluna hemm gratitudni kbira għax huwa tassew viċin in-nies. Is-sena li għaddiet, fil-bidu ta’ Ġunju, kelli kuntatt miegħu u rrimarkajtlu sew dwar il-messaġġ sabiħ li kien kiteb u anke dwar dik il-poeżija ħelwa li kien kiteb lil dik l-għaqda. Jien saqsejtu jekk kellux il-pjaċir jiktbilna waħda, filwaqt li skużajt ruħi miegħu għax nifhem li persuna f’dik il-pożizzjoni min jaf kemm ikollha taħbit u xogħol x’tagħmel imma hu qalli ‘Nagħmel mill-Aħjar!’. Għadda Ġunju u għadda Lulju wkoll u fil-ħidma intensa tal-festa li kont għaddej biha, speċjalment bil-ktieb tal-festa, hekk xi kultant kont niftakar fil-poeżija tal-Isqof u bejni u bejn ruħi kont ngħid ‘U ma tarax li l-Isqof se joqgħod jinħela miegħi biex jiktibli poeżija, meta quddiemu min jaf kemm jara nies differenti b’kull tip ta’ diffikultà!? Kif jista’ jkun jiftakar fija?’ Lill-Isqof kont nifhmu u tant kemm kont naf li hu mħabbat li mażżmien l-idea li nirċievi poeżija mingħandu kont ikkanċellajtha minn moħħi, sakemm it-Tnejn l-1 t’Awwissu 2016, jum il-festa Liturġika 46
ta’ San Pietru fil-Ktajjen, u l-ġurnata li fiha konna se noħorġu lil San Pietru minniċċa, nirċievi korrispondenza li fiha kien hemm Sunett dwar San Pietru u l-ħelsien tiegħu mill-anġlu tal-Mulej iffirmata minnu. Bdejt ngħid ‘Possibbli imma li wara dawn ix-xahrejn l-Isqof ftakar li kellu jiktibli poeżija? Possibbli li baqa’ jiftakar fija, lili bniedem komuni, daqs dawk nies li jarawh u jkellmuh kuljum?’. Lanqas ridt nemmen, imma fl-istess ħin kont tassew kuntent sia għalija u anke għas-Soċjetà tagħna. Tassew fakkritni f’dik l-istorja tar-ragħaj it-tajjeb li għal dik in-nagħġa mitlufa għal ftit minuti telaq il-merħla li kellu biex imur ifittixha. Dakinhar l-Isqof tani verament x’nifhem li hu veru ma jinsa lil ħadd u li jinsab verament qrib kull dilettant. Imbagħad għidt li probabilment qagħad jistenna l-festa ta’ San Pietru filKtajjen (1 t’Awwissu) biex jibagħthieli jew inkella forsi sar jaf li minn dik il-ġimgħa l-parroċċa tagħna kienet se tiftaħ il-festa titulari tagħha. Kienet x’kienet ir-raġuni, is-sunett wasal fl-iktar ġimgħa għażiża għalina. Li kieku waslet ftit qabel kont nippubblikaha fuq il-ktieb tal-festa imma l-ktieb kien diġà lest u kien wasal biex jitqassam dik il-lejla stess fuq iz-zuntier fil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Bejni u bejn ruħi għidt: ‘Mela issa nippubblikawh għall-membri tagħna s-sena d-dieħla’, u hekk għamilt u għalhekk qegħdin tarawh.
‘Pietru Fil-Ktajjen’
Pietru fil-ktajjen mgħasses mis-suldati; Jilma f’dawl qawwi l-Anġlu tal-Mulej. Daqqa fuq ġenbu tqajjem lill-Appostlu: “Qum malajr” qallu b’leħen ta’ feddej. Dlonk mal-kelmiet il-ktajjen waqgħu f’daqqa! “Tħażżem!” kien l-għamar, “Ilbes il-qorq tiegħek”, “Dawwar mantarek; Ejja fis warajja: Ifhem li Alla llum il-Ħellies tiegħek”. Pietru imgħaġġeb mexa ma’ min wieżnu, Ħelsu mill-għases tant kiefra tas-sultan, Raw il-bibien jinfetħu mingħajr għadab, Ħarġu meħlusa bil-qawwa tas-Setgħan! Knisja ta’ Kristu itlob hekk ħerqana! Talbek għal Pietru jibqa’ il-kenn tagħna!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
+ Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta 1 ta’ Awwissu 2016
qiegħed jiddeskrivi l-istorja ta’ kif l-anġlu deher lil San Pietru u ħelsu mill-ktajjen, mentri fid-distiku li naraw fl-aħħar tal-poeżija, il-poeta jerġa’ jġibna għall-ġranet moderni tal-lum u jħeġġiġna biex bħalma l-ewwel insara kienu talbu għal Pietru waqt li kien qiegħed il-ħabs miżmum mill-ktajjen, anke aħna nkomplu nitolbu għall-Papa tal-lum għax b’hekk biss ikun jista’ ‘jibqa’ il-kenn tagħna’. Fl-antik, fil-festi kienu jintefgħu ħafna sunetti, inkluż f’Birżebbuġa. Dawn kienu jinġabru mill-parruċċani u mid-devoti minn mal-art u waqt id-dħul tal-vara kienu jaqraw minnhom biex joqogħdu ‘jqabblu’ quddiem ilvara.
SUPERSTAR BUTCHER
Triq is-Sajjieda, BirΩebbu©a • Tel: 21653082
BIRŻEBBUĠA
Fresh & Frozen Meat & Frozen Products Wishes clients a happy feast Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
L-Antifona Proprja tal-Festa ta’ San Pietru ‘Ad Vincula’: Solve Jubente Deo, Terrarum Petre, Catenas: Qui Facis Ut Pateant Coelestia Regna Beatis. Alleluia
EDITORJAL
Ħarsa letterarja lejn dan is-Sunett Mad-daqqa t’għajn mill-ewwel tinduna li din hija poeżija fil-forma ta’ ‘sunett’. Sunett hija poeżija ta’ 14-il vers bi 11-il sillaba. Kif tafu jeżistu żewġ forom ta’ sunetti: dak Petrarkjan u dak Shakespearjan. Dan li kitbilna l-Isqof Scicluna huwa sunett Shakespearjan, jew kif nafuh bejnietna bħala dak ta’ influwenza Ingliża. Il-kompożizzjoni ta’ dan it-tip ta’ sunett hija ta’ 3 kwartini u distiku fl-aħħar (strofa ta’ 2 versi). It-tema prinċipali hija dik tal-ħelsien ta’ San Pietru millAnġlu waqt li dan kien fiċ-ċella fil-ħabs ta’ Agrippa I (A. D. 42-44) f’Ġerusalemm (Atti 12: 3-19). Fl-ewwel tliet strofi ninnutaw li l-poeta
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
47
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Bozoz tal-Ħġieġ
EDITORJAL
Ludwig N Desira
Crystal Glass Malta
SOĊJETÀ
Kull tip ta’ Bozoz Tondi jew Ovali biex tipproteġi mit-trab Statwi, Bambini, Presepji u ħafna iktar. Xogħol tal-Kristall fin-Naplitan
SEZZJONIJIET
Bozoz Tondi qisien varji sa 40 x 80ċm Bozoz Ovali qisien varji sa 38 x 27 x 60ċm Mob: 9940 7186 fb/ludwignoel.desira Email: lullumt1@hotmail.com
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 48
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Mid-Dar tas-‘Sur Peppin’ Għas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’
25 Sena Mix-Xiri, mit-Twaqqiegħ u l-Bini Mill-Ġdid tas-Sede
Għall-festa tal-1992, il-każin kien fl-istat oriġinali tiegħu. Il-pjanijiet ta’ alterazzjoni tħallew għall-wara l-festa. Matul dik il-festa it-trumbettisti kienu ttellgħu fil-gallarija tal-injam biex minn hemm idoqqu l-fanfarra li biha kien jibda l-marċ ‘X’Każin għandna tal-Iljun’ tas-surmast Direttur Mro. Michael Bugelli, li llum sar ‘Innu Marċ ‘Inti l-Patrun Tagħna’. Dan il-marċ kien inkiteb eżatt dik is-sena u proprju biex tiġi ċċelebrata din l-okkażjoni. L-idea tat-trumbettisti fil-gallarija ma kienet saret qatt qabel f’Birżebbuġa u n-nies apprezzata ħafna.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
Dan kien il-briju li kien sar wara l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja fejn il-membri approvaw ix-xiri 11/12 Triq Birżebbuġa biex isir is-Sede tasSoċjetà. Innutaw il-kliem fuq il-flokkijiet li kienu saru apposta u l-kartellun. Fl-isfond tidher il-bajja kif kienet fl-antik, bil-villa l-qadima li kienet twaqqgħet. Innutaw ukoll il-ħwienet li jidhru wara l-partitarji.
Sa mit-twaqqif tas-Soċjetà bdejna nfittxu fejn ikun l-aħjar post biex nagħmluh każin. Mill-ewwel konna tfajna għajnejna fuq il-post li għandha llum is-Soċjetà, jiġifieri 11/12, Triq Birżebbuġa li qabel kienet id-dar tas-Sur Peppin li kien tabib. Imma din id-dar kienet ilha magħluqa snin u kienu qalulna li dan kien imsiefer. Niftakar il-President ta’ dak iż-żmien is-Sur Anthony Camilleri li kien qalli biex niktbulu għax hu kien jafu personalment forsi jikrihulna u hekk konna għamilna imma ma konniex irċevejna risposta lura. Għalhekk bqajna nfittxu post ieħor u sibna l-post 77, Triq Birżebbuġa li kien ħanut fil-Bajja ta’ San Ġorġ bl-isem ta’ Morning Star. Dan kien ilu magħluq ukoll però rranġajna mas-sid u krihulna. Dan il-post kien żgħir imma tal-inqas issa kellna x’imkien minn fejn stajna noperaw. Wara li għaddiet l-ewwel festa tagħna tal-1990 bqajna naħsbu fuq post alternattiv imma bqajna ma sibna xejn. Waslet imbagħad il-festa 1991 li kienet suċċess ikbar minn dik ta’ qabilha. Issa bdejt nintebaħ li s-Soċjetà ma setgħetx tagħmel iktar avvanz jekk ma jkollhiex każin ikbar. Ix-xewqa tiegħi dejjem kienet li nsibu post iktar ċentrali u viċin il-knisja. Ma kinitx faċli għaliex ħafna membri speċjalment dawk tal-inħawi ta’ San Ġorg kienu drawna hemmhekk u ma bdietx togħġobhom l-idea li mmorru lejn il-knisja għax bissaħħa tal-każin ċkejken li kellna kellhom post fejn setgħu jirrikkrejaw ruħhom, imma kif dejjem ngħid kull deċiżjoni jkollha t-tajjeb u l-ħażin tagħha u każin tal-banda idealment ikun fiċ-ċentru u preferibilment ħdejn il-knisja speċjalment għall-ġranet tal-festa. Kif bdiet is-sena 1992 bdejt inwassal il-messaġġ fil-kumitat li rridu nibdew infittxu post aħjar. Flus ma kellniex u għalhekk xejn ma beda jidher faċli. Postijiet bil-kera ukoll ma bdejnix insibu u beda jidher ċar li b’xi mod kien ser ikollna nixtru. Imma kif tista’ tixtri jekk ma jkollokx flus? F’April 1992 kont tkellimt mal-President Anthony Camilleri u mal-kaxxier, il-qatt minsi Grazio Pullicino li t-tnejn li huma qaluli li veru li biex tixtri diffiċli imma meta tixtri wara jkollok il-proprjetà tiegħek u dik tagħmel differenza kbira fil-futur. It-tnejn kellhom esperjenza kbira u ma bdewx jaqtgħu qalbhom. Jien esperjenza fin-negozju kien għad ma kellix. Kont għadni wisq żgħir dak iżżmien imma bl-esperjenza tagħhom u bl-entużjażmu tiegħi kont ċert li naslu żgur.
EDITORJAL
Tifkiriet ta’ Alexander Caruana
Il-ġurnata li fiha sar il-kuntratt tal-każin. Dan sar fil-binja stess.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
49
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL It-Tliet uffiċċjali tas-Soċjetà li ffirmaw il-kuntratt tax-xiri tas-Sede l-ġdida: IlPresident Anthony Camilleri, is-Segretarju Alexander Caruana u l-Kaxxier il-mibki Grazio Pullicino.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
L-Ewwel President tas-Soċjetà Anthony Camilleri jiffirma l-kuntratt. Irridu ngħidu li s-Sur Camilleri flimkien mal-familja tiegħu kienu daħlu garanti għal dan il-proġett peress li s-Soċjetà ma kellhiex assi oħra fuq xhiex tista’ tagħti garanzija.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Allura erġajna tfajna moħħna fuq il-post 11/12, Triq Birżebbuġa. Il-President kien qalilna li kien ser jistaqsi dwaru u sar jaf li l-post kien inbiegħ lil xi negozjanti u li minn hawn u minn hemm kien iddobba n-numru tagħhom. Dan ċemplilhom u dawn aċċettaw li jiltaqgħu magħna. Meta ltqajna qalulna li huma kellhom il-ħsieb li jħottuh kollu u jtellgħu 3 sulari binja u fil-fatt kienu ġa applikaw mal-PAPB (Illum il-Planning Authority). Però qalulna li jkunu lesti li jbiegħulna. Irridu hawnhekk insemmu lill-avukat Dr. Emmy Bezzina li għenna ħafna fin-negozjati. Is-somma mitluba kienet 22,000 Liri Maltin. Imma wara pressjoni aċċettaw li jagħtuhulna Lm20,000. Għalhekk ridna naraw mal-banek min seta’ jsellifna dawn il-flus. Il-Mid-Med Bank (Illum HSBC) aċċetta li jsellifna 13-il elf bil-kundizzjoni li jkun hemm min jagħmel garanti sakemm jitħallas id-dejn kollu. Ma bdejna nsibu lil ħadd sakemm fl-aħħar kien il-President Anthony Camilleri u l-familja tiegħu li daħlu garanti biex il-bank seta’ jsellifna dawn il-flus. Ta’ dan is-Soċjetà għandha tibqa’ grata lejh u lejn ilfamilja tiegħu għax kieku llum għad m’għandna xejn speċjalment meta tqis li l-proprjetajiet l-oħra li xtrajna wara għamilna tajjeb għalihom b’din il-propjetà li xtrajna fil-bidu. Fis-16 ta’ Mejju 1992 għamilna l-att tal-konvenju u sejjaħna immedjatament Laqgħa Ġenerali Straordinarja l-Ħadd 24 ta’ Mejju filgħodu fil-Lido Hall li b’entużjażmu kbir il-membri b’mod unanimu approvaw ix-xiri ta’ dan il-post. Jien u xi ħbieb tiegħi konna ġbarna l-flus bejnietna malajr biex nagħmlu marċ u hekk sar, hekk kif spiċċat il-Laqgħa Ġenerali, il-Banda Birżebbuġa daqqet marċ minn fejn il-Lido Hall għax-xatt sa Triq Birżebbuġa. Kien f’dak il-marċ li żżanżan il-marċ ‘X’Każin għandna tal-Iljun’ li kien kitbilna s-Surmast direttur Mro. Michael Bugelli b’xi melodiji li kienu ġew f’moħħi ftit ġranet qabel. Aktar tard dan il-marċ ġie elevat għal innu marċ bl-isem ‘Int il-Patrun Tagħna” però għad hawn ħafna li għadhom jirreferu għalih bħala “X’Każin Għandna tal-Iljun’. Kont ukoll ippreparajt injama fejn kont ktibt: ‘Dan il-Post huwa l-Każin il-Ġdid tas-Soċjetà Filarmonika Birżebbuġa’, għax dak iżżmien hekk kien jisimha s-Soċjetà u niftakar kif il-marċ wasal ħdejn il-post xi ħbieb tiegħi kienu refgħuni u jien sammart din l-injama mal-faċċata tal-post. Kien imbagħad fis-16 ta’ Settembru tal-istess sena meta konna ffirmajna l-kuntratt li sar fil-post stess man-nutar Dr. Patrick Critien. Imma minn Mejju malajr bdejna naħsbu għall-festa. Konna ddeċidejna li nnaddfuh u nbajduh u niftħu bar isfel għall-jiem talfesta. Konna ħdimna ħafna u rnexxielna. Konna anke waħħalna arblu tal-ħadid u għamilna armar għall-faċċata. Wara li għaddiet il-festa bdejna bil-pjanti biex nirranġaw il-post.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Wara l-festa bdew isiru l-alterazzjonijiet. Fir-ritratt jidher ukoll il-Perit Karmenu Vella. Mill-ewwel beda jidher li kien se jkun hemm ħafna alterazzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar ma kinux qed iħallu l-impatt mixtieq. L-idea li l-każin jitwaqqa’ u jinbena mill-ġdid bdiet tidher fil-bogħod. Pass kuraġġuż ħafna għal Soċjetà li kienet għadha titwieled.
50
It-twaqqiegħ tas-sede jidher fi stat avvanzat. Fir-ritratt jidher l-ewwel sular t’isfel ta’ kif kien qabel, bil-famuża spiżerija maġenbu, li sa dak iż-żmien kienet għada mhijiex proprjetà tas-Soċjetà. Tidher ukoll ir-remissa ta’ Bertu. Din kienet se tiġi dalwaqt proprjetà tas-Soċjetà, għax is-Soċjetà minn dejjem kellha nies li jħarsu fil-bogħod.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
51
ANNIVERSARJI
jinbena. Aktar tard ħadem ukoll Peter Camilleri (is-sigar) li għen ħafna biex ix-xogħol jitħaffew u l-bini kollu kien lest sas-sena 1996 imbagħad fl-1997 kien baqa’ il-frontispizju u l-apramorta u ttella’ arblu twil mal-faċċata li dak iż-żmien kien 60 pied li iktar tard kien inbidel u sar l-arblu itwal li għandna llum. Ma nistax ma nirringrazzjax lil tant voluntiera u benefatturi li għenu mhux biss biex inxtara dan il-post imma anke biex inħatt u nbena. Kien imbagħad il-jum tas-16 ta’ Settembru 1997 meta saru festi kbar fejn is-Soċjetà kienet ħalset il-loans kollha u il-post 11/12, Triq Birżebbuġa sar kollu proprjetà tas-Soċjetà tagħna.
BIRŻEBBUĠA
Għall-ewwel konna bdejna nagħmlu alterazzjonijiet żgħar imma bdew jiġu xi bennejja u kuntratturi fosthom Sunny Bonnici, Peter Camilleri (il-Pajju) u Victor Schembri u aktar tard Ronnie Galea li bdew jissuġġerixxu li jkun aħjar jekk inħottu kollox u nibnu każin mill-ġdid. Jien ħa nkun sinċier ma bdejtx naqbel magħhom għax kont naf li lanqas flus biex inħallsu l-loan ma kien ser ikollna aħseb u ara biex tibni każin sħiħ. Barra minn hekk ma xtaqtx li issa li kellna post ikbar nispiċċaw inħottuh u niġu b’xejn. Imma kulħadd jaf li jien noqgħod għal dak li tgħid il-maġġoranza u aċċettajt ukoll. Allura bdejna nitkellmu mal-Periti Michael Schembri u Karmenu Vella li dan tal-aħħar qalilna biex anke inħottu l-faċċata u ntellgħuha 3 sulari ħalli żgur ma nitilfux spazju. Applikajna mal-PAPB u bdejna nħottu. Kien Diċembru, kesħa u xita kważi kuljum imma jien u sħabi żgħażagħ konna nagħmlu ġurnata sħiħa nħottu kamra kuljum. Imbagħad filgħaxija kien jiġi Sunny bil-crane tiegħu u sħabu l-bennejja u jneħħu dak kollu li aħna konna nħottu għax aħna peress li ma konniex nifilħu l-ġebel konna nitfgħu għal isfel ġol-bitħa. Wara li ħattejna kullimkien, bdejna bil-pedamenti u malajr il-każin beda
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
Dehra tal-każin qed jiġi mwaqqa’ kif kien jidher min-naħa ta’ wara, x’aktarx mill-bitħa l-antika.
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin
PROGRAMM
Inkomplu Nsebbħu l-‘Ġawhra’ tagħna u Ngħinu lis-Soċjetà
EDITORJAL SOĊJETÀ
‘Sala Anthony Camilleri’. Issa illi din il-ħolma matul il-ġimgħa talfesta ser tkun qiegħda titwettaq, il-Kummissjoni f’Jannar li għadda kienet ħabret li ser tkompli bit-tieni parti ta’ dan il-proġett fejn ser isiru kwadri iżgħar b’xeni mill-ħajja tal-Patrun tagħna biex idawru l-istess sala. Il-Kummissjoni daħlet għal dan il-proġett konxja tal-ispejjeż kbar li għandu bħalissa l-każin u għal dan il-għan il-Kummissjoni offriet li tiffinanzja l-ħnejjiet li ser ikunu parti mill-proġett tal-estensjoni talkażin li ser jammontaw is-somma ta’ €1,700.00. Barra minn dan, il-Kummissjoni ikkontribwixxiet finanzjarjament b’għotjiet oħra meta kien hemm il-bżonn. Il-Kummissjoni biex tkun tista’ tiffinanzja dawn l-opri torganizza Coffee Morning kull ħmistax-il ġurnata, fil-ġurnata tal-Erbgħa u filkaż tal-pittura ħarġet skema ta’ ġbir. Hawn nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-benefatturi. Jekk hawn min jixtieq li jikkontribwixxi f’din l-iskema jista’ javviċina lil xi membru tal-kummissjoni. Matul is-sena l-Kummissjoni ħadet sehem f’diversi attivitajiet u servizzi li s-Soċjetà kellha bħall-programmi mużikali tal-festa; tal-Katedra u tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll fil-manifestazzjoni blistatwa ta’ Kristu Irxoxt. Il-Kummissjoni ser tkompli taħdem id f’id mal-Kumitat Eżekuttiv biex nassiguraw ruħna li s-Soċjetà tkompli miexja ’l quddiem. Qabel nagħlqu dan il-messaġġ, aħna nieħdu l-okkażjoni biex nawguraw il-festa it-tajba lil kulħadd, speċjalment lill-morda, lillanzjani u lil dawk li għandom għal qalbom il-Banda tagħna hekk magħrufa ‘tal-Iljun’. Viva San Pietru Appostlu.
Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin Wara Mix-Xellug għal-Lemin: Emanuel Mangion, Raymond Law Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Simon Micallef, Anthony Camilleri, Paul Zammit
Jiġi ppreżentatt l-abbozz tal-pittura l-ġdid waqt il-programm mużikali ta’ Lejlet il-festa 2016.
SEZZJONIJIET
Il-Kummissjoni ‘Tisbieħ tal-Każin’ għal sena oħra żammet l-istess membri li kellha f’dawn l-aħħar tliet snin; Anthony Camilleri (Chairman), Simon Micallef (Segretarju), Paul Zammit (Teżorier), Raymond Law (Vici Chairman) u Emanuel Mangion (Assistent Teżorier). Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-Kummissjoni Tisbieħ talKażin kompliet taħdem biex tiġbor il-fondi biex tkun tista’ tiffinanzja l-proġett ambizzjuż tal-pittura tal-ħelsien ta’ San Pietru illi meta tkun lesta, din ser tkun qiegħda ssebbaħ is-sala prinċipali tal-każin
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Cardiff Butcher Fresh & Frozen Meat Frozen Foods
1, Ûurrieq Road, BirΩebbu©a • Tel: 2765 2746 • Mob: 7932 7285 52
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Free Deliveries
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Ringrazzjamenti Profil tal-Pittur Josef Camilleri Il-Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin tirringrazzja Josef Camilleri twieled fis-17 ta’ Marzu 1971. lil dawn il-benefatturi li kkontribwew biex stajna Huwa beda l-istudji tiegħu fl-Arti u d-Disinn niffinanzjaw din il-Pittura: Anthony Camilleri, ġewwa I-iskola tal-Arti Salvatore Dimech ġo Alex Caruana, Frances Cassar, Rita Grima, ‘Tarġa Gap’ fl-età ta’ 16-il sena. Hemmhekk Emanuel Mangion, Simon Micallef, Kerry Salt, huwa studja l-pittura, l-iskultura u d-disinn Herman Schiavone, Paul Zammit, Pierre Zammit grafiku. Camilleri jisħaq li l-arti titwieled ġo fik. Il-Pittur Josef Camilleri u Stanley Zammit. Il-Kummissjoni tirringrazzja Hu stess ġej minn linja artistika li oriġinat minwkoll lis-Sur Roderick Cachia li sponsorja l-gwarniċ li qiegħed nannuh, l-istatwarju Wistin Camilleri. In-namra għall-arti ma ħallitlux għażla għajr li jidħol f’dan jakkumpanja l-pittura; lis-Sur Mario Chircop li ħadem il-frame ta’ il-qasam. Xħin lesta mill-istudji tiegħu beda jaħdem fir-restawr ġewwa li miegħu qegħda stirata l-pittura, kif ukoll lil Peter Camilleri ta’ Palazzo Parisio tan-Naxxar u fl-istess żmien kompla jieħu (il-Pajju) direzzjoni mingħand zijuh Alfred Camilleri Cauchi fejn fil-bottega tiegħu beda jħażżeż l-ewwel disinni ta’ Arti Sagra. Huwa beda jipperfezzjona fil-pittura u l-isfumar ta’ bandalori, pavaljuni, bnadar u dekorazzjonijiet ta’ pedestalli. Hu beda jiġi kkummissjonat xogħol minn knejjes, każini tal-banda u anke xogħlijiet privati. Huwa għallem l-immudellatura fit-tafal; l-iskultura fl-injam u l-ġebel u anke għallem il-pittura fl-lskola tal-Arti ġewwa Għawdex għal tnax-il sena sħaħ. Fis-sena 2000 intbagħat il-Belgju biex jirrappreżenta lil Malta fil-proġett ‘Leonardo’, fejn hemm ta dimostrazzjoni dwar id-disinn. Ħa sehem f’diversi esebizzjonijiet ta’ Arti kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu illum jinsabu l-lngilterra, l-Awstralja, il-Kanada u I-Amerika. Għalkemm Josef Camilleri huwa magħruf l-aktar fuq il-qasam tad-Disinn, il-pittura u l-isfumar t’Arti Sagra, hu għamel xogħol f’tinqix fl-injam u l-ġebla kif ukoll xogħlijiet privati fl-Arti Moderna u kontemporanja. Josef Camilleri huwa t-tielet bejn erba’ subien u llum huwa għandu żewġt Anthony Camilleri, Emanuel Mangion, Raymond Law u Paul Zammit malitfal. pittura li kkumissjonaw.
EDITORJAL
PROGRAMM
Pittura Sabiħa Għal Sede Maestuża
Il-Pittur Josef Camilleri qed jaħdem fuq il-pittura tas-Soċjetà tagħna.
BIRŻEBBUĠA
Il-Pittur Josef Camilleri flimkien ma’ Anthony Camilleri u Paul Zammit fil-istudjo tal-arti fejn qegħda tinħadem il-pittura.
Is-Soċjetà tirringrazzja lis-Sezzjonijiet u l-Kummissjonijiet kollha tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom. Inħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu membri mas-Soċjetà tagħna u jidħlu jagħmlu parti minn xi sezzjoni jew kummissjoni. Is-Soċjetà tagħna qegħda dejjem tikber u għandha bżonn ta’ aktar għajnuna ħallu nagħmlu minnha Għaqda stabbilità u awtonoma kemm jista’ jkun. Grazzi lil kulħadd. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
53
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa
Il-Ħames Anniversarju: Snin Mimlija Ħidma u Suċċes Benji Caruana
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Awwissu reġa’ qiegħed magħna, xahar li aħna l-Birżebbuġin dilettanti nkunu qegħdin nistennew bil-ħerqa għax fih niċċelebraw il-festa tal-Kbir Appostlu San Pietru Appostlu. Għaddiet sena oħra u jien ċert li kulħadd jiftakar bis-suċċess li kellna s-sena li għaddiet bl-imrewħa l-ġdida artistika fl-okkażjoni tal-25 sena mill-istatwa tas-Soċjetà. Din l-imrewħa ġiet maħduma fuq disinn u sfumar ta’ Pawlu Muscat bi ħjata ta’ Stefan Duca u pittura ta’ Antoine Farrugia. Il-ġmiemel saru minn Andreas Muscat mentri l-induratura tagħhom saret minn Ludwig Noel Desira. Din is-sena hija speċjali wkoll għax qed niċċelebraw il-ħames snin mit-twaqqif ta’ din il-Kummissjoni Armar fl-2012. Kienet sena mimlija u impenjattiva ħafna, minn attività għal oħra mingħajr waqfien ta’ xejn.
sorpriża. F’Novembru, għat-tielet sena konsekuttiva erġajna għamilna l-ħobż u l-boroż ta’ San Martin. F’Diċembru, għall-Milied, ħsibna biex nagħmlu disinji ġodda. Din is-sena għall-ewwel darba għamilna numru kbir ta’ siġar ġewwa l-pjazza, magħmulin mill-injam u l-bottijiet riċiklati biex inkunu nistgħu insebbħu u noħolqu ideat ġodda ta’ kif wieħed jista’ jarma. Armajna Triq Birżebbuga u Misraħ il-Knisja quddiem is-sede tagħna bid-dawl ġdid LED. Din is-sena għal żmien il-Milied erġajna għamilna l-ponsjetti, filwaqt li organizzajna għallewwel darba t-tqassim tar-rigali minn ‘Chirstmas Father’, kif ukoll organizzajna “New Years eve party”. F’Jannar, għalaqna l-ħames Anniversajru mittwaqqif tal-Kummisjoni Armar. Filġurnata tal-Anniversjaru għamilna ikla
PIROTEKNIKA
Rendikont xahar b’xahar L-għan ta’ din il-Kummissjoni jibqa’ dejjem dak li nkabbru l-armar li għandu x’jaqsam maċ-ċelebrazzjonijiet speċjali talAnniversarju u dawk li normalment nagħmlu matul is-sena. B’hekk se nagħti xi tagħrif dwar xi inizjattivi li ħadna. Il-Kummissjoni tagħna hija waħda attiva ferm u noħorgu b’diversi inizjattivi godda. Mhux ta’ b’xejn li ħaddieħor jikkopja sal-iċken dettal mill-attivitajiet li tagħmel il-Kummissjoni tagħna. F’Ottubru bdejna billi organizzajna l-famuża attività car wash biex inkunu nistgħu niffinanzjaw parti kbira mill-proġett tas-
SAN PIETRU APP.
Benji Caruana u l-Kummissjoni Armar Esterni Birżebbuġa jippreżentaw l-emblema l-ġdida ta’ din l-istess Kummissjoni fuq disinn ta’ Jeremy Cachia, waqt il-programm mużikali ta’ Lejlet il-festa 2016.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Kummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa Wara Mix-Xellug għal-Lemin: Paul Gafà, Alison Briffa, Francis Cassar, Peter Paul Caruana, Daniel Cutajar, Peter Cassar Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Jonathan Bonnici, Benji Caruana, John Taylor
54
John Taylor jippreżenta bandiera ġdida bl-emblema tradizzjonali ta’ Birżebbuġa lill-Kummissjoni Armar Esterni biex tiżżanżan mal-arblu tas-Sede tas-Soċjetà. Din il-preżentazzjoni saret fl-intervall tal-Programm Mill-Bandisti Għall-Membri ta’ Frar 2017.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Ammont sbieħ ta’ Siġar tal-Milied armati mill-Kummissjoni Armar Estern fil-pjazza ta’ Birżebbuġa li ħolqu atmosfera maġika fil-Milied.
Benji Caruana intervistat fuq l-armar tas-Soċjetà għal programm televiżiv lokali.
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
Mument ta’ attività soċjali bejn il-ħbieb ta’ din il-kummissjoni biex jiġi ċċelebrat il-5 anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-kummissjoni.
l-ward ta’ San Valentinu u bħas-snin ta’ qabel din kienet suċċess. F’dan ix-xahar, li fih niċċelebraw il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru, żejjinna t-triq u l-faċċata tas-sede tagħna. Waqt il-Programm ‘MillBandisti Għall-Membri’, il-Kav. John Taylor, li huwa membru f’din il-Kummissjoni, ippreżenta bandiera ġdida ta’ Birżebbuġa li se tiżżanżan il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2017 fl-10:00am. Il-ħjata u Pittura tagħha saret minn Antione Farrugia. F’Marzu, għall-ewwel darba organizzajna ‘Saint Patricks Day’ ġewwa s-sede tagħna u kienet ta’ suċċess enormi. Għal din l-attività għamilna stedina lill-partitarji ta’ Soċjetajiet oħra li bħalna jħaddnu l-kulur aħdar. B’hekk għaqqadna l-każini tal-baned li jġibu l-kulur aħdar, biex niċċelebraw din il-festa bħala familja waħda. F’April, ħadna ħsieb biex narmaw il-faċċata tas-sede tagħna fi Triq Birżebbuġa kif ukoll il-faċċata tas-sede tagħna f’Misraħ il-knisja għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Erġajna żammejna l-appuntament li bħala kummissjoni nieħdu ħsieb ilfjakolli għal Ħamis ix-Xirka. Sibt il-Għid qomna biex inneħħu l-armar tal-Ġimgħa Mqaddsa u nippreparaw għall-Għid il-Kbir, għax kif jaf kulħadd, wara tmintax-il sena reġa’ ħareġ Kristu Rxoxt idur mat-
SOĊJETÀ
bejnietna l-membri biex niċċelebraw is-suċċessi li ksibna. Fl-istess xahar organizzajna għall-ewwel darba maratona tal-billiard u liedna sponsorjata minn Mario Calleja. Il-liedna li nħadmet se tkun parti mill-liedna l-ġdida tat-triq tas-sede tagħna. Fi Frar, biegħejna
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Logħba futbol ta’ ħbiberija mal-Għaqda Armar u Festi Esterni tal-Fgura li magħhom għandna relazzjoni tajba ħafna.
Il-bandiera sekondarja tittajjar fuq l-arblu ta’ wara tas-Soċjetà, opra oħra ta’ din il-Kummissjoni.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
55
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
St. Patrick’s Party li għalih attendew diversi partitarji oħra ta’ għaqdiet tal-banda barra Birżebbuġa li bħalna jxejru l-kulur ħadran.
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
toroq ta’ Birżebbuġa. Erġajna għamilna l-figolli u kellna ammont sabiħ ta’ ordnijiet. F’Mejju, għall-ewwel darba ġejna mistiedna fuq ilprogramm ‘Mill-maħżen tal-Festa’ biex nitkellmu fuq il-Kummissjoni u fuq xogħolna, speċjalment dwar is-sorpriżi li nħejju fil-ġimgħa
EDITORJAL SOĊJETÀ
tal-festa. F’dan ix-xahar, is-Sur Kenneth Debono, segretarju talKummissjoni Armar u Festi Esterni 16 ta’ Lulju tal-Fgura, avviċinani biex norganizzaw logħba futbol ta’ ħbiberija bħala l-ewwel pass biex nagħmlu ġemellaġġ bejnietna. Matul dan ix-xahar ħadna wkoll ordnijiet mingħand in-nies biex nagħmlu ward għal Jum l-Omm li kienet ta’ suċċess kbir. Fix-xahar ta’ Ġunju ħadna ħsieb li narmaw iż-żewġ faċċati tas-sede, dik ta’ triq Birżebbuġa u tal-Pjazza għallpellegrinaġġ uniku li sar bl-ewwel vara ta’ San Pietru tal-Parroċċa li qed tagħlaq 70 sena mindu nġiebet Birżebbuġa. Il-Pellegrinaġġ sar ukoll biex jiġi mmarkat l-1950 Anniversarju Ġubilari mill-Martirju ta’ San Pietru Appostlu. Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw ilkappillan Dun Anton Galea Scannura tal-inizjattivi li qed jieħu għallparroċċa tagħna. Matul dan ix-xahar ħriġna wkoll niġbru bieb bieb biex inkunu nistgħu niffinanzjaw il-proġetti tagħna u biex bihom nagħtu pjaċir lilkom in-nies ta’ Birżebbuġa. Nirringrazzjaw lil kull min tana donazzjoni.
SEZZJONIJIET
Programm mill-isbaħ għall-Festa 2017 Il-festa hija l-qofol tal-vetrina tagħna bħala Kummissjoni. Bdejna billi l-Ħadd 16 ta’ Lulju tellajna għall-ewwel darba t-3 arblu fuq is-Sede maestuża tas-Soċjetà tagħna, sede li qegħda dejjem tikber. Fl-istess okkażjoni inawgurajna wkoll il-kanzunetta ‘Insellmulek’ kantata minn Danica Muscat fuq mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Stephen Baldacchino. Imbagħad il-Ħadd ta’ qabel il-festa 30 ta’ Lulju se ntellgħu r-4 arblu fuq is-Sede tas-Soċjetà.
BANDA MUŻIKALI
Maratona oħra tal-liedna organizzata minn din il-Kummissjoni.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Fl-Istudjo ta’ Philip Vella biex tiġi rrekordjata s-song ‘Insellmulek’
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Preparazzjonijiet mill-Kummissjoni biex jintrama l-armar tal-faċċata tasSede tal-Pjazza.
56
Jittella’ t-3 arblu fuq is-Sede nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2017
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Għall-ftuħ ta’ din il-faċċata se jkun hemm bosta sorpriżi fosthom idDJ Popolari Ryan Spiteri. Din il-faċċata nagħatajna għaliha ħafna għajnuna minn Ġorg Cutajar, Eman, Stefan Duca, Pawlu Muscat, Mario Baldacchino, Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira. Mal-ftuħ tal-faċċata ħa jkollna bosta sorpriżi oħra bħan-nar u kif semmejna diġa, spettaklu ta’ mużika moderna mħallta ma’ dik strumentali b’diversi effetti ta’ dwal u karti. Meta naqbad naħseb kemm kelli għajnuna minn diversi nies matul din is-sena naqbad nitħawwad u lanqas inkun naf minn fejn se naqbad nibda. Għalhekk ħbieb tiegħi, għan-nom tal-Kummissjoni Armar nirringrazzja lil sħabna kollha, lill-familji tagħna, in-nisa tagħna kif ukoll lill-ġirien tal-paċenzja li jieħdu bina. Nirringrazzja ħafna lil dawk li meta noħorġu b’inizjattiva jgħinuna billi jixtru l-prodotti tagħna jew jinqdew bis-servizzi tagħna. Nassigurahom li meta jagħmlu hekk ikunu qed jagħmlu investiment doppju għax bil-flus li tkunu qed tagħtuna aħna ninvestuhom għat-tkabbir tasSoċjetà tagħna u tal-festa ta’ San Pietru. Viva San Pietru u Viva l-Banda Birżebbuġa. San Pietru Appostlu, hekk kif Alla bagħat l-anġlu tiegħu biex jeħilsek mill-qerda ta’ Erodi, agħmel int li tħarisna u tinterċedi għalina quddiem Alla.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
57
BIRŻEBBUĠA
Kif kien xieraq anke l-Kummissjoni Armar Esterni tas-Soċjetà tagħna nidiet l-emblema tagħha. Din ġiet ikkummissjonata għand l-artist Jeremy Cachia taż-Żurrieq fis-sena 2016 u kienet lesta sal-festa tal-istess sena. Din l-emblema ġiet ippreżentata filKunċert Mużikali ta’ Lejlet il-Festa 2016. Naraw diversi simboli li jirreferu għall-armar u l-identità tas-Soċjetà tagħna, fosthom l-iljun. It-tliet bnadar u l-labardi tagħhom jirreferu għal Malta, għar-reliġjon u dik tal-Vatikan bħala rabta li għandna malAppostlu San Pietru. Indirettament dawn it-tliet bnadar flimkien mal-pavaljun t’isfel jirreferu wkoll għall-armar li tagħmel din ilKummissjoni. Naraw ukoll skudett bl-arma popolari ta’ Birżebbuġa kif ukoll it-trirenju u l-imfietaħ, simboli tal-Appostlu San Pietru.
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
L-Emblema l-Ġdida tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa A.D. 2012
SEZZJONIJIET
Iż-żewġ arbli li ttellgħu din is-sena huma rigal ta’ Chev. John Taylor u Jurgen Camilleri. Il-Kummissjoni Armar ħadmet bla qatiegħ ukoll biex għal dawn iż-żewġ arbli jinħadmu 2 festuni b’bozoz kollha LED. Nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lil kull min għinna bid-donazzjonijiet tiegħu. Barra minn hekk il-Ħadd 31 ta’ Lulju se nżanżnu wkoll bandiera ġdida ta’ Birżebbuġa mal-arblu prinċipali. Din ġiet irregalata lilna mingħand Chev. John Taylor fi Frar li għadda. Għal matul il-festa se nkunu qed invaraw diversi proġetti oħra. Insemmu pereżempju li għat-triq tas-Sede tagħna ġiet maħduma liedna kompletament ġdida, li parti minnha ġiet iffinanzjata minn Mario Calleja. Niġu issa għall-ġimgħa tal-festa u għall-programm prinċipali tagħna għal dawn il-jiem tant mistennija. Kif tafu issa l-marċi se jibdew jgħaddu mit-triq tas-sede u jispiċċaw f’Misraħ il-Knisja. Din se tkun qed tiftħilna orizzonti ġodda għall-futur. Se nkunu qed nassiguraw lin-nies bi briju spettakolari fil-pjazza kuljum. Aħna nagħmlu spettaklu tul il-ġimgħa sħiħa tal-festa imma għal din issena l-ġurnata ewlenija se tkun it-Tnejn 31 ta’ Lulju. Barra li se nkunu qed nilqgħu lura l-Vara Titulari mir-restawr se tkun ukoll ilġurnata li fiha se nvaraw il-proġetti prinċipali tagħna. Fl-okkażjoni tal-Ħames Anniversarju mit-twaqqif ta’ din is-sezzjoni se nkunu qegħdin ninawguraw il-famuża faċċata tas-Sede f’Misraħ il-Knisja.
BANDA MUŻIKALI
Il-kantanta brava Maltija Danica Muscat imwielda Birżebbuġa tinterpreta l-kanzunetta ‘Insellmulek’ għall-festa tal-2017.
PIROTEKNIKA
Ċelebrazzjonijiet Kbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju fl-Inawgurazzjoni talkanzunetta ‘Insellmulek’
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
J. CARUANA Panel Beating
Spray Booth Painting
Garage No 8, Dalli Industrial Estate, Tarxien Road, Gudja
Tel: 2166 5257 Mob: 9947 0521 Luke Caruana 7940 2626
Zaren Dalli Street, Birżebbuga Tel: 2165 8754 • Mob: 7959 1927 Wide selection of Mobile Phones LCD TVs, Hi-Fi, Sport Cameras & Accessories GO Services, Mobile Repairs & much more
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni
PROGRAMM
Aktar Żgħażagħ, Aktar Ħidma! Nikita Caruana
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Issa li reġgħet waslet il-festa tant għażiża għalina l-Birżebbuġin, il-ħidma tagħna ż-żgħażagħ tibda riesqa biex tilħaq il-qofol tagħha. Ċerta li ħafna minnkom għadkom tiftakru s-sorpriża li konna għamilna nhar it-Tlieta 2 t’Awwissu 2016 fil-festa tas-sena l-oħra, ġurnata li se tibqa’ memorabbli għas-Sezzjoni Żgħażagħ meta żanżanna l-arma tażżgħażagħ li wara li inawgurajniha fit-triq tal-każin, bqajna deħlin biha l-Pjazza bi briju kbir. Kienu bosta dawk li kienu ilhom jistaqsu dwarha u din is-sena nassigurawkom li din l-arma se terġa’ tkun fostna biex isebbaħ il-marċi brijużi tagħna u tagħti l-impronta personali tasSezzjoni tagħna li ilha mwaqqfa sa mill1991. Bħala Sezzjoni Żgħażagħ din is-sena, in-numru ta’ membri f’din is-Sezzjoni kiber ftit mhux ħażin u issa nistgħu ngħidu li qegħdin grupp tajjeb ta’ 14-il membru. Dan ikabbar iċ-ċans tagħna li naħdmu iktar għas-Soċjetà. Apparti minn hekk, dan jagħtina l-vantaġġ li jkollna iktar ideat varji biex inkunu nistgħu ngħinu aħjar lis-Soċjetà f’diversi modi. Għalkemm aħna ż-żgħażagħ bħal kull membru ieħor, għandna ħajja mimlija impenji, aħna xorta niddedikaw ħin volontarju sabiex naħdmu għal għan wieħed, dak li nkabbru isem is-Soċjetà tagħna u b’hekk niġbdu aktar nies lejha. Fuq kollox aħna nħeġġu aktar żgħażagħ sabiex jinġibdu iktar lejn is-Soċjetà tagħna u b’hekk inkomplu ngħinu fil-ħidma u l-involviment li titlob kull għaqda mużikali bħal
tagħna. Għalkemm il-festa tinvolvi ħafna xogħol u preparamenti, aħna bħala sezzjoni dejjem naħdmu sabiex intellgħu kemm jista’ jkun avvenimenti varji sabiex fl-aħħar mill-aħħar ngħinu lis-Soċjetà. Attivitajiet 1. Tournaments tal-Fifa: Is-Sibt 22 ta’ Mejju 2017 għall-ewwel darba ġie organizzat Fifa Tournament ġewwa s-Sala Anthony Camilleri matul il-gurnata kollha fejn bosta parteċipanti ħadu sehem u kkompetew f´tournament fuq playstation. Għal din l-attività kellna numru ta’ nies li ħadu sehem f’dan illogħob sabiex imbagħad bdew jiġu eliminati l-parteċipanti u b’hekk kellna rebbieħ finali. Il-parteċipanti li ġew flewwel u fit-tieni post ġew mogħtija premju li kien ‘Tazza’ u flus. Wara s-suċċess li kellna bl-ewwel Fifa Tournament, aħna bħala Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni qbilna li nerġgħu norganizzaw din l-attività għat-tieni darba. Din organizzajniha fil-15 ta’ Lulju 2017 mill-10am ’il quddiem ġewwa l-każin tas-Soċjetà tagħna. Għal darb’oħra reġa’ kellna
SAN PIETRU APP.
Il-marċ ta’ filgħodu ddominat mill-emblema sabiħa tas-Sezzjoni Żgħażagħ fil-marċ ta’ filgħodu 2016.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni Wara Mix-Xellug għal-Lemin: Ryan Micalllef, Christabelle Fenech, Jasmine Saliba, Michaela Chircop, Sasha Cini, Peter Paul caruana, Kurt Desira Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Jordi Żahra, Karl Farrugia, Andre Bussutil, Nikita Caruana, Kelly Vella, Nicola Bonnici Mc Intyre, Owen Philips.
60
L-Ikla l-kbira li organizzat tant tajjeb is-Sezzjoni Żgħażagħ.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL ANNIVERSARJI
ANIMAL CRACKERS PET
SOĊJETÀ SAN PIETRU APP.
Is-Sezzjoni żgħażagħ tavża liż-żgħażagħ u lill-adoloxxenti kollha li persuni taħt it-18-il sena xorta jistgħu jissieħbu membri masSoċjetà, b’rata inqas imma b’kundizzjonijiet differenti. Is-Sezzjoni żgħażagħ tħajjar aktar żgħażagħ u adoloxxenti biex jidħlu jagħmlu parti mis-Soċjetà tagħna. Is-Soċjetà tagħna minn dejjem kellha post speċjali riservat għaż-żgħażagħ.
SEZZJONIJIET
Għeluq Fl-aħħar u mhux l-inqas nagħlaq billi f’ismi u f’isem il-membri kollha tas-Sezzjoni Żgħażagħ nirringrazzjaw lill-Kumitat Eżekuttiv, is-Sotto Kumitati kollha u l-membri tas-Soċjetà tagħna li dejjem jappoġġjawna u jħeġġuna sabiex inwettqu dak li nkunu nixtiequ. Napprezzaw ħafna l-fiduċja ta’ dawk li dejjem urew fiduċja fina sabiex inkomplu naħdmu għalenija għall-ġid tas-Soċjetà. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna matul din is-sena. Nixtieq li bosta żgħażagħ jiġu jgawdu din il-festa magħna u jqattgħu ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet magħna ad unur il-Prinċep tal-Appostli, il-Patrun tagħna San Pietru. Flaħħar nett nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi f’isem il-membri ta’ din is-sezzjoni nħeġġu aktar żgħażagħ sabiex jingħaqdu magħna, għax dan huwa ċans fejn kull żagħżugħ u żagħżugħa jiġu mogħtija l-opportunità li jesprimu t-talenti u l-ideat tagħhom, jiġu diskussi flimkien mal-bqija taż-żgħażagħ u b’hekk isservihom ta’ esperjenza għall-futur ta’ ħajjitom. F’ismi u f’isem il-membri kollha tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba lil Birżebbuġin kollha. Viva San Pietru.
BANDA MUŻIKALI
rispons tajjeb u ġew ippremjati r-rebbieħa li ġew fl-ewwel u fittieni post. 2. Ikla: Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017 ħejjejna ikla ġewwa l-bar tas-Soċjetà tagħna li kienet ta’ suċċess kbir għaliex kellna rispons kbir għaliha. Din kienet tikkonsisti minn starter, main course u deżerta. Kienu bosta dawk li tawna kummenti sbieħ. Dan għamlilna kuraġġ kbir biex flimkien ningħaqdu u nkomplu norganizzaw iktar attivitajiet. 3. BBQ ta’ xahar qabel il-festa: Bħal kull sena,is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni organizzat il-BBQ tradizzjonali ta’ fuq il-bejt ta’ xahar qabel il-festa. Dan issa bħal qisu dieħel fil-kalendarju tas-Soċjetà. Dan sar fis-7 ta’ Lulju 2017 mis-7. 30pm ’il quddiem. L-għan ta’ dan il-BBQ huwa li ningħaqdu kollha flimkien bħala Soċjetà sabiex nagħtu bidu għall-iktar xahar ta’ involviment fis-Soċjetà. Bħala ikel ipprovdejna għażla ta’ tiġieġ jew laħam fost ikel ieħor u deżerta fl-aħħar, kif ukoll tazza inbid. Bħas-snin ta’ qabel, bosta nies attendew għal din l-attività u b’hekk stajna nagħtu bidu sabiħ għall-ħidma kbira li ġġib magħha l-festa tar-raħal tagħna.
PIROTEKNIKA
Premjazzjoni tat-Tournament
Pjanijiet għall-futur Bħalissa bħala żgħażagħ qed naħdmu kemm nistgħu sabiex niġbru fondi għall-post tal-pjazza. Kif kulħadd jista’ jifhem, proġett bħal dan jinvolvi ħidma kbira u għajnuna kemm manwali kif ukoll finanzjarja. Għalkemm ta’ kull sena, wieħed ikun qed jistenna xi sorpriża ġdida mingħandna ż-żgħażagħ fil-ġranet tal-festa, din issena bħala sezzjoni lħaqna qbil bejnietna, li peress li l-proġett talpost tal-pjazza huwa priorità għas-Soċjetà, qbilna li l-flus għalissa jmorru għall-ispejjeż ta’ din il-parti l-ġdida tas-Sede. Għalkemm din is-sena ħa nkunu qed nagħtu l-għajnuna lis-Soċjetà b’mod kemmxejn differenti mis-soltu, nixtieq nassigura liż-żgħażagħ u lillammiraturi tas-Soċjetà biex ma jibżgħux u ma jaqtgħux qalbhom għax il-kbir għadu ġej u fil-futur se jkollna aktar armar artistiku waqt il-marċi u issa iktar minn qatt qabel għax bis-saħħa tal-parti l-ġdida tas-Sede f’Misraħ il-Knisja, għandna aktar fejn nimirħu u niċċelebraw. Imma għalissa hemm il-bżonn li nħarsu fit-tul u ninvestu fil-parti l-ġdida tas-Sede kbira u sabiħa, kollha kemm hi proprjetà tagħna.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
SHOP
BIRŻEBBUĠA
Ûaren Dalli Street, BirΩebbu©a Mob: 7965 9631 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
61
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ
Call Marco Bugeja No2, Gudja Industrial Estate, Tarxien Road, Gudja Tel: 2166 1149 • Fax: 2166 2321 • Mob: 9947 2196 Email: automax@maltanet.net • Website: www.automaxmalta.com
SEZZJONIJIET
For a professionally executed job in Panel Beating • Spray Painting & Baking Spot welding Insurance approved • Chassis Alignment www.automaxmalta.com
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
SOUTHMARKET SUPPLIES LTD.
SAN PIETRU APP.
CHARLES & PAUL MIFSUD
ANNIVERSARJI
131/135, Tiger Store, St. Philip Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 2070 – Mob: 9947 5998 Stockists for all kinds of:
BIRŻEBBUĠA
Food Stuffs, Detergents, Toiletries, Catering Items, etc... 64
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar
PROGRAMM
‘Filomena Marturano’ u ‘Jesus Christ Superstar Highlights’
Xena mill-isbaħ fil-play tal-Ġimgħa Mqaddsa Jesus Chirst Superstar Highlights, April 2017.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
65
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Il-cast kollu li ħa sehem fid-dramm ‘Filomena Marturano’
ANNIVERSARJI
L-atturi tas-Soċjetà fid-dramm ‘Filomena Marturano’
ta’ buttuna’ u r-rappreżentazzjonijiet drammatizzati tal-Ġimgħa Mqaddsa kważi fuq livell professjonali bejn l-2004 u l-2011. Dawn huma biss ftit mill-ħafna li qed niftakar. Nhar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Jannar 2017, id-dilettanti numerużi tal-palk tas-Soċjetà tagħna tellgħu dramm b’tema mhux komuni bl-isem ‘Filomena Marturano’, fis-sala tal-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Dan huwa dramm imsejjes fuq il-palk tradizzjonali Naplitan, b’tema serja u profonda. Din ippreżentat ruħha bħala biċċa xogħol iktar iebsa mis-soltu, fejn ħafna drabi d-dramm ikun filforma ta’ kummiedja. ‘Filomena Marturano’ huwa dramm klassiku Naplitan ta’ Eduardo De Filippo (1900-1984) li nkiteb fl-1946, liema dramm ġie addattat diversi drabi għaċ-ċinema b’diversi atturi kbar. Il-verżjoni li l-grupp tagħna rnexxielu jinterpreta b’mod tassew professjonali hija dik addattata għall-Malti minn Louis Azzopardi. Prosit lil dawn l-atturi ta’ din il-biċċa xogħol kbira li kellhom. Ta’ min jgħid li għal din il-produzzjoni attendew nies awterovoli ħafna fl-arti u d-dixxiplina tal-palk u kellhom kliem ta’ tifħir speċjalment għal kif l-atturi rnexxielhom joħorġu l-kuluri differenti tal-karattri diversi ta’ dan ix-xogħol letterarju klassiku għall-palk. It-tieni preżentazzjoni ta’ dan il-grupp matul din is-sena ma setgħetx tkun ħlief dik tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena l-grupp ried jagħmel xi ħaġa ferm differenti mis-snin ta’ qabel, għalhekk marru fuq stil modern u rock tas-snin tmenin, iż-żmien tad-deheb ta’ Andrew lloyd Webber. Din is-sena fil-fatt il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar, interpreta siltiet mill-musical ‘Jesus Christ Superstar’. Din kienet biċċa xogħol kbira oħra u ferm diffiċli. Ta’ min ifaħħar is-set (il-palk) li ġie armat għal dan il-musical, kollu xogħol fil-ġablo u kartun, biċċa xogħol sabiħa li laqtet l-għajn, palk fil-forma ta’ tribuna rumana li taħtha kien jidher il-Gvernatur Ruman ‘Pilatu’. Iddramm, bil-mużika oriġinali ta’ Andrew Lloyd Webber, kien maqsum fuq diversi xeni f’angoli differenti tas-sala sabiħa u spazzjuża tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’. Nieħdu pjaċir ninnutaw kif is-Sur Steven Farrugia rnexxielu jiġbor nukleu sabiħ ta’ żgħażagħ minn Birżebbuġa. Din il-produzzjoni nfetħet b’mod uffiċċjali f’Ħadd ilPalm tad-9 t’April 2017 b’ċerimonja tal-ftuħ u baqgħet tittella’ kuljum sal-Ġimgħa l-Kbira filgħodu 14 t’April 2017. Kif qal il-President Alexander Caruana fil-ftuħ ta’ din ilpreżentazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa, mhux faċli li terġa’ ddaħħal attività u inizjattiva wara li din tkun inqatgħet mill-kalendarju kulturali. Huwa faħħar l-inizjattiva ta’ Steven u numru kbir ta’ żgħażagħ u membri adulti li ħadu sehem f’din il-produzzjoni. Irridu nagħmlu kuraġġ u nagħmlu mill-aħjar użu tar-riżorsi li għandna. Din is-sena s-Soċjetà kienet impenjata ħafna fuq il-proġett tasSede u għaldaqstant ma setgħax ikun hemm konċentrazzjoni sħiħa fuq inizjattivi singoli. Madankollu rridu nirrikonoxxu li t-talent f’dan il-grupp teatrali jeżisti tassew għax kieku kif setgħet qatt tittella’ produzzjoni diffiċli bħalma hija dik ta’ Filomena Marturano? Irridu nagħmlu kuraġġ u nħarsu ’l quddiem. It-talent hemm qiegħed, u dik hija l-iktar ħaġa li tgħodd wara kollox. Il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar ġie rikonoxxut mill-Kumitat Eżekuttiv bħala fergħa uffiċċjali oħra tas-Soċjetà, fis-seduta tal-Kumitat ta’ nhar is-7 ta’ Frar 2017. Grazzi u Prosit lil Steven u lill-membri kollha ta’ dan il-grupp.
BIRŻEBBUĠA
Din is-sena l-Grupp Teatrali tas-Soċjetà tella’ żewġ produzzjonijiet mill-aqwa. Nibdew biex nirringrazzjaw lis-Sur Steven Farrugia tal-inizjattiva li jieħu f’dan il-qasam. Aħna nafu li Steven għandu talenti kbar f’dan il-qasam u għandu ħafna x’joffri. Steven huwa wild Birżebbuġa u Birżebbuġa tiftaħar bi storja twila fejn jidħol il-palk tradizzjonali u d-drama. Is-Soċjetà tagħna minn dejjem kellha nukleu tajjeb ta’ nies li jħobbu l-palk. Wieħed ifakkar id-diversi serati li kienu jsiru fis-snin tal-bidu tas-Soċjetà, 25 sena ilu meta s-Sezzjoni Żgħażagħ ta’ dak iż-żmien kienet ittella’ diversi serati fl-iskola primarja ta’ Birżebbuġa. Niftakru wkoll fil-musical ‘Inti Pietru’ fil-bitħa tal-iskola fis-sena 2000; il-kummiedja ‘Għafsa
EDITORJAL
Josef Schembri
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR
Chinese Rose
SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Bar & Restaurant St. George’s Street Birżebbuġa
Tel: 2165 2084 Mob: 9942 2084
66
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Helpers Nisa Birżebbuġin
Is-Sidien tal-BANKA TAL-LOTTU Nru 192 tas-SOÇJETÀ FILARMONIKA SAN PIETRU BIRÛEBBUÌA A.D. 1990 li tinsab f’26, Triq San Filippu, BirΩebbu©a jixtiequ lill-klijenti kollha u lill-poplu kollu ta’ BirΩebbu©a IL-FESTA T-TAJBA Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
67
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Helpers Nisa Birżebbuġin Wara Mix-Xellug għal-Lemin: Carmen Mc Kay, Rita Calafato Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Mary Louise Curmi, Sue Pace, Mary Taylor
nsibu ftit ħin għal din is-Soċjetà, u dan għax nemmnu li jekk nagħtu dik ix-xi ħaġa żgħira lil din is-Soċjetà, bil-ftit ta’ kulħadd, inkunu qed nagħtuha kontribuzzjoni kbira. Matul is-sena nippruvaw nagħtu sehemna mill-aħjar li nistgħu. Hekk kif is-Soċjetà ssejjaħ, aħna nippreżentaw ruħna. Matul l-aħħar snin is-Soċjetà tagħna kienet pijuniera fl-attivitajiet kulturali fir-raħal ta’ Birżebbuġa, tant li din is-sena kien hemm entitatjiet oħra li organizzawhom huma u allura sibna ruħna f’diffikultà. Madankollu aħna żgur mhux se naqtgħu qalbna, għax aħna dejjem naraw x’nistgħu nagħmlu ġdid għas-Soċjetà tagħna. Meta toqrob il-festa nagħtu daqqa t’id fil-BBQ li s-Soċjetà tagħna torganizza fit-triq tas-Sede tagħna. Nagħtu wkoll daqqa t’id kbira fil-preparazzjoni ta’ xi festini u refreshments li jkun hemm wara l-programmi mużikali li jkunu tellgħu l-bravi bandisti tal-post tas-Soċjetà tagħna li aħna tant ninsabu kburin bihom. Nagħlaq billi nagħmel ringrazzjament u nagħmel xi appelli. Nirringrazzja lil dawk in-nisa li jappoġġjaw lil żwieġhom jew lillgħarajjes rġiel tagħhom fil-kawża tas-Soċjetà tagħna. Min iħobb is-Soċjetà tagħna jiġifieri għandu għal qalbu lil Birżebbuġa u lil San Pietru kif ukoll il-ħajja kulturali tar-raħal tagħna. Nagħmel appell biex aktar nisa jidħlu jagħmlu parti mis-Soċjetà tagħna. Hemm post għalikom. Ibqgħu ipparteċipaw fis-Soċjetà anke meta f’ħajjitkom tagħmlu deċiżjonijiet kbar. Qatt tabbandunaw il-kawża u l-imħabba lejn din is-Soċjetà. Is-Soċjetà tagħna mhijiex il-bini jew il-każin kbir u sabiħ li għandna, imma s-Soċjetà hija intom, il-familji bittfal. Irridu nagħmlu sforz kbir biex inżommu din is-Soċjetà ħajja. Jekk għandkom żwieġkom fis-Soċjetà, għinuhom u agħtuhom support. Lit-tfal tagħkom ġibuhom jisimgħu l-programmi tal-banda u mbuttawhom biex jiġu jitgħallmu l-mużika magħna. Intom in-nisa għandkom rwol kbir u saħħa li lanqas tistgħu timmaġinaw. Ħbiebi nisa, qatt taqtgħu milli titrażmettu l-imħabba li għandkom għasSoċjetà lit-tfal u lin-neputijiet tagħkom. Insellem lil kulħadd u nitlob lil San Pietru jidħol għalina quddiem Alla sabiex bil-ħidma tagħna nkunu ta’ gost u pjaċir għall-bqija tal-komunità ta’ Birżebbuġa.
ANNIVERSARJI
Is-sehem tal-mara fl-għaqda tagħna kien u għadu mimli valur. Is-Soċjetà tagħna, sa mit-twaqqif tagħha dejjem irriservat post speċjali għan-nisa. Iż-żminijiet qed jinbidlu u l-affarijiet m’għadhomx bħal qabel. Minkejja li kulħadd impenjat bil-familja tiegħu, xorta
BIRŻEBBUĠA
Sue Pace
EDITORJAL
PROGRAMM
Il-Mara għandha s-saħħa li tqawwi s-Soċjetà
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mis-Surmast Direttur
PROGRAMM PROGRAMM
Sena Eċitanti fil-Mużika Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Mill-festa tas-sena li għaddiet sa dik tal-lum il-banda kienet veru impenjata. Għalkemm is-Soċjetà għaddejja bi proġett ambizzjuż fit-tkabbir tas-sede, l-impenji tal-banda ma naqsu xejn. Dan huwa importanti għax il-mużika hija u tibqa’ l-uniku skop ewlieni ta’ din isSoċjetà. Ħa nibda nitkellem fuq it-tagħlim. It-tagħlim kompla matul is-sena kollha. Għandna numru sabiħ ta’ allievi. Aħna nemfassizzaw magħhom kemm huwa importanti li jqattgħu ftit ħin kuljum jistudjaw il-mużika d-dar. Kif tafu s-Soċjetà qed tieħu t-tagħlim b’serjetà kbira. Ninsabu ferm sodisfatti bil-klassijiet li qed nagħtu fit-teorija u hawnhekk nirringrazzja lill-kollega tiegħi Mro. Robert Magro. Kburin li l-istudenti tagħna reġgħu ġabu kollha ‘distinction’. Issa s-Soċjetà se terġa tagħmel pass ieħor ’il quddiem u se taħdem magħna biex ngħollu l-istandards tagħna fil-lezzjonijiet tal-prattika billi nwasslu lill-istudenti tagħna għall-eżamijiet ta’ barra. Dan huwa pass importanti ħalli l-istudenti tagħna jitrawmu f’ambjent professjonali u standardised. Barra t-tagħlim jien għandi r-responsabbiltà tal-kunċerti li jippreparawna għall-Programmi li ntellgħu. Mill-festa ’l hawn għamilna l-Programm tal-Milied, il-Programm annwali ta’ Frar ‘MillBandisti Għall-Membri’ u l-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa ‘Virgini Perdolenti’. Kienu tliet programmi impenjattivi ħafna imma morna tajjeb. Għal dawn il-programmi saru diversi kunċerti. Nixtieq li nara aktar attendenza u l-parteċipazzjoni tal-bandisti tkun waħda b’aktar responsabbiltà. Jien tkellimt diversi drabi mas-Sezzjoni Banda firrigward. Il-ħidma li ssir f’dan is-settur għandha tilħaq l-għan ewlieni tagħha fil-banda. Xejn u l-ebda oġġett ieħor ma jista’ jieħu post dak li qed naħdmu għalih. Il-ħin tar-rehearsal għandu jiġi rispettat u matulu jien nistenna li l-bandisti jiġu jdoqqu u jagħtu daqqa t’id lili u lill-oħrajn. Il-ħin tar-rehearsal għandu jkun sakrosant u m’għandu jkun hemm l-ebda attività jew laqgħa li tista’ xxekkel mill-attendenza tal-bandisti tal-post. Din is-sena l-banda se tkun għamlet numru sostanzjali ta’ servizzi. Apparti l-marċi, b’sodisfazzjon ħafna insemmi n-numru kbir ta’ programmi li tellajna. Qed ikollna kliem ta’ tifħir. Il-programm tal-Milied kien wieħed veru tal-widna u dak ta’ Frar xejn inqas. Anke dak tal-Ġimgħa Mqaddsa qed ikun programm ta’ livell għoli. L-attendenza qegħda tkun tajba ħafna, madankollu ma nieqfu qatt milli naraw kif se niġbdu aktar nies. Irridu nfehmu l-partitarji u l-attivisti tas-Soċjetà li l-banda hija l-ġojjel tagħna u għalhekk huwa mistenni li jkunu preżenti huma wkoll. Jien nemmen li waqt ilprogrammi għandu jkun hemm il-membri kollha tal-Kummissjonijiet u s-Sezzjonijiet. Għalkemm kull sezzjoni għandha rwol partikolari, ħafna drabi mhux konness mal-mużika, jien inħoss li kull ħaġa li ssir fi ħdan 68
l-għaqda tagħna għandha b’xi mod iddur mal-mużika wkoll. L-attendenza tagħhom hija wkoll turija ta’ rispett lejn l-aktar oġġett għażiż li għandha s-Soċjetà. Kull bniedem imdaħħal fisSoċjetà għandu jkun kburi bil-banda orkestrali tagħna, sia jekk dawn ikunu nies tal-briju, jew tan-nar. Il-banda hija l-iktar ħaġa nobbli li għandha s-Soċjetà u allura l-bandisti tal-post ħaqqhom rispett kbir. Irridu niftakru li xejn ma jkollu sens fis-Soċjetà tagħna jekk il-banda tintilef u tispiċċa fix-xejn. Aħna m’aħniex xi Social Club jew xi ‘Circolo’ imma soċjetà mużikali ta’ banda, bil-banda tagħna, bil-bandisti tal-post u bl-istrumentatura kollha. Il-banda mhijiex qegħda hemm għall-uniku skop biex fil-festa ddoqq u noqogħdu nkantaw bil-kliem mal-marċi, imma l-preġju tagħha huma l-programmi sbieħ li ttella’ biex tagħti gost linnies. Għalhekk nistenna li nara aktar attendenza għall-programmi minn dawk in-nies li huma attivisti mas-Soċjetà tagħna. Nixtieq ukoll nara aktar attendenza minn dawk in-nies u familji li huma mħajjrin idaħħlu lil xi ħadd minn uliedhom għat-tagħlim tal-banda magħna. Wieħed mill-għanijiet li għalihom nagħmlu dawn il-programmi huwa li niġbdu aktar żgħażagħ u tfal lejna biex jitħajjru jitgħallmu l-mużika. Bħala Soċjetà rridu naħdmu biex ngħaddu dan il-messaġġ lin-nies kollha ta’ Birżebbuġa. Fl-aħħar nagħlaq billi nsemmi sensiela ta’ servizzi mużikali milliktar interessanti. Ottubru li għadda l-banda tagħna siefret għattielet darba fl-istorja tagħha u din id-darba morna fi Sqallija biex intellgħu marċ u programm impenjattiv flimkien ma’ ġemellaġġ ma’ Banda Taljana. Kienet ġita interessanti ħafna u kuntenti ħafna li tellajna programm tajjeb ħafna fil-Pjazza tal-belt ta’ Riposto. Din issena wkoll wara nuqqas ta’ 18-il sena erġajna rajna l-Irxoxt fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Din hija kisba kbira u mument kruċjali fl-istorja ta’ dan ir-raħal. Nirringrazzja lid-delegati li għaqqdu banda tajba f’temp ta’ 4 ijiem biss wara li konna infurmati għall-għarrieda mill-Knisja li l-Irxoxt seta’ joħroġ. Fid-29 ta’ Ġunju, fil-festi speċjali li qed tiċċelebra l-parroċċa tagħna, akkumpanjajna għall-ewwel darba fl-istorja tas-Soċjetà, l-Ewwel Vara Titulari ta’ San Pietru ta’ Birżebbuġa u filgħaxija għamilna wkoll servizz interessanti r-Rabat Malta mal-Banda Konti Ruġġieru fejn magħna tellajna wkoll il-vara artistika ta’ San Pietru tas-Soċjetà tagħna. Issa fil-festa tagħna se nilqgħu lil San Pietru lura mir-restawr b’permezz ta’ marċ u mbagħad fl-aħħar jum tatTridu se nkunu qed intellgħu l-Programm mużikali annwali tal-festa li se jerġa’ jkun ta’ livell għoli. Se nżanżnu innu devot ġdid bl-isem ‘Baħar ta’ Fidi’ u se nerġgħu ndoqqu l-kantata Petrus Princeps Apostolorum li żanżanna fl-2015. Nagħtikom is-Sliem tiegħi u nitlobkom tattendu u tiġi taraw il-banda tagħna biex b’hekk anke intom forsi xi darba tħajru lill-uliedkom jersqu għat-tagħlim talmużika.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’Ġunju 1992, il-Kumitat ħatar lil Mro. Charles Wallace Suda biex ikun l-Assistent tas-Surmast u għalliem fuq l-istrumenti tal-qasba u l-injam. Mro. Suda dak iż-żmien li laħaq Assistent mas-Soċjetà tagħna kien idoqq mal-Banda tal-Forzi Armati u kien ukoll is-Surmast Direttur tal-Banda San Mikiel ta’ Ħaż Żabbar. Ma’ din is-Soċjetà, hu kien daħal għalliem fl-1977 sakemm ħa d-direzzjoni tal-istess banda fl-1987. Il-Banda San Mikiel kisbet ħafna suċċessi sakemm Mro. Suda kien fit-tmun tagħha. L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għasSoċjetà tagħna. Mro. Suda idoqq kemm il-kwartin u kemm il-klarinett mal-banda tagħna. Huwa ġieli ntalab jieħu d-direzzjoni f’idejh, speċjalment meta Mro. Bugelli kien jinqabad xogħol mal-Forzi Armati. Mro. Suda ġieli ntalab imexxi programmi sħaħ waħdu. Dan seħħ fil-programm tal-maratona tal-Eden li s-Soċjetà kienet għamlet fl-1997 u fil-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ ta’ Frar 2013 minħabba li s-surmast direttur kien indispost. L-ewwel marċ li Mro. Suda kien irregala lis-Soċjetà bħala Assistent Surmast kien ‘Evviva l-Banda tagħna’. Aħna nirringrazzjaw lil dawn iż-żewġ surmastrijiet tas-servizz li għadhom jagħtu sal-lum lis-Soċjetà.
R. J. BONNICI FOR FRESH POULTRY
Wings & Breast Whole Chicken Whole Legs Drum Sticks Gizzards Necks Liver Phone for your order Tel: 21651402 • Mob: 7991 4183
Free Delivery
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
Is-Soċjetà tirringrazzja liż-żewġ assistenti tal-Banda u tirringrazzja wkoll minn qalba lil Mro. Robert Magro tax-xogħol kbir li wettqu u għadhom iwettqu mat-tfal u maż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa fil-qasam tal-mużika. Is-Soċjetà tixtieq li iktar ġenituri jimbuttaw lill-uliedhom biex jidħlu jitgħallmu l-mużika jew jinvolvu ruħhom fil-Kor tas-Soċjetà. Barra t-tagħlim fuq l-istrument noffru wkoll it-tagħlim fuq it-teorija.
MCS fabrications Specialists in Stainless Steel Work No 3 Industrial Estate Tarxien Road Gudja Tel - 00356 21 894777 Mob - 00356 79798599
email - info@mcsfabrications.com web - www.mcsfabrications.com
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
Fis-sena 1992, bl-intenzjoni li t-tagħlim tal-mużika jsir aktar serju, fil-bidu tas-sena 1992, il-Kumitat ħatar lil Mro. Felicienne Paris biex tkun għalliema fuq it-tagħlim preliminari u s-solveġġ tal-mużika qabel ma’ dawn javvanzaw għall-istudju tal-istrument. Il-kumitat ma setax jagħmel għażla aħjar minn hekk, l-ewwel nett għax Mro. Paris hija wild din ir-raħal u wild din is-Soċjetà. Barra minn hekk Mro. Paris kienet għadha kif laħqet għalliema tal-mużika billi kienet għadha kif gradwat b’Baċċellerat fl-Edukazzjoni Mużikali mill-Università ta’ Malta. Sakemm damet tgħallem fi ħdan is-Soċjetà, minn taħt id Felicienne ħarġu diversi bandisti bravi u preparati. Hija kienet ukoll tieħu taħt idejha id-direzzjoni fil-banda. Hekk insibu li fil-festa tal-1992 kienet idderiġiet is-silta ‘Yellow Submarine’ tal-Beatles u f’wieħed mill-ewwel edizzjonijiet tal-programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ kienet idderiġiet l-Intermezzo tal-Cavalleria Rusticana ta’ Mascagni. Mro. Paris għadha sal-lum t’għajnuna kbira għas-Soċjetà. Hi kienet l-ewwel u għadha sal-lum id-Direttriċi tal-Kor ‘Xmun Pietru’ li twaqqaf fl-2006.
BANDA BANDA MUŻIKALI
Charles W. Suda u Felicienne Paris
NAR PIROTEKNIKA
25 Sena ilu jilħqu l-Assistenti Surmastrijiet:
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
69
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
Żammejna mal-Programm li Kellna u Żidna Fuqu! Sqallija, il-Karnival, l-Irxoxt u l-Ġubilew ta’ San Pietru Peter Paul Caruana Sezzjoni Banda
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA
u kienu ħafna dawk li ġew jaraw u jifirħu għall-festa ta’ Kristu Rebbieħ fuq ilMewt. Wara ħafna snin il-banda tagħna flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen daqqet bħala mass band fil-Karnival ġewwa Birżebbuġa nhar il-25 ta’ Frar 2017. Fl-4 ta’ Diċembru 2016 il-Banda Birżebbuġa daqqet f’mass band malBanda San Pietru fl-okkażjoni tar-rekord tal-itwal siġra tal-Milied f’attività msejħa ‘Milied fil-Pjazza’. Il-kumplament tas-servizzi huma dawk ta’ kull sena. Fit-18 ta’ Diċembru 2016: mass band mal-Banda San Pietru fejn ħadet sehem fil-quddies u f’marċ qasir wara fl-okkażjoni tal-Milied. Fil21 ta’ Diċembru 2016 il-banda tagħna tellgħet programm tal-Milied ġewwa s-sala ‘Anthony Camilleri’. Fis-26 ta’ Frar 2017 tellajna programm ieħor fissala tal-iskola primarja fl-okkażjoni tal-
Nixtieq niftaħ dan il-messaġġ billi l-ewwel nett nirringrazzja lil kumitat eżekuttiv li ppropona lili biex nieħu l-irwol u r-responsabbiltà ta’ delegat talbanda. Dan ix-xogħol hu biċċa uġigħ ta’ ras kbira u mhu faċli xejn, allavolja kien hemm ħafna li rringrazzjawni taxxogħol li qed inwettaq b’mod tajjeb tant fl-ewwel sena tiegħi f’din il-kariga. Din is-sena kienet impenjattiva iktar mis-snin ta’ qabel għaliex għat-tielet darba f’26 sena l-banda tagħna telgħet issemma’ leħinha barra minn xtutna ġewwa Riposto fi Sqallija fejn dawn jiċċelebraw l-istess festa tal-appostlu San Pietru u li wkoll il-banda tagħhom ġiet imwaqqfa fl-istess sena tal-banda tagħna, fis-sena 1990. Dan il-ġemelaġġ seħħ bejn l-14 ta’ Ottubru u 16 ta’ Ottubru 2016 fejn ilbanda tagħna daqqet marċ u programm fil-15 ta’ Ottubru 2016. It-tieni ħaġa hija li din is-sena wara 18-il sena erġajna daqqejna fl-okkażjoni ta’ Kristu Irxoxt f’Birżebbuġa. Dan kien servizz ieħor apparti dawk li jsiru ta’ kull sena. Il-marċ sar filgħaxija
PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Il-President Alexander Caruana jiġi ppreżentat b’memento s-sena li għaddiet fil-marċ brijuż organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Bastjaniżi li fih ġew mistiedna jipparteċipaw il-baned kollha li jxejjru l-kulur ħadran. Il-banda tagħna ħadet sehem b’ammont sabiħ ta’ bandisti tal-post. Il-marċ kien sar fil-festa ta’ San Bastjan 2016.
Sezzjoni Banda Wara Mix-Xellug għal-Lemin:, Nicola Bonnici Mc Intyre, Michaela Chircop, Rebecca Abdilla, Brian Abdilla, Chris Camilleri. Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Andy Mifsud, Peter Paul Caruana, Mro. Michael Bugelli, Claudia Grech
70
Il-Banda Birżebbuġa ssellem ix-xbiha ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi waqt li kien ħiereġ mill-knisja waqt il-purċissjoni tal-festa 2016. Il-Banda Birżebbuġa tellgħet programm mużikali sabiħ u daqqet ukoll l-Innu l-Kbir ‘Is-Sejħa’ ta’ Ray Sciberras. Ritratt ta’ Stephen Baldacchino.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Il-Banda Birżebbuġa f’programm konġunt mal-Banda Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Dan kien wieħed minn żewġ programmi mużikali li ż-2 baned daqqew flimkien, bl-ewwel wieħed isir fis-sede tagħna stess. Dan kien parti minn proġett li għalih is-Soċjetà tagħna ngħatat fondi mill-pajjiż. Mal-Banda tal-Imġarr twettqu servizzi mużikali oħra flimkien.
Is-servizz li l-Banda Birżebbuġa wettqet fil-Belt Valletta għall-festa sabiħa ta’ Santu Wistin. Hemmhekk għamilna marċ alternat mal-Banda Maria Assunta tal-Gudja u tellajna l-vara ta’ Santu Wistin fuq il-kolonna.
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
Malta għall-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl u biex niċċelebraw l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl. Il-marċ ġie akkumpanjat mill-istatwa proprjetà tas-Soċjetà tagħna ta’ San Pietru fil-Ktajjen. Servizzi li għadhom ġejjin huma dawk tal-11 ta’ Awwissu 2017 ġewwa l-Gudja għall-festa ta’ Santa Marija u dak tas-27 ta’ Awwissu 2017 b’programm ġewwa Ħal Safi għall-festa ta’ San Pawl. Inħares ’il quddiem għal iktar snin ta’ ħidma u għaqal biex immexxi din il-banda u nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi nawgura lill-Birżebbuġin kollha l-festa t-tajba.
Il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-banda l-oħra ta’ Birżebbuġa ħadu sehem fid-defilè li ġie organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
Delegazzjoni mużikali Spanjola tagħmel żjara ta’ korteżija fis-Sede tas-Soċjetà tagħna. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-President Spanjol Joan Torres Faner, il-President tas-Soċjetà tagħna Alexander Caruana, is-segretarju Henry Bonnici, it-teżorier Walter Pace u Josef Schembri. Din il-laqgħa saret fis-26 ta’ Diċembru 2016.
NAR PIROTEKNIKA
BANDA BANDA MUŻIKALI
Katedra ta’ San Pietru (22 ta’ Frar). Dan kien programm mill-isbaħ u ta’ suċċess. Fil-11 ta’ April 2017 għal darb’oħra tellajna programm b’marċi funebri għall-okkażjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan sar fil-knisja tad-Duluri. L-aħħar servizzi li kellha s’issa l-banda tagħna kien fid29 ta’ Ġunju 2017 fl-okkażjoni tal-Imnarja filgħodu u filgħaxija. Bħala servizzi barranin diġà kellna fl-20 ta’ Mejju 2017 ġewwa l-belt Valletta għall-festa ta’ Santu Wistin. Fis-26 ta’ Ġunju wkoll ilbanda tagħna flimkien mal-Banda San Pietru telgħet iddoqq ġewwa n-Nadur Għawdex għall-festa tal-ikbar żewġ appostli San Pietru u San Pawl. Servizz ieħor kien dak tad-29 ta’ Ġunju ġewwa r-Rabat
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Christian Services Electrical, Plumbing, Drainage, PPR Pipes, Gypsum Partitions, Plastering, Painting, Restorations, Membrane, Ventilation & Constructions Alterations
Mob: 7997 3566 Email: christianfarrugia@live.com Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
71
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
Servizzi 2016-2017
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
14 – 16 Ottubru 2016
Italja
Marċ u Programm f’Ġemellaġġ mal-Banda Ionica-Etnea f’Riposto Sqallija
04 Novembru 2016
Birżebbuġa
L-ewwel Programm konġunt minn tnejn mal-Banda Mġarr fis-sede tagħna
12 Novembru 2016
Imġarr
It-Tieni Programm konġunt minn tnejn mal-Banda Mġarr, fl-Imġarr.
3 ta’ Diċembru 2016
Birżebbuġa
Daqq ta’ Carols fuq iz-zuntier mal-banda l-oħra ‘F’Milied fil-Pjazza’
4 ta’ Diċembru 2016
St. Venera
Daqq ta’ Carols ġewwa l-Youth Village flimkien mal-Banda tal-Imġarr
18 ta’ Diċembru 2016
Birżebbuġa
Animazzjoni tan-Novena tal-Milied u Daqq ta’ Carols fit-Toroq.
21 ta’ Diċembru 2016
Birżebbuġa
Programm Annwali tal-Milied fis-Sede tas-Soċjetà.
19 ta’ Frar 2017
Birżebbuġa
Ittella’ l-Programm Annwali ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ fis-Sala tal-Iskola.
11 t’April 2017
Birżebbuġa
Programm ta’ Marċi Funebri ‘Virgini Perdolenti’ fil-Knisja tad-Duluri.
16 t’April 2017
Birżebbuġa
Wara 18-il Sena akkumpanjajna lill-Kristu Rxoxt ma’ Birżebbuġa.
20 ta’ Mejju 2017
Valletta
Marċ Alternat mal-Banda Maria Assunta tal-Gudja fil-Festa ta’ S. Wistin.
26 ta’ Ġunju 2017
Nadur
Il-Banda tagħna akkumpanjat f’Mass Band fil-festa tan-Nadur Għawdex
29 ta’ Ġunju 2017 (AM)
Birżebbuġa
Akkumpanjajna għall-Ewwel Darba fl-istorja lill-Ewwel Vara ta’ San Pietru
29 ta’ Ġunju 2017 (PM)
Rabat Malta
Daqqejna r-Rabat fl-Okkażjoni tal-Ġubilew bil-Vara Proprjetà tas-Soċjetà.
31 ta’ Lulju 2017
Birżebbuġa
Nilqgħu lura l-Vara Titulari ta’ San Pietru mir-Restawr f’Manifestazzjoni
31 ta’ Lulju 2017
Birżebbuġa
Il-Marċ kbir brijuż magħruf magħna bħala tal-Ħruġ min-Niċċa.
02 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Marċ mill-Banda Birżebbuġa li jibda miż-żona tal-Papa.
03 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Dimostrazzjoni fuq il-Baħar u Marċ Kbir bil-vara ta’ S. Pietru tas-Soċjetà.
04 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Marċ Gala. Wara jsir il-Programm Annwali tal-Festa fuq il-Planċier.
05 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Marċ Eleganti Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru App, Birżebbuġa
06 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Isir il-Marċ ta’ Filgħodu jew aktar Popolari l-Marċ il-Kbir tal-Iljun.
06 t’Awwissu 2017
Birżebbuġa
Isir il-Marċ tan-Nar jew kif inhu magħruf ukoll il-Marċ tar-Reffiegħa.
11 t’Awwissu 2017
Gudja
Għall-25 sena Konsekuttiva Marċ il-Gudja għall-Festa ta’ S. Marija.
27 t’Awwissu 2017
Ħal Safi
Programm li fih ser indoqqu l-Innu l-Kbir ‘Is-Sejħa’ ta’ Ray Sciberras
Mużiċisti tal-Post Banda Birżebbuġa A. D. 1990 (Surmast Direttur): Michael Bugelli A. T. C. L.; (Assistent Surmast): Charles Wallace Suda; (Flute): Reyhan Vella; (Eb Clarinet): Rebecca Abdilla; (Bb Clarinet): Stephanie Buhagiar, Clare Baldacchino, Andy Mifsud, Claudia Chircop, Daniela Chircop, Matthew Caruana, Michela Chircop; Shaun Cardona; (Eb Alto Sax): Aaron Abdilla; Andrè Vella; (Bb Tenor Sax): Yasmine Carabott; (Bb Trumpets): Josef Schembri, Francesco Barbara, Matthias Agius, Kevin Barun, Etienne Żahra, Andrea Borg, Gianluca Lia; (Bb Flugelhorn): Josef Schembri; (Tenor Trombone): Kristian Cassar; (Percussion & Auxiliaries): Lee Ryan Dermanin, Raffaella Baldacchino, Peter Paul Caruana, Joe Gatt, Jana Agius, Alexander Caruana, Jonathan Bonnici, Neil Schembri. Parti żgħira mill-bandisti u allievi li fil-preżent jiffurmaw parti mill-Banda Birżebbuġa.
72
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
25 Sena ta’ Servizz kontinwu Għall-Parroċċa Gudjana fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema
25 Sena mill-ewwel Programm ta’ Marċi Funebri mill-Banda Birżebbuġa Din is-sena l-Programm ta’ marċi funebri u mużika sagra tasSoċjetà għalaq 25 Sena minn mindu sar l-ewwel darba. Kienet ixxewqa tal-Kumitat ta’ dak iż-żmien, immexxi mill-ewwel President Anthony Camilleri li l-Banda tas-Soċjetà jkollha l-ewwel sett ta’ marċi funebri tagħha. Il-Kumitat xtaq ukoll li dan is-sett funebri jiżżanżan f’programm apposta u mhux waqt xi funeral. Kienu saru libretti sbieħ suwed bl-arma tas-Soċjetà kulur id-deheb, liema libretti għadhom jintużaw sal-lum u huma kustoditi b’għożża kbira fl-arkivju tas-Soċjetà tagħna. Kienu saru wkoll ingravati suwed bl-arma tasSoċjetà kemm għall-bandisti u kemm għall-membri tal-kumitat. L-ewwel programm funebri kien sar fil-Pjazza tal-Knisja f’Ħadd ilPalm tat-12 t’April 1992 eżatt ftit lura fejn illum hemm it-terminus ta’ tal-linja u l-ATM li sa dak iż-żmien ma kinitx għadha teżisti. Dan ilprogramm għalkemm ma sarx b’regolarità, baqa’ jikber fil-popolarità, Il-Banda Birżebbuġa fl-ewwel programm funebri li kienet tellgħet 25 tant li mill-2015 beda jsir saħansitra fil-knisja l-antika proto-parrokkjali Sena ilu. ta’ Birżebbuġa, iddedikata lil Marija Ommna Addolorata. Fis-sena 2014 dan il-programm ingħata l-isem ‘Virgini Perdolenti’ b’dedika lil Marija Addolorata li kienet l-ewwel Patruna Titulari tar-raħal tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
73
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
Huwa ta’ pjaċir għalina li ngħidu li fir-rigward tas-servizz ta’ Santa Marija ġewwa l-Gudja dan baqa’ jsir regolarment sa minn meta dħalna l-ewwel darba fl-1992, tant li proprju din is-sena se nkunu qed niċċelebraw il-25 servizz mużikali konsekuttiv għall-Parroċċa Matriċi u Arċipretali tal-Gudja, li minnha ħarġet il-parroċċa tagħna. Dan kien beda fl-1992, meta l-kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Ivan Caruana flimkien mal-Kumitat tal-festa, iddeċidew li minn dik is-sena, għall-ewwel Tridu ta’ Santa Marija jibdew iġibu banda barranija biex tagħmel marċ fit-toroq tal-Gudja, u kienu għalhekk avviċinaw lilna għal dan is-servizz. Minn dakinhar ’l hawn inbidlu diversi kappillani tal-Gudja u dejjem kienu sodisfatti bis-servizz tajjeb li nagħtuhom. Nirringrazzjaw lill-Kapillani u l-Kumitat kollha tal-Festa tal-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Gudja tar-rispett kbir li dejjem laqgħuna bih. Tajjeb ngħidu li l-banda tagħna tul dawn is-snin kollha kellha wkoll il-privileġġ li ddoqq fiżżewġ festi l-oħra sbieħ sekondarji ta’ din il-lokalità: tal-Madonna tar-Rużarju u l-Madonna taċ-Ċintura.
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
Wara biss sentejn il-Banda tagħna kienet tgawdi popolarità u fama tajba biżżejjed biex tiġi mistiedna minn irħula u bliet oħra biex iddoqq fil-festa tagħhom. U x’debutt ikbar minn dak jista’ jkollok biex l-ewwel servizz barra r-raħal tagħmlu fil-Belt Kapitali għall-festa kbira u popolari ta’ San Pawl Nawfragu? Dan beda kollox meta lejn l-aħħar tas-sena 1991, ċertu Mario Cassar f’isem l-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta kien avviċina lil Joseph Caruana li dak iż-żmien kien PRO tas-Soċjetà tagħna, biex jistidnuna ndoqqu għal servizz mużikali ġdid li kienu ser jagħmlu nhar it-8 ta’ Frar 1991 fejn flimkien mal-Banda Anici ta’ Ħal Qormi konna ser nakkumpanjaw l-istatwa l-ġdida tagħhom tal-Konverżjoni ta’ San Pawl fuq iż-żiemel, xogħol l-artist tal-Kav. Il-Banda Birżebbuġa fis-servizz ta’ San Alfred Camilleri Cauchi. Wasal it-8 ta’ Frar 1992 meta l-Banda Birżebbuġa niżlet b’saħħa kbira Pawl il-Belt 1992, 25 sena ilu. u b’numru kbir ta’ ‘coaches’ mimlijin bil-partitarji tagħna biex jaraw il-banda għażiża tagħhom iddoqq għall-ewwel darba barra Birżebbuġa fil-Kapitali Valletta. Dakinhar il-banda għamlet marċ brijuż mill-aqwa, fejn saħansitra l-partitarji tagħna kienu għamlu briju kbir u niżlu magħhom numru kbir ta’ umbrelel u bnadar sofor u ħodor, xi ħaġa li la kont taraha dak iż-żmien u wisq inqas illum. Fost servizzi oħra, dik is-sena l-banda daqqet ukoll għall-ewwel darba fil-festa ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid ta’ Santa Marija tal-Gudja.
BANDA BANDA MUŻIKALI
25 Sena mill-Ewwel Servizzi Mużikali barra Birżebbuġa
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
International Funeral Services Tony Digby & Son
in-Nannu tal-Funerali ta’ Birżebbuġa
24 Siegħa Servizz
Karrijiet Moderni
Redentur, Kurat Fenech Str. Birżebbuġa (Quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali)
Tel: 2165 9584 Mob: 9986 8201
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA 76
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Josef Schembri
Akkademja tal-Mużika Banda Birżebbuġa
L-Istudenti kollha tal-iskola tal-mużika tat-teorija li taħt il-gwida ta’ Mro. Robert Magro għaddew mill-eżami tat-teorija bl-aqwa riżultati u b’ħafna ‘distinctions’. Dan ir-ritratt ittieħed waqt il-Programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ wara l-għotja taċ-ċertifikat fi FraR li għadda. Prosit kbira lil dawn l-istudenti.
li dan il-proġett ma jirnexxiex. Konna kuraġġużi, dħalna għallisfida u llum qegħdin naħsdu l-frott ta’ din id-deċiżjoni. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina li diversi tfal u żgħażagħ ġabu kwalifika mużikali minn universitajiet barranin billi studjaw u qagħdu għalleżamijiet ta’ barra. Is-Soċjetà tagħna għamlet diversi affarijiet minn kemm ilha mwaqqfa imma naħseb li m’hemmx sodisfazzjon ikbar minn din li tara tfal u żgħażagħ iġibu kwalifika bit-tagħlim li qed jingħata mill-iskola tal-mużika tagħna. Din hija biċċa xogħol tassew kbira. Din hija diġà t-tielet sena li qed nagħmlu dawn il-klassijiet. L-istudenti tagħna taw eżamijiet diffiċli u dejjem ġabu ‘Distinction’ li hija l-ogħla marka possibbli li wieħed jista’ jġib. Minn dakinhar li konna varajna dan il-proġett ħafna kienu dawk l-għaqdiet mużikali Maltin li introduċew it-tagħlim tat-Teorija warajna. Bħalissa s-Soċjetà għaddejja minn proġetti kbar ħafna. L-attenzjoni u s-saħħa tagħna hija ffukata fuq il-bini u r-rikostruzzjoni tal-post li xtrajna f’Misraħ il-Knisja. Dan il-post qed jiġi anness masSede tagħna. Huwa proġett kbir ta’ infrastruttura u filwaqt li qed naħsbu biex in-naħa ta’ quddiem isservi bħala bottegin eleganti, innaħa ta’ wara tkun tista’ sservi ta’ klassijiet tal-mużika mgħammrin apposta b’apparat u strumenti li bihom l-istudenti tagħna jkunu jistgħu jitgħallmu aħjar. Il-biċċa ta’ wara se tkun armata wkoll b’lift li
Peter Paul Caruana li barra fil-perkussjoni qed jitħarreġ ukoll fuq ilkurunetta mas-surmast Michael Bugelli.
Żewġ allievi, Aiden Vella fuq id-drums u Kurt Law fuq il-Kurunetta. Nagħmlulhom kuraġġ ħalli taħt il-gwida tas-Surmast Michael Bugelli jkomplu jistudjaw u joħorġu jdoqqu mal-banda fl-iqsar żmien.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
Is-Soċjetà tagħna hija kommessa li tipprovdi tagħlim mużikali lil dawk li huma interessati. Fil-mument qegħdin noffru tagħlim mużikali sia fuq it-teorija u anke fuq il-prattika. Meta ġejna biex invaraw dan il-proġett konna ferm beżgħana. Konna qed nibżgħu
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
Wara l-Proġett tat-Teorija issa se nvaraw dak fuq il-Prattika
BANDA BANDA MUŻIKALI
Ngħollu l-Istandards tagħna fit-tagħlim tal-Prattika
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
77
LA SPIAGGIA Bar • Restaurant • Pizzeria • Take Away
Tel: 21 651528 – Mob: 9947 2907 Pizzas f o s d in k ll a in s e z Speciali za iz P r u o y r T d n A e Com while enjoying a Beautiful Sea View
NOW ALSO OPEN IN B’BUGIA
‘Emjo’, 89, Triq Zaren Dalli Birzebbugia Tel: +356 2165 2538 / 2765 2538 • Mob: +356 7965 9311 Email: jofarrugia@globalinsbro.com.mt Global Insurance Brokers Ltd. is enrolled to carry on business of insurance broking and regulated by the Malta Financial Services Authority
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR
tagħmilha aktar faċli biex biha mmexxu l-istrumentatura goffa tasSoċjetà. Imma ħa nerġa’ nkompli fuq it-tagħlim tal-mużika. Issa li ninsabu kuntenti ħafna bil-klassijiet li qed noffru fit-teorija taħt il-gwida talgħalliem speċjalizzat Mro. Robert Magro issa qed inħossu li wasal iż-żmien li nagħtu spinta lil wieħed mis-setturi l-aktar importanti għall-banda tagħna: it-tagħlim tal-Prattika. Fl-10 ta’ Mejju 2017 ltqajna mal-għalliema preżenti li għandna bħalissa fuq l-istrumenti tal-injam u tar-ramm biex lill-istudenti tagħna nwassluhom għall-eżamijiet ta’ barra. Dan huwa proġett ieħor ambizzjuż biex inkomplu ngħollu l-istandards tagħna fit-tagħlim. Dan se jkun pass kruċjali u determinanti biex l-iskola tal-mużika tagħna tagħmel pass ’il quddiem lejn livelli professjonali fit-tagħlim. L-istorja tal-iskola tal-mużika tagħna turi li diġà kellna suċċess ma’ bosta mużiċisti bravi. Dan juri li min veru ried jitgħallem wassalnieh f’livell tajjeb ta’ mużika. Issa se nkunu qed noffru l-opportunità lil kull mużiċist biex anke joqgħod għall-eżamijiet tal-prattika ta’ barra u jkollu kwalifika biċ-ċertifikati fuq l-istrument. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lill-President li huwa wkoll id-Direttur ta’ din l-iskola tal-mużika. Qegħdin naħdmu flimkien biex inġibu aktar strumenti mużikali għas-Soċjetà. Dawn jiswew ħafna flus imma aħna mhux talli ma naqtgħux qalbna imma talli naraw kif kull sena nippruvaw li nġibu strumenti differenti biex b’hekk min jiddeċiedi li jiġi jitgħallem magħna jkollu għażla miftuħa. Grazzi wkoll tmur lil Andy Mifsud li jieħu ħsieb il-kopji tan-noti u l-past-papers li nagħtu lill-istudenti tagħna, għax ta’ min jgħid li aħna bħala skola nipprovdu ħafna mill-materjal aħna stess. Min imur jitgħallem privatament jaf li l-karti, in-noti u l-pastpapers trid tħallas għalihom separatament u jiswew ħafna flus ukoll. Aħna dawn nipprovduhomlhom aħna stess lill-istudenti tagħna. Din issena sabiex nippromwovu t-tagħlim tal-mużika tal-Iskola tagħna erġajna ħriġna brochure oħra biex titqassam lit-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa permezz ta’ laqgħa li saret fl-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa mill-Asst. Surmast tal-Banda tagħna Mro. Charles Wallace Suda. Għamilna wkoll laqgħa għall-bandisti tagħna fit-23 ta’ Mejju 2017 fejn għarrafnihom b’dan l-iżvilupp ġdid u li issa kien se jkollhom din l-opportunità ġdida. Diġà kien hemm numru tajjeb li wrew interess. Infakkar ukoll li t-tagħlim tal-mużika mal-iskola tagħna jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-School Profile fl-aħħar tal-Form 5 (Yr 11). Aħna ċerti li din minnha nfisha se ttejjeb ukoll il-livell talKorp Bandistiku ġenerali tas-Soċjetà.
Bandist Ġdid 2017 Andrea Borg
Andrea twieled fil-21 ta’ Lulju 2003 u llum għandu 13-il sena. Hu l-kbir minn żewġ aħwa subien. Jattendi s-Seminarju tal-Arċisqof tar-Rabat Malta, u qiegħed fit-tielet sena tas-sekondarja. Bħala passatempi jħobb jaqra, jilgħab il-futbol u logħob tal-kompjuter u playstation. Andrea minn mindu kien żgħir kien juri x-xewqa li jdoqq il-kurunetta u b’hekk f’Settembru 2010 beda jistudja t-teorija masSoċjetà Filarmonika San Pietru bl-għajnuna tas-sinjura Stephanie Buhagiar. F’Novembru 2012 beda jitgħallem il-kurunetta massurmast Michael Bugelli. Flimkien mal-allievi ħa sehem f’bosta kunċerti tal-Milied li tellgħet is-Soċjetà, fejn anke ppreżenta wieħed minnhom. Ix-xewqa ta’ Andrea hi li jkompli jistudja l-kurunetta biex dejjem jitjieb.
SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Charlie’s Ironmongery Triq il-G˙odda, BirΩebbu©a. Tel: 2165 0021
Plumbing & Electrical Fittings, Tools etc... FREE DELIVERY SERVICE 123, St. Rita Street Birżebbuġa BBG 1909 Tel: & Fax: 2165 2626 Mob: 9945 8809 E-mail: printing@duraprintmalta.com 80
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
BANDA BANDA MUŻIKALI
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
81
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
Ħarsa lejn it-3 Programmi Annwali
Kunċert tal-Milied 2016; ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ 2017; ‘Virgini Perdolenti’ 2017 Josef Schembri
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI
Appena għaddiet il-festa daqqejna l-Gudja u Ħal Safi. F’dan tal-aħħar tellajna programm mużikali u daqqejna wkoll l-Innu l-Kbir ‘Is-Sejħa’ ta’ Ray Sciberras. Imbagħad bdejna nippreparaw għallmawra li għamilna fi Sqallija. Hemmhekk għamilna marċ qasir u programm imħawwar tajjeb fuq mużika tipikament Maltija imma fuq dan se jkun hemm artiklu separat. Immedjatament wara bdejna naħsbu għall-Programm annwali tal-Milied. F’dan l-artiklu se nagħtu titwila lejn il-programmi prinċipali li għamilna matul din is-sena.
Il-Kunċert tal-Milied għas-sena 2016
Il-Programm Annwali tal-Katedra ta’ San Pietru ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ Din is-sena l-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ sar nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar 2017 fis-7pm fis-Sala tal-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Kien hemm attendenza tajba ferm. Din is-sena tellajna programm ferm sabiħ. Bdejna billi daqqejna l-Innu Popolari lil San Pietru ta’ Carmelo Pace u mbagħad daqqejna l-Marcia Sinfonica ‘Riposto’ li s-surmast tagħna kiteb apposta biex tindaqq ġewwa Riposto fit-tielet mawra fl-istorja tas-Soċjetà, belt li tinsab mal-kosta fit-Tramuntana ta’ Catania fi Sqallija. Il-program ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ kien inħoloq fl-1996 biex
BANDA MUŻIKALI BANDA
Il-Programm tal-Milied 2016 L-ewwel programm impenjattiv wara dak tal-festa u ta’ Sqallija kien dak tal-Milied li sar nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2017 fis7:30pm fis-Sala ‘Anthony Camilleri’, is-Sala Prinċipali tas-Sede tagħna ‘Ġawhra San Pietru’. Kellna attendenza tajba mmens. Bħala mistiedna speċjali kellna lill-ġenituri u l-qraba tal-bandisti u l-allievi tas-Soċjetà. Il-Programm kien jikkonsisti f’mużika relatata mal-Milied.
tal-post Josef Schembri. Din is-silta hija veru interessanti għax tinkorpora fiha firxa wiesa’ ta’ melodiji wħud minnhom pop, folk, klassiċi u reliġjużi. It-tempo tagħha kien ivarja minn melodija għalloħra u allura preżentat challenge lill-bandisti li riedu jirriħersjawha sew biex jidħlu minn ritmu għall-ieħor mingħajr tfixkil u mingħajr żbalji. Wara din is-silta daqqejna wkoll ‘Mille Cherubini in Coro’ ta’ Schubert fuq arranġament ta’ Valente. Anke din is-silta però ġiet maqluba għall-banda windband mill-bandist tal-post Josef Schembri. Għal din il-melodija tant sabiħa fil-forma ta’ Lullaby kellna wkoll l-interpretazzjoni ta’ Riona Degiorgio li saħħret lil dawk preżenti fis-Sala. Din is-sena s-Sezzjoni Banda ħasbet biex tagħmel xi bidliet fid-dehra ta’ dan il-programm. Biex nagħtu dehra kkulurita, ilbandisti libsu b’mod informali ħafna u libsu wkoll barnuża tal-Milied f’rashom, filwaqt li Mro. Michael Bugelli libes ta’ Christmas Father. Waqt il-programm ingħata spazju lill-allievi tas-Soċjetà biex idoqqu carols tal-Milied waħidhom. Inqrat ukoll xi poeżija mill-bandisti żgħar tagħna u l-compere għal dan il-programm reġgħet kienet Reyhan Vella. Matul l-intervall il-President għamel id-diskors tiegħu u flaħħar sar riċeviment żgħir għal dawk li attendew. Nirringrazzjaw lil Brian Abdilla u lil Mario Chircop tal-armar li għamlu fis-sala filwaqt li nirringrazzjaw ukoll lill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-brochure li ħarġu għall-udejnza kif ukoll għall-poster li ġie mtella’ fuq il-media soċjali tas-Soċjetà. Nirringrazzjaw lil kulħadd speċjalment lil Sue Pace u lill-helpers nisa talli fl-aħħar tal-programm offrew refreshments lil kulħadd.
PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Ftaħna l-programm bis-Sinfonia Pastorale ta’ Emanuel Galea. Din għalina saret qisha tradizzjoni li ndoqquha. Imbagħad kellna grupp ta’ allievi li daqqew xi għanjiet tal-Milied fi grupp għalihom. Wara l-banda daqqet ‘A Celtic Christmas’ b’arranġament għallbanda ta’ Douglas E. Wagner. Imbagħad kellna silta veru ħelwa fejn rajna ż-żewġ tamburisti żgħażagħ tas-Soċjetà tagħna Raffaella Baldacchino u Jana Agius idoqqu ‘The Rockin’ Drummer Boy’ b’arranġament għall-banda minn Robert W. Smith u Michael Story. Daqqejna wkoll ‘Holiday Fanfare’ ta’ Michael Story u immedjatament wara wżajna l-Congas tal-Banda tagħna biex daqqejna ‘Fiesta on the Housetop’ ta’ Benjamin Hanby fuq arranġament ta’ Brian Beck u ‘Frosty’s Caribbean Holiday’ ta’ Ralph Ford. F’din tal-aħħar rajna lil Jana Agius iddoqq tassew b’mod eċċellenti l-Congas tas-Soċjetà eżatt ħdejn is-surmast bħala solista. Bravi tassew. Imbagħad kellna l-kantanta Riona Degiorgio li nterpretat ‘Happy Christmas War is Over’ ta’ John Lennon. Riona bħas-soltu qalgħet applawżi kbar. Wara kien imiss żewġ siltiet veru interessanti. L-ewwel waħda kienet ‘Christmas Serenade’ ta’ David Wheatley. Din però ġiet maqluba għall-formazzjoni ta’ windband mill-bandisti 82
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Anthony Carbonaro, Peter Paul Caruna, Lorry Bonnici fis-silta mużikali komika li daqqew mal-banda bl-għodda tagħhom, silta li niżlet għasel ma’ kulħadd.
In-Knights Pipes and Drums jagħmlu d-dħul tagħhom fis-Sala għas-silta ‘March With Me’
Is-section tat-trombones f’parti mikxufa li minn posthom bilqiegħda fuq wara ġew quddiem biex idoqqu quddiem in-nies.
L-erba’ kantanti tas-serata: Riona Degiorgio, Mardy Farrugia, Clarissa Cauchi u Kyle Cutajar fis-silta ‘March With Me’ flimkien mal-Bagpipes.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
83
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
Josef Schembri fuq il-flikornu jinterpreta l-parti solo li ġiet fdata f’idu.
Charles Wallace Suda. ‘I’m Alive’ hija kanzunetta li smajniha fil-film animat ‘Stuart Little 2’. Din il-kanzunetta nktibet mill-kollaboraturi tal-kantanta Celine Dion, liema song ħarġitha fl-Album ‘A New Day has Come’ tas-sena 2002. Fis-silta li segwiet bl-isem ‘Morricone’s Melody’ rajna lillkantanta ċkejkna imma brava Riona Degiorgio tagħti interpretazzjoni subblimi ħafna tas-soundtrack ‘Gabriel’s Oboe’, il-melodija li ħafna jiddeskrivuha bħala l-‘immortali’ mill-film ‘The Mission’ talkompożitur Ennio Morricone. Qabel l-intervall il-banda daqqet il-famuża Tarantella b’arranġament tas-surmast Anthony Chircop li kien surmast talBanda tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll it-tema prinċipali tal-film ‘Skyfall’ li ġiet interpretata minn kantanta brava oħra: Clarissa Cauchi. Matul l-intervall spikkaw il-preżentazzjonijiet lill-bandisti li għaddew kollha mill-eżamijiet tat-teorija ta’ barra kollha bil-marka ‘Distinction’. Ġew ippremjati wkoll dawk il-bandisti li attendew l-iktar servizzi, kunċerti u programmi. Matul l-intervall il-President ippreżenta d-dokumentarju ‘Il-Malti f’Birżebbuġa’ u ntwera fuq big-screen. Dan kien dokumentarju ġie maħdum mill-membri tal-Uffiċċju Komunikazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ numru kbir ta’ żgħażagħ li jaħdmu fis-Soċjetà tagħna. Dan id-dokumentarju sar bis-saħħa ta’ fondi li s-Soċjetà tagħna rnexxielha tirbaħ mill-fond Small Initiatives Scheme. Wara l-intervall il-Banda Birżebbuġa fetħet it-tieni parti b’silta komika. Din qisha daħlet tradizzjoni li fil-programm ninkludu silta umoristika. Aħna bejnietna nsejħulha ‘is-sorpriża’. F’din is-silta blisem ta’ ‘Garage Band’ komposta minn Michael Story rajna tliet bandisti mis-sezzjoni tal-Perkussjoni li kellhom sehem partikolari imma mhux bl-istrumenti konvenzjonali tal-Perkussjoni imma
BANDA BANDA MUŻIKALI
jagħti spazju lill-bandisti tal-post, allura ta’ kull sena nagħtu spazju għal silta solista minn wieħed mill-bandisti tas-Soċjetà tagħna. Din is-sena kellna lil Josef Schembri li nterpreta l-kanzunetta espressiva ‘Only Love’ tal-kompożitur Vladimir Cosma fuq l-istrument talFlugelhorn. Imbagħad għaddejna għal silta impenjattiva bl-isem ‘Favourite Arias’ li hija medley ta’ Rita Depoort. F’din is-silta stajna nisimgħu melodiji mill-Aida’ ta’ Verdi, ‘La Sonnambula’ ta’ Bellini, Traviata ta’ Verdi, Nessun Dorma ta’ Puccini u Le Nozze di Figaro ta’ Wolfgang Amadeus Mozart. Wara interpretazzjoni eċċezzjonali l-banda għaddiet biex tinterpreta l-kanzunetta ‘I’m Alive’ ta’ Kristian Lundin u Andreas Carlsson fuq arranġament għall-banda minn Jan van Kraeydonck. Hawnhekk il-banda għaddiet taħt il-bakketta tal-Assistent Surmast
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
Ovation meritata. Il-Banda Birżebbuġa mbagħad għalqet bl-innu tagħha stess fost l-applawż tan-nies preżenti. In-nies li attendew imbagħad kienu mistiedna għal refreshments fejn kulħadd esprima ruħu sodisfatt għall-programm sabiħ li tellgħet il-banda tagħna. Nirringrazzjaw lil kull min għen biex dan il-programm irnexxa u laħaq il-livell mistħoqq.
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI
Dehra ġenerali tal-Banda Birżebbuġa fis-silta ‘March With Me’, bl-erba’ kantanti u l-Bagpipes. Prestazzjoni impressjonanti u ċapċip xieraq għallBanda Birżebbuġa.
BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
b’martell, b’ratchet u b’electric drill. It-tliet bandisti rnexxielhom janimaw din il-biċċa mill-bidu sal-aħħar. Din is-sena kellna wkoll is-sehem ta’ kantant ġdid żagħżugħ minn Birżebbuġa. Il-kantant Kyle Cutajar interpreta l-kanzunetta ‘Alleluia’ ta’ Cohen. Kyle mhux wiċċ ġdid għalina. Is-sena li għaddiet kien kanta l-kanzunetta tas-Sezzjoni żgħażagħ ‘F’Qalb Uliedek’, però qatt ma kien kanta mal-banda tagħna qabel. Leonard Cohen miet proprju fis-7 ta’ Novembru 2016 u għalhekk xtaqna li ndoqqu din il-kanzunetta biex infakkruh. Kyle ta interpretazzjoni mill-aqwa ta’ din il-kanzunetta u s-sala kollha applawdietu. Wara segwew żewġ kanzunetti oħra: Flower of the South ta’ Alenka Gotar fuq arranġament ta’ Twanny Borg u Inti Djamant, il-famuża kanzunetta tal-grupp Malti ‘The Tramps’ b’arranġament għall-banda minn Mro. John J. Pace. Flower of the South ġiet interpretata mill-kantanta brava Mardy Farrugia filwaqt li l-kanzunetta ‘Inti Djamant’ tkantat minn Mro. Tony Carbonaro. L-udejnza laqgħet b’ċapċip kbir liż-żewġ kantanti u l-interpretazzjoni eċċellenti tagħhom. Wara dawn iż-2 kanzunetti l-banda daqqet ‘Pop Culture’, medley intelliġenti tal-kompożitur bravu Robert Sheldon u tinkorpora fiha xejn inqas minn 8 signature tunes popolari flimkien: James Bond, Magnificent Seven, The Flinstones, The Pink Panther, Peter Gunn, Hey Baby, Scooby Doo Where are You?, u The Stars and Stripes Forever. Hawnhekk il-banda nistgħu ngħidu li għamlet show ta’ veru, b’sections differenti jqumu u jdoqqu separatament. F’ħin minnhom anke t-trumbuni ġew fuq quddiem biex idoqqu l-Peter Gunn u Mro. Carbonaro baqa’ hemmhekk u beda jkanta l-kanzunetta ‘Hey baby’. Is-silta għalqet b’mod maġistrali meta l-banda kollha qamet bilwieqfa u daqqet ‘The Stars & Stripes forever’ ta’ Sousa. Tassew silta sabiħa. Imma min ħaseb li l-kunċert kien wasal fi tmiemu kien żbaljat, għax issa kien imiss li nagħlqu b’silta iktar maġistrali minn dik ta’ qabel. Il-compere tas-serata, is-sinjura Laura Cunningham lanqas laħqet tenniet l-isem tas-silta ‘March with Me’ ta’ Vangelis u Montserrat Caballè, li fuq il-palk ma rajniex telgħin il-kantanti kollha tas-serata u minn wara tas-sala nstemgħu deħlin in-Knights Pipes & Drums. Kienet tassew sorpriża għan-nies preżenti li rawhom deħlin b’dik l-uniformi hekk sabiħa Skoċċiża u bid-daqq sabiħ tagħhom. In-nies imfexxet f’ċapċip kbir u l-palk issa kien mimli daqs bajda: 4 kantanti żgħażagħ u 4 mużiċisti bil-bagpipes. M’hemmx għalfejn ngħidu, l-atmosfera kienet waħda li tħallik impressjonat għall-aħħar. Is-silta ‘March with Me’ hija silta li dejjem tikber fil-ħoss, tibda bilmod u tilħaq il-quċċata fl-aħħar. Il-final kien wieħed mill-aqwa bl-4 kantanti jkantaw f’daqqa, bis-sehem tan-Knights Pipes & Drums idoqqu mal-banda u l-kantanti. Tassew final mill-aqwa. Standing 84
Il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa ‘Virgini Perdolenti’ Din is-sena dan il-programm sar fil-11 t’April 2017. Din is-sena dan il-programm għalaq 25 sena minn mindu sar l-ewwel darba fit-12 t’April 1992. Fis-sena 1992 l-Kumitat ried jagħmel sett marċi funebri f’librett imma x-xewqa tal-kumitat kienet li dan is-sett jiżżanżan fil-Ġimgħa Mqaddsa u mhux f’xi funeral. Dan il-Programm erġajna għamilnieh fil-Knisja Proto-Parrokkjali ta’ Birżebbuġa li billi hija ddedikata lid-Duluri tat sinjifikat iktar ogħla lil dan il-programm b’mużika tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Programm fetaħ bil-marċ ‘Ai Membri Morti della Società’ tassurmast direttur tagħna. Dan il-marċ kien indaqq għall-ewwel darba meta kien sar l-ewwel programm 25 sena ilu. Warajh daqqejna wkoll il-famuż marċ funebru ta’ Chopin imma b’arranġament sabiħ li jemfasizza r-ritmu fuq it-tambur. It-tamburista tagħna Raffaella Baldacchino reġgħet tat interpretazzjoni tajba. Wara daqqejna marċ ta’ Mro. Robert Magro bl-isem ‘Ġesù Fl-Ort tal-Ġetsemani’. Dan inkiteb fl-2008 u kien l-ewwel marċ funebru li kiteb Mro. Magro. Huwa ddedikah għall-memorja tal-4 nanniet tiegħu fosthom dawk tan-naħa t’ommu Pawlu u Chetty Camilleri minn Birżebbuġa mir-razza ‘Ta’ kaspan’. Dan il-marċ Mro. Magro inkludieh fis-cd tiegħi li ħareġ is-sena li għaddet bl-isem ‘Golgota’. Wara fakkarna l-150 sena mit-twelid tas-surmast Malti Mro. Antonio Miruzzi billi
Il-Programm tal-funebri li din is-sena qed jagħlaq 25 sena minn mindu sar l-ewwel darba u dan ġie mfakkar waqt il-Programm ta’ din is-sena.
Mro. George Curmi l-Pusè jidderieġi l-Banda Birżebbuġa fil-marċ funebru tiegħu, iddedikat lil sieħbu Nazju Cumbo. Nirringrazzjaw ħafna lil Mro. Curmi talli onorana bil-preżenza tiegħu.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Mro. George Curmi l-Pusè jidderieġi l-Banda Birżebbuġa fil-programm talmarċi funebri. Huwa attenda dan il-kunċert flimkien ma’ martu u s-Soċjetà tirringrazzjah ħafna.
Mro. Michael Bugelli fid-direzzjoni tal-Banda Birżebbuġa waqt ilprogramm ‘Virgini Perdolenti’ 2017.
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL NAR PIROTEKNIKA
Il-figura tal-Madonna tad-Duluri, dejjem ċentrali f’dan il-Programm. Aħna l-Birżebbuġin kburin ħafna li kienet hi l-ewwel protettriċi ta’ dan ir-raħal u għadna sal-lum inqisuha l-Kom-Patruna tagħna.
BANDA BANDA MUŻIKALI
attendew diversi nies distinti, politiċi u kandidati li ġabulna ġieħ bilpreżenza tagħhom kif ukoll ir-Rev. Kappillan Dun Anton Scannura li f’serata sabiħa bħal din għamel ukoll ħsieb reliġjuż. Il-programm intemm bil-marċ funebru sinfoniku ta’ Profs. Joseph Vella ‘Lil Missieri s-Surmast Ġanni Vella’, marċ ta’ espressività mill-iktar profonda li nkiteb f’jum il-Milied tal-1990, is-sena li fiha twaqqfet is-Soċjetà tagħna. Għal din l-okkażjoni ġie ppubblikat programm sabiħ ħafna maħluq mill-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà. Sar ukoll feature viżiv li għen lill-udejnza ssegwi l-programm mill-bidu sal-aħħar. Kien programm li għal darb’oħra erġajna ħriġna sodisfatti ferm bih.
Dehra Ġenerali tal-Programm ‘Virgini Perdolenti’ fil-Knisja ProtoParrokkjali ta’ Birżebbuġa, iddedikata appuntu lid-Duluri.
Is-Soċjetà tirringrazzja lis-Sezzjoni Banda tax-xogħol li tagħmel f’dawn il-programmi, tirringrazzja lill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Brochures li toħloq għal dawn il-Programmi Mużikali kollha, u tirringrazzja lill-Helpers Nisa Birżebbuġin li jaħdmu ħafna fuq irrefreshments ta’ wara dawn il-kunċerti.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
85
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
daqqejna dak li aħna nafuh bejnietna bħala l-marċ tal-fanfarra fuq it-trumbetti. Dan huwa marċ sabiħ immens. Kburin li nsibuh fl-arkivji tal-Banda tagħna. Għal dan il-programm kellna wkoll mistieden lil Mro. George Curmi l-Pusè li ħa f’idejh il-bakketta tal-banda biex iħabbat il-marċ funebru tiegħu stess bl-isem ‘Nazju Cumbo’. Nazju Cumbo kien rettur tal-Fratellanza tas-Salib ta’ Ġieżu tal-Belt u kien wieħed mill-akbar ħbieb tal-kompożitur. Daqqejna wkoll marċ funebri ieħor mill-isbaħ tas-surmast Onorarju Taljan tas-Soċjetà tagħna, Mro. Sibilano, bl-isem ‘Piccolo Angelo’. Huwa marċ millisbaħ maħdum fuq l-iskola u l-istil tal-post fejn twieled u jgħix ilkompożitur. Qabel l-intervall il-banda daqqet kompożizzjoni tassurmast Ray Sciberras, il-marċ funebru ‘Redemptoris Mater’, marċ li ilu sa mill-2008 fl-arkivji tas-Soċjetà. Waqt l-intervall il-President għamel id-diskors tiegħu u flimkien mal-uffiċċjali l-oħra ppreżenta tifkira lil Mro. George Curmi l-Pusè talli onorana bil-preżenza tiegħu. Is-Soċjetà tagħna kienet ferm onorota li għal ftit minuti l-banda kienet taħt it-treġija ta’ dan issurmast bravu Malti. Matul dan l-intervall tħabbar ukoll b’mod uffiċċjali minn fomm il-President li wara tmintax-il sena, l-Irxoxt tas-Soċjetà kien se jerġa’ joħroġ u din id-darba bl-approvazzjoni tal-Knisja u l-Isqof Sciculna, aħbar li għaliha l-pubbliku ċapċap tassew mill-qalb u forsi b’xi demgħa fl-għajnejn sforz l-emozzjoni kbira li ħakmet l-ammiraturi tas-Soċjetà tagħna. Fl-intervall għamlet ukoll id-diskors tagħha, l-Onor. Marlene Farrugia li kienet l-isponsor uffiċċjali ta’ dan il-programm. Ta’ min jgħid li għal dan il-programm
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
Premjazzjoni tal-Bandisti għas-Sena 2016-2017
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI
Matul il-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ fi Frar 2017, bħas-soltu ġew ippremjati dawk il-bandisti li attendew l-ikbar numru ta’ servizzi u kunċerti. Fl-ewwel post ġiet Jana Agius mis-sezzjoni tal-Percussion. Jana rebħet is-Shield. Fit-tieni post ġie Matthew Caruana li jdoqq il-klarinett u fit-tielet post ġiet Raffaella Baldacchino mis-sezzjoni tal-Percussion.
Jana Agius fl-Ewwel Post.
Matthew Caruana fit-Tieni Post
Raffaella Baldacchino fit-Tielet Post.
BANDA MUŻIKALI BANDA
Kyle Cutajar
PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Kyle Cutajar twieled u trabba f’Birżebbuġa. Kyle huwa ammiratur kbir tas-Soċjetà tagħna. Is-sena li għaddiet interpreta l-kanzunetta maħruġa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni bl-isem ‘F’Qalb Uliedek’ fuq kliem u mużika ta’ Wayne Spiteri, ammiratur ieħor tas-Soċjetà tagħna. Din il-kanzunetta kienet ħarġet apposta għall-jiem tal-festa tagħna ta’ San Pietru tas-sena li għaddiet. Kyle għandu 16-il sena. Huwa ilu jistudja l-vuċi għal dawn l-aħħar snin taħt Ruth Sammut Casingena. Is-sena li għaddiet ħa sehem f’Festival li sar fil-Bulgarija fejn irċieva trophy mis-Sindku tal-istess lokal u proprju kmieni din is-sena stess ikklasifika fl-ewwel post f’Festival ieħor Internazzjonali. Kyle kellu l-okkażjoni li anke jkanta f’okkażjonijiet kbar f’pajjiżna u mhux l-ewwel darba li kellu sehem f’programmi televiżivi bħal ‘Arani Issa’. Kyle kellu wkoll esperjenza mużikali mal-Banda tal-Pulizija. Kien naturali li l-amministraturi tal-banda tagħna jistiednu lil Kyle biex ikun wieħed mill-guest singers għall-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ ta’ din is-sena.
Knights Pipes & Drums In-Knights Pipes & Drums huwa grupp Malti ta’ mużiċisti professjonali fuq il-bagpipes u drums Skoċċiżi. Dan il-grupp, kif hemm imniżżel fuq il-paġna facebook tagħhom twaqqaf fl-1 t’Awwissu 2012, kumbinazzjoni mal-festa liturġika ta’ San Pietru fil-Ktajjen. Dan il-grupp ipparteċipa f’diversi spettakli nazzjonali biex jinġabru fondi għall-karità u benefiċenza bħal Puttinu Cares Football Marathon. Din is-sena ġew mistiedna biex jieħdu sehem flimkien mal-Banda Birżebbuġa fil-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ 2017 fejn taw spettaklu millaqwa fis-silta ‘March With Me’. 86
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
It-3 ‘tour’ mużikali għas-Soċjetà tagħna f’26 sena Josef Schembri
Banda Ionica-Etnea u anke ma’ rappreżentanti oħrajn tal-istess banda. B’kumbinazzjoni din il-banda Taljana twaqqfet fl-1990 bħalna. Kuntatti saru wkoll mal-Comune di Riposto speċjalment mas-Sindku. Min-naħa tagħhom huma kienu wrew ix-xewqa li nagħmlu ġemellaġġ bħala żewġ baned li għandhom l-istess età u t-tnejn li aħna niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru Appostlu. Min-naħa tal-Comune talbu wkoll lill-President Alexander Caruana biex jibda jirranġa mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa biex iktar ’il quddiem isir ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet. F’April 2016 ġiet sottomessa applikazzjoni tal-Kommunitajiet Kreattivi fi ħdan il-Kunsill Malti tal-Arti li jaqa’ taħt il-Ministeru talKultura, liema applikazzjoni ġiet klassifikata fl-ewwel post minnumru kbir ta’ applikazzjonijiet. Il-proġett kien ta’ ġemellaġġ kulturali u mużikali, li fil-kwalità tiegħu kien imfaħħar mill-ogħla awtoritajiet li jipprovdu dawn il-fondi.
BANDA BANDA MUŻIKALI
Xogħol kbir loġistiku Il-preparazzjoni kienet waħda qawwija ħafna speċjalment minnaħa tas-Sezzjoni banda li f’qasir żmien eżatt kif għadda l-aħħar
Il-kontinġent tal-Banda Birżebbuġa f’Giardino Bellini f’Catania, Sqallija.
Il-Banda Birżebbuġa quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru f’Riposto Sqallija.
Marċ fuq stil venezjan mill-Banda Birżebbuġa flimkien mal-membri mużiċisti tal-Banda Jonica-Etnea ta’ Riposto li beda min-nofs Corso Italia, eżatt bejn Giarre u Riposto. Dan il-marċ baqa’ nieżel sal-pjazza ta’ Riposto fejn hemm sar il-programm mużikali.
Il-Banda Birżebbuġa tintlaqa’ mis-Sindku ta’ Riposto fil-portiku talMunicipio Comunale.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
87
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
Bejn l-14 u s-16 ta’ Ottubru 2016, il-Banda Birżebbuġa għamlet it-tielet mawra tagħha barra minn Malta f’temp ta’ 26 sena minn mindu ġiet imwaqqfa fl-1990. Wara t-Tuneżija (2004) u Ruma (2010) il-Banda Birżebbuġa telgħet fi Sqallija biex tagħmel marċ u programm fil-belt portwali u balneari ta’ Riposto, belt li hija sinonima mal-baħar u ma’ San Pietru Appostlu. Barra minn hekk Riposto hija belt b’konnessjoni kbira ma’ Malta għax fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, bis-saħħa ta’ feluki u galeri mimlija kontenituri b’silġ miġbur minn fuq il-vulkan Etna, kienu jsalpaw dritt lejn il-Port il-Kbir talBelt Valletta u l-Granmastru jkollu biex jagħmel xarbiet friski u saħansitra anke ġelati. Din il-mawra ma ġietx b’ċikka jew hekk mil-lum għal għada, imma saret bi tħejjija tajba. Kienet ukoll possibbli għaliex għamilna xogħlna sew u ppjanajna kollox bir-reqqa u b’għaqal kbir. Dan ilproġett jaf il-bidu tiegħu meta s-Sur Ludwig Noel Desira li jdoqq mal-banda tagħna għamel żjara f’Riposto fi Sqallija fis-sena 2015. Min-naħa tagħna konna bgħattna miegħu rigal biex jgħaddieh lissoċjetà mużikali Ionica-Etnea ta’ Riposto. Dawn tant apprezzaw li bagħtulna lura rigal li mbagħad is-Sur Desira ppreżentahulna f’isimhom waqt il-Kunċert Mużikali tal-Festa tal-2015. Il-kuntatti komplew mill-President Alexander Caruana, mal-President tal-
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
PROGRAMM PROGRAMM
Riposto
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI
servizz tas-sena, dak tal-festa ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi bdew jikkuntattjaw lill-bandisti interessati. Barra l-bandisti, li minnha nfisha diġà hija biċċa xogħol kbira, riedu jieħdu ħsieb il-partijiet tal-mużika kollha; jagħmlu kuntatti mal-kumpanija tal-ivjaġġar; jagħmlu kuntatt mal-Banda Jonica-Etnea u kuntatt mal-Comune ta’ Riposto. Ġita mużikali għall-barra minn Malta mhijiex ċajta u lanqas xi passiġġata. Lejn l-aħħar ta’ Settembru, is-surmast direttur Michael Bugelli beda bil-kunċerti għall-programm li għamilna. L-Uffiċċju Komunikazzjoni ħareġ ukoll brochure bil-Malti u bit-
Taljan biex din titqassam f’Riposto. Għat-traduzzjoni bit-Taljan ilKumitat jirringrazzja lis-Sur Godwin Borg. Għamilna wkoll feature fuq Malta, Birżebbuġa u s-Soċjetà tagħna li ntwera fuq big-screen ġewwa Riposto. Dan inħadem ukoll grazzi għal Roberto D’Amato. Ta’ min jirringrazzja lis-Sezzjoni Banda li kellha biċċa xogħol kbira biex tipprepara kollox. Lanqas timmaġinaw ix-xogħol kbir li jsir minn wara l-kwinti li jissarraf f’ammont kbir ta’ sigħat u sagrifiċċji personali. Matul il-vjaġġ il-membri tas-Sezzjoni Banda kellhom jieħdu ħsieb ħwejjeġ il-banda u l-bagalji tagħhom stess. Prosit lil din is-Sezzjoni.
BANDA MUŻIKALI BANDA
X’rajna u fejn morna? Il-programm kien veru interessanti. Il-grupp kien magħqud ħafna u veru ħadna pjaċir. Kellna kliem ta’ tifħir mill-bandisti li ġew magħna. Anke dawk li jitilgħu ta’ spiss Sqallija qalulna li ħadu ħafna pjaċir. Il-mawra tagħna bdiet il-Ġimgħa 14 t’Ottubru 2016. Kulħadd poġġa l-iżveljarin biex idoqq kmieni filgħodu. Imbagħad iltqajna mat-tour leader tagħna fil-Port il-Kbir f’Xatt l-Għassara tal-Għeneb il-Marsa biex nagħmlu check-in għall-vjaġġ tagħna bil-katamarann lussuż ‘Jean de la Valette’. Irkibna u tlaqna minn Malta fis-6:30am lejn Pozzallo. Mal-wasla tagħna ġewwa Pozzallo, sibna l-kowċ tistenniena biex immorru lejn Siracusa. Siracusa hija belt mill-isbaħ fuq stil Barokk. L-ewwel post li żorna kien is-santwarju ddedikat lil Madonna tad-dmugħ. Dan is-Santwarju tant kemm hu għoli li stajna narawh minn kilometri ’l bogħod fi triqitna lejh. Meta wasalna ħdejh, bqajna affaxxinati bl-arkitettura ta’ din il-knisja. Is-Santwarju għandu forma ta’ ‘demgħa’ biex min jarah jiftakar fil-‘Madonna taddmugħ’ u hija biċċa xogħol kbira u artistika tal-arkitettura moderna. Żorna wkoll il-mużew ta’ dan l-istess Santwarju fejn sirna nafu dwar l-istorja tal-miraklu ta’ dan il-kwadru devot, il-bidu ta’ din l-istorja kollha. Wara tlaqna lejn Ortigia. Ortigia hija gżira mdaqqsa u hija l-iktar parti antika tal-belt ta’ Siracusa, fil-fatt fuq il-mapep insibuha miktuba bħala ‘Isola di Ortigia’. Hawnhekk dorna dawra ma’ dan il-post u għaddejna minn ‘Via Malta’. ‘Via Malta’ hija waħda mittoroq l-aktar importanti ta’ din il-Belt u fiha hemm pont li jgħaqqad ilparti moderna tal-Belt ta’ Siracusa mal-gżira ta’ Ortigia li hija l-parti
PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Il-Banda Birżebbuġa ddoqq fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru ta’ Riposto.
Il-Banda Birżebbuġa fi programm ta’ livell fuq il-planċier fil-pjazza ta’ Riposto quddiem il-Bażilika Petrina fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet ta’ din il-Belt Marittima.
88
Preżentazzjonijiet u diskorsi tal-okkażjoni mill-membri tal-Comune ta’ Riposto.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Ir-Rappreżentant ewlieni tal-Banda Jonica-Etnea jagħti b’rigal il-bandiera tricolore Taljana lis-Soċjetà tagħna.
Il-kontinġent tal-Banda Birżebbuġa fuq il-Vulkan Etna.
l-iktar antika ta’ din il-belt. Kif wasalna f’Ortigia stajna nammiraw il-fdalijiet tal-era Griega tal-Tempju ta’ Apollo. Imbagħad għaddejna minn ħdejn ‘Fontana Arichimede’, u mbagħad ‘Piazza Duomo’. Fi Piazza Duomo dħalna wkoll fi knisja oħra fil-ġenb bl-isem Chiesa di Santa Maria alla Badia fejn hemm impittra ‘Id-difna ta’ Santa Luċija’ li Caravaggio kien pitter fl-1608, l-ewwel pittura li kien għamel eżatt wara li ħarab minn Malta. Fil-fatt fil-pittura jidhru ħafna affarijiet komuni mal-pittura tal-‘Qtugħ tar-ras ta’ San Ġwann’ li nsibu filKon-Katidral ta’ Malta. Malli ħriġna minn din il-knisja qagħdna naraw 2 mużiċisti jdoqqu mużika ‘jazz’. Wieħed minnhom kien qed idoqq qisu bħal double-bass b’kord waħda. Ma kienx double-bass tas-soltu imma strument magħmul mill-mużiċist stess. Imbagħad inżilna iktar ’l isfel u morna ħdejn ‘Fonti Aretusa’ li hija nixxiegħa taħt l-art li r-Rumani kienu skoprew u sfruttaw għall-bżonnijiet tagħhom. Fi triqitna lura lejn il-kowċ ħadna ritratt tal-grupp kollu quddiem l-istatwa tal-ġebel ta’ San Pietru li hemm quddiem id-Duomo ta’ Siracusa li fih kull sena tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Luċija, ilPatruna ta’ din il-Belt antika. Wara tlaqna lejn il-lukanda ġewwa l-Belt ta’ Catania għas-sistemazzjoni tal-kmamar. Filgħaxija morna nieklu f’restorant fiċ-ċentru ta’ Catania qrib il-Katidral ta’ Sant’Agata u veru ħadna gost nieklu u nitkellmu flimkien. Ma’ sbieħ is-Sibt 15 t’Ottubru 2016, qomna u ħadna buffetbreakfast fil-lukanda. Kulħadd ħareġ sodisfatt bis-servizz tajjeb tal-lukanda, kemm bħala ikel u anke bħala servizzi. Il-breakfast kien jinkludi wkoll ikel tipikament Sqalli bħal ‘Cassata Siciliana’ fost oħrajn. Eżattament wara, għamilna dawra maċ-ċentru storiku ta’ Sqallija fejn żorna s-suq ta’ Catania, Via Etnea u Giardino Bellini fejn ħadna ritratt mal-fjuri u l-arbuxell li l-ġardiniera jagħmluh differenti kuljum b’mod artistiku bid-data tal-ġurnata. Imbagħad filgħaxija kellna tista’ tgħid l-iktar mument importanti tal-mawra tagħna. Kulħadd kien fuq ix-xwiek, għax għal dan il-mument għamilna ħafna sagrifiċċji u kkunċertajna sigħat sħaħ flimkien. Minn Catania tlaqna lejn Riposto, belt sabiħa fitTramuntana ta’ Catania, mal-Costa Orientale, eżatt taħt l-Etna. Għaddejna minn diversi bliet sbieħ fosthom dik ta’ Giarre li hija tista’ tgħid, il-belt ġara ewlenija ta’ Riposto. Fil-fatt iż-żewġ bliet huma magħqudin flimkien u għandhom l-istess triq prinċipali, ‘Corso Italia’. Dan it-traġitt ħadilna qisu siegħa. Kif wasalna niżżilna l-istrumentatura, qassamna l-partijiet u għamilna xi provi żgħar. Hawnhekk nirringrazzjaw lis-Sezzjoni Banda b’mod partikolari lil Mro. Bugelli tax-xogħol li kellu jwettaq taħt ċertu pressjoni ta’ ħin, meta għal xi mument l-affarijiet kontra kull dak li ppjanajna bdew ġejjin kontrina. Grazzi mill-qalb. Imbagħad ħadna xi ritratti tal-banda quddiem il-Bażilika Petrina ta’ Riposto u dħalna wkoll naraw din ilBażilika sabiħa. Dawn għandhom statwa ħelwa ta’ San Pietru però l-Isqallin għandhom drawwa li l-vara jagħlquha f’armarju fuq artal
li din imbagħad joħorġuha f’dilirju kbir meta tasal il-festa tagħhom, xi jiem qabel id-29 ta’ Ġunju. Meta sar il-ħin għamilna konoxxenza mal-bandisti tal-Gran Complesso Bandistico “Filarmonica Jonica Etnea” ta’ Riposto, banda mużikali li twaqqfet bħalna fis-sena 1990, f’Mejju 1990 biex inkunu preċiżi. Hemmhekk qassamna l-libretti ta’ xulxin u bdejna ndoqqu flimkien min-nofs ‘Corso Italia’ li hija t-triq prinċipali li tgħaqqad lil Giarre ma’ Riposto. Kif wasalna quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru, fil-pjazza ewlenija ta’ Riposto sibna lis-Sindku u l-kumplament tal-Kunsilliera jistennewna taħt ilportiku tal-Municipio Comunale. Huma laqgħuna bl-unuri li huma attribwiti lis-sindki Taljani jiġifieri bil-fascia tricolore u l-istandardi tal-Comune ta’ Riposto. Wara li daqqejna l-Innu Marċ ‘Ragħaj talKnisja’ tlajna fuq il-planċier fejn bdejna programm sħiħ ta’ mużika Maltija. Hemmhekk għamilna programm ta’ madwar siegħa u nofs. Lejn l-aħħar tal-Programm, waqt l-intervall saru d-diskorsi talokkażjoni u kien hemm diversi skambji ta’ rigali. Ġie ssiġillat ukoll il-ġemellaġġ bejn il-banda tagħna u l-banda Jonica-Etnea. Preżenti għall-programm kien kemm ukoll il-Konslu Malti għall-Italja. Flaħħar tal-programm daqqejna l-Innu tal-Banda Birżebbuġa, l-Innu Nazzjonali Malti u l-Innu Nazzjonali Taljan. Wara kellna riċeviment żgħir fil-Municipio fejn iltqajna mal-membri tal-Comune, masSindku u mal-mużiċisti tal-Filarmonica Jonica-Etnea. Kif għadda kollox, tlajna fuq il-kowċ biex immorru lura Catania fil-lukanda. Ma ngħidilkomx xi briju għamilna fuq il-kowċ aħna u sejrin lura Catania. Konna ferm sodisfatti li tellgħajna programm impenjattiv li għalih għamilna diversi rehearsals. Ħriġna bl-unuri u morna tajjeb. IsSoċjetà reġgħet ħarġet ta’ nies anke fit-tielet mawra barra minn xtutna. Bravi l-bandisti tagħna. Prosit. Il-Ħadd 16 t’Ottubru 2016, qomna kmieni, għamilna l-bagalji u nżilna isfel fejn ħadna l-kolazzjon buffet u mbagħad għabbejna l-bagalji fil-kowċ u tlaqna lejn il-vulkan Etna. It-triq lejn il-vulkan Etna kienet veru waħda sabiħa u interessanti. Għaddejna minn bosta rħula u bliet sbieħ bħal Pedara. Aħna u telgħin it-telgħa talvulkan stajna ninnutaw diversi siġar kbar u saħansitra bini mirdum taħt il-lava meta l-Etna kien żbroffa snin ilu. Stajna wkoll ninnutaw diversi nies b’qoffi kbar, imorru fi gruppi jaqtgħu l-qastan, li hija prelibatezza gastronomika Siciliana. Fil-fatt, meta konna nkunu fuq il-kowċ stajna naraw, anke bil-lejl, diversi nies u bejjiegħa talqastan, iqabbdu n-nar taħt kaldaruni kbar biex jinkaljaw il-qastan u jbiegħuh. Malli wasalna fuq l-Etna, ħadna xi ritratti tal-kontinġent kollu. Imbagħad morna nduru fuq wieħed mill-krateri ‘mejta’ ta’ dan il-vulkan, ‘Cratere Silvestri’. Kien hemm riħ qawwi għaddej, però veru ħadna pjaċir. Imbagħad qgħadna nduru xi souvenir-shops li hemm, fejn kien hemm numru kbir ta’ statwi u figurini magħmula mil-lava kif ukoll numru ta’ liquors tipikament sqallin bħal dawk tal-pistaccio, tal-lumi, u l-lewż (mandorle) li għalihom Sqallija hija
90
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
Ħarsa lejn is-servizz mużikali li għamilna u l-Programm li tellajna Meta ġejna biex nagħmlu l-għażla għedna li jkun xieraq li noffru prodott Malti. Fost il-mużika li ndaqqet insemmu żewġ kompożizzjonijiet li ndaqqu għall-ewwel darba mill-Banda tagħna u ġew miktuba apposta għal din l-okkażjoni storika: il-Marcia Sinfonica ‘Riposto’ tas-surmast direttur tal-Banda tagħna Mro. Michael Bugelli u silta oħra miktuba apposta għalina mis-surmast Ray Sciberras bl-isem ‘The Temple of Hercules’. L-isem ta’ din tal-aħħar huwa marbut mar-raħal tagħna u mal-leġġenda li tgħid li fuq ir-rovini jew maġenb ir-rovini ta’ Borg in-Nadur f’Birżebbuġa, ilFeniċi kienu bnew Tempju għal alla Erkole. Mużika oħra li ndaqqet kienet tikkonsisti f’din il-lista ta’ xogħlijiet; ‘The best of the Maltese Folklore’; ‘L-Imnarja’; ‘Maltesina’; ‘Inti Djamant’ u ‘Tarantella’ biex inkunu nkludejna wkoll xogħol ta’ natura Taljana. Għamilna diversi kunċerti intensivi sabiex ix-xogħol joħroġ tajjeb. Aħna nafu li Sqallija hemm kultura tajba tal-baned u allura ridna naqtgħu figura tajba kif fil-fatt għamilna. Bdejna b’marċ min-nofs Corso Italia, triq kbira u dritta li tgħaqqad il-belt ta’ Giarre ma’ dik ta’ Riposto. Hemm kien hemm jistennewna l-mużiċisti tal-banda Taljana fejn qassamna l-libretti taż-żewġ baned u bdejna ndoqqu flimkien. Hemm daqqejna wkoll marċi Taljani. Kif wasalna fil-pjazza l-President ġie
BANDA BANDA MUŻIKALI
Social Media facebook u ta’ Youtube konna qed naqsmu l-esperjenzi tagħna tal-banda u l-bandisti dak il-ħin stess, ‘live’ waqt li jkunu qed jiġru, b’hekk konna qisna qed inżommu lil kulħadd aġġornat anke jekk minn tant ’il bogħod. Kien hemm ferħ u sodisfazzjon kbir kemm għall-mawra ġenerali u anke għall-prestazzjoni mużikali eċċellenti li tat il-banda tas-Soċjetà taħt it-treġija tas-surmast Michael Bugelli. Tajjeb li ngħidu li għal din il-mawra tela’ numru tajjeb ħafna ta’ bandisti tal-post li waqt il-programm kellhom battuti solo x’idoqqu. Prosit lil kulħadd.
Il-President Alexander Caruana jippreżenta marċ lir-Rappreżentant ewlieni tal-Banda Jonica-Etnea ta’ Riposto li nkiteb apposta biex jiġi ssiġillat il-ġemellaġġ bejn iż-2 baned.
Skambju ta’ bnadar dik Maltija u dik tar-Reġjun Siciliana, bejn il-President Caruana u s-Sindku ta’ Riposto.
Preżentazzjoni ta’ memento lil waħda mill-mużiċisti tal-Banda JonicaEtnea ta’ Riposto li magħha żammejna kuntatt sħiħ xhur sħaħ biex stajna norganizzaw dan it-tour mużikali u l-ġemellaġġ mal-Banda Jonica-Etnea.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
91
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
NAR PIROTEKNIKA
veru popolari. Meta konna lesti, tlajna fuq il-kowċ u rħejnilha lejn restorant fuq l-Etna. Hemmhekk doqna ikel tipikament Sqalli. Wara li kulħadd kien kiel u kien sodisfatt inżilna l-Etna u morna ċ-Ċentru Kummerċjali ‘Porte di Catania’, stabbiliment li għandu madwar 150 ħanut tad-ditti rinomati. Wara li kulħadd xtara dak li ried, bdejna t-triq twila lejn il-Port ta’ Pozzallo. Lejn triqitna stajna naraw diversi bliet sbieħ fosthom Augusta, Melilli, Avola, Rosolini u Ispica. Fi triqitna lura saru xi diskorsi u ringrazzjamenti kemm min-naħa tatTour Leader, Diana li tatna veru pjaċir u kienet ta’ għajnuna kbira kif ukoll min-naħa tal-amministrazzjoni tas-Soċjetà preżenti fuq ilkowċ. Kien għall-ħabta tas-7:30pm meta rkibna l-Katamaran ‘Jean de La Vallette’ u rħejnilha lejn Malta fi traġitt li ħadilna mawar siegħa u nofs. Mal-wasla tagħna lura fil-Port il-Kbir sibna l-President u s-Segretarju flimkien ma’ numru mdaqqas ta’ partitarji jistennewna lkoll ħerqana. Huma laqgħuna lura Malta b’ferħ kbir u kulħadd qalilna prosit, anke għax direttament minn Sqallija, bis-saħħa tas-
PROGRAMM PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
General Ecological Services Co. Ltd. 36, Triq il-Brolli, BirΩebbu©a, Malta
Tel: 2165 1029 • Mob: 9942 1954, 9949 9714
Web: www.gesmalta.com • Email: info@gesmalta.com For Cleaning of all water culverts, drainage pipes, emptying of cesspits and wells, cleaning and repairs of grease traps, inspection of drainpipes with CCTV.
MR WHIPPY 8, Pretty Bay, Birżebbuġa BBG 1758 Call Vince: 2165 1442, 9949 9430
Golden Chicken
• Crane & Lifting Specialists • Skips Hire & Scrap Dealers • 24 Hour Towing & Lifting Services
www.trmcboats.com
Tal-Barrani Road, Żejtun ZTN 9023 Tel: 2169 7766 • Fax: 2166 1449 Mob: 9949 4545, 9949 2829 e-mail: rocago@maltanet.net
5 YEARS WARRANTY
Directors: V. Micallef & Sons
DE PIERO CAFETERIA & BAR
• Core drilling • Tunnel bit holes • Soil Drilling • Earth Electrodes • Rock Bolting/ reinforcement • Micro pinning • Shotcret
Opening Daily from 8.00-13,00 & from 17.00 till late Free appetizers are being served For further information kindly call on 7940 1500
Rudi Ebejer Mob: 7965 3336 Tel: 2165 3356 E-mail: rudiebejer@hotmail.com www.melitaservices.com
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM PROGRAMM
milqugħ mis-Sindku ta’ Riposto u l-kumplament tal-Comune. Ilbanda mbagħad daqqet l-innu marċ ‘Ragħaj tal-Knisja’ u kif lestiet ħadet postha fuq il-planċier. Daqqejna u tajna gost lil diversi nies li kif semgħu l-banda ġew jisimgħuna fil-pjazza. Qabel m’għalaqna
l-programm bl-innu tal-Banda tagħna, dak Malti u dak Taljan saru skambji ta’ rigali sbieħ biex jibqgħu tifkira u ġie ssiġillat il-ġemellaġġ bejn il-banda tagħna u l-Banda Ionica Etnea ta’ Riposto.
EDITORJAL SEZZJONIJIET EDITORJAL SOĊJETÀ AMMINISTRAZZJONI
Analiżi Mużikali tal-Concert Piece ‘The Temple of Hercules’ Analiżi miktuba mill-Kompożitur stess Mro. Ray Sciberras Nota Editorjali: Kif għednilkom diġà meta morna Sqallija, ridna li ninawguraw din is-safra storika b’concert piece li tkun tagħna biss. Kulħadd jaf kemm huwa bravu u kapaċi s-surmast Ray Sciberras li s-Soċjetà tagħna għandha konnessjoni kbira miegħu. Biżżejjed insemmu l-Innu l-Kbir ‘Tu Es Petrus’ u l-Innu devot ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ li nkitbu għalina u jinsabu merfugħin b’għożża kbira fl-arkivju mużikali tagħna. Mhux l-ewwel darba wkoll li eżegwejna xogħlijiet mill-pinna ta’ dan il-kompożitur. Aħna ninsabu kburin li issa fl-arkivju għandna wkoll silta miktuba apposta għalina, silta li tfakkarna fir-raħal għażiż tagħna ta’ Birżebbuġa. Din is-silta irriħersjajnieha diversi drabi qabel ma morna Sqallija u daqqejniha l-ewwel darba fil-pjazza ta’ Riposto. Issa jmiss li nsemmgħuha linnies ta’ Birżebbuġa dakinhar tal-Programm Mużikali tal-festa fuq il-planċier, il-Ġimgħa 4 t’Awwissu 2017.
BANDA MUŻIKALI BANDA PIROTEKNIKA NAR SAN PIETRU SAN APP. PIETRU ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA BIRŻEBBUĠA
Dan ix-xogħol mużikali deskrittiv huwa mużikalment strutturat b’introduzzjoni, erba’ partijiet ritmikament u melodikament kontrastanti u coda finali. L-andament ivarja minn wieħed kalm għal ieħor ferrieħi, b’waqtiet moderati, anqas mgħaġġla jew xi ftit qabbieża. L-armonija hija fużjoni ta’ kumbinazzjonijiet tonali, modali u kromatiċi li jinbidlu gradwalment skont il-ħtieġa u s-sitwazzjoni deskritta. Dan jgħodd ukoll għall-istrumentazzjoni li tlibbes u żżejjen il-motivi u t-temi ta’ din il-poema sinfonika. Sa mill-ewwel noti tal-introduzzjoni, l-effett elokwenti tal-ħoss modali, il-figuri mużikali solidi u r-rittmu stabbli jdaħħluk mingħajr eżitazzjoni fis-suġġett ewlieni: Il-Feniċi – l-ewwel ċittadini ta’ Birżebbuġa u l-kostruzzjoni tat-tempju ddedikat lil Erkole. L-armonija minimalista tal-introduzzjoni u tal-ewwel parti ta’ dan ix-xogħol, tgħin ħafna sabiex ilmaterjal tematiku tal-introduzzjoni jerġa’ jiġi ippreżentat taħt forom oħra u eventwalment jiżviluppa f’motivi ġodda. Il-ħsieb modali jagħmel il-wisa’ għal dak tonali ta’ natura maggiore biex b’hekk tiġi konkluża din il-parti. Inverżjoni tal-motiv inizjali jinqasam bejn strumenti differenti f’imitazzjoni sabiex jintroduċu t-tieni parti. L-andament isir wieħed kalm u minn ġot-tonalità maggiore jibdew jidhru l-ewwel dellijiet kromatiċi. It-tema l-ġdida strutturata fuq sentenza mużikali hija introdotta mill-Oboe illi jidħol fi djalogu strett mal-Kornu. Din tiġi trasferita fil-Flawti li bħalma għamel l-Oboe jidħlu fi djalogu strett din id-darba mal-Kurunetta. L-armonija tibqa’ tiċċaqlaq bil-mod, kważi statika u fuqha jinbena djalogu imitattiv aktar wiesa’ li jwassal it-tema prinċipali ta’ din il-parti fil-qofol tagħha. It-tielet parti, l-iqsar fost l-erbgħa terġa’ tmur għall-andament moderat u mgħaġġel ibbażat fuq figuri mużikali irregolari illi joħolqu instabilità rittmika. F’din il-parti, tliet ideat differenti ostinati jinbnew gradwalment f’diversi sezzjonijiet tal-banda. Il-ħoss jikber kemm fid-dinamika kif ukoll bl-għajnuna ta’aktar strumenti li jingħaqdu ma’ dawk li jagħtu bidu għal din il-parti. L-andament ma jinbidilx u t-tielet parti tibqa’ dieħla fir-raba’ waħda. Il-ħoss modali tal-ewwel parti jerġa’ jinħass, għalkemm b’xi noti mibdula sabiex jinħoloq aktar l-effett ta’ avventura. Tema mibnija fuq sentenza mużikali f’reġistru baxx u medju tiġi irrepetuta fuq il-Kurunetta f’ottava aktar għolja. Hawnhekk it-tema tiġi wżata filforma kanonika stretta mal-istrumenti preċedenti f’distanza ta’ ottava. Bridge qasir jissepara din l-idea imitattiva minn ma’ oħra amplifikata li ddaħħlek għall-coda finali. F’dan it-tmiem, forma ta’ innu ta’ ringrazzjament, l-imitazzjoni mużikali twarrab kompletament sabiex tirrenja tessitura omofonika. L-orkestrazzjoni hija waħda sħiħa, qawwija u mibnija fuq 5 ottavi. 94
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
dan huwa studju li sar fil-Ġappun (ilpajjiż minn fejn oriġina l-karaoke) fuq 19,356 raġel ta’ bejn l-40 u 69 sena mill-Professur Takeshi Tanigawa li sab li l-karaoke tnaqqas l-istress u kienet assoċjata ma’ riskju anqas ta’ puplesija u mard tal-qalb. Il-mużika hija forma qawwija ta’ espressjoni li tista’ tintuża għal ħafna għanijiet. Tmiss fil-fond tal-qalb, tnissel il-ferħ. Mingħajr il-mużika id-dinja kienet tkun ferm differenti milli hi. Jekk inħarsu madwarna naraw kif nies f’pajjiżi differenti jisimgħu ġeneri ta’ mużika differenti għax il-mużika hija marbuta mal-kultura u l-istil ta’ ħajja tan-nies. Hija forma ta’ arti li għandha l-poter li tiġbed l-attenzjoni u l-interess tan-nies. Ħaġa waħda hija ċerta li l-mużika tinsab kull fejn induru u mingħajrha ħajjitna tkun kompletament differenti. Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba.
NAR PIROTEKNIKA
Waslet festa oħra u għal darb’oħra l-Kor ‘Xmun Pietru’ se jkun qed jieħu sehem waqt il-Programm li s-Soċjetà tagħna ttella’ fuq il-planċier. Din is-sena l-kor se jkun qed ikanta waqt il-Kantata ‘Petrus Princeps Appostolorum’liema kantata kienet tkantat għall-ewwel darba waqt l-Akkademja li s-Soċjetà tellgħet biex tfakkar il-25 sena mit-twaqqif tagħha u waqt l-innu ‘Baħar ta’ Fidi’ li se jiġi mżanżan propju fil-programm talĠimgħa. Hija x-xewqa tagħna li l-kor jikber fin-numru u għalhekk dawk minnkom li jkunu jixtiequ jissieħbu magħna jistgħu jikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat jew lil xi membru tal-kor. Ta’ min isemmi li l-kant mhux biss iġib il-ferħ lil ħafna nies imma jġib miegħu benefiċċji oħrajn kemm fiżiċi, emozzjonali u anke soċjali. Eżempju ċkejken ta’
BIRŻEBBUĠA ANNIVERSARJI SAN PIETRU BIRŻEBBUĠA SAN PIETRU APP.
Kor ‘Xmun Pietru’ Wara Mix-Xellug għal-Lemin: Anna Scicluna, Josephine Spiteri, Annabel Gatt, Vanessa Desira Quddiem mix-Xellug għal-Lemin: Aimy Briffa, Mro. Felicienne Paris, Samanda Scerri.
Is-Soċjetà tilqa’ talbiet min-naħa tal-pubbliku u tan-nies biex jingħaqdu mal-Kor tas-Soċjetà. Kull persuna li tkun tixtieq tidħol parti mill-Kor tas-Soċjetà javviċina lil xi membru tal-Kumitat Eżekuttiv. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BANDA BANDA MUŻIKALI
Felicienne Paris
B. Ed(Hons), LMusLCM, AMusTCL, AMusLCM Direttriċi tal-Kor
AMMINISTRAZZJONI SEZZJONIJIET SOĊJETÀ EDITORJAL EDITORJAL
PROGRAMM PROGRAMM
Sejħa biex tingħaqdu mal-Kor Xmun Pietru
95
Email: justinvella87@hotmail.com
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa
PROGRAMM
Champions ta’ Malta Għall-Aqwa Prodotti fin-Nar tal-Art
Għaqda Nar 22 ta’ Frar Wara mix-Xellug: Manuel Gafà, Keith Demanuele, Michael Schembri, Victor Schembri, Peter Caruana, Josef Marsch Quddiem mix-xellug: Francesco Barbara, Helben Aquilina, Luke Portelli, Eman Farrugia, Matthias Celeste
Mument emozzjonanti ħafna meta l-Għaqda 22 ta’ Frar ta’ Birżebbuġa tħabbret bħala r-Rebbieħa ewlenija ta’ Malta fit-taqsima tal-Aqwa Prodotti Pirotekniċi fil-logħob tan-Nar tal-Art ta’ Malta. It-taqsima tal-Prodotti hija t-taqsima tal-aqwa taħlit u l-effetti pirotekniċi bis-saħħa ta’ kuluri diversi u effetti oħra. Din iċ-ċerimonja ssir kull sena fil-Kunsill Lokali tal-Furjana wara l-weekend tal-Festival. Naraw lil Eman Farrugia u lil Luke Portelli jifirħu flimkien meta isem is-Soċjetà tħabbar bħala rebbieħa ta’ din ilkategorija prestiġjuża. Fis-sala kien hemm preżenti l-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
97
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
jittellgħu matul is-Sajf Malti tal-festi. Nirringrazzjaw lil Alla u lil San Pietru li wasalna f’dan it-tragward. Kulħadd sodisfatt. Anke l-poplu ta’ Birżebbuġa jħossu kburi bl-għaqda tan-nar tar-raħal tiegħu. Din lilna timlina b’ferħ u ħeġġa kbira, bil-ħeġġa li nkomplu naħdmu għat-tkattir ta’ din it-tradizzjoni. Barra l-Kompetizzjoni Nazzjonali tan-Nar tal-Art tal-Fosos tal-Furjana, ħadna sehem ukoll fil-festival ‘Festa Nar’ li din is-sena sar il-Qrendi. Hawnhekk ħadna sehem bil-murtali tal-beraq, bl-isfieri u bil-murtali tal-kulur kif ukoll b’raddiena ‘xemx’ fl-aħħar nett. Morna tajjeb ħafna. Kien ta’ unur għalina li naħarqu ma’ bosta nies oħra bravi Maltin min-nofsinhar ta’ Malta. Għattieni sena konsekuttiva, il-Parroċċa ta’ Santu Wistin immexxija mill-kappillan Rev. Deo Debono stednuna biex intellgħulhom eżebizzjoni tan-nar tal-art għall-festa ta’ Santu Wistin. Barra li issa stabilixxejna ħbiberija kbira ma’ Fr. Deo Debono, aħna dejjem aċċertajna lil din il-parroċċa minn show ta’ standard għoli ħafna. Aħna dejjem insostnu li rridu nagħmlu isem għalina u nħallsu lura kif jixraq lil dawk li jkunu poġġew fiduċja fina. Din is-sena barra l-irdieden bi prodotti mill-aqwa għamilnilhom l-iskrataċ bit-taħlita talfamuża ‘waterfall’ li sforz il-ħidma tad-dilettanti ta’ din il-Parroċċa Beltija, kienet tant kbira li ġiet rikonoxxuta mill-Malta Records
BIRŻEBBUĠA
Nibda dan il-messaġġ billi ngħid ‘Grazzi Kbira’ lil dawk kollha li jiġu jgħinuna u jagħtuna donazzjonijiet ta’ flus. Dak li għaddiet minnu l-Għaqda tagħna dawn l-aħħar xhur jista’ jissejjaħ xejn inqas minn ‘straordinarju’. Kif jaf kulħadd l-Għaqda tagħna fix-xahar ta’ Mejju ġiet ippremjata bħala l-aqwa grupp tanNar f’Malta li jipproduċi l-aqwa u l-aħjar prodotti pirotekniċi f’termini ta’ taħlit finnar tal-art. Ġejna wkoll ikklasifikati fitTielet Post ‘overall’. Il-Premju għall-Aqwa Prodotti huwa premju prestiġjuż ħafna u allura bilfors li nħossuna kuntenti u onorati. Mhux faċli li tirbaħ premju bħal dan. Hawn ħafna kmamar tan-nar antiki u stabbiliti li dan l-unur għadhom ma rebħuhx. F’pajjiż li ħafna drabi nimxu biss bin-‘name’, inħossuna ferm kuntenti u kburin li rnexxielna nirbħu premju daqstant prestiġjuż fost il-konkorrenza ta’ wħud mill-aqwa kmamar tan-nar ta’ pajjiżna li ppreżentaw ruħhom, li din is-sena kienu 16 b’kollox, l-ikbar numru ta’ parteċipanti li qatt ħa sehem s’issa. Aħna tlajna fuq il-Fosos tal-Furjana b’2 irdieden sbieħ u ta’ ċertu mekkanika kumplessa wkoll. Ċertament ma kellna xejn inqas minn ħaddieħor. Konna nafu wkoll li l-strong point tagħna huma l-prodotti. Din is-sena kulħadd qalilna li dan il-premju kien jistħoqqilna tassew. Jien li ili nsegwi dan il-konkors nazzjonali sa mill-ewwel edizzjoni tiegħu, ngħid li probabilment qatt daqs din is-sena ma kien meritat daqshekk dan il-premju. Eżebixxejna varjetà wiesgħa ħafna ta’ funtuni tal-kulur u effetti oħra pirotekniċi li mhumiex komuni u mxerrdin lanqas fost l-eżebizzjonijiet li
EDITORJAL
Luke Portelli
Is-Sindku, il-Viċi Sindku,il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa jawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd
Viva San Pietru fil-Ktajjen
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ
L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar flimkien mal-Għaqda tan-Nar San Mikiel ta’ Ħal-Lija, iż-żewġ protagonisti tal-11-il Edizzjoni tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tan-Nar tal-Art għal din is-sena. L-Għaqda tagħna ġiet l-ewwel fil-prodotti filwaqt li ta’ San Mikiel ta’ Ħal Lija ġew l-ewwel fil-mekkaniżmu u l-Oriġinalità. Ta’ Ħal Lija ħadu wkoll il-Premju għall-Overall. Aħna klassifikajna fit-tielet post Overall. Fit-tieni post overall ġew ta’ San Ġużepp ta’ Ħaż Żebbuġ.
Mikiel Schembri flimkien mal-murtali tiegħu tas-sena li għaddiet.
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Hekk kif tgħaddi l-festa d-dilettanti jibdew l-ewwel proċess tagħhom li jaħdmu n-nar, dak li jaħarqu d-dwieli biex minnu jieħdu l-porvli. Ċelebrazzjonijet modesti imma sbieħ hekk kif id-dilettanti tagħna waslu lura Birżebbuġa u marru l-każin.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Il-Pirotekniċi tagħna flimkien mal-ħarqa li kellhom għall-‘Festa Nar’ 2017 li saret fil-Qrendi.
ANNIVERSARJI
Il-Grupp tal-Inġiniera Pirotekniċi tan-Nar tagħna li jaħdmu sena sħiħa fil-kamra tan-nar biex jiggarantulna l-programm tan-Nar mill-aqwa. Warajhom naraw il-murtali li ħadmu għall-festa tal-2016.
BIRŻEBBUĠA
bħala l-ikbar waħda li qatt saret f’Malta. L-istruttura nħadmet middilettanti Agostinjani, filwaqt li l-iskrataċ bit-taħlit ħdimnihom kollha aħna. Għall-‘Waterfall’ ikollna diversi domandi minn irħula u bliet differenti Maltin. ‘Waterfall’ oħra sabiħa nagħmluha ta’ kull sena għall-Kummissjoni Festi Esterni tal-Fgura. Fil-festa ta’ San Pietru tas-sena li għaddiet tajna eżebizzjoni mill-aqwa fin-Nar tal-Art. Kien hemm bosta dilettanti li hekk kif daħal is-Salvatur ta’ Ħal Lija niżlu jiġru sparati Birżebbuġa biex jaraw ilħarqa tan-Nar tal-Art tagħna. Min jifhem fil-prodotti u t-taħlit jaf li 100
tajna spettaklu mill-kbar fil-gżejjer tagħna. Din is-sena mhux se tkun inqas. Kellna wkoll ammont sabiħ ta’ nar tal-ajru. Is-sena li għaddiet erġajna wrejna wkoll kemm aħna kapaċi anke fejn tidħol it-tradizzjoni Maltija tan-Nar tal-ajru, speċjalment fejn jidħlu murtali kbar kollha msielet. Din is-sena se nerġgħu nagħtu pjaċir lin-nies ta’ Birżebbuġa b’eżebizzjonijiet mill-aqwa. Ir-ritorn tal-vara lura fir-raħal mir-restawr hija dejjem festa kbira għal kulħadd. Aħna l-Birżebbuġin rinomati ma’ Malta kollha għat-tradizzjoni unika li għandna. L-aħħar darba li l-vara titulari ttieħdet għar-restawr kien fl-1974 u din ġiet lura minn fuq il-baħar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li ta’ kull sena nġibu l-vara tad-dimostrazzjoni tal-festa minn fuq il-baħar. Għalhekk din id-darba se tkun it-tieni darba li l-vara titulari se tiġi lura mir-restawr minn fuq il-baħar u għaldaqstant qed inħejju festa
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Victor Schembri, Luke Portelli u Matthias Celeste jaħdmu fuq il-kaxxi għall-festa ta’ din is-sena 2017.
Luke Portelli jippostja l-beraq immisturat u mmurzjat fl-iskrataċ tal-qasmiet għall-festa ta’ din is-sena.
Josef Marsh jaħdem fuq il-ħadid tal-istrutturi tannar tal-Art għall-festa ta’ din is-sena.
Francesco Barbara u Peter Caruana (It-Three) jaħdmu fuq il-ħadid talistrutturi tan-nar tal-Art għall-festa ta’ din is-sena.
sabiħa. L-Għaqda tan-Nar tagħna se taħraq kaxxa infernali u sett murtali biex insellmu l-Vara Titulari Devota u Artistika tagħna li tant għandna għal qalbna. Barra minn hekk, din is-sena se nkunu qed naħarqu l-Ħamis waqt id-dimostrazzjoni bil-vara tagħna; matul it-Te Deum, fit-Translazzjoni u l-eżebizzjoni tradizzjonali ta’ Lejlet il-festa; kif ukoll il-Ħadd filgħaxija waqt id-dħul tal-vara. Nista’ ngħidilkom
li se jkollna ħarqa sabiħa ħafna fid-dħul. Lejlet il-festa se jkollna wkoll eżebizzjoni mill-aqwa tan-Nar tal-Art. Kull min iħobb din ilkategorija ta’ nar, dakinhar ma jistax ma jinżilx Birżebbuġa. Nagħlaq hawn billi nagħmel ir-ringrazzjamenti tas-soltu. Qabel xejn imma nappella lin-nies ta’ Birżebbuġa biex ikunu ġenerużi magħna. Aħna qed naħdmu ħafna biex nagħtukom pjaċir bin-nar
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
101
BIRŻEBBUĠA
Eman Farrugia jwaħħal il-gassijiet mal-istrutturi tal-injam għan-Nar tal-art li se jkollna dis-sena fil-festa
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Mikiel Schembri jaħdem fuq il-murtali tiegħu għall-festa ta’ din is-sena 2017.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
In-Nar tal-Art li sar għall-festa ta’ Santu Wistin 2017.
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
Membri u ammiraturi tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar taħt il-vara ta’ San Pietru wara d-dħul tiegħu fil-knisja u wara mument ta’ ġabra flimkien malKappillan Rev. Anton Galea Scannura.
SOĊJETÀ
Helben Aquilina jaħdem fuq l-istrutturi tan-nar tal-Art.
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Keith Camilleri jagħmel xi xogħol tal-ħadid bi preparazzjoni għan-nar tal-art.
Luke Sestito jaħdem fuq il-ħadid tan-nar tal-art.
ANNIVERSARJI
sabiħ li nafu nagħmlu. Għinuna kemm tistgħu u agħtuna l-appoġġ tagħkom ħalli nkomplu noffrulkom shows mill-aqwa u nġibu aktar unuri lejn Birżebbuġa. Grazzi lill-Korp tal-Pulizija u lill-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura. Ringrazzjament ieħor imur għall-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja mmexxija mil-Licencee is-Sur Marlon Mangion talli għal sen’oħra reġgħu laqgħuna biex stajna naħdmu dan in-nar. Ringrazzjament mistħoqq imur għal Emanuel Ciantar (id-Dilajder) u lis-Sinjura Marija Farrugia talli għoġobhom jisilfuna I-għelieqi tagħhom sabiex naħarqu n-nar taI-ajru. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk in-nies li jisilfuna l-garaxxijiet
Manuel Gafà jaħdem fuq l-injam tan-nar tal-art.
u I-inġenji personali tagħhom. Grazzi kbira oħra tmur għall-familji kollha tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina matul is-sena kollha. U fl-aħħar inħossu li għandna ngħidu grazzi lil Alla li reġa’ tana din l-opportunità li nagħtu pjaċir lin-nies bit-talenti pirotekniċi tagħna. Ringrazzjament imur ukoll għall-Patrun tagħna San Pietru. Aħna ċerti li jidħol għalina quddiem Alla biex ibiegħdna minn kull periklu ikrah waqt il-ħidma tan-nar. Minn qalbna nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd. San Pietru Patrun Tagħna, idħol għalina quddiem Alla ħalli jżomm idejh fuqna d-Dilettanti Birżebbuġin.
BIRŻEBBUĠA
L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar se taħraq hekk: It-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017, għall-ħabta tas-6pm se ssellem ir-ritorn tal-Vara Titulari mir-restawr b’kaxxa infernali malli din tirfes il-moll ta’ San Ġorġ u b’kaxxa oħra minn fuq ir-ramla meta l-vara tasal fil-Bajja s-Sabiħa. Il-Ħamis 3 t’Awwissu fit-8am u f’12pm isir ħruq ta’ salut u murtaletti. Malli l-vara tas-Soċjetà tasal fil-Bajja s-Sabiħa minn fuq il-baħar, tinħaraq kaxxa minn fuq ir-ramla. Għad-9:15pm jinħarqu diversi settijiet ta’ murtali, murtaletti, u murtali tal-kulur. Għall-ħabta tal-11:30pm, mat-tlugħ tal-vara fuq il-kolonna tinħaraq kaxxa tal-kulur minn fuq ir-ramla. Is-Sibt 5 t’Awwissu, lejlet il-festa, fit-8am jinħaraq it-Te Devm b’salut, kaxxa infernali, u murtaletti. Fis-6pm, fit-Translazzjoni jinħaraq salut, kaxxa infernali, murtali u murtaletti. Fl-9:45pm jibda l-ispettaklu tan-nar tal-ajru b’murtali kbar tal-beraq u tal-kulur. Fit-tmiem ikun hemm kaxxa sabiħa. Fil-11:15pm jibda l-ispettaklu tant mistenni tan-Nar tal-Art, spettaklu segwit minn ħafna nies madwar Malta. Il-Ħadd 6 t’Awwissu, f’Jum il-Festa, għad9pm, hekk kif l-istatwa titulari tkun riesqa lejn id-dħul tagħha lejn il-knisja jingħata bidu għal ħruq spettakulari ta’ murtali kbar bil-beraq u bil-logħob, kif ukoll b’murtali kbar tal-kulur. Mad-dħul tinħaraq kaxxa kbira tal-kulur, varjata b’settijiet kbar u sbieħ ta’ murtali u murtaletti.
104
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
The Discount Place
Stockists for all kinds of Food Stuff, Fruits, Vegetables, Detergents, Toiletries etc... at very reasonable prices and special offers of the week Prop. Victor Gauci
Sunblest, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa
Freshly Prepared Daily!
70, Pretty Bay, Birżebbuġa Call 2788 8857 / 7905 4343 / 7955 3452
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ
L-ikbar Waterfall f’Malta fil-Festa ta’ Santu Wistin 2017
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Minn dawn il-paġni nixtiequ nifirħu lil Fr. Deo Debono u l-Parroċċa Agostinjana tar-rebħa li għamlu fil-Waterfall li kellhom. Din ġiet rikonoxxuta mill-Malta Records bħala l-ikbar waħda f’Malta. Il-wire tal-azzar li qasam il-Mandraġġ kollu tal-belt, distanza notevoli, intrama mid-dilettanti qalbiena ta’ din il-parroċċa, filwaqt li aħna, bħala għaqda tan-nar ġejna avviċinati biex nagħmlu l-iskrataċ mimlijin bit-taħlit. Kellna biċċa xogħol mhux ħażin biex imlejna dik il-kwantità kbira ta’ skrataċ kbar bit-taħlit. Meta waslet il-festa tlajna bihom il-Belt u mbagħad dawn twaħħlu mal-vent li kien ippreparat. Dakinhar li nħarqet kulħadd baqa’ b’ħalqu miftuħ sia għall-kobor u anke għas-sbuħija tagħha. Prosit lil Fr. Deo Debono u l-parroċċa Agostinjana tal-Belt. Aħna ninsabu ferm kburin u onorati li ġejna avviċinati biex ngħinu lid-dilettanti talParroċċa Agostinjana f’dan il-proġett. It-taħlita tal-‘Waterfall’ li taf tagħmel l-għaqda tagħna saret imfittxija minn diversi festi Maltin. Ta’ kull sena niġu mistiedna biex nipproduċu oħra għall-Għaqda Kumitat Festi Esterni tal-Fgura. Ta’ min jgħid li għat-tieni sena ġejna avviċinati minn din il-parroċċa biex intellgħulhom spettaklu ta’ Nar tal-Art li fih morna tajjeb ħafna. Grazzi u Prosit.
Skrataċ tal-Waterfall għall-festa ta’ Santu Wistin, mimlijin u lesti biex jittieħdu l-belt u jintramaw mal-istruttura.
Godfrey Zammit (il-Lupsi)
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Is-Soċjetà tirringrazzja wkoll lis-Sur Godfrey Zammit, magħruf magħna bħala ‘l-lupsi’ tas-servizz li jagħti lis-Soċjetà fil-ġimgħa tal-festa partikolarment fil-ħarqa tan-nar li jkollna minn fuq ilBajja s-Sabiħa waqt li San Pietru jinżel minn fuq il-lanċa wara d-Dimostrazzjoni ta’ fuq il-baħar u waqt li l-istess vara proprjetà tasSoċjetà tkun tiela’ fuq il-kolonna tard filgħaxija. Ħafna jiddeskrivu l-ħruq ta’ meta San Pietru jinżel minn fuq il-lanċa bħala wieħed spettakolari ħafna. Dan il-mument ikun mistenni minn ħafna nies anke minn barra Birżebbuġa. Is-Sur Zammit ilu sa minn tfulitu jgħin fil-festa ta’ San Pietru, f’kull qasam inkluż fl-armar tal-knisja u anke f’dak ta’ barra. Ħafna minnha jiftakruh ukoll bil-kanun tal-karti, li bih kien idur ukoll diversi rħula fejn kien jintalab jispara l-karti waqt ilmarċi. Niftakruh fuq il-kampnar li fil-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier kien jitfa karti u parachutes b’ġugarelli żgħar u ħelu mwaħħlin magħhom. Godfrey Zammit magħruf magħna bħala l-lupsi, jagħmel l-aħħar Mhux l-ewwel darba li ħaraq xi nar waqt il-barka tal-Festa tal-Katedra arranġamenti fuq il-Bajja s-Sabiħa sabiex San Pietru jingħata tislima ta’ San Pietru fi Frar u mhux l-ewwel darba li xtara blalen u qasmiet xierqa huwa u dieħel fil-Port ta’ Birżebbuġa kif ukoll huwa u jittella’ fuq il-pedestall sabiħ tax-xatt. oħra tal-kulur biex jinħarqu f’lejlet il-festa jew f’nar il-festa ta’ San Pietru. Illum Godfrey huwa mdaħħal l-iktar fin-nar u jgħin lis-Soċjetà u lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar f’dan il-qasam. Kemm is-Soċjetà u kemm l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar iroddulu ħajr. 106
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Triq il-Kurat Fenech, Birżebbuġa
Tony Muscat Caterers Limited Ice-Cream Manufacturers 89, St. Patrick Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 8677
SAN PIETRU APP.
For more information call 2765 4048 • 9904 1534
PIROTEKNIKA
Freshly made ice-Cream
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
DCF Home & Decor
SOĊJETÀ
Is-Soċjetà u l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar jifirħu lil Mikiel Schembri li wara l-Laqgħa Ġenerali li għaddiet ġie maħtur bħala Membru Onorarju tas-Soċjetà. Tajjeb ngħidu li Mikiel Schembri ilu jaħdem in-nar għal Birżebbuġa u Bengħisa sa minn tfulitu nett. Huwa ngħaqad mill-ewwel mas-Soċjetà meta din twaqqfet fl-1990 u minn dakinhar ’l hawn ma waqafx milli jaħdem nar għas-Soċjetà. Mikiel huwa mfaħħar ħafna għax-xogħol fin li jaf jagħmel fil-murtali kbar tallogħob, speċjalment mid-dilettanti tan-nar tal-iktar irħula magħrufa ġirien tagħna. Huwa jagħmel dan ix-xogħol minn qalbu u qatt ma ħares lejn interessi finanzjarji. Huwa jħobb il-logħob tan-nar daqs ilmimmi t’għajnejh u għandu devozzjoni kbira lejn San Pietru, il-Kunċizzjoni ta’ Bengħisa u lejn l-Irxoxt tas-Soċjetà. Is-Soċjetà u l-Għaqda tan-nar 22 ta’ Frar jifirħulu għal din il-pożizzjoni ġdida u jagħmlulu kuraġġ biex ikompli jrawwem fid-dilettanti tan-nar żgħażagħ tagħna sens ta’ mħabba lejn il-festa u lejn San Pietru kif ukoll għaqal u dixxiplina fl-arti tal-logħob tan-nar.
EDITORJAL
PROGRAMM
Mikiel Schembri, Pirotekniku, bħala Membru Onorarju Ġdid
ANNIVERSARJI
Best toy shop in Town, Beach wear & Beach Accessories
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
E0.35c 107
Brand New Gym fully equipped with latest equipment. Free WiFi and Fully Air-conditioned. Meal plan and workout program are also given when purchasing a membership. Call on 21654118
Julia Farrugia Portelli u l-familja tawgura l-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa M | 7999 9936 E | info@juliafarrugia.com Indirizz tal-Uffiċċju 2, Qrendi Road, Żurrieq (ħdejn l-Armerija)
Il-Festa t-Tajba! Deputat Laburista għall-Čames Distrett www.zrinzo.com 7968 1171/ 9811 6770 stefan@zrinzo.com
/stefanzrinzo @stefanzrinzo
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Luke Portelli: Partitarju u Pirotekniku Żagħżugħ Mimli Entużjażmu Josef Schembri
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Illum se nlaqqgħukom ma’ wieħed minn dawk li jiġbdu ż-żgħażagħ warajhom u li jimla bl-entużjażmu lil ħafna nies biex jikkontribixxu għall-festa, għal San Pietru u għas-Soċjetà. Aħna nqisuh wieħed miż-żgħażagħ tagħna pijunieri tal-logħob tan-nar tal-Għaqda tagħna, bil-kapaċità li jiġbed miegħu diversi aktar żgħażagħ minn Birżebbuġa f’din l-arti u dixxiplina. Luke huwa mimli spirtu, enerġija, entużjażmu u mħabba kbira lejn is-Soċjetà u l-Għaqda tan-nar 22 ta’ Frar. Il-festa u n-nar huma ħajtu u ma jikkunsidra lill-ebda ostaklu li tista’ twaqqfu milli jfaħħar lill-Patrun u lil Birżebbuġa b’dak li kapaċi joffri, il-logħob sabiħ tan-nar. Luke Portelli twieled fil-15 ta’ Ġunju 1990, fis-sena li twaqqfet is-Soċjetà u ftit jiem biss ’il bogħod mill-ewwel dehra tal-Banda Birżebbuġa f’Awwissu ta’ dik l-istess sena. Mistoqsi jekk in-namra tal-festa ħadhiex mingħand nannuh li fi żmienu kien meqjus bħala dilettant kbir tas-Soċjetà tagħna, Luke qal li għalkemm nannuh kien jimbuttah biex jipparteċipa fil-festa, aktar jemmen li kien bis-saħħa tal-ġenituri tiegħu, partikolarment ta’ missieru li ħareġ daqshekk dilettant. Dan għaliex kif jgħidilna hu stess, fil-festa, waqt il-ħruġ ta’ San Pietru, missieru kien ta’ spiss itellgħu fuq it-turretta tal-każin u minn hemm kienu jaraw is-salut, il-kaxxa u l-murtali l-kbar. Jgħid ukoll li ma’ missieru kien idur diversi festi u għalkemm mill-festa Maltija lilu jinteressah kollox, jammetti li l-ġibda lejn il-logħob tannar kienet xi ħaġa li trabbiet ġewwa fih sa minn ċkunitu nett. Imma għal Luke Portelli, il-Patà, għax hekk insibuh, il-festa ta’ San Pietru mhjiex biss in-nar. Lil San Pietru jħobbu tassew u miegħu jħobb ukoll is-Soċjetà li trabba fiha. Hekk hu, għax kif għidna diġà, meta twieled hu, twieldet ukoll is-Soċjetà u allura ma jistax jonqos li bejniethom ikun hemm ċertu affinità. Luke għandu diversi memorji sbieħ tas-Soċjetà u tal-każin. Għalkemm kellu tliet snin, jiftakar sew il-każin ta’ San Ġorġ li baqa’ jiffunzjona uffiċjalment sas-sena 1997 meta mbagħad is-sede nbidlet għal dik tal-lum. Jiftakar il-bottegin l-antik, mingħajr l-ispazju tal-ispiżerija li għandna llum, bottegin dejjaq, bil-billiard fejn il-bieb tal-bitħa. Għandu tifkiriet ukoll tasSede ‘Ġawhra San Pietru’ tinbena sular sular bis-saħħa ta’ ħafna ħaddiema volontarji qalbiena. Ma setax jonqos ukoll li jsemmi l-famuż Iljun tal-kartapesta li konna noħorġu fil-marċ ta’ filgħodu fil-bidu taddisgħinijiet, u li miegħu kienu ħadulu ritratt li għadu jgħożż sal-lum.
Mużika Tajjeb insemmu wkoll li Luke għamel żmien jitgħallem il-mużika u kien saħansitra ħareġ bandist mal-banda tas-Soċjetà tagħna. Missieru kien iħeġġu jitgħallem il-banda u wisq iktar nannuh li għal banda kellu ċertu rispett. Huwa daħal jitgħallem ta’ età żgħira u fl-2002 ta’ tnax-il sena, idebutta mal-Banda tas-Soċjetà bil-kurunetta. Hu ħa l-formazzjoni mużikali kollha tiegħu ma’ Mro. Charles Wallace Suda, l-Assistent surmast tal-banda. Nannuh ta’ spiss kien imur jakkumpanjah, f’każin li kien għadu qed jinbena u hemmhekk kien jarah jitgħallem ma’ Mro. Suda. Luke għamel qisu sena u nofs idoqq mal-Banda Birżebbuġa. Il-ġibda lejn in-nar kienet wisq kbira. Minkejja kollox il-banda xorta għadu jħobbha u jammetti li dik l-esperjenza żgur servietlu ta’ ġid speċjalment meta tqis li fixxogħol tan-nar tal-lum daħlet ħafna l-moda li n-nar ikun sinkronizzat mal-mużika.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Luke Portelli jiddebutta bħala bandist mal-Banda Birżebbuġa fis-sena 2002
Luke Portelli jitpoġġa għad-dell tal-Iljun tal-kartapesta fil-marċ ta’ filgħodu tas-sena 1991 minn missieru, liema iljun iżżanżan f’dik l-istess sena.
110
L-ewwel sehem tiegħu fin-nar Il-ġibda lejn in-nar bdiet minn ċkunitu. Ma’ missieru kien idur diversi festi. L-ewwel joqogħdu jaraw in-nar tal-ajru u mbagħad saħansitra anke n-nar tal-art tard filgħaxija nett. Ta’ erbatax-il sena
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Luke Portelli mar-raddiena tad-disa ċrieki, l-ewwel raddiena tiegħu.
Luke Portelli jaħdem fuq ir-raddiena tal-ingranaġġ fis-sena 2008.
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
Is-sehem tiegħu matul is-snin Għidna li bejn wieħed u ieħor Luke beda jagħti sehmu fin-nar fis-sena 2004. Madankollu huwa jgħid li l-iżvolta ta’ kollox bdiet fl-2006. F’dik is-sena Luke beda jmur il-maħżen aktar regolari, fejn tan-nar kienu jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom. Hemmhekk kien beda jiltaqa’ ma’ Peter Caruana (It-Three) li dik il-ħabta kien qiegħed jagħmel l-ewwel raddiena tiegħu; ‘il-murtal stilla’. Bejn Luke u Peter kulma hemm huwa tliet snin differenza u allura bħala żgħażagħ żgħar kienu jgħinu ħafna lil xulxin. Luke kien tah daqqa tajba lil Peter fir-raddiena tiegħu. Għal Luke, però kellha tkun l-2007, is-sena li fiha kellu jara l-ewwel raddiena tiegħu. Hu jiftakar ukoll li matul dawk is-snin ilgrupp tan-nar tant kemm kien attiv li kien saħansitra anke jiddedika ħin għall-armar tal-Milied tat-toroq, għall-presepju; jieħu sehem filKarnival u jgħin fil-Ġimgħa l-Kbira, partikolarment fil-Preżentazzjoni Drammatizzata tas-Soċjetà. Kienet is-sena li fiha Luke għamel l-ewwel raddiena tiegħu u għal dan il-proġett kien tah daqqa t’id Jason il-‘Feses’. Din ir-raddiena hija dik li aħna nsibuha bħala taddisat iċrieki (8 ċrieki ħdejn xulxin f’għamla ċirkulari u ċirku wieħed fin-nofs). Meta beda jaħdem fuqha bdew jagħtuh x’jifhem li kienu se jagħmlulu sorpriża fiha. Dan kompla jikkonfermah meta għallħabta ta’ April u Mejju, il-grupp tad-dilettanti niżlu l-belt fil-Port ilKbir biex jaraw in-nar tal-festival Internazzjonali. Hemmhekk iltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Joseph Caruana tal-Għaqda tagħna u meta kellmu, Joseph qallu li kien se jkollu sorpriża kbira fiha. Luke jgħid
li ma jinsa qatt il-mument meta lejlet il-festa ġew biex jaħarqu r-raddiena tiegħu u sab li kienet kollha gassijiet ħomor u ħodor minn dawk ‘tad-dawl’! Fl-2008, Toni l-berqa, żagħżugħ dilettant kbir tan-nar minn Birżebbuġa, kien tah ir-raddiena tiegħu li kienet tal-ingranaġġ u kien
SAN PIETRU APP.
meta beda jiffrekwenta l-grupp tan-nar kien ta’ spiss imur fejn tannar u jitla’ l-każin. Hemmhekk sar jaf lil Kelinu għall-ewwel darba u kien joqgħod jiġbidlu saqajh fuq il-murtali li kien jagħmel tant b’ħila għall-festa tagħna. Tant kemm saru ħbieb kbar li mbagħad matul is-sajf kienu jduru dawk il-festi kbar li huma rinomati għan-nar. Dak iż-żmien Kelinu kien għadu bil-vann l-aħmar l-antik. Anke hawn, il-ġibda lejn in-nar tal-art kienet qawwija u mhux l-ewwel darba li Kelinu kien ikollu jċedi għall-entużjażmu ta’ Luke u jgħidlu “Ħa noqgħod nara n-nar tal-art miegħek, salib!”. Għalhekk f’dan iż-żmien lil Luke konna nsibuh imur il-maħżen u hemmhekk kien jgħin billi jagħmel xogħol ta’ brim fuq l-iskrataċ talispanjola, il-fajina u l-iskrataċ tal-gassijiet tan-nar tal-art. Hawnhekk hu kien iltaqa’ ma’ Peter Caruana, magħruf magħna bħala ‘t-Three’. Luke jgħid li kienu jagħmlu kuraġġ b’xulxin u huwa għalhekk li baqgħu telgħin dilettanti kbar f’dan id-delizzju. Luke jgħid li dak iżżmien kien jobrom madwar 100 gass tal-karti kuljum u kien ta’ spiss isammar l-imsiemer mal-gassijiet u jiżbogħ l-irdieden bil-lest għallfesta. Hu jgħid li kien ikollu sodisfazzjon kbira jara l-gassijiet li jkun baram bil-kolla jinħarqu mal-irdieden.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Luke Portelli flimkien mal-istilla tiegħu fis-sena 2009.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
111
TARXIEN ROAD, GUDJA TEL: 21696669 FAX: 21821192 www.joeandjerryfurniture.com info@joeandjerryfurniture.com
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
113
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
jgħid li huma dawn it-tliet fatturi li ggwidawh u mexxewh ’il quddiem. X’jiswa’ għal kull Soċjetà mużikali u għaqda tan-nar jekk ma timlix lin-nies tiegħek bl-entużjażmu? Il-festi huma ċelebrazzjonijiet u espressjonijiet ta’ ferħ u entużjażmu. Jekk toqtol l-entużjażmu tannies, tkun qtilt il-festa u l-ferħ li ġġib magħha. Min joqtol l-entużjażmu tan-nies ikun qed jispara f’saqajh. Is-sena 2013 kienet sena ta’ prova kbira għall-maturità tiegħu, mhux fin-nar biss imma anke filkapaċità li jiġbed lejh nies ġodda biex jgħinuh. Jirringrazzja lil ħafna nies li għenuh u jgħid li minn din il-prova għadda u ħareġ b’saħħtu aktar minn qatt qabel. Kienet sena li fiha tgħallem ħafna aktar ħiliet fil-logħob tan-nar. Luke isostni li kulħadd għadu jiftakar fin-nar sabiħ li kellna fis-sena taċ-Ċentinarju tal-Parroċċa. Luke jirringrazzja lil dawk il-bosta żgħażagħ li dakinhar kienu ġew jgħinuh jarma n-nar tal-art fil-pjazza, li ntrama malajr iktar mis-soltu u jirringrazzjahom ukoll talli kienu ħadulu ħsieb is-sound u l-feature. Fis-sena 2014, mal-grupp reġa’ ingħaqad iż-żagħżugħ Matthias Celeste, żagħżugħ li jagħti kontribuzzjoni kbira fin-nar tagħna. Ingħaqad mal-grupp ukoll Josef Marsh. Kien ukoll jifforma parti minn dan it-tim Eman Farrugia. It-tim żagħżugħ kien qiegħed dejjem jikber. Dik is-sena Josef Marsh għamel raddiena ‘katina’. Josef Marsh kien jieħu ħsieb il-garaxx fejn kienu qed jaħżnu l-ħadid u l-apparat tan-nar tal-art, filwaqt li Peter Caruana kien jiġi u jaħdem fuq xi qafas ġdid ta’ raddiena. Issa x-xewqa ta’ Luke kienet li jibda jagħmel xi murtal tal-ajru, għalhekk kellem lil Kelinu u talbu jgħinu biex jagħmel imqar 7 murtali u Kelinu tah il-kelma li jgħinu: ‘Nurik, agħmel dak li ngħidlek jien u tagħmilhom’. Luke jafferma li huwa jinsab kburi ħafna li qed jitgħallem mingħand bniedem imwieled Birżebbuġa stess, minn Bengħisa u mhux mingħand xi bniedem barra r-raħal. Hu jgħid li hija meravilja kif minn dan ir-raħal sabiħ, xi kultant minsi anke mid-dilettanti tal-festi, irnexxielhom joħorġu nies bravi anke fin-nar. Luke jgħid li matul il-proċess kollu, Kelinu kien jgħinu fit-tappijiet tal-beraq biex jimlihom u kienu jgħinu billi jorbotlu l-fetħiet tal-murtali. Madankollu minn 7 murtali li kellu ppjanati rnexxielu jagħmel 3, li wieħed minnhom inħaraq fil-ħruġ min-niċċa ta’ dik is-sena u t-tnejn l-oħra ħaraqhom il-Ġimgħa fl-Aħħar Tridu. Dakinhar Luke kien veru kuntent bir-riżultat għax marru veru tajjeb. L-2015 kienet is-sena tal-25 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà. Luke qal li dik is-sena konna erġajna dħalna filKompetizzjoni tal-Festival tan-Nar tal-Art fuq il-fosos tal-Furjana. Ma kinitx l-ewwel darba tas-Soċjetà f’din il-kompetizzjoni imma għalkemm tlajna b’żewġ irdieden kbar u ta’ ċertu livell, ix-xogħol ittantana ħafna u spiċċajna ma morniex tajjeb. Kif jgħid il-Malti: ‘Innar taħdmu int imma jaħarqu x-xitan’. Għall-festa ta’ dik is-sena, Kelinu kien qallu biex jagħmel tużżana murtali: 6 għal ġol-kaxxa tad-dħul u 6 għat-Te Deum. Din id-darba mhux talli laħħaq it-tnax li huma imma talli għamel it-13-il wieħed. Ħaraq 7 minnhom fit-Te Deum imma meta d-dilettanti ġew biex idaħħlu l-murtali ġol-kaxxa tad-dħul ġratilna biċċa tinkiteb. Dakinhar wara l-marċ ta’ filgħodu, Victor Schembri, membru ieħor tal-Għaqda tan-nar u xi dilettanti oħra fosthom Kelinu telgħu l-għalqa biex ilestu l-kaxxa tad-dħul. Hekk kif ġew biex jikkumnikaw il-kaxxa indunaw li dawn l-imberkin murtali ma setgħux jidħlu fil-kanen! Il-kanni kienu iżgħar mill-murtali jew inkella l-murtali ġew ikbar mill-kanen. Ifhima kif trid! Tistgħu tobsru kif baqgħu issummati! Kienet esperjenza li laqgħuha bi tbissima, għax kif jgħidu: mill-iżbalji titgħallem. Minflok fil-kaxxa, dawn imbagħad inħarqu fuq l-idejn fl-eżebizzjoni ta’ qabel il-kaxxa tad-dħul. Luke jgħid li matul din is-sena l-għaqda tan-nar avvanzat ħafna u ħafna fin-nar tal-art, fil-mekkaniżmi u anke fi prodotti ġodda. Is-sena li għaddiet, fl-2016 Luke jgħid li kienet sena li fiha ġew imżanżna diversi rdieden ġodda. Peter Caruana (it-Three) għamel raddiena ġdida. Luke stess biddel ix-xemx (hawn min jgħidilha ‘warda’ jew ‘stellarju’) u għamilha ġganteska b’diversi funtuni tal-
BIRŻEBBUĠA
immodifikaha xi ftit billi biddlulha d-disinn u għamluha fil-forma ta’ stilla bl-imqassijiet fiha tinfetaħ u tingħalaq. Dik il-ħabta Luke kien għadu kif beda jaħdem u għalhekk kien f’qagħda li joħroġ xi flus minn butu. Luke jemfasizza ħafna l-fatt li matul dawn is-snin kollha, id-dilettanti ħarġu u għadhom joħorġu sal-lum eluf kbar ta’ flus minn buthom. Huma qatt ma kienu ta’ piż finanzjarju għas-Soċjetà. Matul dawk is-snin id-dilettanti tagħna kienu jaħdmu filKumpless tan-Nar ta’ Ħal Safi taħt il-gwida tal-Licencee Pawlu Schembri, magħruf magħna bħala Pawlu ‘ta’ Stella’. F’Ġunju 2008 Luke kien għalaq it-18-il sena u allura qatagħha li wara l-festa jċempel lil Pawlu biex jara jekk jistax jiffirmalu ħalli jkun jista’ japplikalu għal-liċenzja tan-nar u jkun jista’ jitla’ l-post u jibda jitrawwem fl-arti tal-logħob tan-nar. Hekk għamel u meta ċempillu qallu ‘Int issa l-ewwel applika għal-liċenzja mbagħad ngħidlek jekk taħdimx nar’. Luke jgħid li Pawlu huwa ġentlom mill-kbar u minn dejjem laqgħana b’idejh miftuħa. Snin wara s-Soċjetà kienet anke ħatritu ‘Membru Onorarju’. Luke applika għal-liċenzja, għamel iżżmien jistenna u f’Ġunju tat-2009 tawh il-license D, li kienet liċenzja ġdida biex dak li jkun, ikun jista’ jitla’ l-post tan-nar biex jitgħallem kif issir il-manifattura tiegħu, qisu bħal apprendistat. Allura meta rċieva l-konferma, Luke ċempel lil Pawlu biex isaqsieh jekk kienx jista’ jinżel il-post tan-nar u dan qallu ‘U mela ma tinżilx! Ejja bilqalb kollha’ u minn dakinhar beda jaħdem u jitgħallem dejjem taħt is-sorveljanza ta’ Pawlu. Meta f’Ġunju 2009, Luke ingħata l-Liċenzja D, ix-xogħol talfesta li tiġi f’Awwissu kien diġà lest, imma hekk kif għaddiet ilfesta, qisu f’Ottubru 2009, Luke beda jitla’ l-kamra biex issa jibda jitgħallem kif verament jinħadem in-nar. Jgħid li filli kien jobrom il-karti għall-gassijiet u issa kien qiegħed jimlihom bit-taħlit! Dik issena kien għamel ħafna xogħol tan-nar tal-art bħal ngħidu aħna jikkumnika l-gassijiet flimkien. Hawnhekk kien ra lil Kelinu għallewwel darba jaħdem il-murtali pass pass, naqra naqra u jirmonta l-murtali. Dan għalih kien kollox ġdid. In-nar issa beda jarah minn perspettiva differenti, minn dak tal-brim għall-arti proprja tat-taħlit, mili tal-iskrataċ, irbit, irmuntar, kumnikazzjoni u għeluq tax-xogħol. Il-festa tal-2010, ġiet u għaddiet u kollox mar perfett, imma fis-sena 2011, jgħidilna Luke, l-Għaqda tan-nar affaċċat diffikultá kbira minħabba li kienu daħlu regoli ġodda u iebsin ħafna fuq ilLicencees tal-kmamar tan-nar u l-post ta’ Ħal Safi spiċċa ngħalaq. Luke jgħid li dik is-sena ppruvaw isibu post alternattiv. Wara ħafna xhur ta’ tfittxija, irnexxielhom jilħqu ftehim mal-Għaqda tanNar Our Lady of Consolation tal-Gudja. Luke diġà kellu ħbiberija kbira ma’ Marlon Mangion li fuqu hemm il-permess tal-kumpless tagħhom u din għenet biex il-ftehim jintlaħaq malajr. Dik is-sena Luke u sħabu kienu daħlu jaħdmu għal ħabta ta’ Marzu 2011, tard wisq biex tipprepara programm tajjeb u sod għal festa li tiġi flewwel Ħadd t’Awwissu. Allura ġie deċiż li għal dik il-festa jinħadem biss programm modest ta’ nar tal-art. Luke jgħidilna li kien ikun ta’ periklu għalihom li kieku għamlu wkoll in-nar tal-ajru fi żmien daqshekk qasir. Luke jgħid li dik is-sena xorta waħda kienu ħarġu sodisfatti bin-nar speċjalment bin-nar tal-art u jemmen li magħhom kienu ħarġu sodisfatti wkoll in-nies kollha ta’ Birżebbuġa. Luke jgħid li l-għaqda tan-nar tagħna għamlet sagrifiċċji kbar dakinhar. Imbagħad fis-sena 2012, huma ngħataw permess mil-Licencee Marlon Mangion biex jaħdmu anke nar tal-ajru u dik is-sena fil-fatt kellna madwar 80 murtal maħdumin kollha minn Kelinu. L-għaqda tan-nar għamlet ukoll kaxxa u salut bil-bomba tal-4 u anke Nar talArt. Dik is-sena Luke kien ġab ukoll il-License B. Sa dak iż-żmien Luke kien għadu kkonċentrat l-iktar fuq in-nar tal-art. Imbagħad fl2013, fis-sena taċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, Luke jgħid li din kienet sena ta’ sfida kbira. Hu jsostni li hu dejjem kien immexxi mill-prinċipji tiegħu tal-altruwiżmu, tal-kreattività, u fuq kollox tal-entużjażmu. Hu
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
NEW
Authorised Facility End-of-Life Vehicle Accepting cars for scrap. Scrap vehicle collection can be quickly arranged by us or deliver your old car directly to us.
Best Price for: Steel Scrap Copper Scrap Brass Scrap Aluminium Scrap Stainless Steel Scrap Lead Batteries
Call us now HHF601, Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga BBG 3000
9949 5236 - 7965 1545 - 2165 1475 Email: gasparell.b@gmail.com
HHF 601—Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga , BBG 3000
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL Luke Portelli flimkien ma’ Mikiel Schembri u l-murtali li ħadem għall-festa tas-sena li għaddiet.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
kulur tal-pulzier! Hawnhekk Luke stqarr li mill-aspetti kollha talpiroteknika, il-funtuna tal-kulur hija l-iktar ħaġa għal qalbu u li għandu interess ikompli jispeċjalizza fiha. Għal dan kollu huwa jirringrazzja lil Joe Caruana, pirotekniku ta’ stoffa li jgħallem lil dawk iż-żgħażagħ dilettanti tal-Għaqda tan-Nar tagħna, fosthom lil Luke. L-Għaqda tagħna tħossha ferm kburija bil-kapaċitajiet ta’ dan l-individwu. Firrigward tan-Nar tal-Ajru, is-sena li għaddiet, Luke ried jesperimenta bis-‘serpentelli’. ‘Il-bidu huwa dejjem iebes’, jgħidilna Luke. Għad fadal ħafna x’tirranġa imma għall-inqas għamilna l-ewwel pass u jidher li qegħdin fit-triq it-tajba fuq din it-teknika. Mikiel (Kelinu) reġa’ ħeġġu jagħmel il-murtali u fil-fatt għamel tużżana: 2 fil-ħruġ minniċċa, 2 il-Ġimgħa, 2 is-Sibt fuq l-idejn, u 6 għall-kaxxa tas-sibt billejl. Dawn kollha marru tajjeb. Saru wkoll numru ta’ rdieden ġodda: ix-‘xadina’ ta’ Peter (It-Three), ix-‘Xemx’ ġganteska u r-raddiena ġdida ta’ Matthias Celeste. Din għenu ħafna fiha Josef Marsh. Luke saħaq li dik kienet waħda mill-aqwa snin tan-nar għall-Għaqda. Huwa qal li dik is-sena kienet ikkaratterizzata minn kwantità u anke kwalità għolja ta’ nar. Il-programm li ġie mfassal f’Ottubru ta’ qabel intlaħaq kollu. Ta’ min jgħid li matul din is-sena ħraqna diversi murtali kbar bl-imsielet!
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Ħarsa lejn is-sena kurrenti Qabel ma’ spiċċajna, Luke ma setax ma jitkellimx fuq il-programm ta’ din is-sena u l-unur li l-Għaqda rebħet fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art. Fiż-żmien li għamilna l-intervista, Mejju 2017, qalli li x-xogħol għall-festa li jmiss jinsab avvanzat u dieħel fl-iktar parti nevralġika tiegħu, dik li issa jibda jingħaqad kollox. Luke qal li bħalissa l-funtuni tan-nar tal-art sia tal-porvli u tal-kulur huma lesti; il-fetħiet jinsabu marbutin u l-murtali dalwaqt jibdew jitwaqqfu. Ix-xogħol fuq il-kaxex infernali huwa miexi b’ritmu sodisfaċenti, dejjem bis-saħħa ta’ diversi dilettanti voluntiera li jagħtu ħinhom u ħajjithom biex innies fil-festa jkollhom biex jieħdu pjaċir. Tkellimna wkoll dwar ir-ritorn tal-vara mir-restawr, okkażjoni speċjali ħafna li f’Birżebbuġa ilha ma tiġri sa mill-1974! Birżebbuġa se żżomm it-tradizzjoni unika f’Malta li l-vara titulari tinġieb lura minn fuq il-baħar u għalhekk nawspikaw li għal din l-okkażjoni unika se jżuruna diversi dilettanti minn Malta kollha. Għal din l-okkażjoni Luke qal li bi ftehim mal-partijiet kollha, is-Soċjetà se tilqa’ lura l-vara sabiħa tagħna billi ssellem lil San Pietru b’kaxxa infernali hekk kif mil-lanċa l-istatwa titniżżel fuq l-art! Kif konna qed nitkellmu, semmejna wkoll il-festa ta’ Kristu Rxoxt li wara 18-il sena, is-Soċjetà reġgħet ingħatat il-permess anke mill-knisja biex tagħmel bih manifestazzjoni reliġjuża annwali. Barra li kien kuntent li din is-sena seta’ jerfa fih, ma eskludiex li fis-snin li ġejjin insellmu lil Kristu Rxoxt b’xi salut, kaxxa u murtaletti għax fi kliemu stess, ‘Jekk insellmu lil San Pietru, kif jista’ jkun ma nsellmux lil Kristu Sidna u Sultan tagħna, li rebaħ għalina fuq il-mewt?’ 116
Fuq il-Premju li s-Soċjetà għadha kif rebħet fil-Festival tan-Nar tal-Art huwa qal li dan huwa premju prestiġjuż ħafna li jagħmel unur lill-Pirotekniċi ta’ veru. Jemmen li l-premju għall-‘Aqwa Prodotti’ huwa l-premju proprja ta’ min jissejjaħ ‘Pirotekniku’ għax wara kollox, dik hija l-ħila tal-Pirotekniku veru: it-taħlit u fil-każ tan-nar tal-ajru, it-taħlit u l-metodoloġija fil-kostruzzjoni tal-murtali! Huwa jsostni li l-Għaqda telgħet ippreparata u jisħaq li dan il-premju kien meritat ħafna għax l-Għaqda tagħna eżebixxiet varjetà wiesgħa ta’ funtuni u effetti pirotekniċi li rari tara bħalhom anke fl-eqqel tal-istaġun tal-festi. Huwa jgħid li l-Għaqda tagħna kkompetiet ma’ wħud mill-aqwa kmamar tan-nar ta’ pajjiżna, kmamar antiki bi tradizzjoni kbira fin-nar. Irrimarka wkoll li din kienet l-iktar sena li fiha ħadu sehem kmamar tan-nar minn mindu beda dan il-Festival. L-Għaqda tagħna, barra li ġiet ippremjata għall-aqwa taħlit fin-nar, ġiet fit-tielet post minn 16-il kamra differenti fil-marka globali, turija ċara li kienet ukoll b’saħħitha anke fil-kategoriji l-oħra. Ċertament dan is-suċċess se jibqa’ jirbombja bħal eku fis-snin li ġejjin.
Luke Portelli flimkien ma’ Keith Demanuele jaħdmu fuq l-irdieden il-kbar fil-pjazza ta’ Birżebbuġa.
Luke Portelli u Eman Farrugia jifirħu flimkien meta tħabbar li l-Għaqda tagħna rebħet il-Kategorija tal-Prodotti. Mejju 2017.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
Is-Soċjetà tirringrazzja lill-Pirotekniċi kollha tal-Għaqda tan-Nar tagħna, tax-xogħol u s-sagrifiċċji kbar li jagħmlu biex jagħtuna spettaklu sabiħ u tal-aqwa kwalità fil-ġimgħa tal-festa. Is-Soċjetà tifirħilhom ukoll għall-premju prestiġjuż fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art ta’ din is-sena fil-Furjana bħala l-aqwa grupp f’Malta li jipproduċi l-ifejn taħlit fin-nar tal-art kif ukoll għat-tielet pożizzjoni globali.
EDITORJAL
Qabel għalaqna Luke għamel diversi rimarki. Huwa jgħid li l-Għaqda tan-Nar tagħna qed tagħmel mirakli kbar. Huwa jgħid li huwa l-gost tiegħu meta jara n-nies tieħu interess fil-logħob tan-nar. Huwa jgħid li jekk in-nies ma tiħux interess, ix-xogħol tagħhom ma jkun jiswa xejn. Luke jisħaq li għall-grazzja t’Alla dejjem kellhom esperjenzi sbieħ fin-nar u għalkemm il-logħob tan-nar hija arti li tkaxkrek magħha, il-prudenza u s-sigurtà jridu dejjem jingħataw l-ewwel priorità. Huwa jsewwed qalbu meta jisma’ b’xi disgrazzja. Luke qal li sakemm ikun jista’, se jkompli jaħdem biex jimbotta t-tradizzjoni tan-nar f’Birżebbuġa għax għada pitgħada din l-arti trid titkompla minn ħaddieħor. Jixtieq li f’Birżebbuġa n-nar jiżdied kemm fil-kwantità u anke fil-kwalità. Jixtieq li jkun hemm proġetti ta’ portata kbira imma rridu nżommu saqajna mal-art għax il-grupp huwa żgħir u r-riżorsi huma limitati. Huwa għandu kliem ta’ tifħir għal dawk in-nies li bil-kameras tar-ritratti, bil-vidjo u anke bil-kitba jiddokumentaw ix-xogħol tal-Għaqda tan-Nar tagħna. Hu jemmen li b’hekk biss jista’ jibqa’ tifkira tal-progress li jkun sar matul is-snin.
SOĊJETÀ
Barra s-suċċess fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art, tkellimna wkoll dwar il-Waterfall li l-Għaqda tagħna ħadmet, f’termini ta’ taħlit u prodotti għall-festa ta’ Santu Wistin tal-Belt. L-Għaqda tagħna hija rinomata ma’ Malta kollha għal din il-teknika fin-nar u jkollha diversi domandi għaliha. Din il-Waterfall li nħarqet il-Belt din is-sena għall-festa ta’ Santu Wistin ġiet iddikjarata mill-Malta Records bħala l-ikbar waħda li qatt inħadmet ġewwa Malta. Luke jgħid li l-kappillan ta’ din il-parroċċa, Fr. Deo Debono huwa bniedem li jaf jilħaq linnies permezz tal-festa titulari u huwa ta’ pjaċir kbir għall-Għaqda tagħna li qed taħdem mal-Parroċċa Agostinjana tal-Belt Valletta. Luke qal li d-dilettanti Agostinjani ppreparaw l-istruttura li mbagħad magħha ntrabtu l-iskrataċ bit-taħlit tal-Waterfall, ammont kbir immens ta’ skrataċ. Luke jifraħ ħafna lil din il-parroċċa għar-rekord li rnexxielha tikseb. Barra dawn, Luke semma wkoll il-parteċipazzjoni tal-Għaqda tagħna fil-Festival ‘Festa Nar’ fejn ta’ kull sena naqsmu l-kapaċitajiet tagħna sew fin-nar tal-art u dak tal-ajru mal-aqwa kmamar tan-nar tan-nofsinhar ta’ Malta.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Gardjola Gate, Mimosa Street (St. Luke’s Road), G’Mangia PTA 1045 Tel: 2122 6020-3 Fax: 2124 2644 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
117
Celeste Blu Ray/ 3D/DVD Rentals
48, Pretty Bay, BirΩebbu©a Mob: 7997 9714 Tel: 21/2765 0346 Prop. Joe & Marthese Celeste Renting Bluray/DVD/3D Selling of HiFi, TV, Radios, Games, Watches, Alarm Clocks, Calculators, DVD/Bluray/3D Players and Game Console. MP4s, mobile phones, car stereos and surround systems. All kinds of Repairs on Mobiles, Hi-Fi, TV etc…
Transfer from Video Tapes, Audio Tapes, 8mm etc to DVD
Perit
Toni Bezzina Id-Deputat tal-Ħames Distrett jawgura
Festa t-Tajba lil kulħadd
l-
Minn fostkom, għalikom... 2, Triq is-Sajjieda, Żurrieq ZRQ 1710, Malta (quddiem iż-Żurrieq Wolves)
23, Pjazza tal-Knisja, Birżebbuġa (faċċata tal-Knisja Parrokkjali)
mob: [+356] 99430012 telephone: [+356] 21490826 website: www.tonibezzina.com e-mail: toni@tonibezzina.com
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
A U T O R E P“KIKKRA” AIR & VALETING AUTO REPAIR & VALETING
SOĊJETÀ
New Street, off Tal-Barrani Road, Ûejtun Tel: 2166 4432 or 9944 0599 e-mail: kan@onvol.net • www.kanmalta.com
SEZZJONIJIET
• Servicing • VRT Inspection • Clutches • Gearboxes • Engine Changes REPAIR & VALETING • Petrol & Diesel Engines • Engine Cleaning • Car Polishing
AUTO
BANDA MUŻIKALI
We bring your car back to life! AUTO REPAIR & VALETING
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 120
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mill-Kappillan
PROGRAMM
‘Fejn niltaqgħu’
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
121
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA tassew ma’ xulxin. Fl-imgħoddi l-iktar ħaġa importanti wara l-Quddiesa fil-festa kienet l-ikla tal-familja. Illum ma nafx kemm ilfamilji jiltaqgħu għal din l-ikla – ħasra. Imma anki waqt l-ikel, min jara t-TV, min jilgħab bil-mobile, min f’xi ħaġa oħra. Ejjew minflok insibu ħin biex nisimgħu lil xulxin, niskopru lil xulxin, insiru nafu lil xulxin. Il-baned twieldu biex jibnu sens ta’ komunità u mhux iħottuh. Nirringrazzja lill-Presidenti u lilluffiċjali tal-baned tal-impenn tagħhom matul is-sena kollha biex isaħħu sens ta’ komunità u nawgura li bl-interċessjoni ta’ San Pietru li din is-sena qed niċċelebraw l-1950 sena mill-Martirju tiegħu jagħrfu jkomplu jkunu strumenti fir-raħal tagħna biex tintrebaħ kultura ta’ indifferenza u tissaħħaħ kultura tal-laqgħa ma’ xulxin. Il-festa t-tajba.
ANNIVERSARJI
Il-Blandun li din is-sena l-kappillan ried li fuq in-naħa ta’ wara tiegħu jitpitter it-titlu titulari tal-parroċċa tagħna, San Pietru qiegħed jinħeles mill-anġlu.
BIRŻEBBUĠA
Il-festi suppost iservu biex in-nies jiltaqgħu. Żgur li m’għandhomx iservu biex joħolqu firdiet ġodda, xi wħud ġustifikati b’mod superfiċjali jew inkella biex irewħu feriti qodma. Minflok hemm il-gost veru tal-festa, li tiltaqa’ mal-oħrajn. Il-baned, id-dwal, armar, kollha joħolqu ambjent fejn tieħu gost tiltaqa’ mal-oħrajn. Naraw nies jieqfu jitkellmu f’diversi nħawi tar-raħal, tiltaqa’ ma’ nies li xi drabi tkun ilek ma tarahom u tħossok forsi iżjed parti mirraħal tagħna. Dan hu l-iskop soċjali tal-festa, li niltaqgħu. U għandu għeruq fil-Vanġelu għax il-Vanġelu jimbuttana lejn kultura fejn innies jiltaqgħu ma’ xulxin, jibnu pontijiet bejniethom, jiċċelebraw illaqgħat tagħhom u jwarrbu kull xorta ta’ firda. Għan-Nisrani, il-festa hija parti mis-sena tal-parroċċa li impenjatha l-ħin kollu biex toħloq kultura fejn in-nies jiltaqgħu. Fil-Vanġelu l-ħin kollu naraw lil Ġesù jiltaqa’ man-nies u jgħallimna kif niltaqgħu man-nies. L-ewwel nett fil-mod kif naraw lil xulxin. Ma tkunx faċli biex naraw lil xi ħadd ikrah u anqas naqtgħuha li xi ħadd dejjem sabiħ. Inħarsu lejn xulxin kif tħares omm tajba lejn uliedha. Inkunu kapaċi naraw l-istorja ta’ xulxin, naraw tassew dak li hemm fil-qalb ta’ xulxin. Infittxu li tassew nisimgħu lil xulxin. Hemm mod u mod kif tisma’. Li int tkun taf x’qed tgħidlek il-persuna l-oħra, x’hemm f’qalbha, minn xiex għaddejja. Li mhux biss niltaqgħu u ngħaddu minn ħdejn xulxin imma nieqfu ma’ xulxin, inqattgħu ħin ta’ veru ma’ xulxin, niskopru lil xulxin. Li mhux biss nikklassifikaw lil xulxin imma nħossu mogħdrija għal xulxin. Il-Vanġelu mimli laqgħat ta’ Ġesù ma’ nies differenti- l-armla li tilfet lil binha l-waħdieni, l-awtoritajiet Lhud, xi appostlu, xi grupp… U kull darba jqatta’ ħin magħhom, jidħol fl-istorja tagħhom. Ġesù kien jiltaqa’ man-nies u jagħmel differenza mhux tant b’dak li kien jagħmel daqskemm blattenzjoni li kien juri. Meta jien niltaqa’ man-nies u nuri li nistmahom, hemmhekk nagħtihom dinjità. Il-festa għandha tiġi biex aħna niċċelebraw id-dinjità ta’ xulxin mhux inbaxxuha. Il-festa ma tiġix biex tumilja lil ħaddieħor. Ma tiġix biex jien noħloq sitwazzjoni finta imma li trewwaħ l-egoiżmu tiegħi fejn jien inqiegħed lili nnifsi f’qagħda ta’ superjorità fuq l-oħrajn. U dak li jgħodd għall-festa jgħodd għal kull qasam tal-ħajja soċjali. Laqgħat ta’ veru bejn in-nies iqegħduk f’postok, tħossok parti mill-komunità. Il-festa, bħal kull mument soċjali ieħor tal-ħajja tar-raħal imma l-festa iżjed għax għandha rabta reliġjuża Nisranija, tiġi biex il-komunità tingħaqad u fiha kulħadd iħossu f’postu u mhux biex il-komunità tinfired. Minflok kultura fejn in-nies jiltaqgħu u japprezzaw lil xulxin, faċli tidħol kultura tal-indifferenza. Kultura fejn jien ma jimpurtanix minnek jekk mhux ukoll nifraħ li xortija aħjar minn tiegħek. Din hija kultura li tbaxxi lill-bniedem u mhux tgħollih. Kultura li tneżża’ lill-bniedem mid-dinjità tiegħu, mentri aħna nemmnu li kull bniedem huwa wild Alla u allura f’kull laqgħa ta’ bejnietna rridu nuru apprezzament ta’ xulxin biex kull bniedem iħossu parti mill-familja. Drajna nkunu indifferenti għal xulxin u mbagħad forsi tiġi okkażjoni li nagħmlu xi ħaġa tal-karità biex inserrħu l-kuxjenza tagħna u nidhru tajbin. Ngħidu jaħasra imma mbagħad nibqgħu għaddejjin b’dak li nkunu qed nagħmlu. Il-Papa Franġisku jgħidilna li mhux biżżejjed tħares, imma trid tara. Niftħu għajnejna għall-bżonnijiet ta’ xulxin u nfittxu li niltaqgħu
EDITORJAL
Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 122
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Ġesù Qatt m’Għalaq Bibien Lil Pietru, Lanqas fl-Ikbar Waqgħa Tiegħu! Rev. Charles Carabott
Pittura sabiħa ta’ San Pietru jiċħad lil Ġesù. Minkejja dan Ġesù xorta jibqa’ jħobb lil Pietru u jikkonfermah bħala l-ewwel kap viżibbli tal-knisja fuq din l-art. Għal Alla ma hemm l-ebda ħtija li ma tistax tinħafer.
akbar minn kull dnub li int u jien qatt nistgħu nwettqu. Alla jħobbna mhux għax aħna twajba imma għax HU huwa ‘Tjieba’ minnu nnifsu. Imħabbet Alla tiġi qabel kollox. Kif jgħid il-Papa, ma hemmx dnub li huwa akbar mill-ħniena ta’ Alla.
Is-Soċjetà tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jattendu għas-servizzi reliġjużi tal-festa fil-Knisja Parrokkjali b’mod speċjali t-Translazzjoni Solenni, kif ukoll l-Ewwel Għasar (Primi Vespri) ta’ Lejlet il-Festa li issa qed ingawduh fil-forma sollenni u separata. Is-Soċjetà tirrakkomanda wkoll biex il-Ħadd filgħodu f’Jum il-Festa, kulħadd jattendi għall-Konċelebrazzjoni Sollenni, bil-Paniġierku. Is-Soċjetà tinkoraġixxi l-membri tagħha biex jersqu għas-Sagrament tal-Qrar u t-Tqarbin. B’hekk biss niżguraw lilna nfusna minn festa kompluta. Grazzi mill-qalb lill-Kappillan Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura u l-Kleru tal-ħidma tagħhom fit-titjib tas-servizz liturġiku fil-festa tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
123
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Fr. Charles Carabott, Direttur Spiritwali tas-Soċjetà jżomm f’idu l-insinji relikwija għażiża ta’ San Pietru Appostlu patrun tagħna, fil-pellegrinaġġ storiku li sar bl-ewwel Vara Titulari ta’ San Pietru, fl-okkażjoni tal-1,950 anniversarju mill-mewt ta’ San Pietru u s-70 sena anniversarju mill-miġja ta’ din l-ewwel vara titulari.
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Ma naħsbux li ħtijietna huma akbar min ta’ ħaddieħor. Aħna lkoll midinbin li qed nippruvaw insiru qaddisin. Il-Papa ma jixbax itenni li hu bħalek u bħali, midneb. Tħallix il-kelma ‘qaddis’ jew ‘qaddisa’ tbeżżgħek. Ma nafx jien, imma meta Pietru jasal jiċħad lil dak li għamlu is-sies li fuqu kellu jibni l-Knisja tiegħu, dnubietu hija ferm
BIRŻEBBUĠA
San Pietru, li aħna ta’ kull sena nagħmlulu festa kbira, kien bniedem ta’ żewġ uċuh, fis-sens li daqqa juri ruħu bħala blata li fuqha setgħet tinbena l-Knisja u daqqa juri ruħu bħal xitan li jittanta lil Ġesù ħa jiċħad il-missjoni tiegħu. Kien bniedem dan Pietru, li kultant juri ruħu raġel ta’ kuraġġ kbir u kultant dgħajjef bil-kbir. Intant, minkejja d-dgħufija kollha tiegħu, kien lilu li Ġesù għażel biex jibni l-Knisja, Knisja li għadha ħajja u b’saħħitha sal-ġurnata tal-lum minkejja l-kriżijiet kollha li għaddiet minnhom. Forsi kieku kont int jew jien li kellna nagħżlu lil dak li kellu jmexxi l-Knisja tal-bidu ma konniex nagħżlu lil Pietru bil-Curriculum Vitae li kellu. U xi kultant aħna ma ngħidux,“Imma l-Arċisqof x’fettillu għamel lil ‘Dun Ġamri’ kappillan ta’ Ħal-Ħerba? Mela ma jafx kemm . . . ħaġa u oħra, biex ma nsemmux …?” Naħseb l-istess konna ngħidu li kieku konna ngħixu fi żmien Kristu u rajnieh jagħżel lil Pietru. Probabbli konna ngħidu: “Ma kienx ikun Ġwanni aktar kapaċi biex jimla dan l-irwol?” Insomma, nħarsu lejn is-sitwazzjoni, elfejn sena wara irridu ngħidu li l-għażla ta’ Ġesù kienet pjuttost tajba għax dak li beda permezz ta’ Pietru għadu b’saħħtu sal-lum. Il-Knisja għadha tinfluwenza nies u popli, minkejja kollox, minkejja d-difetti, li għax magħmula minn bnedmin, jtaqqluha u jxekkluha. Issa ejjew indawru d-diskors ftit fuqna. Minkejja n-nuqqasijiet kollha tiegħu, Ġesù għażel lil Pietru u jidher li l-għażla kienet waħda tajba. Difetti u nuqqasijiet kellu kemm trid iżda wieħed irid jgħid li ma rridux ninsew l-Ispirtu s-Santu li Alla jagħti bħala don lil dawk li jkun għażel. Din l-għajnuna hi kruċjali, għax Alla kapaċi jwarrad anke fejn hemm nixfa kbira u għollieq. Intant din l-għażla ta’ Pietru lilna tgħidilna xi ħaġa, tgħidilna li d-difetti tagħna; id-dgħufija umana tagħna; id-dnubiet tagħna, dawn mhumiex l-aħħar kelma. Għal ħafna minna din il-verità hi ta’ konsolazzjoni. Min minna qatt ma naqas? U nazzarda ngħid bil-‘kbir’? Min minna qatt ma qal kelma żejda li nixtiequ niġbru lura? Min minna, ma naqasx jagħmel, itemm, dak li beda b’tant entużjażmu? Ma hemm ħadd fostna li ma jixtieqx idawwar l-arloġġ lura biex jagħmel dak li dejjem ħolom li jagħmel u qatt m’għamlu? Ma tixtieqx int, bħalma nixtieq jien, li għadek fil-bidu ta’ ħajtek biex tagħmel aħjar dak li dejjem ħlomt li tagħmel? San Pawl jgħidilna: “Aħna ilkoll dnibna u ċċaħħadna mill-glorja ta’ Kristu. ” (Rumani 3:23). Aħna lkoll ninsabu fl-istess sitwazzjoni ta’ Pietru. Iżda dak li nitgħallmu minn Pietru hu illi Alla jaqbad ilħtijiet u l-iżbalji kollha tagħna, u mhux biss jaħfirhomlna, imma bihom jagħmilna aħjar milli qatt konna. Kemm nies inqatgħu mill-knisja għax ħasbu li tant waqgħu lura, tant gerfxu li f’ħajjithom ma jarawx kif qatt huwa possibbli li jerġgħu lura fil-familja ta’ Kristu li hi l-Knisja. L-istorja ta’ Pietru tgħidilna li Alla jħobb u dejjem lest jaċċetta lura lil uliedu, għamlu x’għamlu, huma min huma. L-istorja ta’ Pietru tikkonfermalna li iva, Alla jagħżel ukoll midinbin biex tiġi saltnatu fis-sema u fl-art.
EDITORJAL
Direttur Spiritwali
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
KELLY INDUSTRIES
124
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Żvilupp importanti s-Sena li Għaddiet fil-Festi Interni ta’ San Pietru f’Birżebbuġa
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
125
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
6 t’Awwissu 1978, Dun Karm Frendo ma niżilx Birżebbuġa u Mro. Frankie Diacono (iben Carlo Diacono) mar jidderieġi l-orkestra filfesta tas-Salvatur ta’ Ħal Lija, u minfloku, skont dokumentazzjoni li għandna bagħat lil ċertu Charles Abela Mizzi jidderieġi f’Birżebbuġa. Dan kien ġie jidderieġi wkoll lejlet il-festa ta’ San Pietru. Mela ġara li filgħaxija waqt id-dħul ta’ San Pietru fil-Knisja, bdiet tiġri l-aħbar li kien miet il-Papa Pawlu VI u l-kappillan Minuti, li issa kien wasal fl-aħħar xhur tal-parrokat tiegħu, għaġġel kemm felaħ il-purċissjoni biex din tidħol malajr il-knisja. Michael jirrakkonta li kien hemm konfużjoni kbira waqt id-dħul u wisq probabbli lanqas l-antifona ta’ Diacono ma kienet indaqqet! Jiftakar li lil San Pietru daħħluh f’għaġla kbira, intfiet il-faċċata tal-knisja u l-kappillan Minuti tela’ fuq l-ambone biex iħabbar il-mewt tal-Papa. Għalhekk l-aħħar festa kompluta bil-liturġija u bil-mużika ta’ Diacono f’Jum il-festa nistgħu ngħidu li kienet dik tas-sena ta’ qabel, jiġifieri tal-1977. Rari, kważi ftit li xejn kien hawn parroċċi li qatt neħħew il-mużika ta’ Carlo Diacono mill-festa tagħhom, u llum iktar minn qatt qabel għax qed nirrikonoxxu li dan is-surmast ħallielna patrimonju kbir u inestimabbli. Semmejna lil Ħal Lija. Ironikament dawn neħħew il-Cappella Diacono lejn tmiem it-tmeninijiet biex minflok idaħħlu l-Cappella Buġeja ta’ Patri Salv. Din il-manuvra saret sempliċiment għax Patri Salv huwa minn Ħal Lija. Għalkemm il-Cappella Buġeja hija sabiħa, ħafna nies minn Ħal Lija midħla tal-knisja llum isostnu li dan kien żball kbir. Għal Ħal Lija, Diacono kien kiteb antifona mill-isbaħ li minħabba f’hekk illum m’għadhiex tindaqq. Semmejna l-anniversarju tal-mewt ta’ Diacono u ironikament rridu ngħidu wkoll li hu miet f’Ħal Lija fl-1942. Din is-sena fil-fatt saru ċelebrazzjonijiet kbar anke mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta biex jitfakkar il-75 anniversarju mill-mewt tiegħu. La semmejna l-antifona ta’ Ħal Lija, ma nistgħux ma nsemmux dik li Carlo Diacono kiteb apposta għalina għall-festa ta’ San Pietru, antifona sabiħa immens, imma għandkom tkunu tafu li meta l-mużika tiegħu tneħħiet, din intilfet u l-partijiet mużikali għadhom sal-lum ma jistgħux jinstabu! Mis-sena 1979, il-kappillan Frendo, beda jġib lil Dun Mikiel Damato taż-Żurrieq bil-Kor u l-Orkestra tiegħu. Fortunatament il-liturġija baqgħet dik tradizzjonali. Meta Dun Karm Frendo kien kappillan ta’ Ħad Dingli bejn l-1974 u l-1978 huwa neħħa l-Għasar kemm minn lejlet il-festa u anke min-nhar il-festa. Hawnhekk tajjeb li nagħmlu Mro. Carlo Diacono. Ta’ dan isparenteżi però u ngħidu li minkejja surmast kellna antifona miktuba li fl-aħħar snin tal-kappillan Minuti apposta għalina li sal-lum għadha ma tistax tinstab. Din is-sena qed (late seventies) kienu jsiru festi kbar u sbieħ fuq ġewwa, meta jagħlaq 75 sena minn mewtu.
ANNIVERSARJI
Il-festa Maltija bħalissa għaddejja minn proċess interessanti, fejn se titressaq proposta quddiem il-U. N. E. S. C. O. biex din tiġi ddikjarata patrimonju intanġibbli tal-umanità, u dawn in-nies responsabbli, appuntati mill-ogħla awtoritajiet Maltin se jressqu pakkett sħiħ, jiġifieri l-festa tradizzjonali Maltija kif inhi, mill-bidu salaħħar, minn dak li jsir barra sal-iċken ħaġa li ssir ġewwa l-knisja. Hekk hu, anke dawk ta’ ġewwa, għax li jsir ġewwa, għalkemm primarjament jirrifletti l-fidi u r-reliġjon tagħna, hemm elementi u hemm funzjonijiet li huma tradizzjonali, li huma patrimonju. Meta ngħidu tradizzjonali, ma nkunx irrid infisser li huma profani, li huma superfiċjali, li huma mneżża’ mill-preżenza t’Alla, imma li huma qaddisa u tradizzjonali fl-istess ħin. Din importanti li nifhmuha li dak li jsir matul il-festa ġewwa l-knisja huwa qaddis mill-bidu salaħħar. M’hemm xejn imtebba’, imniġġes. M’hemm l-ebda forma ta’ korruzzjoni ta’ dak li jrid Alla minna, la l-vara, la l-espressjonijiet tal-bniedem waqt l-andament tal-funzjonijiet, u lanqas waqt il-ħruġ jew id-dħul tal-vara. Fl-antik Birżebbuġa kienet magħrufa sew għall-festi interni li kienu jsiru. Fi knisja għera, imneżżgħa minn kollox, il-funzjonijiet kienu jkunu mill-aqwa, b’kappillani bħal Spiteri u Minuti li kienu jkunu jridu kważi kollox perfett, tant li għall-festa kienu jġibu jħabbtu l-aqwa surmastrijiet fosthom il-Cappella ta’ Mro. Lorenzo Gonzi u Mro. Frankie Diacono, fejn dan tal-aħħar kien jidderieġi l-mużika ta’ missieru Carlo Diacono. It-tibdiliet kbar evidenti talfesti Interni tal-festa tagħna, minn dawk hekk imsejħa ‘tradizzjonali’ għal dawk li ġew ‘ikkombinati’, raw il-bidu tagħhom madwar 40 sena ilu, lejlet il-festa, tas-Sibt 5 t’Awwissu 1978, meta Dun Karm Frendo, niżel Birżebbuġa fuq żjara u ħa sehem fil-funzjoni tal-Ewwel Għasar ta’ wara t-Translazzjoni wara li f’Ġunju ta’ qabel kien imħabbar bħala Mro. Lorenzo Gonzi l-kappillan il-ġdid ta’ Birżebbuġa. Michael Balzia, storiku lokali u midħla sew taċ-ċerimonji u l-funzjonijiet liturġiċi, jgħid li dakinhar huwa kien qiegħed iservi fuq l-altar bħala abbati, u filwaqt li kien ħa pjaċir li sar jaf lilll-kappillan il-ġdid, qatt mhu se jinsa l-mument meta biex ikompli miegħu, fuq il-presbiterju tal-artal waqt l-antifona ta’ wara t-Translazzioni, dar fuq Dun Frendo u rrimarkalu kemm kienet sabiħa l-mużika ta’ Carlo Diacono u dan fil-pront wieġbu ‘Dawk is-sena d-dieħla ma jiġux!’, b’referenza ċara għall-kor u l-orkestra ta’ Diacono. Id-destin kiefer ta’ din il-parroċċa u l-mużika tas-surmast Diacono kien miktub. Sejjaħlu destin, imma biex tara kemm l-affarijiet ikunu miktubin għalik, l-għada stess, f’Jum il-Festa
BIRŻEBBUĠA
Josef Schembri
SOĊJETÀ
EDITORJAL
Antifona Ġdida bil-Latin; Primi Vespri separat mill-Quddiesa u Barka Sagramentali Lejlet il-Festa. Infakkru wkoll il-75 Sena mill-Mewt tal-Kompożitur Malti Carlo Diacono
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
nqabbluhom ma’ dawk li kienu jsiru fis-snin sittin, wieħed jintebaħ li kien hemm diġà sinjali ċari ta’ tnaqqir. Dun Karm Frendo miet għall-għarrieda fit-13 ta’ Ġunju 1980 fl-età żgħira ta’ 37 fid-dar parrokkjali ta’ Birżebbuġa, wara biss sena u tmien xhur minn mindu kien laħaq kappillan tagħna. Wara mewtu kien laħaq kappillan ilviċi tiegħu, Dun Pawl Buttigieg. It-tibdil fil-festi Interni komplew u laħqu l-quċċata tagħhom fl-1983, meta kif insibu dokumentat, ilKummissjoni Liturġija ta’ dik is-sena, iddeċiediet li tneħħi l-ftit li kien fadal biex ippreżentat lin-nies ta’ Birżebbuġa format ġdid ta’ liturġija ‘moderna’ u ‘iktar addattata’. Minħabba f’hekk il-funzjonijiet solenni spiċċaw biex jew tneħħew għalkollox jew inkella tqassru bil-kbir, bħall-Primi Vespri (l-Ewwel Għasar) ta’ wara Translazzjoni li spiċċa biss f’kant ta’ salmi amalgamat ma’ quddiesa kantata u anke l-Barka Sagramentali ta’ Lejliet il-festa kienet tneħħiet. Sakemm wasalna għal dan iż-żmien li qed insemmu, jiġifieri l-1983, il-mużika kienet reġgħet bidlet l-id: mill-Kor u l-Orkestra ta’ Dun Mikiel Damato taż-Żurrieq, il-mużika ġiet fdata f’idejn Kor Parrokkjali li kien għadu kif twaqqaf fil-parroċċa tagħna, bl-isem St. Peter Choir. Dan il-kor beda jieħu sehem fil-festi kollha inkluż dik tal-festa Titulari u hekk għadu jagħmel sal-lum. Għall-antifona kellhom jaħsbu għal waħda ġdida, ladarba ta’ Diacono kienet intilfet u Dun Mikiel Damato tneħħa wkoll. Allura ġiet avviċinata ċerta Maryanne Zammit u kkomponiet antifona li kif ġew l-affarijiet issa, qed nisimgħuha fil-festa tal-Katedra u f’okkażjonijiet sekondarji oħra. Stilistikament hija antifona ħelwa imma differenti ħafna minn dawk tas-soltu. Hija antifona b’melodija kajmana mingħajr dekorazzjonijiet żejda, donnha miktuba biss għall-kor, b’test Malti minflok bil-Latin bħalma s-soltu jsir fil-festi l-oħra ta’ Malta. Irridu wkoll nelenkaw l-iskorrettezza tat-test, li minflok ma ttieħed milluffiċċju liturġiku tal-festa ta’ San Pietru fil-ktajjen (Solve Jubente Deo) dawn ittieħdu minn dak tal-festa tal-Katedra (Inti r-Ragħaj tanNagħaġ - Tu Es Pastor Ovium) li mhijiex il-festa titulari tal-parroċċa tagħna. Għaddew is-snin u xorta hekk baqgħet, b’dak l-istess kliem. Irridu ngħidu wkoll li din l-antifona hija qasira tant li waqt id-dħul tal-vara ġieli kienet tindaqq darbtejn jew inkella soluzzjoni oħra kienet tkun dik li l-vara ta’ San Pietru tidħol u titpoġġa malajr malajr fuq il-bankun f’nofs il-kursija u mbagħad tiġi mbuttata taħt l-arkata tan-nofs. Minħabba r-ritmu u l-melodija kajmana tagħha, ma nistgħux ngħidu li hija xi antifona li tqajjem l-entużjażmu bħalma naraw fil-maġġoranza tal-festi Maltin waqt id-dħul, għalkemm b’dispjaċir ikolli ngħid li dawn l-aħħar snin, dan ma setax jiġi attribwit biss għall-kwalità tal-antifona imma anke minħabba xi nies li fil-pożizzjoni tagħhom dehrilhom li kellhom il-privileġġ li jsikktu n-nies ferħana għall-affari tagħhom; jagħtu daqqiet bil-minkeb u jwiddbu lin-nies b’subgħajhom f’wiċċhom biex la jkantaw l-antifona, la jeloġaw il-qaddis u lanqas iċapċpu fil-knisja, bħalma wara kollox isir fl-ibliet u l-irħula l-oħra ta’ Malta. Dawn l-affarijiet mhux biss juru arroganza individwali u taparsi morali, imma talli tefgħu lid-dħul talfesta tagħna f’mewta u silenzju li għadek tħosshom sal-lum. Is-sena li għaddiet però seħħet xi ħaġa li forsi ftit irrealizzaw x’importanza tremenda kellha fl-istorja ta’ din il-Parroċċa. Lejlet il-festa 2016, wara assenza ta’ 38 sena żanżanna antifona ġdida sabiħa tal-bravu surmast Ray Sciberras. Din id-darba l-versi huma dawk proprja meħudin mill-uffiċċju liturġiku tal-festa tagħna ta’ San Pietru In Vinculis (Fil-Ktajjen). Imma mhux biss, Lejlet il-festa tassena li għaddiet, wara circa 34 sena erġajna assistejna għall-Ewwel Għasar (Primi Vespri) solenni sħiħ u separat li għalaq b’Barka Sagramentali wara. Min jaf kemm kien hawn min ġedded il-memorji l-antiki u min jaf kemm kien hawn żgħażagħ u dilettanti żgħar talfesta li ħaġa bħal din kienu qatt ma rawha qabel f’Birżebbuġa. In-nies attendiet u ġiet bi ħġarha. Il-knisja kienet mimlija. L-ebda persuna ma qagħdet tonfoħ bid-dwejjaq jew tiġri barra minn postha 126
Dun Karm Frendo, Kappillan maħbub ħafna f’Birżebbuġa bejn l-1978 u l-1980 li sfortunatament neħħa l-Cappella Diacono.
ġol-knisja taqra l-ismijiet fuq il-biljetti mwaħħlin mal-bukketti talfjuri! L-antifona ntogħġbot ħafna, anke jekk bil-Latin, u l-Kappillan ħa ħsieb li jagħti traduzzjoni bil-Malti għal dawk li ma kinux familjari magħha, sintendi għax qatt ma kellhom dak iċ-ċans! Min ilumhom? Ma tagħtihomx tort hux!. In-nies kienet infurmata fil-programm u min ġie għax veru ħa interess u ġie minn qalbu. Kien ukoll ta’ pjaċir għalina li naraw li anke l-‘Oremus’ u t-‘Tantum Ergo’ saru bil-Latin. Imma tgħiduli, għaliex dan l-għagħa kollu? Għax l-Ewwel Għasar ta’ Lejlet il-festa ta’ wara t-Translazzjoni huwa tista’ tgħid ‘Privileġġ’ ta’ Festa Titulari. Jekk ma jsirx, jew ma jsirx kif suppost, il-festa titlef ħafna mir-rikkezza liturġika tagħha. Sa sentejn ilu l-Ewwel Għasar kien isir amalgamat fl-ewwel kwarta ta’ quddiesa minn total ta’ tlieta, kollha lejlet il-festa! Dilettanti f’Birżebbuġa hawn u dawn is-snin kien hawn ħafna li ddiskutew dan il-fatt u nieħu spunt minn dak li qalu huma. Għaliex 3 quddisiet Lejlet il-Festa? Ma setax isir l-Ewwel Għasar sħiħ u separat u mbagħad isiru 2 quddisiet wara? Wara kollox aħna nħeġġu lin-nies biex jattendu l-Quddiesa Solenni tal-Festa tal-għada l-Ħadd fid-9am. Mhux hekk?! Ir-risposta li kienet tiġri kienet tkun li dan kien qed isir minħabba l-ammont kbir ta’ villeġġanti li jiġu f’Birżebbuġa matul is-Sajf. Imma bir-rispett kollu, kif qatt nistgħu nċaħħdu lin-nies imweldin Birżebbuġa millvenerazzjoni tal-qaddis patrun permezz tal-Ewwel Għasar separat, meta mbagħad il-villeġġanti dakinhar tal-festa tar-raħal tagħhom jmorru lura raħalthom u jattendu għall-festa tagħhom? Jewilla issa l-Birżebbuġin saru l-barranin f’darhom stess? Qegħdin nitkellmu sempliċiment fuq Sibt wieħed partikolari fis-sena, is-Sibt ta’ lejlet ilfesta. Possibbli li ma nistgħux nagħmlu eċċezzjoni? Weġgħa kbira għan-nies ta’ Birżebbuġa kienet tkun meta mbagħad issib uħud mill-villeġġanti li minn fuq jiġu jgħidulek li f’Birżebbuġa ma jsir xejn lanqas ġewwa l-knisja!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
L-Antifona l-ġdida ‘Solve Jubente Deo’
EDITORJAL BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Stilistikament, Solve Jubente Deo ssegwi forma mużikali, linja melodika, organiżżazzjoni rittmika, orkestrazzjoni u armonija konvenzjonali. L-introduzzjoni qasira, għalkemm b’xi varjazzjonijiet żgħar, tantiċipa l-ewwel suġġett li jitkanta mill-kor, l-ewwel fl-ottava imbagħad fl-armonija. Dan is-suġġett ferrieħi u festiv jinqasam fi tliet biċċiet, magħrufa teknikament aħjar bħala A – B – A jew ternary form. Il-melodija ferriħija fiha rittmu marzjali festiv illi minnu nniffsu joħloq stabilità rittmika. L-armonija hija waħda tonali b’modulazzjonijiet relatati mat-tonalità tal-bidu. Il-parti ċentrali hija waħda b’andament kalm kif normalment wieħed isib f’antifoni tradizzjonali. Il-melodija hija waħda devota maħsuba biex titkanta l-ewwel minn Tenur u wara tirrepeti ruħha mill-kor fl-ottava. L-armonija tiċċaqlaq bil-mod u toħloq tapit bellusi bi ftit dekorazzjonijiet fl-istrumenti tan-nifs fejn il-melodija tippermetti jew tistrieħ. Din il-parti tagħlaq bi ftit strumenti sabiex jinħoloq kuntrast mal-bidu tar-rikapitulazzjoni li tissokkta immedjatament wara. Il-coda finali hija żviluppata minn figuri wżati fis-suġġetti preċedenti b’effett ta’ aktar briju u ferħ. Peress li l-festa tal-Cathedra Petri, li ssir fit-22 ta’ Frar ġieli taħbat fi żmien ir-Randan, f’din l-antifona nsibu tmiem alternattiv. Dan ifisser illi l-Alleluia li titkanta fi żmien l-Għid jew żmien ordinarju, titkanta bil-kliem caelestia regna beatis dejjem jekk tintuża fi żmien ir-Randan.
www.birzebbugaband.org Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SOĊJETÀ PIROTEKNIKA
Analiżi mużikali mill-Kompożitur stess Mro. Ray Sciberras
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
SEZZJONIJIET
Ta’ dan kollu, aħna nħossu li għandna nagħtu ringrazzjament mistħoqq lill-kappillan preżenti l-Kan. Rev. Anton Galea Scannura li ħass il-polz tan-nies u ħass inneċċessità reliġjuża li għandu jkun hemm tibdiliet xierqa, tibdiliet li jagħtu dinjità mill-ġdid lil din ilfesta interna f’ġieħ il-Patrun tagħna ta’ San Pietru. Wieħed jinnota kif maż-żmien il-festa nbidlet u nħalli f’idejkom biex tifhmu liema direzzjoni kienet ħadet il-festa tagħna. Għad fadal fejn nirranġaw imma ejja ngħidu li għamilna pass tajjeb ħafna ’l quddiem. Ma ħassejtx li kelli nidħol fid-dettall f’din id-deskrizzjoni, biss irrid nitfa r-responsabbiltà fuq in-nies ta’ Birżebbuġa kollha, biex din il-festa nieħdu ħsiebha u nieħdu interess fiha mill-bidu sal-aħħar, minn barra
sa ġewwa. F’dawn l-affarijiet l-interessi personali m’għandhom qatt jieħdu preċedenza fuq l-interess aħħari tal-Parroċċa. Il-patrimonju reliġjuż fil-parroċċa tagħna; il-funzjonijiet li kienu jsiru; il-mużika li kienet tindaqq hija kollha wirt li ħallewlna n-nies ta’ qabel ta’ dan ir-raħal. It-telqa maż-żmien iġġib aktar telqa. Ma rridux lanqas nikkonfondu l-perspettiva spiritwali ma’ dik kulturali, u nqabbluhom flimkien, għax ma naslu għall-ebda konklużjoni. Huma żewġ lingwi differenti. Jien nemmen li l-esperjenza ta’ fidi hija waħda personali, u għalhekk ma narax li wieħed għandu jżeffen fin-nofs l-użanzi liturġiċi tradizzjonli tal-festa. Jien naħseb li għandu jkun hemm ħin għalkollox u għal kulħadd. Fil-festa għandu jkun hemm lok għal kwalunkwe medium liturġiku li jwassal għall-qima t’Alla, anke ta’ rock mass għaż-żgħażagħ matul il-ġranet tal-ġimgħa tal-festa. Madankollu, il-programm prinċipali tal-festi interni għandu kemm jista’ jkun jirrifletti r-rikkezza liturġika u l-karattru tradizzjonali talfesti tagħna l-Maltin. Kif wieħed jista’ jara, fil-festa, speċjalment fuq ġewwa, faċli daqs tazza ilma biex titlef xi ħaġa, imma biex iġġibha lura diffiċli mmens. Huwa fl-interess tiegħek u tiegħi, ċittadini komuni, li naraw li dan il-patrimonju jitħares, u jinżamm ħaj. Dak li ntilef fil-passat seta’ faċilment ġie salvat li kieku n-nies ta’ Birżebbuġa esprimiet ruħha demokratikament u qalet ‘le’. Ħażin ukoll huwa għal dawk li jġiegħlu lil ħaddieħor jaqa’ fl-omertà. Id-demokrazija fil-kelma trid tiġi dejjem rispettata. Grazzi kbira lill-kappillan Scannura mhux biss talli reġa’ ta lil din il-festa ftit dinjità imma wkoll tad-diversi inizjattivi li qed jieħu matul is-sena biex l-attività fil-knisja, fil-festi u fil-liturġija jingħataw libsa aktar solenni kif verament jixraq lil din il-Parroċċa li m’għandha assolutament xejn inqas minn ħaddieħor.
BANDA MUŻIKALI
Dun Mikiel Damato taż-Żurrieq li mill1979 beda jinġieb minflok Mro. Frankie Diacono biex iħabbat fil-knisja tagħna fil-jiem tal-festa. Huwa dam sal-1982 b’dan is-servizz. Fl-1983 mbagħad ħa postu l-Kor tal-parroċċa li kien għadu kif ifforma.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
127
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Ir-Restawr tal-Vara Titulari Conrad D’amato
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
trasport fejn il-vara nġarret permezz ta’ trakk magħluq apposta u minnies irrakomandati mill-artist innifsu li huma mdorrijin iġorru vari għal skopijiet ta’ restawr. Minnufih l-artist Aaron Camilleri Cauch beda l-proċess ta’ tindif fejn b’sorpriża għalina bdew jinkixfu diversi kuluri li maż-żmien kienu inbidlu, kif ukoll xogħol ieħor li kien mgħotti taħt l-intervent ta’ induratura li saret fl-1974. Għall-kuntrarju tal-pedestall, fejn mix-xogħol tal-induratura oriġinali kważi ma stajna nsalvaw xejn, fil-każ tal-vara l-iskop tagħna kien li nkunu prudenti kemm nistgħu lejn l-induratura preżenti u etikament nirrestawraw fejn meħtieġ. Però sfortunatement, kemm frott in-nuqqas ta’ manutenzjoni kif ukoll b’riżultat ta’ xi nterventi passati ta’ tindif manwali minn diversi individwi li ma kellhom l-ebda intenzjonijiet ħżiena, il-vara saritilha ħsara f’diversi partijiet li kellhom jiġu indurati kompletament millġdid. Ma’ dan kollu, il-vara kellha diversi xpakkaturi naturali fl-injam, l-aktar fil-parti ta’ fuq tal-mantell, kif ukoll xi toqob ta’ msiemer li saru b’nuqqas ta’ attenzjoni, li dawn kellhom jiġu trattati. Waqt il-proċess ta’ tindif fuq il-karnaġġjon tal-vara, ġie skopert li l-wiċċ kien ġie minsus fl-intervent tal-1974 kontra ta’ dak li kien jingħad tradizzjonalment, jiġifieri li l-karnaġġjon tal-vara qatt ma ntmess u kien għadu kif għamlu l-iskultur Ferdinando Stufflesser. Dan wassal li kien hemm diverġenza fiż-żewġ tekniki wżati. Għalhekk wara li tneħħew il-kuluri li żdiedu fl-aħħar intervent sabiex inkixef il-karnaġġjon oriġinali, indunajna li l-kuluri wżati ma kinux li jixirqu lill-vara u l-polikromija tagħha, tant li l-ħaddejn kienu differenti minn xulxin! Għalhekk ġie deċiż li l-wiċċ jerġa’ jinżebagħ kompletament mill-ġdid, però qabel ingħatat protezzjoni fuq il-karnaġġjon oriġinali sabiex jiġi priservat, bil-għan li jkun possibli għall-parruċċani futuri li jerġgħu lura għallkarnaġġjon oriġinali jekk din tkun ix-xewqa tagħhom. Ma’ dan ix-xogħol kollu ħadna ħsieb sabiex il-vara terġa lura fostna fl-aqwa dehra possibli. Għalhekk ġie deċiż li jsir xogħol ta’ restawr fuq l-erba’ gastri tal-ganutell li jintramaw fuq il-bradella filfesta titulari. Dawn saru mill-induratur John Orlando li dan min-naħa tiegħu ħa ħsieb sabiex jirrestawra l-induratura li kellhom. Barra minn dan, ħadna ħsieb ukoll li jsir xogħol ta’ restawr u tindif fejn meħtieġ fuq l-ornamenti tad-deheb u fidda li jżejnu l-vara bħal l-imfietaħ, il-ktajjen, id-diadema u ċ-ċrieket. Minħabba li ċ-ċrieket minnhom infushom jikkawżaw ħsara fuq il-vara, fuq rakomandazzjoni talartist ġie deċiż li m’għandu jiżdied l-ebda ċurkett ieħor. Ma’ dan kollu ġiet maħduma sistema ġdida li biha jintrabtu l-imfietaħ f’idejn il-vara minħabba li dawn kienu qed jikkaġunaw ħsara kemm fl-id kif ukoll
Wara minuta ta’ skiet, ġabra u riflessjoni flimkien mal-kappillan, in-niċċa nfetħet, u San Pietru żżarma minn mal-pedestall biex jittieħed għarrestawr.
San Pietru l-ġojjel ta’ Birżebbuġa jitgħabba fuq it-trakk biex minn hemm jittieħed fil-bottega tal-familja Camilleri Cauchi
ANNIVERSARJI
Għaddiet sena oħra u reġgħet waslet il-festa ġewwa l-parroċċa tagħna. Ifisser ukoll li wasal iż-żmien li nikteb artiklu ieħor sabiex nagħti rendikont ta’ kif mexa x-xogħol tar-restawr tal-vara titulari ta’ San Pietru mill-festa tas-sena l-oħra. Din is-sena ser naraw dan il-proġett jiġi komplut bir-ritorn lura tal-vara fostna. Wara li tlesta x-xogħol fuq ir-restawr u l-induratura mill-ġdid tal-pedestall, nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2016 il-pedestall inġib lura mingħand l-induratur John Orlando. Dakinhar il-vara ġiet żarmata minn kif kienet proviżorjament armata sabiex il-pedestall reġa’ sab postu kif kien fuq il-bradella. Kienet operazzjoni delikata minħabba li ridna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ma ssirx ħsara kemm fuq il-pedestall li kien għadu kemm ġie indurat kif ukoll fuq il-vara nnifisha. Minn hawn nirringrazzjaw lil ħafna voluntiera li rrispondew għas-sejħa li għamilna u taw l-għajnuna fix-xogħol li kien meħtieġ. Sabiex jiġi inawgurat dan ir-restawr, il-pedestall ġie mgħotti bi drapp tal-għażel li ġie meħjut mis-Sinjura Caroll Caruana. Dan il-pedestall ġie inawgurat nhar it-Tnejn 1 t’Awwissu 2016, fejn il-vara ġiet armata maġenb l-artal maġġur quddiem l-ambone u waqt il-quddies il-Kappillan il-Kan. Anton Galea Scannura kixef dan il-pedestall mill-ġdid filwaqt li nċensah. Ir-reazzjoni tal-parruċċani miġbura kienet waħda ferm sabiħa fejn kull min kien fil-knisja infexx f’ċapċipa kbira li ddeskriviet l-approvazzjoni u s-sodisfazzjon fuq ix-xogħol li kien sar. Wara, sar il-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier talknisja fejn għal darb’oħra l-poplu preżenti deher ferħan bir-riżultat. Ninsabu ferm kuntenti kemm bix-xogħol professjonali tal-artist kif ukoll għall-kliem ta’ tifħir kemm mill-parruċċani kif ukoll minn diversi dilettanti oħrajn minn madwar Malta u Għawdex li ġew apposta sabiex jarawh. Bħala ġbir nistgħu ngħidu li l-pedestall kien inġabar kollu, tant li nġabru €854 iktar li marru għar-restawr tal-vara. Pubblikament nirringrazzja lis-Sur Jurgen Camilleri li kien ta’ għajnuna kbira għalija sabiex stajna niġbru ċ-ċifra ta’ kważi €13,400. Il-ġbir għar-restawr tal-vara tħalla f’idejn il-Kappillan. Hekk kif għaddiet il-festa mill-ewwel inbeda x-xogħol meħtieġ sabiex il-vara titulari tiġi żarmata minn fuq il-pedestall u tittieħed għand l-artist Aaron Camilleri Cauchi fl-istudju tiegħu fil-Fgura. Għalhekk nhar il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2016, wara l-quddies tas6.30 ta’ filgħaxija, il-vara tneħħiet minn fuq il-pedestall u tpoġġiet quddiem in-niċċa sabiex l-għada filgħodu ttieħdet lejn il-Fgura. F’dan it-trasport tal-vara minn Birżebbuġa sal-Fgura ħadna ħsieb sabiex ma ssirx ħsara lill-vara u għalhekk użajna servizz professjonali ta’
BIRŻEBBUĠA
128
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
però jkun għad fadal li tingħata l-verniċetta fuq il-pedestall sabiex ikun iktar protett mill-elementi tal-arja, kif ukoll isir ix-xogħol meħtieġ fin-niċċa wara li jiġi analizzat l-istrument li s-sena l-oħra kien tqiegħed fl-istess niċċa sabiex ikejjel il-varjazzjoni tat-temperatura u l-umdità. Dan sabiex naċċertaw li n-niċċa tkun fi stat tajjeb sabiex fiha tinżamm il-vara matul is-sena. Bħalma forsi tistgħu tinnutaw, dan il-proġett li b’kollox ħa erba’ snin, kien jinvolvi ħafna xogħol, koordinazzjoni u sagrifiċċji, imma fuq kollox sodisfazzjon. Hu importanti li nibżgħu għall-vara sabiex dan ir-restawr iservi kemm jista’ jkun fit-tul. Dan billi ħadd ma jmiss il-vara bl-iskop li jnaddafha jekk mhux inkarigat mill-Kappillan, ma nitfgħux karti fuqha, kif ukoll naċċertaw li kemm jista’ jkun ma jaqax fdal tal-logħob tan-nar fuqha li minnu nnifsu hu kimika qerrieda għall-induratura. Għall-grazzja t’Alla x-xewqa tagħna l-Birżebbuġin li naraw il-vara fl-isplendur artistiku tagħha seħħet, u bil-għajnuna kollettiva ta’ ħafna nistgħu ngħidu li dak li ħadmu għalih missirijietna ħadna ħsiebu kif kien xieraq bil-għan li jibqa’ jiġi gawdut millġenerazzjonijiet li għad iridu jilħqu. Il-festa t-tajba lil kulħadd.
Is-Soċjetà tħeġġeġ lill-Poplu ta’ Birżebbuġa, lid-devoti kollha, u lil dawk li tgħammdu taħt ismu biex jikkontribwixxu finanzjarjament ħalli l-ispiża tar-restawr tal-Vara Titulari tagħna tiġi mifdija malajr u nkunu nistgħu nimxu għal affarijiet oħra li l-knisja tagħna baqgħet tant nieqsa minnhom tul dawn is-snin kollha.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
129
SAN PIETRU APP.
fil-libsa. Ħadna ħsieb ukoll li nibdlu s-sistema li biha l-vara tintrabat direttament mal-bradella, kemm bil-ħsieb li jinħbew l-iskorfini kbar li kienu jidhru fil-bażi tal-vara, kif ukoll sabiex isir inqas ħsara fuq il-pedestall. Għal din il-biċċa xogħol nirringrazzjaw lis-Sur Mark Ciantar tax-xogħol siewi li għamel. Sakemm qed nikteb dan l-artiklu, x-xogħol fuq ir-restawr qed joqrob lejn tmiemu u huwa l-ħsieb tal-Kappillan li r-ritorn lura tal-vara fostna nhar it-Tnejn 31 ta’ Lulju jkun wieħed li jibqa’ mfakkar. Minn dawn il-linji nixtieq nirringrazzja lill-Kappillan il-Kan. Anton Galea Scannura tal-interess f’dan il-proġett u lill-artisti Aaron Camilleri Cauchi u John Orlando tal-mod kollaborattiv li ħadmu miegħi fixxogħolijiet rispettivi tagħhom. Nirringrazzja wkoll lil diversi voluntiera li sibnihom kull meta kellna bżonn, fosthom lil Peter Camilleri (ilPajju) talli dejjem ġie bit-trakk u lil Mario Bonnici talli sibtu kull darba li ġejt bżonnu meta kellna nżarmaw jew narmaw il-vara. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzjaw lill-benefatturi li bis-saħħa tagħhom sar dan il-proġett li kien ilu tant mixtieq minnha l-Birżebbuġin. Hekk kif il-vara terġa’ lura fil-knisja parrokkjali, ix-xogħol ma jkunx spiċċa,
ANNIVERSARJI
Innutaw il-marki tar-restawr fuq il-mantell ta’ San Pietru li kien inqasam. L-aħħar darba li din il-vara ġiet restawrata kien fl-1974 fi żmien il-kappillan Ġużeppi Minuti, perjodu ta’ żmien konsiderevoli! Ritratt bil-korteżija ta’ Alexander Caruana.
BIRŻEBBUĠA
Il-vara Titulari għażiża tagħna fil-bottega tal-Familja Camilleri Cauchi fil-Fgura biex tiġi mnaddfa u restawrata mill-ġdid. Għar-restawr inqalgħet id-diadema ta’ ma’ rasu. Innutaw il-marki tar-restawr fuq idejh. Ritratt bilkorteżija ta’ Alexander Caruana.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Anthony Azzopardi
EDITORJAL
Florist for all occasions Importer of fresh flowers and plants Mob: 9985 3254, 9923 0255
FREE DELIVERY SOĊJETÀ
jarma quddiem id-daħla taċ-ċimiterju tan-naħa t’isfel
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Motor Repairs and Service, Diagnostic Repairs, Service for Fuel Injection, Overhauling of Engine/Gearbox and Mechanical Restoration Garage Manager: Renato Buttigieg Head Mechanic: Mark Agius
PIROTEKNIKA
25th November Avenue, Żejtun ZTN 2011 Tel: 2180 6207 • Mob: 9947 4511 • Email: renautogarage@gmail.com
SAN PIETRU APP.
EASTERN STORE
ANNIVERSARJI
Discount Prices St. Catherine Street, BirΩebbu©a Tel: 21652887 Free Deliveries
BIRŻEBBUĠA 130
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Sa minn ċkunitu attiv fil-Knisja Parrokkjali Fl-età ta’ tliet snin missieru Lawrence kien xtralu statwa żgħira ta’ San Pietru u mbagħad ta’ sitt snin kien ħadimlu artal tal-injam. Il-mudell tal-knisja flimkien mal-armar ta’ ġo fiha kellu jkun ilpassatemp ta’ ħajtu. Jirrakkonta li meta kellu dan l-artal, kull darba li kienu jitilgħu l-Belt, kienu jgħaddu s’għand Cordina biex jixtru xi ħaġa ġdida biex iżejnu dan l-artal. Jiftakar ukoll meta kien abbati u kien ħa sehem fil-purċissjoni tad-Duluri li kienet ħarġet mill-knisja l-antika fil-festi tal-75 Sena Parroċċa (1988). Dakinhar missieru hemm kien u kien rah liebes ta’ abbati. Darba fost l-oħrajn, meta kellu dawk il-ħdax-il sena kienu resqu lejh Ċikku s-sagristan u Michael il-Perit u kienu ħajruh jilbes ta’ fratell mal-fratellanza tar-Rużarju.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
131
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
L-ewwel tifkiriet Jurgen Camilleri twieled fis-7 ta’ Ġunju 1980 minn familja dilettanta ħafna. Missieru kien Lawrence u nannuh kien Karmenu, magħruf magħna bħala l-Bugsy. Dawn it-tnejn jiffurmaw parti millistorja tal-festa ta’ San Pietru ta’ Birżebbuġa. L-imħabba tagħhom għall-festa kienet ġenwina u qatt ma fittxew l-interess tagħhom l-ewwel imma tal-parroċċa u tal-festa biss. Barra missieru u nannuh, insemmu wkoll lil Joe u Peter (il-Pajju) li huma z-zijiet ta’ Jurgen, l-aħwa ta’ missieru, li wkoll ħarġu dilettanti kbar. Jiftakar li meta kienet tkun riesqa l-festa, missieru Lawrence kien jiġi mix-xogħol, jiekol malajr u mbagħad joqgħod jistenna lil missier Toni l-berqa biex jgħaddi għalih. Dawn imbagħad kienu jgħaddu għal Tanti biex minn hemm jibqgħu sejrin il-każin talBanda San Pietru li dak iż-żmien kien l-uniku każin f’Birżebbuġa u kien iffrekwentat minn kulħadd anke mill-partitarji numerużi li llum jiffurmaw is-Soċjetà tagħna. Hemmhekk kienu joqogħdu jaraw ilbanda ddoqq il-marċi u lil Dione l-One jaħraq xi sufarell fil-bitħa tal-każin! In-nannu ta’ Jurgen, Kamenu l-Bugsy kien jieħu ħsieb il-Vara titulari u kellu wkoll il-grupp ta’ reffiegħa tiegħu. Sintendi, flimkien ma’ dan il-grupp kien hemm ukoll missier Jurgen. Dak iż-żmien kien hemm żewġ gruppi ta’ reffiegħa; dak ta’ Birżebbuġa u dak ta’ Bengħisa. Il-familja ta’ Jurgen kienet ukoll iżżomm il-pavaljuni tattriq għandha (Triq San Mikiel) u ftit jiem qabel il-festa arahom iduru l-ventijiet, jibdluhom u jwaħħlu l-ħbula tat-tarjoli. Meta mbagħad ilkuntrattur tad-dawl ikun waħħal il-festuni, fis tarahom joħorġu biex
iwaħħlu dik il-liedna żgħira qisha tinsel kulur aħdar matt. Fil-ħruġ min-niċċa kien hemm drawwa li kmieni filgħodu, nanntu u żewġ nisa xjuħ oħra kienu jmorru jħabbtu l-bibien tat-triq biex bil-flus li jaqilgħu jordnaw il-bukkett għan-nom tar-residenti, u mbagħad jitqiegħed quddiem il-vara lejlet il-festa filgħodu. Ħafna drabi kienu jordnaw il-bukkett forma ta’ kampnar bil-pjuma fuq. Imbagħad dakinhar filgħaxija kien jiltaqgħu fejn il-knisja u jagħmlu l-carcade bir-roti, bil-muturi u t-trakkijiet. Il-carcade kienet tintemm il-pjazza fejn kien isir il-ħruġ ta’ San Pietru fuq iz-zuntier, bil-banda San Pietru kemm iddoqq l-Innu Popolari u wara kulħadd jerħilha ’l hemm. Dak iż-żmien ma kienx hawn il-ġimgħa marċi li nagħmlu llum, allura kulħadd kien jistenna ħerqan l-aħħar tridu fejn San Pietru kien jinġieb minn fuq il-baħar u wara marċ jitla’ bil-krejn fuq ilkolonna. Is-Sibt lejlet il-festa kien isir il-programm tal-Banda fuq izzuntier mal-art u mbagħad filgħaxija kien jinħaraq dak id-daqsxejn ta’ nar li l-kappillan kien jixtri mill-Qrendi. Il-Ħadd filgħodu mbagħad kien isir il-marċ ta’ filgħodu fejn Jurgen jiftakar li kif appena l-marċ kien jgħaddi minn Triq San Mikiel għal Triq San Pawl, in-nies li kienu jaqbżu mal-marċ kienu jinżlu minn taraġ dejjaq fejn Celeste u l-Pitch tal-Waterpolo u jaqbżu kollha l-baħar u jerġgħu jitilgħu jimxu mal-banda wara li l-bandisti jkunu ħadu dik il-bibita offruta millkażin tal-Labour, drawwa li baqgħet ħajja għal ftit tas-snin imma li llum inqatgħet tista’ tgħid. Isemmi wkoll li f’Birżebbuġa kienet daħlet id-drawwa li fil-marċ ta’ filgħodu jinxteħet l-ilma mill-gallariji, u mhux l-ewwel darba li nqalgħet xi polemika mal-bandisti li jkunu ntlaqtu bl-ilma u magħhom ukoll l-istrumenti tagħhom. Drawwa oħra li llum tidher li naqset mhux ħażin kienet dik tal-karti. Ħafna familji kienu jieħdu pjaċir jitfgħu l-karti mill-bjut u l-gallariji. Jurgen jirrakkonta kif meta kienu żgħar, kienu jaqtgħu l-karti b’forom differenti biex dawn joħolqu atmosfera sabiħa waqt li jkunu jittajru mar-riħ. Jurgen jgħid li llum din id-drawwa nqatgħet għax illum kulħadd jiddobba minn dawn il-karti shreded. Jurgen jgħid li kull nhar ta’ Sibt, in-nannu Karmenu l-Bugsy kien iġibilhom il-karti biex joqogħdu jaqtgħuhom f’forom differenti. Il-karti kienu minn dawk li fuqhom kienu jiktbu n-numru tal-lottu, karti li kienu jużawhom anke għas-suffarelli. Ħafna drabi dawn il-karti kienu jintefgħu b’ħeġġa kbira fuq il-banda u l-bandisti iżda meta minn Triq San Mikiel kienet tgħaddi l-purċissjoni bil-Vara Titulari huma ma kinux jitfgħu karti għax inkella jagħmlulha l-ħsara.
ANNIVERSARJI
Ħabib tiegħi sa minn ċkuniti; bi ġranet biss jifirdu għeluq sninna, jien u Jurgen tista’ tgħid li qsamna tfulitna flimkien. It-tnejn ħriġna nħobbu l-festa għax iż-żewġ familji tagħna dilettanti antiki ta’ din ilfesta. Mingħandhom writna ħafna mill-imħabba lejn il-festa u t-tnejn li aħna fl-1990 konna xhieda tat-twelid u l-iżvilupp tas-Soċjetà tagħna li magħha dħalna nagħtu sehem. Jurgen huwa magħruf ma’ Birżebbuġa għall-imħabba ġenwina li għandu lejn San Pietru u anke għall-Ġimgħa Mqaddsa. Imrobbi f’dell il-knisja u attiv filfratellanzi u fl-armar tal-knisja, jistqarr li l-mimmi t’għajnejh kienet u tibqa’ l-Vara Titulari ta’ San Pietru li ilu jieħu ħsieb it-tindif tagħha sa minn ċkunitu nett, dejjem bl-għajnuna u l-ħeġġa li kienu jimlewh biha ċ-Ċikku s-Sagristan u Michael Schembri l-Perit.
BIRŻEBBUĠA
Josef Schembri
EDITORJAL
PROGRAMM
Jurgen Camilleri: L-Imħabba lejn San Pietru u l-Vara Titulari
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
Jurgen flimkien mal-membri l-oħra li jattendu regolarment fil-knisja jieħdu ritratt storiku għall-aħħar flimkien mal-ewwel vara titulari tad-Duluri u malvara titulari attwali ta’ San Pietru ta’ Stuflesser, fl-okkażjoni tal-mitt sena parroċċa fl-2013, meta dakinhar fil-knisja nħarġu ż-żewġ vari. Dakinhar Jurgen u sħabu ħadu ħsieb inaddfu l-vari u jaraw li jkunu preżentati sew lin-nies. Naraw lil Jurgen flimkien ma-tifel tiegħu Shymon lebsin il-konfratija.
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Għal Jurgen din kienet ħolma kbira. Kien nannuh Karmenu, ftit xhur qabel ma miet, li kien xtralu l-alba u l-muzzetta. Din ressqitu iktar qrib il-knisja. Fil-ġranet li kien iqatta’ mal-Perit Schembri fil-knisja, kien jispjegalu kull dettall tagħha kif ukoll tal-użanzi marbuta malliturġija. Huwa jgħid li barra fil-knisja, għamel xi perjodu qasir anke jgħin lil Joe it-Tè fl-armar ta’ barra. Jurgen għandu kliem ta’ tifħir għall-Perit għax bħalu għadu qatt ma ra. Il-Perit Michael Schembri kapaċi jarma kollox waħdu ħlief għal dak l-armar li jitlob teamwork bħat-tużel, il-lampier u ta’ ċertu statwi bħalma hija d-Duluri. Jgħid li ta’ tnax-il sena kien il-Perit stess li ħallieh joħroġ il-vara min-niċċa, jitla’ fuq is-sellum u jnaddaf il-vara għall-ewwel darba, użanza personali li għadu jagħmilha sal-ġurnata tal-lum. Meta kompla jikber u sar żagħżugħ kien ta’ spiss jingħata ċ-ċans li jerfa biċċa fit-Titular waqt il-purċissjoni imma mbagħad meta għalaq dawk ittmintax-il sena daħal fil-line-up regolari tar-reffiegħa bil-konfratija mal-grupp tas-Soċjetà tagħna.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Ilu jnaddaf u jieħu ħsieb il-Vara Titulari sa minn ċkunitu nett Meta jitkellem fuq il-vara titulari, għajnejn Jurgen jixegħlu bl-entużjażmu. Għalih il-vara titulari ta’ San Pietru hija l-qofol ta’ kollox u tagħha għandu diversi memorji. Jirrakkonta li lil San Pietru jiftakru fl-istess niċċa fejn illum insibu l-Madonna tar-Rużarju, u l-Madonna tar-Rużarju kienet f’niċċa li llum tinsab moħbija wara l-purtiera l-ħamra tan-niċċa l-kbira u sabiħa ta’ San Pietru tal-lum. Il-memorja ta’ meta lil San Pietru kienu joħorġuh min-niċċa l-antika li kellu biex imbagħad ipoġġuh fuq id-dahar ta’ żewġ bankijiet fejn xulxin għadha friska f’moħħu. Jgħid li San Pietru kien jżarmawh minn mal-pedestall biex imbagħad il-pedestall tiegħu jitwaħħal mal-bradella u mbagħad ipoġġu lil San Pietru fuq il-pedestall u jwaħħluh, possibilment għax biex twaħħalhom it-tnejn f’daqqa kien diffiċli u anke tqil wisq. Ta’ tifel żgħir li kien, lil San Pietru kien jarah bħal ġgant kbir quddiemu. Vara maestuża, m’hemmx xi tgħid. Jirrakkonta li dak iż-żmien lil San Pietru ma kinux joħorġuh 132
Naraw lil Jurgen idur dawra mal-vara tad-Duluri dakinhar taċ-ċentinarju tal-parroċċa. Jurgen jieħu ħsieb it-tindif ta’ ħafna mill-vari tal-parroċċa inkluż dik tal-vara titulari ta’ San Pietru.
kmieni daqskemm joħorġuh illum, probabilment għaliex fin-niċċa l-ġdida tal-lum hemm maħżun ċertu armar ieħor tal-festa li jkun irid jinħareġ kmieni. Huwa jsostni li l-bradella tal-bankun li sar fl-1989 hija minnha nfisha tqila mmens. Kif għidna qabel, huwa beda jieħu
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
133
EDITORJAL BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
PIROTEKNIKA
Jurgen għandu memorja tajba tal-festa kif kienet tiġi ċċelebrata meta s-Soċjetà kienet għadha kif twaqqfet. Hu jgħid li meta waslet l-istatwa l-ġdida tas-Soċjetà, xogħol meraviljuż tal-istatwarju Camilleri Cauchi, baqa’ impressjonat bis-sbuħija tagħha. Dakinhar li sar l-ewwel marċ biha fl-1991, hu kien qagħad forċina u jiftakar ukoll li ġurnata qabel, il-Ħamis tal-festa, il-banda kienet ħarġet bilvara tal-parroċċa b’marċ li beda minn Tal-Papa. Id-Dimostrazzjoni bil-vara trasportata fuq il-baħar għal Jurgen hija waħda mill-isbaħ avvenimenti tal-festa tagħna. Skont Jurgen din it-tradizzjoni li tant Maltin jiġu għalija qegħda dejjem tikber. Hu huwa tal-opinjoni li l-carcade bir-roti u l-muturi li għamilna s-sena li għaddiet kienet idea tajba ħafna u għandha tibqa’ ssir kull sena u jgħid li dik il-kaxxa li jaħraq il-Lupsi meta San Pietru jasal fil-Bajja s-Sabiħa m’hemmx prezzha! Jurgen jiftakar ukoll fl-iljun tal-kartapesta, kif ukoll f’dak l-ajruplan li fil-marċ ta’ filgħodu tal-1991 kien ittajjar fuq Birżebbuġa biex jitfa l-karti mis-sema fuq il-banda tagħna, xi ħaġa li qatt ma rajniha qabel lanqas fl-ikbar festi ta’ Malta. Waqt li kont qed nieħu l-kummenti tiegħu, Jurgen ma setax ma jitkellimx fuq is-Sede li s-Soċjetà xtrat fis-sena 1992 u li mbagħad kienet kapaċi twaqqa’ u terġa’ tibni mill-ġdid. Matul dawn is-snin Jurgen kien iqatta’ ħajtu bejn is-Soċjetà tagħna u l-knisja fejn kien għadu abbati. Huwa jiftakar li matul il-ġimgħa, kif jiġi mill-iskola, jitfa’ l-baskett fil-ġenb u jmur ħdejn zijuh Peter Camilleri l-Pajju li kien sar qisu missieru. Huwa jiftakar ċar li fil-bidu l-każin ma kienx se jitwaqqa’ imma jiġi rranġat. Hawnhekk huwa qal li l-ħaddiema bdew jiftħu l-ħnejjiet u l-ħitan biex l-ispazji jikbru u jkunu jista’ jakkomoda wl-eżiġenzi tal-kumitat u tal-Banda. Huwa jiftakar ċar meta Peter il-Pajju u Sunny Bonnici flimkien mal-kumitat ħadu d-deċiżjoni kbira li jwaqqgħu l-post kollu u jerġgħu jibnuh mill-ġdid. Jurgen kien ta’ spiss ikun hemm ma’ zijuh Peter Camilleri l-Pajju u anke fiż-żmien meta l-każin kien qed jitwaqqa’. Huwa jgħid li ommu kienet ta’ spiss tgħidlu biex jdumx barra u l-ultimatum tagħha kien ikun l-iktar
SAN PIETRU APP.
Jurgen Camilleri li ħareġ bandist ġdid fil-festa tal-1993. Dakinhar miegħu kienu ħarġu dawn il-bandisti (mix-xelluq għal-lemin) Trudy Taylor, Karen Scerri, Jurgen Camilleri, Claudette Camilleri, u Noel Thuema.
ANNIVERSARJI
Bidla kbira f’ħajtu bit-Twaqqif tas-Soċjetà tagħna fl-1990 Is-sitwazzjoni tal-familja ta’ Jurgen fl-1990 is-sena li fiha twaqqfet is-Soċjetà kienet waħda partikolari għall-aħħar. Kemm missier Jurgen u kemm nannuh kienu assoċjati mal-banda l-oħra u anke meta twaqqfet il-banda tagħna, ħassew li kellhom jibqgħu hemm. Mhux l-istess ngħidu għaz-ziju tiegħu Peter il-Pajju li malli tarrfulu li kienet se titwaqqaf banda ġdida, fehem il-kawża, daħal membru u miegħu daħħal bosta oħrajn. Missier Jurgen, Lawrence, bniedem maħbub ħafna f’Birżebbuġa, kien anke membru talkumitat tal-Banda San Pietru. Jurgen jgħid li missieru kien laħaq ilbanda tingħaqad però ma kellux ix-xorti li jaraha ddoqq. Kien Ġunju tal-1990 meta eżatt fil-jum tal-finali tat-tazza tad-Dinja li kienet qed issir ġewwa l-Italja ġie rikoverat b’urġenza l-isptar. Huwa dam tista’ tgħid sa’ Ottubru l-isptar ħlief għal xi ftit ġimgħat f’Settembru meta mar lura d-dar. Dan kien ifisser li matul ix-xahar ta’ Awwissu, ixxahar tal-festa, Lawrence kellu jibqa’ rikoverat l-isptar. Infermier ħabib kbir tiegħu u membru attiv kbir tal-Banda Birżebbuġa li kienet għadha kif titwaqqaf magħruf magħna bħala Emanuel Mangion ‘IlMosti’ kien offrielu biex iniżżluh sa’ Birżebbuġa fil-ġranet tal-festa, imma Lawrence kien jirrifjuta u jgħidilhom li hu ‘ma jiħux pjaċir li San Pietru jarah f’dawk il-kundizzjonijiet koroh’. Dakinhar tal-festa sia fil-marċ ta’ filgħodu kif ukoll fil-purċissjoni ta’ filgħaxija, b’sinjal ta’ rispett lejn il-qagħda ta’ saħħa xejn sabiħa ta’ Lawrence, il-banda baqgħet miexja mingħajr ma daqqet. Lawrence miet f’Ottubru mingħajr qatt ma kien ra l-Banda Birżebbuġa. Kienu żminijiet differenti minn tal-lum. It-tobba ma kinux jgħidulek eżatt x’kien ikollok. Lawrence miet mingħajr qatt ma kien jaf x’għandu. Dak iż-żmien ma kinux jgħidulhom x’għandom allura baqa’ salaħħar ma kienx jaf. Jurgen jiftakar dawk il-ġranet fejn ommu kienet tkun kważi l-ħin kollu l-isptar u għalhekk il-festa dik is-sena ma setax igawdiha kif xtaq hu, però z-zijiet tiegħu speċjalment Peter il-Pajju kien jagħmillu kuraġġ u jinżel jara din il-banda ġdida. Kienu jgħidulu li għal tifel li hu ‘mhux sew ma tinżilx. ’ Ma’ Lawrence kienu għamlu dak kollu li setgħu. Żgur li Lawrence stess kien jieħu pjaċir jarahom involuti fil-festa li hu stess tant kien iħobb. Jurgen jgħid li matul dawk il-ġranet kull darba li jitla’ fil-pjazza u jkun għaddej mit-triqat ħlief nies b’dawk l-imkatar sofor bl-iljun fuqhom ma kontx tara għaddejjin. Dawn l-imkatar kien għamilhom ċertu wieħed billaqam il-hotty. F’Birżebbuġa deher entużjażmu li qatt ma konna rajna bħalu qabel. Jurgen jgħid li ‘Birżebbuġa f’daqqa waħda bħal xegħlulha switch u faret bin-nies u s-Soċjetà faret bil-membri’. Anke jekk missieru kellu jmut f’Ottubru ta’ wara dik il-festa,
Jurgen jgħid li mill-festa tal-1990 ’il quddiem hu kellu jibqa’ nvolut fis-Soċjetà. Dak iż-żmien kien hemm sejħa kbira biex it-tfal jidħlu jitgħallmu l-banda mal-banda l-ġdida. Jurgen kien jara lil kuġintu Ruth, it-tifla ta’ Peter il-Pajju zijuh, li kienet bdiet tmur titgħallem. Jurgen għalhekk kien beda t-tagħlim tal-mużika huwa wkoll. Huwa tħarreġ ma’ Mro. Bugelli mill-bidu sal-aħħar u ħareġ fl-1993 blistrument tal-‘Althorn’. Għalkemm il-banda kien iħobbha ħafna, l-entużjażmu tal-festa kien itellfu mid-daqq tal-banda u għalhekk maż-żmien kellu jieħu deċiżjonijiet iebsin.
BIRŻEBBUĠA
ħsieb il-vara titulari minn mindu kien żgħir. Bħal qisu tradizzjoni u ritwal tiegħu personali b’imħabba lejn il-Patrun, dan it-tindif għadu jagħmlu minn qalbu sal-ġurnata tal-lum fil-jiem ta’ qabel il-ħruġ min-niċċa. Il-proċess jibda billi l-ewwel tinħareġ il-vara min-niċċa. Illum huwa aktar faċli għax l-istatwa toħroġ bil-bankun b’kollox. Imbagħad jiżżarmaw minn miegħu id-dijadema, l-imfietaħ u l-ktajjen fejn jitnaddfu mit-trab u jiġu illustrati sakemm ileqqu. Is-sandli li għandu huwa invitat ma’ saqajh u għalhekk ma jinqalax però xorta waħda jitnaddaf sew. Hawnhekk Jurgen jirrakkonta li l-imfietaħ ibbanjati bid-deheb kienu għotja mir-reffiegħa tal-grupp ta’ nannuh Karmenu l-Bugsy fl-1981 u li fuqhom, għalkemm mhux daqshekk viżibbli, hemm żgrafjat l-ismijiet tar-reffiegħa donaturi. Huwa qal ukoll li dawn id-dekorazzjonijiet jitħallew kollha fuq il-vara matul is-sena ħlief għar-rużetta tal-kappillan Minuti u l-kurċifiss pettorali tal-kappillan Fenech. Jurgen jagħmel użu wkoll minn rixa fina ħafna biex biha jnaddaf il-vara mit-trab. Din ir-rixa jerfagħha u ma jużaha għal xejn iktar, ħlief għall-vara. Huwa jgħid li biex ma jagħmilx ħsara lill-induratura u l-kuluri tal-vara jilbes ingwanti fini ħafna ħalli l-marki tas-subgħajn u l-għaraq tal-idejn ma jagħmlux ħsara.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
sa’ 8:30pm. Matul dawn il-ġranet hu jiftakar grupp kbir ħafna ta’ żgħażagħ li kienu jiġu jgħinu fit-twaqqigħ tal-post ‘qisu San Pietru qabad xebgħa nies u poġġihom kulħadd hemmhekk’ u hu kien jagħti daqqa t’id magħhom ukoll. Jgħid li matul dawn il-ġranet kien jibqa’ impressjonat bil-ġebel, bix-xorok u b’dawk it-travi kbar, speċjalment it-taraġ l-antik li kien hemm li żżarma tarġa tarġa mingħajr ma jaqa’ xejn. Ċari għadhom it-tifkiriet tiegħu ta’ Sunny Bonnici bil-crane; ittrakk J-type l-antik tal-Pajju. Jurgen jiftakar sew lil ħafna żgħażagħ fosthom Pierre iċ-Ċiċoq, Emanuel Mangion il-Mosti, Charles Demicoli l-Walker, Anthony Camilleri l-President tas-Soċjetà, Steven Farrugia l-Vopa, u Anton Cutajar tar-Rea Ceramics. Kuraġġ u qalb kbira. Jekk matul il-ġimgħa kien imur jgħin fil-każin, is-sibt filgħodu mbagħad kien imur il-knisja għal-laqgħa tal-abbatini fejn hemmhekk kien jiltaqa’ mal-Perit Michael Schembri u kienu jsibu xi ħaġa x’jagħmlu fil-knisja. Iż-żmien igerbeb. Illum Jurgen huwa mdaħħal fl-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, għandu l-liċenzja B u meta tasal il-festa jmur jagħti dik id-daqqa t’id lill-membri tan-nar. Hu jgħid li jammira lis-Soċjetà għax matul dawn is-snin kollha minkejja l-ispejjeż u l-proġetti kbar, il-banda baqgħet attiva u baqgħet iżżid fl-attivitajiet u fis-servizzi mużikali.
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Jurgen Camilleri jagħti sehmu fit-twaqqigħ tal-każin. Appena jispiċċa milliskola kien imur jiġri għand zijuh Peter Camilleri biex jaraw kif se jmiddu idejhom għall-każin.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Dilettant ukoll tal-Ġimgħa Mqaddsa Jurgen jorganizza wkoll waħda mill-iktar wirjiet interessanti f’Birżebbuġa bl-isem ‘Hecce Homo’ u jiftaħha bis-saħħa ta’ ċerimonja mużikali. Hu jgħidilna li minn dejjem kellu namur għallĠimgħa Mqaddsa. Jurgen qal li meta kien żgħir kien jaffaxxina ruħu meta fuq it-televixin kien jara dawk il-funzjonijiet sbieħ li jsiru fil-knisja. Bħala purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa, hu jgħid li missieru fil-bidu nett ma kellux karozza u allura kienu jinżlu ma’ nannuhom Karmenu lejn Bormla biex jaraw il-purċissjoni. Tista’ tgħid li dik kienet l-uniku purċissjoni li kienu jaraw kull sena. Peress li n-nanniet kienu minn Bormla ma kienu joħolmu li jmorru imkien ieħor ħlief dik ta’ Bormla. Jurgen jgħid li f’dik it-tieqa li għandu għand ommu minn dejjem kienu jużawha biex fiha jarma xi statwa jew xi Bambin. Darba fost l-oħrajn ried jarma xi ħaġa tal-Ġimgħa Mqaddsa imma ma kellu xejn. Missieru Lawrence kien qallu biex isaqsi lil kuġinuh li kien minn Ħal Qormi biex imqar iselliflu l-istatwa tad-Duluri. Dan kuġinuh kellu sett vari żgħar li kienu ta’ nannuh, missier ommu. Dan fl-aħħar spiċċa biex tah is-sett kollu u dan huwa l-istess sett li jarma llum fil-Wirja ‘Ecce Homo’. Hu jgħid li l-preġju ta’ dan is-sett huwa antik ħafna daqs mitt sena u huwa maħdum fuq is-sett l-antik ta’ Ħal Qormi meta kien għadu b’9 vari, bil-vari l-antiki qabel mal-Qriema kienu biddluhom ma’ oħrajn aktar moderni. Meta kien żgħir hu kien jarma dan is-sett fit-tieqa t’ommu, imtarrġin biex joqogħdu kollha u kien jarma wkoll il-bandalori magħhom. Ix-xewqa tiegħu però kienet li jkollu mudell kbir ta’ knisja u jkun jista’ jarmahom fiha. Din il-ħolma wettaqha meta bis-saħħa tal-garaxx li għandu fid-dar t’ommu,
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Jurgen mal-logħob tan-Nar. Jurgen huwa membru fl-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa u jmur jagħti daqqa t’id meta jkun hemm bżonn.
134
Jurgen flimkien mal-familja tiegħu u Fr. Deo dakinhar tal-ftuħ tal-wirja talĠimgħa Mqaddsa ‘Ecce Homo’ li saret din is-sena 2017.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SEZZJONIJIET
Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lil dawk li jaħdmu fl-armar u fil-kura tat-Tempju tagħna ddedikat lil San Pietru Appostlu fil-Ktajjen (Ad Vincula). Ringrazzjament xieraq imur lil Jurgen kif ukoll lill-Perit Michael Schembri li jaħdem lejl u nhar biex it-tempju tagħna jkun veru denju ta’ post qaddis fejn tingħata qima lil Alla. Nafu li fil-jiem tal-festa jkun hemm ħafna min imur jagħtih daqqa t’id fl-armar tal-festa. Flimkien mal-Perit Schembri, lil dawn nirringrazzjawhom ukoll minn qalbna tax-xogħol kbir li qed jagħmlu. Grazzi ħafna.
KC Turnkey Projects Stainless Steel, Marine & General Works
Contact Darren Location Birżebbuġa Mob: 7972 3327 • Facebook: DJ Engineering Email: darrentype-r@hotmail.com
Building Alterations - Electrical & Plumbing - Internal & External Wall Finishes - Tile Laying - Pipe Laying - Plastering Works - Gypsum Boards - Painting - Coving - Soffits - Waterproofing - Transport of Furniture
BANDA MUŻIKALI
DJ Engineering
Charles Camilleri
9945 9205
SAN PIETRU APP.
camilleri.960@googlemail.com
Arthur Zammit
ANNIVERSARJI
Aluminium Works
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
Mob: 7992 3804 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
EDITORJAL
Għeluq Huwa ta’ unur kbir għas-Soċjetà tagħna li għandha sostenn min-nies bħalma huwa Jurgen, fejn li jagħmel, jagħmlu għall-ġid tal-komunità sħiħa, mhux biex jidher hu. Jurgen jaf jagħti għajnuniet kbar lis-Soċjetà tagħna b’diversi modi. Jalla jkollna aktar nies bħal Jurgen li ilhom sa minn ċkunithom nett jagħtu l-għajnuna tagħhom fis-Soċjetà, fil-Knisja, fin-Nar u fil-Vara Titulari.
SOĊJETÀ
L-Irxoxt u l-Banda tagħna fil-Ġimgħa Mqaddsa Jurgen għandu kliem ta’ tifħir ukoll għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru mis-Soċjetà tagħna fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Hu jgħid li l-programm li l-banda tagħna qed ittella’ fil-Knisja tad-Duluri huwa wieħed ta’ livell għoli b’mużika interessanti ferm, mużika li ssammrek mas-siġġu. Ma setax jonqos ukoll li jitkellem dwar l-Irxoxt li wara tant snin ta’ sofferenza, in-nies ta’ Birżebbuġa ingħataw il-barka millIsqof biex ikunu jistgħu jagħmlu dimostrazzjoni dekoruża bil-vara tal-Irxoxt. Huwa sostna li kull darba li għamilna l-manifestazzjoni bl-Irxoxt din dejjem kienet waħda dekoruża, onesta u ġenwina u jirringrazzja lill-Kumitat li jisħaq ħafna fuq dan il-punt. Hu jemmen li din il-festa għad trid tikber ħafna aktar mas-snin. Hawnhekk hu jgħid
li kellu x-xorti jerfa’ fl-Irxoxt anke l-ewwel darba li ħareġ fl-1999. Mhux neċessarjament hekk, imma hu jaħseb li peress li kien hemm ftit geddum, il-fatt li dakinhar ir-reffiegħa lebsu l-konfratija setgħet forsi ħadmet iktar kontra. Hu jgħid li din is-sena l-banda kienet tajba u jfaħħar l-isforz tal-Kumitat u s-Sezzjoni Banda li rnexxielhom jgħaqqduha fi ftit jiem biss b’bandisti tajbin. Jurgen jgħid li barra l-banda, il-Kumitat u l-banda ħaqqhom prosit ukoll għax irnexxielu jagħmlu librett b’numru sostanzjali ta’ valzi fl-iqsar żmien.
PIROTEKNIKA
għamel mudell ta’ knisja u beda jarmahom għall-pubbliku. Illum din il-wirja saret stabbilita ma’ ħafna dilettanti. Jurgen isostni li din il-wirja saret tagħtih ħafna sodisfazzjon, u li għaliha jqatta’ ftit ħin kuljum.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
135
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Kaysin Mob: 7997 0473 Under New Management 136
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Il-faċċata tal-familja Caruana fil-bidu nett tad-disgħinijiet fi Triq San Filippu. Fuq din il-faċċata kienu ħadmu ħafna Alexander u Joseph Caruana.
Ritratt li juri l-briju tal-marċ tal-Banda Birżebbuġa meta kien jgħaddi minn quddiem ir-residenza tal-familja Caruana. Il-Briju kien isir ukoll millgallarija tal-familja Caruana. Dan ir-ritratt x’aktar jeħodna lura għas-sena 1990.
SOĊJETÀ
u l-oħra tat-Tre Regnum. Kont inwaħħalhom waħda kull naħa talinkwadru. Fl-istess żmien iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika kienu għamlu l-armar mal-faċċata tagħhom u tgħidx kemm kien għoġobni. Kont narahom iħobbuha wisq il-festa u saħansitra kienu anke bdew jagħmlu xi nar minn fuq il-bejt tagħhom. Apparti minn dan kienu jaħdmu ħafna għall-briju tal-marċi peress li l-Banda San Pietru filKtajjen kulma kienet tagħmel huwa li ddoqq u ta’ dan kienet anke titħallas mill-Kumitat tal-Festa tal-Parroċċa. Nerġa’ mmur lura għall-armar tal-faċċat tal-Azzjoni Kattolika u ngħid li dan l-armar tant kemm kien impressjonani li bdejt nara nistax nibda nagħmel xi ħaġa simili għad-dar tiegħi. Fl-istess żmien, ħija Joseph kien daħal l-iskola St. Agatha tar-Rabat u kien jitgħallem l-arkett. Kont tlabtu jgħallimni u niftakar dik id-darba meta għamilt l-ewwel armar tiegħi mal-gallerija u mal-appramorta tal-bejt. Kont ukoll għamilt liedna tal-karti imma din kulma kienet iddum tliet ijiem biss tajba għax kienet tibjad mill-ewwel. Dan kien fis-sena 1985. Għamilt ukoll arblu mis-seratizz ta’ tlettax-il pied. Dan kien ħadmu il-qatt minsi Freddie Caruana li kien joqgħod ħdejna. Bdejt naħdem ukoll il-liedna talplastic imma ma bdejtx nagħmilha tajba għax ma bdietx tiġi mimlija jew folta u allura s-sena ta’ wara kelli nerġa’ nagħmilha mill-ġdid.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
137
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Ħafna għadhom sal-lum ifakkruni fuq meta kont narma d-dar tal-ġenituri tiegħi fi Triq San Filippu meta kont għadni żgħir peress li kont għadni ngħix hemmhekk. Kien propju l-editur is-Sur Josef Schembri li talabni nikteb dan l-artiklu fuq kif bdejt u l-istorja tagħha. Fis-sena 1979 fuq xewqa tal-mibki u qatt minsi l-kappillan Dun Karm Frendo, ħafna parruċċani bdew jiġbru biex jagħmlu sett pavaljuni għat-triq tagħhom. Fil-każ ta’ Triq San Filippu, il-pjan kien li dawn jiżżanżnu fis-sena 1980. Sfortunatament imma l-kappillan Frendo kien miet għal-għarrieda u l-viċi Dun Pawl Buttigieg kien beda jieħu ħsieb il-parroċċa sakemm f’Ottubru kien ħa l-pussess bħala kappillan. Imma fil-festa tal-1980 kien iżżanżan l-ikbar sett ta’ pavaljuni fir-raħal u dak iż-żmien nistgħu ngħidu li kien ukoll l-isbaħ wieħed. Niftakar li mill-flus żejda li kienu nġabru, kull familja kienet ingħatat poster ta’ San Pietru. Dan il-poster għamiltu f’inkwadru u waħħaltu mal-gallerija. Missieri kien għamel injama bil-bozoz imma niftakar li tant kienu jisħnu l-bozoz li konna nixgħeluha naqra u nitfuha mill-ewwel għax konna nibżgħu li tista’ taqbad. Dak iż-żmien kien jgħaddi minn quddiemna l-marċ mill-Banda Santa Katerina tażŻurrieq il-Ħadd filgħaxija qabel ma toħroġ il-purċissjoni. Wara naf li kont pinġejt żewġ armi ta’ San Pietru, waħda kienet tal-martirju
SEZZJONIJIET
Alexander Caruana
EDITORJAL
PROGRAMM
Tiftakruha l-faċċata Armata tal-familja Caruana f’St. Philip Street?
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Is-sena ta’ wara komplejt bl-armar u għamilt armar għallfaċċata kollha, kif ukoll bandiera bil-pittura li kien pittirli l-pittur Ġużeppi Darmanin li llum ukoll m’għadux magħna. Ħdimt mill-ġdid il-liedna tal-plastic u anke bdejt narma d-dawra kollha tad-dar. Kont ukoll żidt ċertu armar li kien diffiċli biex jintrama għax kien tqil u niftakar li kont nitlob l-għajnuna ta’ missieri biex jgħinni nniżżlu. Niftakar lil ommi li kienet tibża’ li ser jaqa’ għal isfel sakemm niġu biex inwaħħluh imma anke meta kien għamel l-isbaħ riħ qawwi, għall-grazzja t’Alla kollox kien jibqa’ f’postu. Fi Frar 1987 dħalt apprendist il-Malta Drydocks. Allura issa bdejt naqla’ xi ħaġa tal-flus u ddeċidejt li nagħmel il-bozoz ma’ kullimkien. B’kollox kelli madwar 650 bozza. Freddie Caruana kont tlabtu jaħdimli arblu ieħor ta’ 13-il pied u allura issa kelli żewġ arbli. Dak iż-żmien id-dar kienet l-iktar waħda għolja mqabbla ma’ bini ieħor ta’ maġenbna u mix-xatt kienu jidhru sew iż-żewġ arbli bilbnadar u anke l-fustuni. Fl-istess sena xtaqt intella’ kamra fuq il-bejt ħalli jkolli fejn nibda nerfa’ l-armar kollu. Allura konna qabbadna kuntrattur u bena din il-kamra. Barra min hekk, xtaqt nagħmel arblu itwal. L-arblu kont xtrajtu imma meta bdejt nara kif ser inwaħħlu l-affarijiet bdew jidhru li kienet se tkun operazzjoni diffiċli. Ommi bdiet titkellem ma’ xi kuntratturi u beżgħana li kont ser nagħmel xi ħsara fid-dar ġiegħlitni naħsibha darbtejn tant li ftit wara, kontra qalbi kont biegħejtu lil Alfred Schembri (id-Dobbu) li llum sfortunatament ukoll m’għadux magħna. Dan kien jammirani kemm kont attiv għall-festa u baqa’ jirrispettani u jgħinni sal-aħħar nifs ta’ ħajtu. Imma min jafni jaf li jien ma naqtax qalbi. Peress li kif ġa għidt qabel jien kont qbadt naħdem il-Malta Drydocks, ġieni f’moħħi li nixtri xi U-channels ħoxnin u nagħmel forma ta’ gradilja tal-ħadid li tkun ’il fuq mis-saqaf peress li dan kien tax-xorok u ma’ din il-gradilja stajt inwaħħal parti wieqfa li żżomm l-arblu. Imma dakinhar niftakar li ġietni f’moħħi biex l-arblu nagħmlu tal-ħadid ħalli b’hekk ikun eħfef. Allura xtrajt welding set u chaser u xtrajt il U-channels mill-Marsa. Bdejt il-proġett. Iddeċidejt li nagħmlu bil-ventijiet peress li ma kellix blokka u allura kelli nagħmel ilpupress. Dan iddeċidejt li nagħmlu jixgħel bi globu imma kif morna indaħħluh, jien u missieri qrasna l-wire u beda jtir id-dawl. Imma sa fl-aħħar irnexxieli li minn taħt il-U-channels ninduna x’ġara, qtajt il-wire, għamilt china-connector u xegħltu. Fl-aħħar l-arblu tellajtu u kien madwar 40 pied. Kont ukoll għamilt bandiera ta’ Malta u oħra maġġura. Dawn kienet għamlithomli ommi. Niftakar li minn xi xhur qabel il-festa kont kellimt il-pittur Ġużeppi Darmanin biex ipittirli l-bandiera l-maġġura imma meta ħadtielu ġratli biċċa. Hu ma kienx saqsieni kemm kienet kbira u meta tajthielu f’idejh qata’ qalbu li jagħmilha. Niftakar li kien bagħat għalija u qalli li kienet wisq kbira għalih u allura ma setax jagħmilhieli. Tatni rasi għax il-festa kien jonqosha biss xi xahrejn u niftakar li kont għidtlu “Issa x’ħa nagħmel?” U hu qalli “Agħmilha int. Int taf tpinġi. ” Imma jien bdejt nibża’ li nidħol għal biċċa xogħol daqshekk kbira. Biex jagħmilli kuraġġ kien offrieli li jagħmilli d-disinn ta’ San Pietru fuq karta strazza, imbagħad inkompli jien. Nista’ ngħid li għamiltha, u l-bandiera għadha għandi sal-lum. Dik is-sena (1988) l-parroċċa kienet qed tiċċelebra l-75 sena tagħha u kien hawn iktar entużjażmu mis-soltu. Niftakar ukoll, jidhirli li fis-sena 1985, waqt li l-marċ tal-Ġimgħa kien jgħaddi minn quddiemna kienu anke dawwru l-istatwa ta’ San Pietru talkartpesta, proprjetà tal-parroċċa lejn il-faċċata tagħna. Għall-ewwel ma ridtx nemmen imma meta mort nirringrazzja lir-reffiegħa qabeż il-ħabib tiegħi Mario Bonnici (ta’ Karpju) u qalli li kien bix-xieraq li ndawru l-vara lejn il-faċċata tiegħi. Iżda dan l-arblu ma kien xejn għal qalbi. Minn dejjem kont nemmen li arblu ta’ veru huwa dak magħmul mill-injam. Barra minn hekk kelli problema kbira bil-ventijiet għax il-bnadar bdew 138
il-ħin kollu jeħluli magħhom u l-keded li kont nieħu mal-fustuni kienu kbar wisq. Allura bdejt naħseb kif nista’ nixtri arblu tal-injam u ntellgħu bla ventijiet. Biex żgur nibdel dak li kelli, tlaqtu fuq il-bejt ħalli jitgħawweġ. Allura mbagħad immodifikajt parti mill-ħadid li kelli biex insaħħaħhom u b’hekk stajt inneħħi l-ventijiet. Dik is-sena kont dħalt ukoll membru fil-kumitat tal-festa u konna ser nixtru 6 arbli ta’ 33 pied għal fuq iz-zuntier tal-knisja, allura kont tħajjart nixtri arblu magħhom għalija u ġarrejtu għall-maħżen tal-festa li dak iż-żmien kien garaxx misluf lill-parroċċa għax lanqas maħżen ma kellna. Hemmhekk kont qagħdt naħdem fuq dan l-arblu. Meta lestejtu kienu tawni daqqa t’id biex intellgħu fuq il-bejt tagħna l-ħbieb tiegħi Jason u missieru Leli Cutajar bil-crane tagħhom. Wara dakinhar, bħala armar ma tantx kont żidt iktar għax ma tantx kien fadalli spazju la mal-faċċata u lanqas fuq il-bejt. Nixtieq nagħmel parenteżi qasira fuq l-involviment tiegħi filfesta matul dawk is-snin. Dik il-ħabta jien kont dħalt membru filKumitat tal-Festa tal-parroċċa li llum m’għadux jeżisti. kont ħdimt ħafna fl-armar il-ġdid tal-pjazza, kif ukoll tax-xatt. Kienet ukoll dik issena li ġieni l-ħsieb li nagħmel marċ il-Ħamis tal-festa. Il-ħsieb kien ġieni għax bħala membru tal-kumitat tal-festa fi Frar konna mmorru niġbru l-‘envelopes’ li kien iqassam il-kappillan għad-donazzjonijiet għall-festa. Niftakar li l-ewwel bieb li ħabbatt fi Triq is-Sebħ qlajt ċamata kbira u dak iż-żmien kont għadni żgħir u tgħidx kif inblajt. Kien hemm mara li qaltli: “Sew, għall-envelop tiġu imma qatt ma tagħmlu xejn hawn fuq. Lanqas naqra bozza. ” Fl-istess ħin li qed nipprova inkellimha toħroġ il-ġara tagħha u qaltli l-istess. Dak il-ħin infxilt u pront pront ġie ħdejja Ċikku s-sagristan li pprova jaqbeż għalija, imma kif mort id-dar bdejt nara x’ser nivvinta biex lin-nies ta’
Membri tal-familja Caruana u mistednin oħra kollha bil-flokkijiet tasSoċjetà tagħna jittawlu u jsegwu l-marċ mill-gallarija ta’ din ir-residenza. Circa 1990.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
139
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
Is-Soċjetà tagħna tirringrazzja lill-voluntiera kollha tal-Għaqda tal-Armar l-1 t’Awwissu tal-Parroċċa tax-xogħol kbir li qed jagħmlu għall-festa talParroċċa. Minn ġimgħat sħaħ qabel il-festa tarahom jarmaw l-arbli kbar u tqal fit-toroq u l-pjazez kbar ta’ Birżebbuġa. Mhux faċli li tarma raħal bħal tagħna b’ħafna spazi miftuħin u kbar bħall-pjazza u x-xatt. Dawn l-aħħar tliet snin din l-Għaqda żviluppat għodda ġdida u innovattiva biex l-armar jintrama, jiżżarma u jinħażen mingħajr ma jkun hemm tbatija eċċessiva. Fost affarijiet oħra din is-sena din l-għaqda għamlet restawr fuq armar antik fl-injam. Grazzi ħafna tas-sagrifiċċji li qed tagħmlu.
SAN PIETRU APP.
li kont inkun iktar imħabbat peress li kont segretarju tas-Soċjetà l-ġdida tagħna, xorta bqajt narma l-faċċata kull sena. Fl-1990 kont għamilt bandiera maġġura ġdida li ttellgħet waqt li l-marċ ta’ filgħodu tal-banda tagħna, il-Banda Birżebbuġa kien wasal quddiem id-dar tagħna. Kulħadd jiftakar ukoll meta fil-marċ ta’ filgħodu jien, ħija Joseph u l-President Anthony Camilleri konna nitilgħu fil-gallarija, indoqqu ċ-ċimblu u wara nagħmlu xi preżentazzjonijiet. Triq San Filippu kienet tfur bin-nies. Bqajt narmaha sal-1993 imma kelli mbagħad nieqaf meta f’Lulju 1994 kont iżżewwiġt lil marti Charlotte u peress li t-tieġ kien viċin il-festa ma kellix ċans narma d-dar kollha għax normalment kienet teħodli mill-Imnarja sal-festa biex inlestiha Għal xi żmien wara, qisu wara s-sena 2000 beda jieħu ħsieb jarma ħija ż-żgħir Peter Caruna (t-Three), li wkoll ħareġ dilettant kbir bħalna. Għalkemm ma baqgħetx tintrama kif kienet fl-antik, ħija Peter kien jarma l-arbli u kien iwaħħal arma kbira tas-Soċjetà tagħna fil-ġenb tat-turretta, innaħa li tħares lejn il-knisja, tixgħel sabiħa bil-kulur aħdar warajha. Minkejja li din issa hija biss memorja però rridu nifhmu li kienet il-bidu taż-żmien sabiħ għall-festa tagħna, festa li dak iż-żmien kienet ċkejkna imma li llum tant kibret li hija meqjusa bħala festa stabbilita mad-dilettanti tal-gżejjer Maltin u ta’ dan jien nirringrazzja lil tant u tant nies li dejjem għamluli kuraġġ sa minn meta kont żgħir. B’hekk biss bqajt nista’ naħdem flimkien ma’ ħafna oħrajn biex f’Birżebbuġa jkollna festa xierqa lill-maħbub Patrun tagħna San Pietru Appostlu.
ANNIVERSARJI
Id-dar tal-Familja Caruana illuminata bil-lejl.
BIRŻEBBUĠA
dawk l-inħawi nagħmlulhom xi ħaġa. Ħsibt li niġbor għall-marċ talĦamis li sa dak iż-żmien kien għadu ma jsirx u miegħi ngħaqdu ħija Joseph, Jason Vella u Joseph Pace (Il-Majna) li konna ħbieb kbar. Ġbarna l-flus u għamilna l-marċ il-ġdid tal-Ħamis organizzat millKumitat festi Esterni ta’ Birżebbuġa. Għalkemm kien hemm ‘friction’ bejn il-Kumitat tal-Festa tal-Parroċċa u l-Banda San Pietru, xorta waħda ddeċidejna li nistiednu l-banda tal-lokal biex tagħmel dan isservizz. Dan is-servizz ġdid f’dawn l-inħawi l-ġodda ta’ Birżebbuġa kien suċċess kbir. Minn hawn kont bdejt insir popolari mal-poplu ta’ Birżebbuġa u kienu bdew jaraw fija l-bniedem li stajt inqajjem il-festa. Wara l-festa bdejt nitgħallem il-mużika mal-banda San Pietru li sa dak iż-żmien kienet l-unika banda f’Birżebbuġa u l-kumitat, b’rikonoxximent li kont ġbart għal marċ flimkien ma’ sħabi l-oħra kienu aċċettaw li jdaħħluni membru minkejja li kont għadni m’għalaqtx 18-il sena. Fl-istess żmien kien hemm problemi kbar fil-Kumitat tal-Festa. Malkappillan Dun Pawl Buttigieg, personalment ma kont qiegħed sew xejn. Kont narah bħala l-persuna li kienet qed tipprova twaqqafni mill-ħolma li kelli, dik li naħdem biex nibdew nagħmlu festa kbira u sabiħa bħalma konna mdorrijin naraw fl-irħula l-oħra tal-madwar. Però kont ħliftha li ma nċediex sakemm tgħaddi tiegħi. Il-Kumitat tal-Festa spiċċa biex ma baqax jiffunzjona wara l-festa tal-1989 u xi membri tal-Banda San Pietru wrewni x-xewqa li nidħol filkumitat tagħhom f’Jannar 1990. Imma kif tafu, għar-raġunijiet li kont ktibt sentejn ilu f’dan l-istess annwal tas-Soċjetà tagħna, lejn l-aħħar tas-sena 1989 diġà kien hemm movimenti, fejn jien kont parti minnhom biex titwaqqaf is-Soċjetà kbira tagħna, il-Banda Birżebbuġa, Soċjetà li mbagħad waqqafniha b’mod uffiċċjali fl-14 ta’ Jannar 1990. Mat-twaqqif ta’ din is-Soċjetà kelli l-forza li kont neħtieġ biex il-pjan tiegħi jibqa’ għaddej kif fil-fatt seħħ. Kienu ħafna dawk li ngħaqdu magħna u l-għatx biex ikollna festa kbira bħal ta’ ħaddieħor bdiet tinħass tassew. Okkażjoni li qatt ma ninsa’ kienet seħħet lejlet il-festa tal-1990. Għal xi 5 ta’ filgħaxija, waqt li jien kont fuq il-bejt intella’ l-fustun biex immur għat-Transulazzjoni, xi nies ġew quddiem id-dar tagħna. Ommi kienet qed taħsel l-art u dawn qalulha “Fi Xħin jiftaħ il-każin? Dik qaltilhom: “Hawnhekk mhux każin”. Bl-armar kbir li kellna malfaċċata dawk ħasbuh il-każin tal-Banda l-ġdida tagħna. Minkejja
SOĊJETÀ
Dan ir-ritratt li jeħodna lura għall-ewwel festa tas-Soċjetà fis-sena 1990 jurina meta Alexander Caruana kien ħallas u rregala clockenspeil u ppreżentah lill-President Anthony Camilleri fil-gallarija ta’ din l-istess residenza.
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
Il-Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista Birżebbuġa jawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Il-Bar ikun miftuħ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu għal atmosfera familjari, drinks ġenwini u appetizers.
SOĊJETÀ
Facebook: Partit Nazzjonalista - Birzebbuga Mobile: 7984 2585 Email: pnbirzebbuga@gmail.com
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Mob: 7711 5000
SAN PIETRU APP.
B.S.G.
ANNIVERSARJI
RENT A CAR Prop. JOE SPITERI
MOB: 7944 1116
New Different Manual Automatics and 7 seater To Let Self Catering Apartments at Birżebbuġa Minibus and Cab Service Airport Transport Mob: 7945 9187
BIRŻEBBUĠA
69, Brisugo Garage Triq il-Witja Tarxien Office: 2169 3275 or 2769 3275 e-mail: bsgrentacar@gmail.com 140
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Kult Petrin fi Sqallija Godwin Borg
SOĊJETÀ ma sarx. Fuq ġewwa, il-Bażilika fiha xogħol elaborat fosthom l-artal maġġuri magħmul f’nofs is-seklu 19 minn injam, pilastri bil-kapitelli korinti, kif ukoll il-kurċifiss magħmul mill-irħam u l-injam. Insibu wkoll orgni li kien ġie mibni fl-1877 mid-ditta Jaquot-Jeanpierre di Rambervillers (Vosgi) u li kien restawrat fl-1990 mid-ditta Ruffatti ta’ Padova. Fil-kappelli laterali wieħed jista’ jara esposti numru sabiħ ta’ pitturi mpittra minn artisti Sqallin tas-sekli 18 u 19. F’Ġunju tal1967 il-Papa Pawlu VI ddikjaraha Bażilika Minuri.
SEZZJONIJIET
Il-Bażilika ta’ San Pietru f’Riposto fi Sqallija. Quddiem din il-Bażilika, ilBanda Birżebbuġa tellgħet Programm Mużikali f’Ottubru 2016.
BANDA MUŻIKALI
Duomo di San Pietro (Modica) Dokument tal-isqof ta’ Sirakusa juri li fl-1396 dan il-katidral diġa kien jeżisti u x’aktarx inbena bejn l-1301 u l-1350. Il-Papa Klement VIII ddikjaraha kolleġġjata fit-2 ta’ Jannar 1597. Matul iż-żmien żviluppawlha diversi ħsarat speċjalment bit-terremoti li kienu jseħħu u għalhekk reġgħet inbniet però diversi partijiet minnha għadhom l-oriġinali; fosthom il-kappella laterali ddedikata lill-Immakolata li fiha naraw id-data 1620 li tfisser li ma waqgħetx bit-terremot tal1693. Fiz-zuntier tal-knisja nsibu l-istatwi tat-tnax-il appostli. Mal-
EDITORJAL
Nota Editorjali: Din is-sena l-Banda Birżebbuġa telgħet iddoqq ġewwa Sqallija f’lokalità li hija ddedikata lil San Pietru. Din ispirat lil Godwin Borg jiktiblna xi ħaġa dwar lokalitajiet Sqallin li jħaddnu kult Petrin.
SAN PIETRU APP.
Basilica di San Pietro (Collesano) Bdiet tinbena f’nofs is-seklu 15 u ġiet konsagrata fl-1548. Fiha tliet navi u fiha ħafna opri tal-arti mis-seklu 16 u 17 fosthom l-affreski tal-presbiterju li juru xeni mill-ħajja tal-qaddisin Pietru u Pawlu kif ukoll il-kurċifiss li nsibu fin-nofs li jmur lura għal 1555. Fil-Bażilika hemm ukoll miżmuma għadd ta’ pitturi fuq tila kif ukoll statwi talinjam li qabel kienu jinsabu fil-knejjes ta’ Collesano. Ta’ min isemmi l-orgni tas-seklu 16 kif ukoll it-tabernaklu tal-irħam li jmur lura lejn l-1489 u li kien jinsab fil-knisja ta’ Santa Maria Assunta. Fil-kappella li nsibu fuq ix-xellug hemm konservata tila li tirraffigura l-Madonna tal-Mirakli, li hi l-patruna ta’ Colessano. Fl-1983 il-Papa Ġwanni Pawlu II elevaha għal Bażilika Minuri.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
141
ANNIVERSARJI
Basilica di San Pietro (Riposto) Riposto hija l-lokalità fejn marret iddoqq il-Banda tagħna, eżatt quddiem din il-Bażilika li se niddeskrivilkom. Din il-Bażilika għandha tliet navi f’forma ta’ salib latin fuq stil neoklassiku u tmur lura għal perjodu bejn l-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19. Kienet ispirata mill-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran ta’ Ruma. Filproġett oriġinali kien ippjanat li jkun hemm disa’ statwi tal-irħam u kampnar. Fid-9 t’April 2010 tpoġġew fuq il-frontispizju ħames statwi tal-ġebel (li nqata’ minn Comiso) li jirraffiguraw ir-Redentur u l-appostli Pietru, Pawlu, Indri u Ġwanni. Il-kampnar s’issa għadu
Il-Bażilika ta’ San Pietru f’Collesano fi Sqallija
BIRŻEBBUĠA
faċċata nsibu erba’ statwi oħra li juru lil San Katald, Santa Rosalija, San Pietru u l-Madonna, filwaqt li aktar ’il fuq insibu statwa ta’ Ġesù rebbieħ fuq il-mewt. Fuq ġewwa nsibu tliet navi b’erbatax-il kolonna b’kaptelli korinti, filwaqt li l-art hi magħmula minn irħam interzjat, xogħol li sar fl-1864. Fil-volta nsibu għadd ta’ affreski li juru xeni mill-Bibbja u li kienu nbdew fl-1760 u tlestew għoxrin sena wara minn Gian Battista’ Ragazzi u ibnu. Fil-katidral hemm konservati żewġ statwi tal-irħam; waħda tal-Madonna ta’ Trapani li x’aktarx saret fl-1470 u oħra tal-Madonna tas-sokkors li saret fl-1507. Ta’ min isemmi wkoll grupp ta’ stawi li jirraffiguraw lil San Pietru u l-fejqan tal-paralitiku li nħadmu fl-1893 minn injam tal-ballut, xogħol l-iskultur Palermitan Benedetto Civiletti. Il-lampier ċentrali li jinsab fuq l-artal maġġur kien maħdum f’Murano, però ġarrab diversi ħsarat fl-2011. L-orgni, opra tal-aħwa Polizzi ġie inawgurat fl-1924 u hu magħmul minn 3200 kanna, 32 reġistru u 2 tastieri.
PIROTEKNIKA
Il-Bażilika ta’ San Pietru f’Modica fi Sqallija
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
Mob No: 7902 3676
BANDA MUŻIKALI
Spend over €50 and get 20% discount
Rainbow Stationery
PIROTEKNIKA
14, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa • Tel: 2165 2856
For all your stationery requirements for School, Home, Office
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
• Photo Digital Printing • Passport Photos • All Kinds of Watch Repairs, Batteries, Straps • Money Trasfer Money Gram Flowers for All • One For All Gift Vouchers Occasions • Laundry & Dry Cleaning Services • Me To You • E-Cigarettes & Liquids • Greeting Cards • Silver Plated Frames Rainbow Sta tionery Gift Vouchers • Perfumes • Magazines Available • Personalised Hand Made Cards • Original Ink Cartridges & Toners For All Printers Rainbow Stationery Birzebbuga 142
Email: xmark11@hotmail.com
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Erba’ Anniversarji Kbar:
PROGRAMM
Bejn Storja u Parteċipazzjoni
BANDA MUŻIKALI
San Pietru. Ħafna membri minn tas-Soċjetà attendew bi ħġarhom. Fit-tmiem ta’ din it-taħdita, ġie inawgurat il-logo u l-motto ta’ dan l-anniversarju li ġie maħdum mill-bandist tas-Soċjetà u ex-sindku ta’ Birżebbuġa Kevin Barun. L-għada, 22 ta’ Frar 2017, fil-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu saret quddiesa kantata minn Mons. Lawrence Gatt, Kanċillier tal-Kurja u saċerdot b’rabta malparroċċa tagħna. Wara din il-quddiesa, il-kappillan qassam santa b’tifkira ta’ dan il-Ġubilew bl-Imprimatum tal-Vigarju Ġenerali. Fuq quddiem ta’ din is-santa hemm il-Vara Titulari, il-ġojjel tal-Parroċċa tagħna, filwaqt li fuq il-qoxra ta’ wara nsibu l-Logo u l-Motto ta’ dan l-Anniversarju Ġubilari. Fuq ġewwa hemm talba li nkitbet apposta mis-Saċerdot Teologu Hector Scerri. In-Nihil Obstat ingħata fis-17
ANNIVERSARJI
21 ta’ Frar 2017. Josef Schembri, Henry Bonnici, Fr. Dr. Nicholas Doublet u Alexander Caruana wara t-taħdita storika minn Fr. Doublet kif ukoll wara l-inawgurazzjoni tal-logo tal-Ġubilew tal-1950 anniversarju tal-Parroċċa tagħna mill-kappillan Rev. Scannura.
Żewġ bolol waħda ta’ San Pietru u l-oħra ta’ San Pawl maħruġa mill-Istat tal-Vatikan fl-okkażjoni tal-1,950 Ġubilew tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl proprju din is-sena. Dawn il-bolol ġew iddisinjati minn Daniela Fusco. Roberto Damato jikxef il-logo il-ġdid tal-1950 Anniversarju Ġubilari millmewt ta’ San Pietru għall-parroċċa tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
143
BIRŻEBBUĠA
Il-muniti uffiċjali taż-2 Ewro li ħareġ l-Istat tal-Vatikan fl-okkażjoni tal-1,950 Ġubilew tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl proprju din is-sena. Dawn il-muniti ġew iddisinjati minn Gabriella Titotto.
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
L-1950 Anniversarju Ġubilari mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż fil-Ġenna ta’ San Pietru Appostlu Din is-sena qed nikkommemoraw diversi anniversarji. Bla dubju ta’ xejn l-ikbar anniversarju li qed infakkru din is-sena huwa dak tal-1950 Sena Anniversarju Ġubilari mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż ta’ San Pietru Appostlu fil-Ġenna. Is-Soċjetà tagħna kienet l-ewwel entità f’Birżebbuġa li kif għaddiet il-festa tas-sena li għaddiet 2016 tellgħet banner fuq is-Social Media tagħha biex tħabbar dan l-anniversarju importanti li kien għadu ġej. Insemmu wkoll il-pubblikazzjonijiet tas-Soċjetà li taw importanza kbira lil dan l-anniversarju, ewlieni fosthom il-kalendarju li ħareġ l-Uffiċċju Komunikazzjoni tas-Soċjetà tagħna li kien jinkludi l-aqwa pitturi barokki u rinaxximentali fuq il-ħajja u l-martirju ta’ San Pietru. Il-parroċċa tagħna għamlet numru ta’ attivitajiet biex tfakkar dan l-anniversarju. Bdejna fil-21 ta’ Frar 2017, meta fil-Knisja Parrokkjali, għall-ħabta tas-7pm ġie mistieden Il-Kan. Dr. Nicholas Doublet, storiku tal-Knisja, fejn għamel taħdita fuq l-istorja tal-martirju ta’
SEZZJONIJIET
Josef Schembri
SOĊJETÀ
EDITORJAL
+ 1950 Anniversarju Ġubilari mill-Martirju ta’ San Pietru + 80 Sena mill-Bdil fit-Titlu Titulari ta’ Birżebbuġa + 70 Sena mill-Wasla tal-Ewwel Vara ta’ San Pietru + 40 Sena mill-Konsagrazzjoni u d-Dedikazzjoni tal-Knisja Parrokkjali
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
ta’ Frar. Fl-24 ta’ Frar imbagħad il-Kappillan organizza quddiesa fil-Knisja ta’ San Pietru li hemm f’Ħal Lija. Dan mhuwiex anniversarju komuni imma huwa anniversarju li qed naqsmuh mad-devoti Pawlini, peress li t-tradizzjoni tgħid li dawn mietu fl-istess ġurnata, fid-29 ta’ Ġunju, Jum l-‘Imnarja’, festa li l-Knisja tagħna ilha żżomm sa minn qabel ma ġiet stabbilita l-festa tal-Milied. Daqshekk kienu devoti l-ewwel insara lejn il-qaddisin kbar tagħna Pietru u Pawlu. Il-Parroċċa tagħna kompliet dawn il-festi speċjali f’Ġunju. Lejn tmiem Mejju ta’ din is-sena, eżatt wara l-festa tal-Konsagrazzjoni li se nitkellmu dwarha aktar tard, il-Parroċċa tagħna varat u
SOĊJETÀ
Il-logo u l-motto li ġew inawgurati lejlet il-festa talKatedra ta’ San Pietru wara taħdita storika minn Fr. Dr. Nicholas Doublet, mistieden speċjali tal-okkażjoni. Il-logo ġie ddisinjat minn Kevin Barun, ex sindku u bandist mas-Soċjetà tagħna. Il-motto ‘Xhieda bil-Kelma u d-Demm tal-Fidi’ hija meħuda mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Beatu Papa Pawlu VI. Inġenjuża wkoll l-ittra T li tidher fil-kelma Pietru preżentata bħala salib rasu ’l isfel, il-martirju li biha miet San Pietru Appostlu.
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Il-purċissjoni tat-tfal bil-kwadru ta’ San Pietru reġgħet ġiet imdaħħla fil-programm speċjali ta’ dan il-Ġubilew tal-Martirju. Din saret il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017.
ppubblikat programm ta’ ġimgħa festa bejn it-23 u t-30 ta’ Ġunju, biex jitfakkar mhux biss dan l-anniversarju imma anke l-oħrajn lokali li xorta għandhom konnessjoni ma’ San Pietru. Mhuwiex l-għan tiegħi li nidħol fid-dettall, però hemm partijiet minnu li ħaqqhom jiġi msemmija. Fost l-affarijiet interessanti li kkaraterizzat dan ilprogramm kien l-użu mill-ġdid tal-ewwel vara ta’ San Pietru, jew kif insibuh magħruf ‘San Pietru ż-żgħir’. Dan tniżżel minn taħt l-arkata tal-Prospettiva ta’ wara l-artal lejn nofs Ġunju u minfloku, fl-arkata twaħħal l-inkwadru li kien jintuża fl-ewwel purċissjonijiet meta tbiddel it-Titular fl-1937. Fit-23 ta’ Ġunju ġiet iċċelebrata l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù biex imbagħad fl-24 ta’ Ġunju ntlaqgħet fil-knisja r-relikwija ta’ San Pawl tal-Kolleġġjata Proto-Parrokkjali tar-Rabat. Fil-25 ta’ Ġunju filgħodu saret purċissjoni għat-tfal bl-inkwadru ta’ San Pietru mill-MUSEUM tas-subien sal-Knisja Parrokkjali tagħna. Id-29 ta’ Ġunju ta’ din is-sena se jibqa’ miktub b’ittri kbar taddeheb fl-istorja tal-Parroċċa u tas-Soċjetà tagħna. Filgħodu, biex jitfakkar dan l-anniversarju flimkien mal-anniversarji l-oħra, fosthom dak tas-70 sena mill-miġja tal-ewwel vara titulari ta’ San Pietru sar pellegrinaġġ b’San Pietru ż-Żgħir, l-ewwel vara titulari bis-sehem taż-żewġ baned ta’ Birżebbuġa, liema pellegrinaġġ għadda minn Triq iż-Żurrieq, San Ġwann, San Franġisk Saverju, San Filippu, ix-Xatt, Triq Birżebbuġa (minn quddiem is-Sede tagħna), Misraħ il-Knisja sad-dħul tagħha fil-Knisja. Dakinhar kienet okkażjoni oħra storika għas-Soċjetà biex kif ġara fl-2013, meta akkumpanjat il-vara titulari tad-Duluri għall-ewwel darba f’Pelleġrinaġġ, din iddarba kienet ukoll l-ewwel darba fl-istorja tagħha li l-Banda tagħna akkumpanjat lil din il-vara fit-toroq ta’ Birżebbuġa. Ta’ min jgħid li din il-vara kienet ilha ma tinġarr proċessjonalment fit-toroq sa mill-1958, kważi 60 sena. Fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija mbagħad l-uffiċċjali u l-Kumitat tas-Soċjetà tagħna attendew għall-quddiesa Konċelebrata mill-Isqof Emeritus Pawlu Cremona. Imbagħad filgħaxija nett tad-29 ta’ Ġunju 2017 konna mistiedna mis-Soċjetà San Pawl u mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat biex fl-okkażjoni ta’ dawn il-festi kbar nagħmlu marċ alternat bil-Banda tagħna magħhom bil-vara sabiħa tas-Soċjetà tagħna, okkażjoni storika u unika li aċċettajna tassew mill-qalb. B’hekk għall-ewwel darba fl-istorja, il-vara artistika tagħna ta’ San Pietru terrqet fit-triqat tal-Ewwel Parroċċa ta’ Malta, tar-Rabat u l-Imdina, il-lok li jista’ jitqies in-nieqa minn fejn twieled il-Kristjenżmu f’Malta. Hija xi ħaġa straordinarja li vara ta’ Soċjetà tterraq fit-triqat ta’ belt oħra. Xi ħaġa li ftit li xejn taraha jekk qatt seħħet wara kollox. M’hemmx kliem biex tispjega x’emozzjonijiet kbar offritilna din il-ġurnata. Tajna spettaklu mill-aqwa minn sbieħ filgħodu sa filgħaxija nett. Tajjeb li nagħmlu parenteżi oħra. Din is-sena fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju Ġubilari ġejna mistiedna mill-Parroċċa tanNadur Għawdex fejn jiċċelebraw il-martirju taż-żewġ appostli l-kbar
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Għal dan l-anniversarju Ġubilari, is-Sibt 24 ta’ Ġunju 2017, inġiebet fil-Parroċċa tagħna r-relikwija qaddisa tal-Kolleġġjata Proto-Parrokkjali ta’ San Pawl tar-Rabat ta’ Malta.
144
Fis-26 ta’ Ġunju 2017, il-Banda Birżebbuġa u l-Banda San Pietru fil-Ktajjen telgħu jddoqqu n-Nadur fuq stedina tal-Grupp Armar 13 ta’ Diċembru. Hemmhekk ingħaqadna mal-Banda Mnarja tan-Nadur. Din saret fl-okkażjoni tal-Ġubilew mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl kif ukoll minħabba numru ta’ anniversarji oħra fil-Bażilika tan-Nadur.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
Il-grupp ta’ reffiegħa tagħna b’ritratt storiku u ta’ tifkira quddiem il-Knisja Kolleġġjata tar-Rabat f’dan il-jum għażiż tal-Imnarja 2017.
biex il-banda tagħna titla’ u tifforma banda waħda mal-Banda ‘Imnarja’ fid-dimostrazzjoni li tagħmel l-Għaqda tal-Armar 13 ta’ Diċembru nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2017. Barra l-anniversarju tal-martirju taż-żewġ appostli, l-Għaqda 13 ta’ Diċembru fakkret l-20 sena tagħha u l-Bażilika tan-Nadur ikkommemorat il-150 sena minn mindu ġiet ikkonsagrata kif ukoll 50 sena mit-titlu Bażilikali. Din kienet okkażjoni oħra unika, kbira u straordinarja għas-Soċjetà u l-banda tagħna.
SEZZJONIJIET ANNIVERSARJI
It-80 Sena minn mindu Birżebbuġa bidlet it-Titular Din is-sena wkoll il-Parroċċa minnha nnifisha qed tfakkar sensiela ta’ anniversarji importanti. Nibdew bl-eqdem wieħed. Din is-sena qed infakkru t-80 sena minn mindu t-titular tal-Parroċċa nbidel minn dak ta’ Marija Addolorata għal dak ta’ San Pietru filKtajjen. Dan il-fatt huwa marbut mal-bini tal-Knisja Parrokkjali li għandna llum peress li dik antika tad-Duluri kienet saret żgħira wisq
BANDA MUŻIKALI
Qed infakkru wkoll dan l-anniversarju kbir u r-ritorn lura mirrestawr tal-vara titulari billi din is-sena matul il-ġranet tal-festa se nkunu qed inżanżnu innu devot ġdid ta’ wieħed mill-aqwa kompożituri ta’ żmienna, il-Prof. Joseph Vella fuq lirika ta’ Sebastian Saliba, żagħżugħ imfittex ħafna għall-kapaċità fil-poeżija Maltija. Dan l-innu l-ġdid bl-isem sabiħ ta’ ‘Baħar ta’ Fidi’ ġie kummissjonat u rregalat lis-Soċjetà minni Josef Schembri u l-familja tiegħi. Persważ li dan l-innu se jintgħoġob ħafna u se jibqa’ teżor fl-arkivji mużikali tas-Soċjetà. Tajjeb ngħidu wkoll li fil-programm mużikali tal-Banda tagħna li se nagħmlu l-Ġimgħa 4 t’Awwissu 2017 fuq ilplanċier tas-Soċjetà tagħna se nagħlqu l-Kunċert billi nesegwixxu l-Kantata ‘Petrus Princeps Apostolorum’ ta’ Alexander Caruana fuq addattament ta’ Simon Farrugia, kantata li s-Soċjetà daqqet għallewwel darba fi Frar 2015 fl-akkademja tal-Knisja fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju mit-twaqqif tagħna.
PIROTEKNIKA
Il-vara tas-Soċjetà tagħna flimkien ma’ dik ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi quddiem il-Kolleġġjata tar-Rabat akkumpanjati mill-Banda Birżebbuġa u l-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat f’Jum l-Imnarja tas-Sena Ġubilari 2017. Okkażjoni storika fejn 2 vari proprjetà ta’ żewġ għaqdiet mużikali terrqu fit-toroq ta’ belt oħra akkumpanjati mill-Banda. Mill-pjazza tar-Rabat, il-marċ imbagħad kompla t-triq kollha sa quddiem is-Sede tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, fost il-ferħ u l-entużjażmu tan-nies Rabtin li wrew entużjażmu kbir għall-vara tagħna u diversi kienu dawk li refgħu biċċa żgħira tul it-triq.
SAN PIETRU APP.
Id-29 ta’ Ġunju 2017, Jum il-Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl. Il-vara artistika proprjeta tas-Soċjetà tagħna, kapulavur fil-kartapesta tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi għall-ewwel darba fl-istorja tagħha toħroġ barra Birżebbuġa biex itterraq fit-toroq ta’ belt oħra, dik tar-Rabat, l-ewwel parroċċa ta’ Malta u tiġi akkumpanjata mill-Banda tagħna u l-Banda Konti Ruġġieru. Mhux komuni għall-ebda Soċjetà li tieħu l-vara tagħha fit-toroq ta’ belt oħra u tiġi akkumpanjata mill-banda.
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja l-ġdida li għandna llum.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
145
t: +356 2180 9909 Vault 5, Old Treasury Building, Vittoriosa, Marina - Malta, BRG 1721 e: lamarinatrattoria@gmail.com
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ
L-aħħar purċissjoni bil-vara ta’ San Pietru żgħir fil-festa tal-1958.
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
L-Isqof Dom Mauro Caruana f’Birżebbuġa biex f’ċerimonja simbolika jqiegħed u jbierek l-ewwel ġebla tal-Knisja l-ġdida ta’ Birżebbuġa nhar id-29 t’Awwissu 1926 mgħejjun miċ-ċerimonier Antonio Bonnici. Kien dan l-istess Isqof li ried li l-parroċċa tiġi ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
għall-popolazzjoni ta’ Birżebbuġa. Allura li ġara kien li waqt li kienet qed tinbena l-knisja parrokkjali tal-lum, l-Isqof Dom Mauro Caruana ried li din tkun iddedikata għal San Pietru, għax kien saħaq li ma kienx denju li fil-gżira ta’ Pawlu ma jkunx hawn parroċċa ddedikata lil San Pietru Appostlu, sieħeb miegħu fil-martirju u kolonna kbira tal-Knisja tagħna. Jekk taħsbu li n-nies ħadu pjaċir li issa l-Parroċċa kienet se tiġi ddedikata lil San Pietru sejrin imqarrqrin waħda sew. Malli saru jafu li kien se jkun hemm bdil fit-Titular qamu l-irwiefen kollha. Tant kemm kienu rrabjati n-nies u d-devoti tad-Duluri li bi protesta, fl-inawgurazzjoni tal-ewwel ġebla fid-29 t’Awwissu 1926 mill-Isqof Dom Mauro Caruana, grupp imdaqqas ta’ parruċċani segwew iċ-ċerimonja mill-bogħod fuq għolja ħamrija eżatt fejn illum insibu l-kunvent tas-sorijiet ta’ wara l-knisja. Iż-żmien għadda u kollox beda jindara. Il-bini fuq il-knisja l-ġdida baqa’ għaddej u nsibu li fid-29 ta’ Mejju 1937 sar it-tberik tal-ewwel parti tal-knisja mill-Isqof Emanuel Galea fejn għamel ukoll quddiesa. Imbagħad fis-16 ta’ Ġunju 1937 ġie trasportat sollennement is-sagrament mill-Knisja Parrokkjali l-qadima tadDuluri għall-Knisja l-ġdida ta’ San Pietru fil-Ktajjen u minn dakinhar ’l hawn Birżebbuġa ġiet taħt il-patroċinju ta’ San Pietru in Vinculis, titlu titulari uniku f’Malta bħala parroċċa. L-ewwel festa f’ġieħ San Pietru fil-Ktajjen ġiet iċċelebrata l-Ħadd 7 t’Awwissu 1937, però l-purċissjoni bil-Vara tad-Duluri kompliet issir kull sena fix-xahar ta’ Settembru. Illum il-parroċċa tagħna hija kburija ħafna li għandha bħala titular lil San Pietru fil-Ktajjen u bħala kon-Patruna lil Ommna Marija Addolorata.
BIRŻEBBUĠA
Is-70 Sena Anniversarju mill-Miġja tal-Ewwel Vara Titulari ta’ San Pietru Imma jekk fl-1937 it-titlu tal-parroċċa nbidel għal dak ta’ San Pietru, kellhom jgħaddu 10 snin oħra biex in-nies ta’ Birżebbuġa jkollhom l-ewwel l-istatwa titulari tagħhom. Il-bini fuq il-knisja 148
Waħda mill-purċissjonijiet li kienu saru meta din il-vara kienet isservi bħala l-ewwel vara titulari ta’ San Pietru, bejn l-1947 u l-1958.
parrokkjali kien għadu għaddej. L-ispejjeż kienu kbar. Imma l-poplu kien ta’ spiss isaqsi għal statwa titulari. Kien iħoss il-bżonn li jkollu statwa titulari. Sa dak iż-żmien il-purċissjoni tal-festa kienet issir bi kwadru żgħir ta’ San Pietru. Mela ġara li ċertu Karmnu Axiaq mir-razza ‘Ta’ Seqra’ avviċina lill-kappillan Fenech biex jidħol benefattur għal statwa ta’ San Pietru. Dan Karmnu Axiaq kien bniedem benestanti tant li kellu negozju fuq lukandi Maltin fosthom dik magħrufa bħala ta’ Dowdall li kienet fil-Qajjenza. Għall-ewwel il-kappillan Fenech xtaqu li l-flus jagħtihom biex titlesta l-knisja parrokkjali imma meta ra b’liema devozzjoni ried jagħti dawn il-flus, aċċetta u għenu. Il-vara saret f’Ruma mid-ditta ‘Arte Sacra’ u swiet is-somma ta’ 300 sterlina li dak iż-żmien kienet somma elevata. Il-vara hija vara
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Minflok il-vara ta’ San Pietru ż-żgħir reġa’ twaħħal l-inkwadru l-antik li kien jintrama qabel meta l-vara titulari kienet appuntu dik ta’ San Pietru ż-żgħir.
Jum id-29 ta’ Ġunju 2017. San Pietru ż-żgħir jerġa’ joħroġ f’pellegrinaġġ u jdur fit-toroq ta’ Birżebbuġa wara kważi 60 sena minn mindu ħareġ l-aħħar darba fl-1958. Dan kien mument emozzjonanti għal ħafna minnha li qatt ma raw lil din l-istatwa fit-toroq tagħna.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
149
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Sabiex jitfakkar il-Ġubilew tal-Martirju, 80 sena mill-bidla fit-titular u 70 sena mill-miġja ta’ San Pietru ż-Żgħir, din il-vara tniżżlet u nġarret lejn nofs il-Kursija fejn imbagħad ġiet armata fuq il-pedestall ta’ San Pietru attwali. Hanwhekk naraw ħafna membri mill-Għaqda tal-Armar talParroċċa l-1 t’Awwissu jaħdmu bi sħiħ biex San Pietru ż-żgħir jiġi armat kif suppost.
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Ritratt storiku li jeħodna 20 sena ilu, proprju fl-1997, meta fl-okkażjoni tal50 anniversarju ta’ din il-vara, din kienet tniżżlet minn postha mill-arkata tal-Kor u nħarġet fuq l-ispallejn fuq iz-zuntier fil-Jum tal-Ħruġ min-niċċa tal-festa ta’ San Pietru 1997. Dakinhar kien hemm ukoll il-Banda Birżebbuġa li sellmitilha. Allura dakinhar iż-żewġ vari titulari ta’ San Pietru nzertaw it-tnejn flimkien barra.
Est. 1949
549, St Joseph High Road, Santa Venera SVR 1018 Tel: 21236352 Fax: 21497721 Mob: 79260213 Email: campaul@global.net.mt
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
taħt l-arzella l-kbira tal-Kor. Fis-sena 1997, f’għeluq il-50 sena mill-miġja tagħha, kienet ittieħdet deċiżjoni li fil-ħruġ min-niċċa ta’ dik il-festa minflok l-istatwa titulari preżenti ta’ Stuflesser tinħareġ din il-vara grazzjuża, l-ewwel waħda tagħna. Dakinhar kien hemm manifestazzjoni sabiħa ħafna fuq iz-zuntier li b’xorti tajba baqgħet dokumentata mill-videographers tas-Soċjetà tagħna. Kif għidna qabel din is-sena dan l-anniversarju ġie mfakkar billi nhar l-Imnarja 29 ta’ Ġunju filgħodu sar pellegrinaġġ uniku b’din l-ewwel Vara Titulari ta’ San Pietru ta’ Birżebbuġa, bis-sehem taż-żewġ baned, inkluż dik tagħna li akkumpanjawh tul it-toroq ta’ Birżebbuġa. Għalkemm fl-1997 sellimna lil din il-vara sabiħa fiddawra li kienet għamlet fuq iz-zuntier, din is-sena kienet l-ewwel darba fl-istorja tagħna li akkumpanjajna lil San Pietru ‘ż-żgħir’ f’pellegrinaġġ fit-toroq ta’ Birżebbuġa.
EDITORJAL SOĊJETÀ
L-40 Sena mill-Konsagrazzjoni u d-Dedikazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tagħna Anniversarju ieħor importanti huwa dak tal-40 sena millKonsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa. Id-data ta’ Konsagrazzjoni ta’ Knisja u t-tifkira tagħha hija meqjusa solennità u saħansitra iktar importanti mid-data tas-solennità tal-Festa Titulari. Iċ-ċerimonja tal-Konsagrazzjoni titmexxa minn Isqof u fiha, fost l-oħrajn, jindilek biż-żejt imqaddes l-artal maġġur li fuqu tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija u tnax-il salib li jkunu mwaħħla mal-ħitan tal-Knisja. Dawn it-tnax-il salib jissimbolizzaw lit-tnax-il Appostlu ta’ Kristu li fuqhom hija mibnija l-Knisja. Permezz tal-Konsagrazzjoni ssir ukoll id-Dedikazzjoni tat-tempju, u b’hekk il-bini jingħata karattru speċjali li ma jitħassarx u jingħata kompletament għas-servizz
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
San Pietru ż-żgħir joqrob biex jerġa’ jidħol ġewwa l-knisja u jgħaddi minn quddiem is-Sede tagħna ‘Ġawhra San Pietru’. Tidher ukoll it-triq tal-Każin armata għall-okkażjoni mill-Kummissjoni Armar Esterni tas-Soċjetà.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
fina ħafna u hija tal-injam. Dan juri li l-proġett kien wieħed serju u li l-benefattur mar għal xi ħaġa maħduma tajba mill-ewwel u ta’ ċertu prestiġju. Huwa seta’ faċilment jordna waħda tal-kartapesta minn Malta imma l-għażla ried jagħmilha tajba mill-ewwel. Kien għall-ħabta tat-3:30pm tad-29 ta’ Diċembru 1947 meta l-vara waslet f’Birżebbuġa u n-nies ta’ Birżebbuġa marru jilqgħuha fid-daħla tar-raħal, f’San Ġorġ, fejn illum hemm l-Al Fresco biex inkunu aktar preċiżi. Din inġiebet mill-Oratorju tal-Kon-Katidral tal-Belt fuq trakk minn ċertu Angelo Galea magħruf bħala s-‘Sur Anġ’. Għal din l-okkażjoni kienet ġiet mistiedna biex tieħu sehem il-Banda Santa Katerina taż-Żurrieq li f’marċ sabiħ akkumpanjat ilvara sal-Knisja Parrokkjali. Meta l-vara waslet fuq iz-zuntier il-vara tbierket mill-Isqof Emanuel Galea. Bħala bradella u pedestall ġew utilizzati dawk li kellha d-Duluri, l-istess pedestall li llum qiegħed taħt il-Madonna tar-Rużarju. Il-vara kienet tintrefa wkoll fin-niċċa fejn illum insibu l-Madonna tar-Rużarju. Mal-wasla tal-vara l-ġdida, il-vara l-antika tpoġġiet fl-arkata tan-nofs tal-prospettiva li hemm 152
Iċ-ċerimonja tal-Konsagrazzjoni u d-Dedikazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tagħna ta’ Birżebbuġa fl-14 ta’ Mejju 1977. Għall-Isqof Ġużeppi Mercieca din kienet l-ewwel knisja li kkonsagra.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Titfakkar il-Konsagrazzjoni tal-Knisja bl-inċensar tas-slaleb ta’ malkolonni, il-Ħadd 14 ta’ Mejju 2017 mill-Kappillan Scannura u Rev. Brian Gialanze.
Il-Vigarju Ġenerali Joe Galea Curmi kien iċ-ċelebrant speċjali għal din il-quddiesa speċjali li fakkret l-40 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
153
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
L-inċensar tat-12-il salib li hemm mal-kolonni, 40 sena ilu.
ANNIVERSARJI
Il-Konsagrazzjoni tal-Artal Maġġur, 40 sena ilu.
tal-Imdina kull 8 t’Ottubru. Festa ta’ Konsagrazzjoni oħra importanti għall-knejjes kollha tad-dinja hija dik tal-Bażilika tal-Lateran ta’ Ruma li ssir fid-9 ta’ Novembru, bażilika li fiha hemm il-Katedra talIsqof ta’ Ruma jiġifieri tal-Papa. It-tifkira ta’ konsagrazzjoni ta’ knisja hija kbira tant li, jekk tinzerta fil-jum tal-Ħadd, tieħu preċedenza fuq il-Liturġija ta’ Jum il-Mulej. F’każijiet fejn id-data tal-Konsagrazzjoni ma tkunx magħrufa, it-tifkira ssir kull sena fil-25 ta’ Ottubru jew inkella fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, qrib is-Solennità tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Erwieħ tal-Purgatorju. Il-knisja Parrokkjali tagħna ta’ Birżebbuġa ġiet ikkonsagrata fl14 ta’ Mejju 1977 u kienet sewwasew l-ewwel knisja li kkonsagra l-Arċisqof ta’ Malta Ġużeppi Mercieca. Hu kien ilu madwar 5 xhur biss li ġie nstallat bħala Arċisqof ta’ Malta. L-aħħar ġebla tal-knisja tagħna kienet dik tal-kampnar u tpoġġiet fl-1951. Kienu għaddew 26 sena u għalhekk il-kappillan Minuti xtaq li l-knisja tiġi kkonsagrata. Għal din l-okkażjoni tant speċjali, l-Isqof bis-saħħa taċ-ċerimonier Karm Bonavia ta d-dettallji taċ-ċerimonja u tal-preparattivi li kellhom isiru minn qabel. Mil-lat spiritwali u pastorali saru serje ta’ laqgħat minn Patri Ġwann Frendo biex jispjega lin-nies ta’ Birżebbuġa t-tifsira tal-konsagrazzjoni. Nhar l-14 ta’ Mejju 1977, fil-ġurnata tal-konsagrazzjoni ma kienx sar quddies u l-artali żżarmaw minn kollox. Xejn ma kien hemm: la gandlieri, la trieħi, la xemgħat u lanqas fjuretti. Fil-funzjoni, il-wiċċ tal-artal indilek biż-żejt u fuqu tpoġġiet terħa bajda maħduma minn soru Irlandiża bl-isem ta’ Sr. Alice. Din it-terħa mbagħad ingħatat kisja bix-xemgħa tad-ditta Bartoli. Wara din il-parti, l-Arċisqof Mercieca u Monsinjur Ġużeppi Lupi dilku t-12-il salib li hemm imwaħħlin mal-kolonni tal-knisja. Kif spiċċat il-funzjoni ndaqqu 4 moti bħal dawk tal-festa u l-artal maġġur ġie armat daqs li kieku kienet il-festa titulari. L-għada l-Ħadd 15 ta’ Mejju 1977 saret konċelebrazzjoni solenni minn Monsinjur Emanuel Brincat u filgħaxija saret il-festa ta’ San Ġużepp bil-purċissjoni bl-istess vara. Dik is-sena l-festa ta’ San Ġużepp kellha tiġi trasferita minħabba l-Karnival. Monsinjur Minuti kien xtara xi nar ukoll biex jinħaraq għall-okkażjoni. Jingħad ukoll li fil-griżma tal-Isqof ta’ dik is-sena, l-Arċisqof Mercieca ingħata tifkira speċjali, bħal kaxxa tal-fidda li fuqha kien hemm żgrafjat l-emblema tal-istess Isqof u kitba li tfakkar fil-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ Birżebbuġa. Din is-sena kemm il-parroċċa ta’ Raħal Ġdid kif ukoll dik ta’ Marsaxlokk qed jagħlqu 50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-knisja tagħhom filwaqt li l-parroċċa żagħżugħa tal-Iklin iddedikata lisSagra Famiglia ġiet ikkonsagrata fis-6 ta’ Mejju ta’ din is-sena mill-Isqof Scicluna. F’Marsaxlokk saru festi kbar. Fit-8 ta’ Mejju ta’ din is-sena, fl-anniversarju tal-Konsagrazzjoni u l-festa liturġika tal-Madonna ta’ Pompei inbidel il-kwadru Titulari, b’kwadru ġdid impitter mill-bravu artist żagħżugħ Għawdxi Manuel Farrugia u l-knisja ġiet anke elevata għal Santwarju mill-Isqof Charles Scicluna. Il-parroċċa tat-Trinità Qaddisa tal-Marsa, minkejja li ġiet iddikjarata parroċċa fl-istess sena mal-parroċċa tagħna, jiġifieri fl1913, il-knisja tagħhom ġiet ikkonsagrata fid-19 t’April 1917, jiġifieri mitt sena ilu u ta’ dan qed jiċċelebraw ċentinarju kbir. Fil-parroċċa tagħna wkoll ġie varat programm sabiħ għal din l-okkażjoni speċjali. Delegazzjoni mis-Soċjetà tagħna attendiet bi ħġarha għall-Quddiesa Kantata mill-Vigaru Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Mons. Joe Galea Curmi fid-9am biex imbagħad wara laqgħet ukoll l-istedina tal-kappillan għall-inawgurazzjoni tasSagristija li ġiet rinnovata mill-ġdid skont il-ħtiġijiet tal-parroċċa. Tajjeb ngħidu li s-soltu din il-festa tiġi ċċelebrata f’Ottubru imma għal din is-sena speċjali saret fil-ġuranta proprja tagħha. Nirringrazzjaw ukoll lill-Grupp tal-Armar 1 t’Awwissu tal-Parroċċa li żejjen iz-zuntier bl-arbli u l-bnadar.
BIRŻEBBUĠA
t’Alla. L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Knisja tal-post jibqa’ jiġi mfakkar b’Solennità kbira minn sena għal oħra. F’każ li l-Knisja tkun Katidrali, din it-tifkira tiġi ċċelebrata b’Solennità fl-istess Katidral u bħala Festa fil-Knejjes kollha ta’ dik id-Djoċesi. Fil-każ tad-djoċesi tagħna, aħna niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Katidral
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Dove’s Pet Shop
EDITORJAL
Triq 31 ta’ Marzu, B’Bugia Tel: 21 650 943
PICK ‘N’ PAY The Discount store with the Best Value for your Money
SOĊJETÀ
Triq F.M. Ferretti, BirΩebbu©a Tel: 21650647 Mob: 99446304
SEZZJONIJIET
For Weddings, Nuptial Masses, Social Gatherings & Gala Dinner
BANDA MUŻIKALI
Contact
9982 8388, 9987 0345
The Right Spot
PIROTEKNIKA
seca
De Fon
26, Pretty Bay, BirΩebbu©a Tel: 2165 1215 • Mob: 99846117 godmar@go.net.mt
Men’s & Ladies’ Footwear
SAN PIETRU APP.
MARIO’S
SUPER MARKET
St. Philip Street, BirΩebbuga • Tel: 2165 3455
ANNIVERSARJI
• Free Delivery Service • Orders by phone accepted WE WISH ALL CLIENTS A HAPPY FEAST
BIRŻEBBUĠA
Ta’ Maurice Bakery 71-73, Our Lady of Sorrows Street, BirΩebbu©a Tel: 2165 1859 • Mob: 7777 1434 / 7977 7795 Prop. M. Scicluna 154
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
‘Baħar ta’ Fidi’
Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-Kappillan preżenti l-Kan. Dun Anton Galea Scannura li tul dawn is-snin kollha kien hu li għamel ir-rikors biex dak li kien ilu jixtieq il-poplu ta’ Birżebbuġa jseħħ realtà. Irridu wkoll nirringrazzjaw lill-kappillan Scannura talProgramm estensiv maqsum fuq Frar u Ġunju ta’ din is-sena biex jitfakkar b’mod denju l-anniversarju tal-Martirju ta’ San Pietru. Barra minn hekk il-parroċċa qed tfakkar ukoll numru ta’ anniversarju oħra li qed jiġu diskussa f’sezzjoni oħra ta’ dan il-ktieb: it-80 Sena millBdil fit-Titular minn dak tad-Duluri għal dak ta’ San Pietru; is-70 sena mill-Miġja tal-Ewwel Vara Titulari ta’ San Pietru f’Birżebbuġa; u l-40 Sena mill-Konsagrazzjoni u d-Dedikazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen (In Vinculis). It-Tielet Innu Devot proprjetà assoluta tas-Soċjetà Din mhux l-ewwel darba li s-Soċjetà tagħna qed iżżanżan innu devot ġdid kollu kemm hu tagħha. Meta fl-2009 fakkarna l-50 sena mill-miġja tal-vara titulari attwali f’Birżebbuġa, konna żanżanna innu sabiħ bl-isem ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ b’mużika tal-bravu surmast Malti Mro. Ray Sciberras fuq kliem tal-Profs. Oliver Friggieri. Dan kien ukoll l-ewwel xogħol ta’ dawn iż-żewġ min-nies awtorevoli bejniethom it-tnejn. Dan l-innu ntogħġob ħafna għall-melodija sabiħa tiegħu u anke għal-lirika li kiteb Prof. Oliver Friggieri. Kulħadd seta’ jisma’ l-ġmiel melodiku tiegħu fl-Akkademja li tellajna fl-2015. Dan l-innu kien ikkummissjonat ukoll minni
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
155
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
F’dan il-port ta’ Birżebbuġa ibqa’ midd riġlejk kull ħin, biex bil-kelma u d-demm tiegħek tibqa’ xhieda tat-twemmin.
SAN PIETRU APP.
Innu mnebbaħ minn żewġ Avvenimenti Kbar Iż-żewġ avvenimenti ewlenin li semmejna fuq fil-bidu ta’ dan
l-artiklu huma importanti ferm din is-sena għas-Soċjetà tagħna. Rigward l-1950 anniversarju mill-martriju ta’ San Pietru, dan qed jiġi mfakkar mad-dinja kollha kif ukoll mal-Parroċċi kollha Pawlini ta’ Malta ladarba jingħad li ż-żewġ appostli Pietru u Pawlu ħadu l-martirju flimkien. Min-naħa l-oħra, ir-ritorn tal-vara titulari mirrestawr jista’ jitqies avveniment importanti, kważi uniku, peress li l-vara titulari tagħna ilha ma tiġi restawrata sa mill-1974, jiġifieri għal 43 sena sħaħ, perjodu twil wisq meta tikkunsidra li l-istatwa hija tal-injam u ilha snin twal iġġarrab ħsarat. Il-ġenjalità tal-poeta Sebastian Saliba li kiteb il-lirika ta’ dan l-innu tista’ tiġi nnutata mill-mod kif irnexxielu jgħaqqad dawn iż-żewġ avvenimenti kbar; ir-ritorn tal-vara mir-restawr u l-anniversarju tal-martirju tal-qaddis, b’din tal-aħħar jagħmilha billi jinqeda bil-kliem stess li bih issawwar il-motto tal-Parroċċa tagħna f’dan l-anniversarju ‘Xhieda bil-Kelma u d-demm tal-Fidi’ kliem meħud mill-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos tal-Papa Pawlu VI li kien ħareġ fl1967. Hekk naqraw:
ANNIVERSARJI
Introduzzjoni Din is-sena s-Soċjetà tagħna se tkun qed iżżanżan innu devot ġdid biex bih infakkru l-1950 Anniversarju Ġubilari mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż ta’ San Pietru Appostlu fil-Ġenna kif ukoll biex nikkommemoraw ir-ritorn tal-vara titulari ta’ San Pietru lura fir-raħal tagħha eżatt fil-ħin għall-festa titulari ta’ din is-sena. Dan l-innu, li se jkun qed jgħaqqad dawn iż-żewġ avvenimenti flimkien, ġie kkummissjonat minn Josef Schembri u l-familja tiegħu u se jiġi rregalat lis-Soċjetà fil-jiem tal-festa. Il-mużika tal-innu ‘Baħar ta’ Fidi’ ġiet komposta mill-Profs. Joseph Vella, kompożitur kbir Malti ta’ fama mondjali fuq lirika ta’ Sebastian Saliba, żagħżugħ Malti li qed ikun imfittex ħafna mill-aqwa kompożituri biex jikteb il-lirika ta’ bosta opri ta’ din il-kwalità. Dan huwa l-ewwel xogħol konġunt bejn dawn iż-żewġ individwi prominenti u għal darb’oħra qed nipprovdu lill-ammiraturi tal-banda tagħna innu tal-aqwa kwalità u idjoma.
BIRŻEBBUĠA
Kitba ta’ Josef Schembri
SOĊJETÀ
EDITORJAL
Mużika ta’ Prof. Joseph Vella u Lirika ta’ Sebastian Saliba B. A. (Hons. ) M. A. Innu ġdid li se jiżżanżan fl-Okkażjoni tal-1950 Anniversarju Ġubilari Mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż fil-Ġenna ta’ San Pietru Appostlu A. D. 67 - A. D. 2017 u fl-okkażjoni tar-Ritorn tal-Vara Titulari mir-Restawr għall-festa tal-2017
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
Josef Schembri u l-familja tiegħi, biex dan l-anniversarju jibqa’ fil-memorja indelibbli tad-devoti kollha ta’ San Pietru u tal-vara titulari tagħna. Imbagħad fis-sena 2013, fis-sena taċ-ċentinarju talparroċċa kellna wkoll l-innu sabiħ ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’, b’mużika tas-surmast direttur tagħna Mro. Michael Bugelli u lirika ta’ Alexander Caruana. Anke dan huwa innu sabiħ, innu li fakkar il-mitt sena mit-twaqqif tal-Parroċċa u l-miġja tal-ktajjen relikwiji li ngħataw lill-parroċċa tagħna mill-Basilica San Pietro in Vincoli ta’ Ruma wara ġemellaġġ li s-Soċjetà tagħna għamlet magħha fl-2010 meta l-banda tagħna telgħet iddoqq f’Ruma u fil-Vatikan. Fil-fatt dan l-innu kien iżżanżan il-Ħamis l-1 t’Awwissu 2013 f’jum il-festa liturġika ta’ San Pietru fil-Ktajjen, waqt id-dimostrazzjoni tal-vara, fl-istess ġurnata meta fil-funzjoni tat-tieni tridu fil-Knisja Parrokkjali ġew inawgurati u mberkin dawn ir-relikwiji.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Il-kompożitur tal-Innu ‘Baħar ta’ Fidi’, Prof. Joseph Vella Il-Professur Joseph Vella twieled fis-sena 1942. Huwa beda l-istudji mużikali tiegħu ma’ missieru u mbagħad fis-sena 1967 daħal student fil-London College of Music, biex imbagħad gradwa fl-Università ta’ Durham tal-Ingilterra. Wara huwa kompla l-istudji tiegħu ma’ Franco Donadoni fil-kompożizzjoni u Franco Ferra fiddirezzjoni fil-Belt ta’ Siena fl-Italja. L-ewwel xogħol li bih idebutta fil-pubbliku u għamlu magħruf ma’ kulħadd kienet Orchestral Suite ‘Three Mood Pieces Op. 4’ li ndaqqet fit-Teatru Manuel tal-Belt fl1958. Fl-1972, flimkien ma’ Venera Muscat waqqaf skola tal-mużika fil-Belt Valletta. Fl-1994 ġie maħtur Associate Professor fil-mużika mal-Università ta’ Malta. Fil-mużika tiegħu huwa utilizza diversi stili differenti imma li fil-bażi tagħhom hemm elementi tal-Moviment Neo-Klassiku tasSeklu Għoxrin. B’konsegwenza t’hekk il-mużika tiegħu ma tistax titqies li hija mnebbħa mill-moviment mużikali hekk imsejjaħ ‘Nazzjonaliżmu’, però għandu numru ta’ xogħlijiet fejn fih insibu elementi mużikali Mediterranji bħas-song cycle ‘Seħer’ op 39 għal Soprano u Orkestra, l-ewwel song-cycle f’Malta li nkitbet bil-lingwa Maltija kif ukoll ix-xogħol ‘Canti’ op 88 għall-Klarinett, Cello u Pjanu. Sal-ġurnata preżenti x-xogħlijiet ta’ Profs. Vella jilħqu madwar 129 opus numbers. Dawn jinkludu 10 kunċerti (2 għall-pjanu, 2 għall-vjolinċell, wieħed għall-vjolin, piccolo, flawt, klarinett, bassoon u kurunetta), 5 sinfoniji, 5 oratorji, 8 song cycles għal ensembles differenti ta’ strumenti, 2 Kantati, u l-Mass in D op 20, komposta apposta biex tindaqq fil-Bażilika ta’ San Ġorġ t’Għawdex f’Jum ilfesta ta’ San Ġorġ M. M. Huwa kiteb ukoll numru kbir ta’ xogħlijiet żgħar (minor works), madwar 150 xogħol differenti bħal xogħlijiet żgħar liturġiċi, innijiet, marċi, mużika għall-banda, li ħafna minnhom però mhumiex imdaħħlin fil-katalogu uffiċċjali tiegħu. Ix-xogħlijiet ta’ Vella huma magħrufa u numru kbir minnhom ġew eżegwiti f’ħafna pajjiżi Ewropej, fl-Istati Uniti u fil-Ġappun. F’Settembru 2001 huwa dderieġa The Prometheus Symphony Orchestra ta’ New York fil-Lincoln Center (Alice Tully Hall) f’programm li kien jinkludi ħafna mix-xogħlijiet tiegħu. Bħala direttur Mro. Vella kellu ħafna okkażjonijiet fejn idderieġa ma’ bosta Orkestri Internazzjonali fosthom Malta National Orchestra, Sofia Philharmonic Orchestra, Prometheus Symphony Orchestra of New York, Orquestra Nacional do Porto, Orchestra “Goffredo Petrassi” di Roma, “Gli Armonici” Palermo, u The Yamaha Foundation Symphony Orchestra. Bejn l-1970 u l-1982 huwa kien ukoll affiljat mal-Malta Choral Society fejn huwa introduċa lil Malta wħud millaqwa xogħlijiet Korali tradizzjonali u kontemporanji bħar-Requiem ta’ Mozart; il-Choral Symphony ta’ Beethoven; Carmina Burana ta’ Orff; Ballad of Heros ta’ Britten; it-Te Deum ta’ Bruckner, u Chichester Psalms ta’ Bernstein. 156
Profs. Joseph Vella huwa wkoll id-Direttur tal-Orkestra li ttella’ l-produzzjonijiet liriċi fit-Teatru Astra t’Għawdex. Huwa dderieġa diversi Opri kbar Taljani bħall-Aida ta’ Verdi, La Boheme ta’ Puċċini u ħafna oħrajn. F’dawn il-produzzjonijiet huwa ħadem spalla ma’ spalla ma’ kantanti kbar internazzjonali stabbiliti fosthom Ghena Dimitrova, Mark Rucker, Cecilia Gasdia, Francesca Patane’ Rumen Doikov, Tiziana Fabbricini, u Hao Jiang Tian. Prof. Vella huwa magħruf ma’ kulħadd għall-abbiltà tiegħu biex jidderieġi. Fil-fatt huwa għandu l-unur jgħid li kien l-ewwel Direttur appuntat bħala ‘residenti’ mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Huwa kien ukoll wieħed mill-ewwel promuturi biex mużika Maltija tas-Sekli 17 u 18 terġa’ tibda tindaqq fis-swali u t-teatri Maltin, ħafna drabi wara xogħol kbir ta’ arranġamenti u addattamenti minnu stess. Hu kellu wkoll il-ħila li jidderieġi ħafna minn dawn ix-xogħlijiet Maltin f’pajjiżi kbar barranin Ewropej u kien għalhekk li Vella ġie mlaqqam bħala ‘the father of the Maltese revival movement’. Fost innijiet devoti oħra miktuba għall-festi ta’ Malta nsibu: ‘Georgius Natus Est’ għall-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-Banda La Stella tal-Victoria Għawdex; ‘Dejjem f’Qalbna’ miktub fl-2002 għallBanda La Stella tar-Rabat Għawdex; u ‘L-Għanja ta’ Qlubna’ (2003) miktub għall-Parroċċa Matriċi ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi u għażżewġ baned tal-istess belt f’okkażjoni ta’ Ċentinarju. Din is-sena fiż-żmien li kien qed jikkomponi dan l-innu tagħna kien qiegħed jikkomponi ieħor għall-Parroċċa ta’ Santa Margerita tas-Sannat Għawdex. Sebastian Saliba: l-awtur tal-lirika Sebastian Saliba tħarreġ fil-lingwi l-Junior College u l-Università ta’ Malta ġewwa l-Fakultà tal-Arti fejn kiseb B. A. (Hons. ) u M. A. filLetteratura Ingliża. Sadanittant studja wkoll il-pianoforte ma’ Yvette Marie Galea u beda jgħallem l-Ingliż f’diversi skejjel tal-lingwa. Matul is-snin tiegħu bħala student ikkontribwixxa fil-ġurnal ‘Il-Ġens’ permezz ta’ artikli u stejjer qosra u addatta għall-palk ir-rumanz ta’ Ġorġ Zammit, ‘Ix-Xhud li ma Deherx’ li ttella’ bħala dramm fl-2002 f’parti mill-proġett ‘Roots’ iffinanzjat mill-EUPU. Bejn is-sena 2002 u 2008 ħadem fil-qasam tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn assista fil-koordinazzjoni ta’ avvenimenti nazzjonali u kkontribwixxa f’pubblikazzjonijiet maħruġa għal attivitajiet kulturali bħal Notte Bianca u Notte Magica. Fl-2006 kompla jgħallem l-Ingliż f’St. Martin’s College u fis-sena 2008 beda jgħallem il-lingwa u l-letteratura Ingliża fis-Seminarju tal-Arċisqof fejn għadu jgħallem sal-lum. F’Marzu tal-2010 kompla jieħu t-taħriġ tiegħu fil-kitba offrut mill-Malta Writing Programme fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Huwa kkontribwixxa f’ġabra ta’ kitbiet ippubblikati mill-istess direttorat permezz ta’ poeżiji bl-Ingliż. Fis-sena 2011 kiteb il-poeżija ‘Ave Maria Omm il-Ġnus’, mużika ta’ Mro. Twanny Borg, li ġiet esegwita għall-ewwel darba ġewwa n-Naxxar bis-sehem tas-Sopran Claire Caruana. Fl-istess sena kiteb l-Oratorio Sebastianus Christianus, mużika ta’ Mro. Ray Sciberras, li ġie esegwit ġewwa Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta f’Ottubru tal-2012 bis-sehem tat-tenur Charles Vincenti, is-sopran Rosabelle Bianchi kif ukoll il-kantanti Corazon Mizzi u Pamela Bezzina flimkien mal-kor ‘Mirabitur’ immexxi minn Simone Attard. Huwa kiteb ukoll il-kanzunetta ‘Ġilju f’Kull Staġun’, mużika ta’ Mro. Ray Sciberras, li tiġi esegwita kull sena ġewwa l-Kalkara mill-kantanta Pamela Bezzina. L-aktar xogħol riċenti tiegħu huwa musical imsejjes fuq leġġenda Maltija. Parti mit-teżi tiegħu dwar il-letteratura u l-film ġiet ippubblikata fil-ġurnal universitarju ‘Symposia Melitensia’ fl-artiklu bl-isem ta’ ‘A Strange Way of Loving: The Brontëan Sadistic Heart of Jacques Rivette’s Hurlevent’.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Il-Poeta żagħżugħ Sebastian Saliba
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
157
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
‘Baħar ta’ Fidi’: Il-ħsieb wara l-Lirika Analiżi miktuba mill-Poeta stess Sebastian Saliba B. A. (Hons. ) M. A. Il-lirika tiftaħ bix-xemx tiżreġ fuq il-bajja ta’ Birżebbuġa filwaqt li tifrex ir-raġġi tagħha fuq il-baħar ta’ bla qies; xena li draw sewwa l-għajnejn ta’ kull min huwa midħla ta’ dawn l-inħawi. Madankollu, f’dan il-kuntest, ix-xemx tiżreġ qed tqanqal tifkira u sentiment
Għeluq Dan huwa diġà t-tielet innu devot li s-Soċjetà tagħna għandha fir-repertorju esklussiv tagħha, f’temp ta’ 27 sena minn kemm ilha mwaqqfa, u kull innu wieħed isbaħ mill-ieħor, maħdumin u mirqumin minn idejn l-aqwa nies ta’ pajjiżna kemm fil-lirika u kemm fil-mużika. Dan l-innu sar u seta’ ma sarx ukoll. Qed ngħid hekk għax fil-ħajja tiltaqa’ ma’ ħafna problemi u diffikultajiet li setgħu żammewni milli nikkummissjunah. Hija l-imħabba lejn il-qaddis, lejn is-Soċjetà u lejn dan ir-raħal li għenitni nibqa’ miexi ’l quddiem. Dawn il-kummissjonijiet ifissru ammonti kbar ta’ flejjes minn but ilkummissjonant kemm għal-lirika u anke għall-mużika u mal-ewwel diffikultajiet li tibda tiltaqa’ magħhom, tibda tiddubita jekk kinitx verament deċiżjoni għaqlija jew inkella ħela ta’ flus, ħin u riżorsi. Madankollu persważ li din l-għotja żgur se tiġi apprezzata, jekk mhux illum, għall-inqas minn dawk li jiġu warajna, għax is-sabiħ jibqa’ sabiħ u opra bħal din żgur li xi darba għad terġa’ titla’ fil-wiċċ u tiġi apprezzata aktar minn qatt qabel. Imma aħna se nippruvaw li dan l-innu sabiħ ingawduh tul il-festa kollha din is-sena, għax hija s-sena tal-anniversarju li fih qed inżanżnuh. Jien persważ li għal darb’oħra s-Soċjetà qed tkun mogħnija b’opra ta’ kwalità għolja u għalhekk qed ngħaddiha lis-Soċjetà biex tibqa tifkira tiegħi, talfamilja tiegħi u ta’ dawn l-anniversarji kbar. Jalla jkun hemm ħafna nies li jissaħħru bil-melodija u l-armonija ta’ dan l-innu u jalla jibqa’ jindaqq mhux din is-sena biss imma anke matul is-snin ġejjiena ta’ din is-Soċjetà glorjuża tagħna.
SAN PIETRU APP.
Fi kliem ieħor, il-mużika tiżviluppa l-ħin kollu u mhux tagħmel użu minn ripetizzjonijiet ta’ frażijiet li huma ritmikament simili. Punt interessanti f’din il-parti huwa l-modulazzjoni ma tantx mistennija mit-tonalità oriġinali ta’ Sib maggiore għal dik ta’ Reb maggiore. Imbagħad wara li l-mużika tgħaddi minn diversi modulazzjonijiet biex teħodna lura għat-tonalità oriġinali, nsibu passaġġ qawwi skalat fuq il-baxxi biex jitfana fit-tonalità tar-ritornell, Mib maggiore. Il-”feel” mużikali issa jinbidel għalkollox. L-atmosfera ssir waħda kważi ta’ talba. Dan huwa aċċentwat mhux biss mill-armonizzazzjoni, imma wkoll mit-tip ta’ kif hu mibni l-akkumpanjament li jsostni sew l-armonija u sew il-linja vokali.
ANNIVERSARJI
Il-kompożitur Prof. Joseph Vella.
partikulari fil-qalb tal-kittieb; il-waqt meta Kristu jsaqsi lill-appostlu tiegħu Pietru jekk iħobbux u Pietru jwieġeb bil-ħeffa u l-ispontanjetà ta’ raġel twajjeb li qatt ma tilef jew nesa t-tfulija tiegħu, “Mgħallem, int taf kemm inħobbok. ” U jkun sewwasew dan il-waqt, din l-istqarrija mill-qalb ta’ Pietru li tqanqal mewġa wara l-oħra ta’ kliem li jinbena madwar il-kobor talappostlu u dak li jsawwar ir-ruħ tiegħu, kif ukoll ir-ruħ ta’ din il-lokalità ta’ Birżebbuġa. L-imħabba bla qies li Pietru ried jesprimi għal Kristu, l-Imgħallem tiegħu, hija mmedjatament riflessa fix-“xefaq ta’ medda bla tmiem”, kif ukoll fil-kobor tal-port li jikkaraterizza dawn l-inħawi. Din l-ewwel strofa twassal ukoll għar-ritornell li jikkonsisti f’talba lil Pietru sabiex jispirana bil-ħeġġa u l-fidi li wera hu stess meta kien mexa fuq il-baħar lejn Kristu. Hija talba biex bħalma mexa fuq ilbaħar tal-Galilea, issa Pietru jimxi wkoll fuq il-baħar ġewwa l-port ta’ Birżebbuġa sabiex ikompli jxerred it-tagħlim u t-twemmin fi Kristu li leħaq il-milja tiegħu fil-martirju li ħa. Fil-fatt, huwa dan l-istess martirju li jinkuruna l-strofa li ssegwi; strofa li tibda b’referenza lejn is-setgħa li Kristu ta lil Pietru, mhux biss biex ifejjaq ir-ruħ u l-ġisem iżda wkoll biex irodd il-ħajja lil dawk li tilfuha. Iżda l-ħajja li Pietru radd lil mejtin, fost il-mirakli li wettaq, tikkuntrasta bil-qawwi mal-mewta kiefra li hu stess ġarrab fuq is-salib fil-martirju tiegħu. U hekk, ix-xebh bejn Pietru u l-Imgħallem li tant ħabb, jibqa’ hemm sal-aħħar nifs ta’ ħajtu. L-istrofa ta’ qabel l-aħħar ritornell teħodna dritt fil-qalba tal-Kristjanità; il-Bażilika ta’ San Pietru ġewwa l-Vatikan fejn issuċċessuri tiegħu għadhom sal-lum isejħu lill-insara mill-erbat irjieħ tad-dinja sabiex jinġabru f’tgħannieqa waħda ta’ fidi. Dan huwa l-baħar ta’ fidi fejn titkattar l-imħabba li biha Pietru ta ħajtu għal Kristu. Hemmhekk, qalb il-kolonni li fuqhom tistrieħ il-Knisja ta’ Ġesù, jibqa’ jidwi leħen Pietru kull darba li n-nisrani jlissen dawk l-istess kelmiet, “Mgħallem, int taf kemm inħobbok. ”
BIRŻEBBUĠA
L-Istruttura Mużikali tal-Innu ‘Baħar ta’ Fidi’ – Analiżi miktuba mill-Kompożitur stess Prof. Joseph Vella L-istruttura mużikali ta’ dan l-innu ġdid issegwi l-forma tradizzjonali tal-versi sbieħ miktuba minn Sebastian Saliba, jiġifieri dik ibbażata fuq vers u ritornell. L-introduzzjoni pjuttost qasira, hija bbażata fuq ċertu kuluri armoniċi illi huma indikattivi aktar għarritornell milli għall-vers li jsegwi. Dan bil-ħsieb li jkun hemm format magħqud tal-kompożizzjoni kollha. Wara din l-introduzzjoni nidħlu fil-vers. Dan għandu bażi pjuttost ritmika meta mqabbel mal-partijiet l-oħra. B’differenza minn dak li normalment wieħed isib f’din it-tip ta’ kompożizzjoni, wieħed jinnota li l-kliem huwa “thorough composed”, kif jgħidu bl-Ingliż.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Baħar ta’ Fidi Mużika ta’ Prof. Joseph Vella u Lirika ta’ Sebastian Saliba B. A. (Hons. ) M. A.
EDITORJAL
Innu devot, ikkummissjonat minn Josef Schembri għas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuga A. D. 1990 fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju ġubilari mill-martirju u d-dħul glorjuż fil-ġenna ta’ San Pietru Appostlu A. D. 67 - A. D. 2017 u fl-okkażjoni tar-ritorn mir-restawr tal-vara titulari għall-festa tal-2017.
SOĊJETÀ
Ma’ kull għodwa, Xħin tiżreġ quddiemna, fuq ix-xefaq ta’ medda bla tmiem u ’l dil-Bajja ta’ Pietru ddawlilna, xemx ħanina, tfakkarna fil-kliem, “Iva, Mgħallem, int taf kemm inħobbok. ” Int, li mħabbtek ridt turi bla qies, fl-akbar port ta’ dil-gżira ħarisna kif missier jibqa’ jħares ’l-għeżież.
SEZZJONIJIET
Rit: Fakkar lilna f’dik il-ħeġġa l’ inti Pietru tant urejt, qatt beżgħan f’baħar ta’ fidi li lejn Kristu fuqu mxejt. F’dan il-port ta’ Birżebbuġa ibqa’ midd riġlejk kull ħin, biex bil-kelma u id-demm tiegħek tibqa’ xhieda tat-twemmin.
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA
Lilek biss ingħatatlek is-setgħa sabiex tħollna mill-ktajjen u x-xkiel, u tmexxilna lil ruħna u ġisimna f’baħar għani ta’ mħabba u ta’ ġmiel. Int li tlabt, bħal Ġesù lil Missieru, biex is-saħħa u il-ħajja raddejt; fl-aħħar nifs kliemek ħasad ’l-għedewwa li ’l salibek idawru stennejt.
l’ inti Pietru tant urejt, qatt beżgħan f’baħar ta’ fidi li lejn Kristu fuqu mxejt. F’dan il-port ta’ Birżebbuġa ibqa’ midd riġlejk kull ħin, biex bil-kelma u id-demm tiegħek tibqa’ xhieda tat-twemmin.
Bħal tul ħajtek sa llum għadu jidwi leħnek qawwi li jifhem kull ġens, ta’ kull darba li f’Ruma ssejħilna f’dik il-wesgħa ta’ kobor immens. F’katidrali, kappelli u bażilki, l’ hemm mal-erbat irjiħ imferrxin, tiegħek hemm tixhed dinja ta’fidi, ismek l-akbar fost dawk meqjumin.
Rit: Fakkar lilna f’dik il-ħeġġa l’ inti Pietru tant urejt, qatt beżgħan f’baħar ta’ fidi li lejn Kristu fuqu mxejt. F’dan il-port ta’ Birżebbuġa ibqa’ midd riġlejk kull ħin, biex bil-kelma u id-demm tiegħek tibqa’ xhieda tat-twemmin. Sebastian Saliba
Rit: Fakkar lilna f’dik il-ħeġġa
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
By Karen
BIRŻEBBUĠA
Birżebbuġa Road, Birżebbuġa Tel: 2165 7458 Mob: 9985 5189 158
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Teoriji Popolari dwar il-Martirju ta’ San Pietru Appostlu
EDITORJAL
Josef Schembri
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
L-awtur Kristjan Ruman Tertulljanu (155 - 240 A.D.)
BANDA MUŻIKALI
San Ġwann l-Evanġelista. Mhux magħruf eżatt jekk San Ġwann l-Evanġelista kienx veru jew le l-appostlu li għex ma’ Ġesù. Hemm studjużi li jsostni li kienet persuna differenti dik li kitbet l-evanġelu, saħansitra hawn min isostni li bejn l-evanġelu u l-Apokalissi hemm l-id ta’ awturi differenti. Il-vanġelu ta’ San Ġwann jingħad li nkiteb bejn is-sena 90 W.K. u 110 W.K, jiġifieri ftit ta’ għexieren ta’ snin wara l-martirju ta’ San Pietru Appostlu. Huwa għalhekk li l-istudjużi jaħsbu li saret referenza ċara għall-martirju ta’ San Pietru App. fil-vanġelu Kapitlu 21:18-19.
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Introduzzjoni Din is-sena l-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-1,950 anniversarju Ġubilari mill-martirju ta’ San Pietru Appostlu u San Pawl (A. D. 67 – A. D. 2017), anniversarju li barra l-parroċċi Pawlini ta’ Malta u Għawdex qed jiġi ċċelebrat ukoll fil-Parroċċa tagħna. Kien għalhekk xieraq li ninkludu kitba li titratta dwar dan is-suġġett. Huwa suġġett kumpless ħafna li ma tistax tispjegah fi ftit kliem u ftit paġni. L-ammont ta’ letteratura fuq din il-materja huwa kbir u mifrux ħafna. Mhux faċli li tinkludi kollox, anke għax kitba waħda tmeri lill-oħra u biex wieħed jasal għal konklużjoni ċerta hija diffiċli ħafna. Aħna hawnhekk se nagħtu biss ħarsa lejn dawk it-teoriji l-iktar popolari u
ANNIVERSARJI
Affresk antik ħafna tal-martirju ta’ San Pietru Appostlu.
San Pietru jmut bil-mewta tas-salib, rasu ’l isfel L-iktar prova popolari li nsibu dwar il-martirju ta’ San Pietru hija dik deskritta fil-vanġelu ta’ San Ġwann 21:18-19: ‘“Tassew, tassew ingħidlek, meta kont aktar żgħażugħ kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ tmidd idek u ħaddieħor iħażżmek
BIRŻEBBUĠA
l-iktar aċċettati mill-istudjużi bibbliċi. Fil-Bibbja ma nsibux referenzi diretti għat-tip ta’ martirju li San Pietru għadda minnu ħlief għal dik ir-referenza li nsibu f’Ġwanni 21:18-19. Il-Knisja Kattolika, f’każijiet bħal dawn timxi ħafna fuq kitbiet apokrifi u storiċi antiki ta’ kittieba u storiċi antiki tal-epoka Rumana. L-awtur bikri Kristjan Oriġen, imwieled minn Familja Kristjana f’Lixandra l-Eġittu (184 - 254 A.D.)
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
159
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
u jmexxik fejn ma tridx. ” Dan qalu biex ifisser b’liema mewt kellu jsebbaħ ’l Alla. ’ Għalkemm fil-vanġelu ma nsibux referenza diretta għall-metodu li bih San Pietru kellu jmut, rimarka bħal din millevanġelista San Ġwann tindikalna li l-ewwel insara u l-appostli stess kienu jafu dwar il-mod li bih San Pietru miet għal Alla. Jingħad li l-vanġelu ta’ San Ġwann inkiteb bejn is-sena 90 A. D u 110 A. D. Il-mewt ta’ San Pietru hija wkoll imsemmija mill-awtur Kristjan Ruman Tertulljanu (155 – 240 A. D. ) imwieled f’Kartaġni u millawtur Origen (184 – 254 A. D. ) (f’Ewsebju, Church History II. 1). Dawn iż-żewġ awturi kitbu li San Pietru miet martirizzat bil-mewta ħarxa tas-salib. Origen jgħid “Pietru ġie msallab rasu ’l isfel kif kienet ix-xewqa tiegħu li jbati. ”
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Miet f’Ruma Hemm ċertezza indiskutibbli li Pietru miet ġewwa Ruma. Element prinċipali u importanti li jitfa’ dawl fuq il-post li fih San Pietru għex l-aħħar snin ta’ ħajtu u fejn ġie martirizzat jiġifieri f’Ruma, insibuha fl-għeluq tal-Ewwel Ittra tiegħu fejn jgħid: “Inselli għalikom dik li hemm f’Babilon, maħtura bħalkom, flimkien ma’ Marku, ibni. ” (1 Pietru 5:13) Il-kelma ‘Babilon’ f’din it-tislija żgur li ma tistax tirreferi għall-bliet l-antiki li ħafna minnhom kienu diġa mġarrfa u spiċċaw għalkollox fiż-żmien li Pietru kien qed jikteb din l-ittra. Minn provi li l-istoriċi għandhom f’idejhom jinsabu ċerti li l-kelma ‘Babilon’ hawn żgur mhijiex tirreferi għall-‘Babilonja ta’ Ewfrate’ li kienet ilha mġarrfa u abbandunata, jew il-‘Babilonja’ l-ġdida ta’ fuq ix-xmara ‘Tigris’ (Illum l-Iraq) magħrufa wkoll bħala ‘Seleucia’. Żgur ukoll li ma setgħetx tkun il-‘Babilonja’ tal-Eġittu qrib il-belt ta’ ‘Memphis’ u lanqas ma tista’ tkun xi referenza oħra għall-belt ta’ Ġerusalemm. Ir-referenza ta’ ‘Babilonja’ għall-belt ta’ Ruma hija kkonfermata,
indikata u repetuta fil-ktieb tar-Revelazzjoni (L-Apokalissi) fejn Ruma hija msejħa bħala Babilonja (Revelazzjoni 17:5; 18:10). Din ir-referenza jsemmiha wkoll fil-kitbiet tiegħu Ewsebju ta’ Ċesarija. Prova oħra ċara li turi li San Pietru għex l-aħħar snin ta’ ħajtu f’Ruma huwa l-Evanġelu nnifsu miktub minn San Mark, li għalkemm huwa mniżżel bħala t-tieni Evanġelu mill-erbgħa li huma, huwa sewwasew l-iktar Vanġelu qadim minnhom kollha. X’rabta hemm mela bejn l-eqdem vanġelu dak ta’ San Mark u l-Appostlu San Pietru? Skont il-kitbiet li ħallewlna l-Isqof Papija, li kien Isqof ta’ Ġerapoli (130-140 w. K) u Klement ta’ Lixandra (215 W. K) żewġ
L-Isqof Papias, Isqof ta’ Ġeropoli (Hierapolis), fitTurkija moderna tal-lum li għex bejn 60 - 130 A.D.
Klement ta’ Lixandra, magħruf bħala Teologu bikri talKristjanità li għex bejn 150 – 215 A.D.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Pittura ta’ Pasquale Ottino (1578-1630) li turi lil San Pietru jiddetta l-vanġelu lil San Mark. Illum din il-pittura tinsab filMusée des BeauxArts, ta’ Bordeaux.
ANNIVERSARJI
Sant’Irinew Isqof ta’ Lyon li għex bejn 130 – 202 A.D.
BIRŻEBBUĠA 160
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
161
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
figuri li kienu jiddependu ħafna minn dak li ġie mgħoddi lilhom middixxipli li kellhom l-appostli stess, nafu li l-Evanġelu ta’ Mark inkiteb fuq xewqa tal-insara li kienu jgħixu Ruma u li riedu li jkollhom f’idejhom tagħlim fuq Ġesù Alla skont kif kien għallimulhom San Pietru meta kien għadu fosthom (Ewsebju, “Hist. Eccl. ”, II,xv; III,xl: VI,xiv). Dan huwa wkoll ikkonfermat minn Sant’Irinew, Isqof ta’ Leon (Adv, haer., III,i). Dan ifisser li San Pietru għex l-aħħar snin tiegħu u miet f’Ruma. Anke l-kliem tal-‘Papa’ Klement I ta’ Ruma (mhux ta’ min jitħawdu ma’ Klement ta’ Lixandra) fl-ewwel Ittra tiegħu lil Korintin, Kapitlu 5, jikkonferma li San Pietru għex Ruma u bata l-martirju ma’ ħuh l-appostlu San Pawl. Din li ġejja hija traduzzjoni għall-Ingliż mill-awturi Roberts-Donaldson: “But not to dwell upon ancient examples, let us come to the most recent spiritual heroes. Let us take the noble examples furnished in our own generation. Through envy and jealousy, the greatest and most righteous pillars [of the Church] have been persecuted and put to death. Let us set before our eyes the illustrious apostles. Peter, through unrighteous envy, endured not one or two, but numerous labours, and when he had finally suffered martyrdom, departed to the place of glory due to him. Owing to envy, Paul also obtained the reward of patient endurance, after being seven times thrown into captivity, compelled to flee, and stoned. After preaching both in the east and west, he gained the illustrious reputation due to his faith, having taught righteousness to the whole world, and come to the extreme limit of the west, and suffered martyrdom under the prefects. Thus was he removed from the world, and went into the holy place, having proved himself a striking example of patience. ” Prova oħra li turi li San Pietru għex f’Ruma qabel ma ħa l-martirju hija dik li naqraw f’waħda minn sensiela ta’ ittri li l-Isqof
Injazju ta’ Antijokja kiteb huwa u sejjer lejn Ruma (117 w. K) biex jiġi martirizzat. F’din l-ittra indirizzata sewwasew lill-insara ta’ Ruma jgħidilhom li hu qatt ma jista’ jkun bħal Pietru u Pawlu u ma jħossx li hu ta’ dehen għalih, li jordnalhom x’għandhom jagħmlu kif kienu għamlu l-Appostli San Pietru u San Pawl għax filwaqt li huma kellhom setgħa appostolika, huwa ma kienx ħlief bniedem maqbud lest biex jiġi maqtul għall-glorja t’Alla. Din li ġejja hija traduzzjoni mit-testi oriġinali għall-Ingliż ta’ Roberts-Donaldson: “I do not, as Peter and Paul, issue commandments unto you. They were apostles; I am but a condemned man: they were free, while I am, even until now, a servant. But when I suffer, I shall be the freed-man of Jesus, and shall rise again emancipated in Him. And now, being a prisoner, I learn not to desire anything worldly or vain. ” (from The Epistle of Ignatius to the Romans: Chapter IV: Allow Me to Fall a Prey to the Wild Beasts. ) Din ir-rimarka daqshekk qawwija indirizzata lill-insara ta’ Ruma, tagħtik x’tifhem li sew San Pietru kif ukoll San Pawl kienu ħadmu bla heda fost l-insara ta’ Ruma b’setgħa appostolika fejn għallmu dwar Ġesù u għammdu bosta nsara membri ġodda tal-knisja. Dawn u bosta provi oħra juru li l-Appostli Pietru u Pawlu għexu tassew l-aħħar snin ta’ ħajjithom ġewwa l-Belt ta’ Ruma. Skont l-istoriku Ruman Tacitus, il-ġonna ta’ Neruni (Iċ-ċirku ta’ Neruni), l-istess post fejn illum hemm il-Vatikan raw xeni makabri u ta’ qilla u persekuzzjoni kontra l-insara. F’dan id-distrett li qed insemmu, bejn wieħed u ieħor viċin Via Cornelia, il-Prinċep tal-Appostli San Pietru sab ilpost tad-difna tiegħu. F’dan ir-rigward, jiġifieri dwar dan ilpost fejn tpoġġa l-ġisem mejjet u qaddis tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu, għandna provi definittivi u ċari li jmorru lura salbidu tat-tieni seklu. L-Istoriku Ewsebju ta’ Ċesarija fil-kitbiet l-istoriku Ruman Tacitus li għex tiegħu jikkwota lil ċertu Caius, bejn 56 – 120 A.D. qassis li kien indika l-post eżatti fejn l-Appostli Pietru u Pawlu kienu midfunin (Ewsebju, “Hist. Eccl. ” II, 28). Dawn l-oqbra taż-żewġ appostli kolonni tal-Knisja Kattolika Rumana, kienu ivvenerati ħafna mill-insara tal-bidu, anke fl-aktar żminijiet perikolużi tal-persekuzzjoni, tant li fl-“Atti tal-Martri”, ktieb apokrifu li fih jiġbor kollezzjoni ta’ stejjer dwar l-ewwel martri talknisja, isemmi li kemm-il darba li bosta nsara ġew martirizzati meta dawn kienu nqabdu jitolbu fuq il-post fejn kienu midfuna San Pietru u San Pawl. Wara ħafna żmien kien inħass il-bżonn li l-fdalijiet ta’ dawn iż-żewġ appostli, jitneħħew minn fuq il-post u jinħbew x’imkien minħabba xi perikli jew xi sakrileġġ. Bl-intervent ta’ veru ftit nies, u b’mod mistur ħafna, mingħajr ma wieħed jagħti ħafna fl-għajn, ilfdalijiet ta’ San Pietru u San Pawl, tneħħew bil-lejl u tpoġġew filKatakombi ta’ San Sebastjan. Ftit wara, meta l-persekuzzjoni naqset kważi għalkollox, il-fdalijiet ta’ San Pietru reġgħu ġew irritornati fejn l-għolja tal-Vatikan, filwaqt li dawk ta’ San Pawl reġgħu tpoġġew filVia Ostiana. Wara li l-persekuzzjoni kontra l-insara spiċċat, iż-żmien li fih l-imperu Ruman kien taħt il-ħakma tal-Imperatur Kostantinu, l-insara issa setgħu jibnu monumenti u knejjes għal Alla, li fihom setgħu wkoll ipoġġu għall-venerazzjoni r-relikwi ta’ qaddisin kbar. Fost l-ewwel relikwi li ntagħżlu kienu dawk ovvjament tal-Appostli San Pietru u San Pawl, li l-qima lejhom hija fost l-iktar bikrija u fejn fil-post li kienu ilhom midfuna inbnew b’dedika għalihom l-ikbar u
BIRŻEBBUĠA
Il-Papa San Klement I ta’ Ruma li għex bejn 35 – 101 A.D.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
l-isbaħ Bażiliċi. Il-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma hija ovvjament l-iktar waħda importanti u hija sewwasew l-iktar knisja kbira fid-dinja kollha.
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
F’liema sena miet? Aħna din is-sena qed niċċelebraw il-1950 anniversarju minn meta miet l-appostlu patrun tagħna San Pietru flimkien ma’ San Pawl, hekk kif tgħid it-tradizzjoni. Però d-data 67 W. K. hija diskutibbli ħafna. Kien hemm diversi dibattiti dwar id-data tal-mewt ta’ San Pietru. Dawn nistgħu nagħtuhom ħarsa akkurata għallgħan ta’ dan l-artiklu u naraw ftit jekk ireġux jew le. Madankollu, l-istudjużi tal-lum jissoffermaw ħafna fuq it-teorija tal-arkeologa Margerita Guarducci, l-istess persuna li sabet il-fdalijiet awtentiċi ta’ San Pietru. Din issostni li San Pietru x’aktarx miet fit-13 t’Ottubru 64 W. K. u tipprovdi raġunijiet plawżibbli ħafna. Imma qabel ma ngħidu għaliex naħsbu li San Pietru miet fissena 64 W. K., ejja naraw minn fejn ġiet it-teorija li hu miet fis-sena 67 W. K. Skont Ewsebju ta’ Ċesarija, San Pietru beda jgħix f’Ruma fis-sena 42 W. K. Ippolitu ta’ Ruma (Hippolitus) jgħid li San Pietru dam jgħix hemm madwar 25 sena. Ħamsa u għoxrin sena wara 42 W. K tiġi s-sena 67 W. K. Anke l-ktieb Liber Pontificalis li huwa ktieb ta’ biografiji dwar l-ewwel Papiet, ktieb li jmur lura sas-6 seklu, jaqbel mal-verżjoni li ta Ippolito ta’ Ruma. L-istess jagħmel San Ġlormu (347-430 W. K), wieħed mis-Santi Padri tal-Knisja Kattolika li kien jgħix bejn fil-ktieb tiegħu ‘De Viris Illustribus’ (392 W. K. ). Hemm ħafna aktar kittieba li taw dati oħra imma dawn qisu qatt ma ngħataw daqshekk valur. Nerġgħu mmorru għad-data 64 W. K. li qed tiġi sostnuta llum. L-ewwel semmejna lil Margerita Guarducci imma fil-verità l-ewwel persuna li semmiet is-sena 64 W. K. kien l-istoriku Ruman Tacitus. Tacitus fil-kitbiet tiegħu jsemmi li wara li fis-sena 64 W. K. Neruni kellu pjan għal żvilupp f’parti ta’ Ruma, imma nduna li ma setax jagħmilha minħabba li kien hemm xi bini residenzjali. Jingħad li biex ikun jista’ jagħmel dan l-iżvilupp qabbad nies biex bil-moħbi jikkawżaw nirien u jeqirdu d-djar u l-istrutturi kollha f’din iż-żona. Imma l-pjan marlu żmerċ. Hu ħaseb li n-nirien kienu se jiġu kkontrollati malajr, imma fit-temp sħun u xott ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Lulju 64 W. K., in-nar infirex malajr għal żoni oħra u b’hekk dan kollu ssarraf f’traġedja. L-imperatur Neruni, li wara kollox kien ukoll jiddependi millpopolarità tan-nies sab ruħu f’sitwazzjoni kerha ħafna. Il-komunità Kristjana kienet diġà magħrufa mar-Rumani. Huma kienu jafu li kienu grupp ta’ nies vulnerabbli, anke għax it-twemmin tagħhom kien ikkunsidrat stramb għal dawk is-snin. Neruni malajr qatagħha li jitfa’ l-ħtija fuqhom. L-istoriku Tacitus jagħti sensiela ta’ rakkonti li seħħew bejn il-ħruq ta’ Ruma (18-19 Lulju 64 W. K. ) u l-aħħar ta’ dik is-sena. Huwa jagħti dettallji kif f’Ottubru ta’ dik is-sena, Neruni kien irnexxielu jaqbad ammont kbir ta’ Insara u jikkundannahom għallmewt f’wieħed mill-ispettakli li kien organizza. Dan l-ispettaklu kien deskritt minn Tacitus bħala wieħed mill-aktar ħorox u mdemmija li qatt saru. Mid-deskrizzjonijiet ta’ Tacitus, jidher li wara dawn l-eżekuzzjonijiet t’Ottubru, ma kienx hemm aktar it-tip tagħhom sal-aħħar ta’ dik is-sena. Skont deskrizzjonijiet u dokumentazzjoni oħra storika ta’ Tacitus u Klement I ta’ Ruma, jingħad li mit-tmiem is-sena 64 W. K. sad-data tal-mewt ta’ Neruni, 9 ta’ Ġunju 68 W. K. ma kien hemm l-ebda spettakli oħra minn din it-tip ta’ ħruxija. Mhux hekk biss, imma bejn it-tmiem ta’ Settembru 66 u l-bidu tas-sena 68, Neruni kien mar il-Greċja. Din qisha teskludi kompletament issena 67 W. K bħala s-sena tal-martirju ta’ San Pietru. Madankollu l-ikbar provi li għandna li San Pietru ġie maqtul fis-sena 64 W. K. ġejjin minn żewġ kotba apokrifi miktubin fuq papyrus bil-Grieg antik minn awturi mhux magħrufa u li llum jinsabu ġewwa Vienna. Dawn iż-żewġ dokumenti huma magħrufa bħala ‘L-Apokalissi ta’ San Pietru’ u ‘L-Axxensjoni ta’ Isaia’. Dawn iż162
żewġ manuksritti jiffurmaw parti mil-‘Letteratura Apokalittika’ u x’aktarx inkitbu mhux aktar tard mis-sena 150 W. K. Il-kitbiet f’dawn iż-żewġ dokumenti huma tant ċari u dettalljati li jagħtuk x’tifhem li dawn inkitbu matul ir-renju stess ta’ Neruni, x’aktarx minn individwi tal-komunità Ġudeo-Kristjana ta’ dawk iż-żminijiet. Fiż-żewġ xogħlijiet naraw li l-awturi jikkundannaw bla ħniena lil Neruni talatti barbari u inġusti li għamel. Huma jgħidu li għal dak li wettaq, Neruni kien se jiġi kkastigat. Fl-‘Apokalissi ta’ San Pietru’, l-awtur jgħid li bil-martirju ta’ San Pietru, Neruni kien se jaffaċċa deklin u t-tmiem tiegħu. Fl-‘Axxensjoni ta’ Isaia’ l-awtur huwa ħafna aktar preċiż, tant li jgħid li Neruni temm ir-renju tiegħu 3 snin, 7 xhur u 27 ġurnata wara l-martirju tal-Appostlu San Pietru. Issa aħna nafu li jekk Neruni miet fid-9 ta’ Ġunju 98 W. K., bi ftit matematika naslu għad-data tat-13 t’Ottubru 64 W. K. Din id-data mhux talli twassalna għal dak il-perjodu famuż li tkellem dwaru Tacitus meta qal li Neruni kien għamel spettaklu kbir ta’ qtil u dmija imma talli din il-ġurnata għandha sinjifikat partikolari ħafna, peress li 13 t’Ottubru 64 W. K. kienet il-ġurnata eżatti tal-10 anniversarju minn mindu Neruni ġie maħtur Imperatur, festa li nirreferu għaliha bħala ‘Dies Imperii’. Dawk iż-żminijiet kienet użanza li f’għeluq snin l-Imperatur (Dies Natalis) jew fl-għaxar anniversarju tiegħu fuq it-tron (Dies Imperii) kienu jsiru festi kbar, bi spettakli ta’ qtil u tixrid ta’ demm fl-areni bil-gladjaturi u dawk kollha kkundannati (Venetiones). Huma kienu jsostnu li dak it-tixrid ta’ demm kien iġib ir-risq fuq il-ħajjin. Din ma kinitx l-ewwel darba li nsara qaddisin martri mietu f’anniversarju bħal dawn. Jingħad pereżempju li San Polikarpu miet f’għeluq l-għaxar snin mit-tron (Dies Imperii) tal-Imperatur Antoninus Pius (138-161 W. K. ) kif ukoll il-Martri ta’ Lyons fi Franza, grupp ta’ 48 persuna li ġew barbarament maqtula fl-arena fl-għaxar anniversarju mit-tron tal-Imperatur Marcus Aurelius (161-180 W. K. ) Dan kollu juri kważi ċertament li l-appostlu San Pietru miet martri Ruma fit-13 t’Ottubru 64 W. K. fid-Dies Imperii tal-Imperatur Neruni. Għeluq Fil-21 ta’ Frar li għadda, fl-għeluq tad-diskors storiku millKanonku Dr. Nicholas Doublet, kulħadd tbissem meta l-kappillan tagħna Rev. Kan. Anton Galea Scannura qal: ‘Ħa nara jekk fhimtx sew? Jiġifieri San Pietru miet minħabba festa u minħabba n-nar! Ma kontx naf li miet fis-sena 64 A. D. Kieku kont naf qabel, konna niċċelebrawha qabel, eżatt sena wara li lħaqt kappillan!”. Hekk hu filfatt! Dan li ktibt huwa veru ftit mill-ħafna materjal u letteratura li hemm dwar il-martirju ta’ San Pietru Appostlu. Hemm ħafna aktar rakkonti apokrifi dwar il-ħajja u l-mewt ta’ San Pietru f’Ruma. Nittamaw li forsi ’l quddiem ikollna l-opportunità li nitfgħu aktar dawl fuq dawn il-kitbiet. Nieħu din l-okkażjoni wkoll, biex kif nitkellem diversi drabi ma’ sħabi, nistqarr magħkom kemm tkun ħaġa sabiħa li kieku matul it-tridijiet tal-festa u anke l-paniġierku tal-quddiesa l-kbira f’Jum ilFesta, il-predikaturi jinkludu elementi minn din it-taqsima letterarja, minn dawn ix-xogħlijiet apokrifi. Inkella ngħidu li l-predikaturi ma jiġux preparati kif jixraq għall-festa tagħna bħalma jagħmlu meta jmorru fil-festi tal-bliet u l-irħula l-oħra. Dwar ħajjet u għemejjel San Pietru fil-Bibbja, dawk nisimgħuhom tul is-sena kollha fil-quddies talĦadd, allura jkun xieraq li fil-ġimgħa speċjali tal-festa jingħata ftit tagħrif ta’ din il-kwalità. Fuq id-data eżatta tal-martirju wieħed jista’ jsaqsi mela għaliex qed niċċelebraw lil San Pietru issa din is-sena u ma ċċelebrajniehx fl-2014? Forsi biex inżommu mat-tradizzjoni l-antika, u bħalma għamel Pawlu VI, fl-1967, 50 sena ilu, anke aħna nimxu parallel mal-festi ġubilari li kien għamel il-Papa Pio IX fl-1867. Hi x’inhi, sew jekk Pietru mietx fis-sena 64 jew 67 A. D., l-aktar ħaġa importanti għalina hija l-Fidi, li anke aħna permezz ta’ San Pietru, nibqgħu nħaddnu t-tagħlim li tana Alla, u naraw fil-Papa l-mexxej spiritwali ewlieni, bħala s-suċċessur ta’ San Pietru Appostlu.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
L-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos u l-Ittra Pastorali tal-Arċisqof Gonzi, Ħamsin Sena Ilu
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Jacques Maritain (1882-1973) u l-Beatu Papa Pawlu VI (1897-1978)
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
163
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI BIRŻEBBUĠA
Madankollu l-għan li għaliha l-Papa Pawlu VI ried li jagħmel din l-Eżortazzjoni Appostolika, ma kinitx biex ifakkar il-ġrajja storika tal-martirju ta’ dawn iż-żewġ qaddisin kbar imma għax ried iwassal messaġġ spiritwali u reliġjuż lill-insara kollha. B’din l-Eżortazzjoni Appostolika huwa ried li l-insara jħarsu lejn il-fidi ta’ dawn iż-żewġ appostli u bħalhom jibqgħu jħaddnu l-fidi u jgħixuha skont it-tagħlim awtentiku t’Alla. Din l-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos irridu ninterpretawha fiż-żmien li fiha kienet inkitbet. Ma kien xejn żmien faċli għall-knisja. Inkitbet eżatt sentejn wara li ntemm il-Konċilju Vatikan II, Konċilju li nfetaħ mill-Papa Ġwanni XXIII f’Ottubru tal-1962 u ġie fi tmiemu fil-festa tal-Kunċizzjoni 8 ta’ Diċembru tal-1965 taħt Pawlu VI. Il-Papa Ġwanni XXIII kien laħaq
ANNIVERSARJI
Il-midalji kommemmorattivi li kien ħareġ il-Papa Piju IX fl-1867 fil-Ġubilew tal-1800 anniversarju mill-Mewt ta’ San Pietru u San Pawl fil-Vatikan. Dakinhar il-Papa Piju IX kien għamel ċelebrazzjonijiet kbar.
PIROTEKNIKA
Waħda mill-ġurnali ewlenin Amerikani ‘The Daily banner’ ta’ Greencastle f’Putnam County f’rapport dwar l-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos talBeatu Pawlu VI, rapport li ġie ppubblikat fit-23 ta’ Frar 1967.
miet fit-3 ta’ Ġunju 1963. Id-dinja kienet għaddeja minn taqlib kbir. Il-libertajiet ċivili u l-Komuniżmu kienu fl-aqwa tagħhom, imma jidher biċ-ċar li għall-Papa Pawlu VI l-ikbar weġgħa ta’ qalb kien it-taqlib intern li kien għaddej fil-Knisja Kattolika, partikolarment minn xi membri prominenti fil-ġerarkija għolja tal-Knisja. Din l-Eżortazzjoni Appostolika rridu narawha wkoll fil-kuntest mhux biss talKonċilju Vatikan II ta’ sentejn qabel imma anke fid-dawl tas-‘Sena tal-Fidi’ li l-Papa Pawlu VI ħabbar bil-miktub f’din l-istess Eżortazzjoni Appostolka. Huwa indika li ‘s-Sena tal-Fidi’ kellha tibda fid-29 ta’ Ġunju 1967, fil-festa tal-martirju taż-żewġ appostli u tiġi fi tmiemha fl-istess festa s-sena ta’ wara. Imma dan ma kienx kollox. Ftit jiem qabel l-għeluq tas-Sena tal-Fidi, nhar is-26 ta’ Ġunju 1968, il-Papa Pawlu VI ddikkjara li l-fdalijiet li nstabu taħt l-artal tal-Vatikan kienu dawk awtentiċi ta’ San Pietru. Imbagħad l-għada tat-tmiem tas-Sena tal-Fidi, nhar it-30 ta’ Ġunju 1968, waqt funzjoni Liturġika fi Piazza San Pietro tal-Vatikan, il-Papa Pawlu VI nieda l-Motu Proprio ‘Solemni Hac Liturgia’ li fih daħħal l-istqarrija tal-Fidi ‘Professio Fidei’, liema stqarrija hija popolarment magħrufa bħala Il Credo (Il-Kredu). F’dan hekk imsejjaħ ‘Credo’, il-Papa Pawlu VI jibni fuq it-talba tal-Kredu ta’ Nicea, dak li aħna ngħidu normalment waqt il-quddies, imma b’xi żidiet li huwa jsejjaħ ‘bżonnjużi għallkundizzjonijiet Spiritwali ta’ żmienna’.
SAN PIETRU APP.
Ħamsin sena ilu, fit-22 ta’ Frar 1967, il-Papa Pawlu VI ħareġ Eżortazzjoni Appostolika biex biha jfakkar l-1900 anniversarju mill-Martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu. Ħariġha eżatti fil-festa tal-Katedra ta’ San Pietru, festa li tiġi osservata fil-Bażilika ta’ San Pietru u Vatikan. Matul dawk ix-xhur, l-Arkeologa Margerita Guarducci kienet għaddeja bl-istudji tagħha fuq l-għadam ta’ San Pietru u kien fadal madwar sena u nofs oħra biex dan l-istess Papa, fis-26 ta’ Ġunju 1968 jiddikkjara li r-relikwiji qaddisa li nstabu taħt l-artal tal-Vatikan huma dawk awtentiċi ta’ San Pietru Appostlu. Imma ejja mmorru lura għall-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos. F’din l-Eżortazzjoni, il-Papa Pawlu VI jitkellem dwar il-kobor ta’ dawn iż-żewġ appostli. Huwa jiftaħ din l-Eżortazzjoni Appostolika billi jitkellem fuq il-qaddisin Appostli, Pietru u Pawlu u jgħid li dawn mietu f’Ruma, bħallikieku hawn ilPapa Pawlu VI ried jissofferma verament li l-Knisja Kattolika kienet il-Knisja omm, il-Knisja ta’ Ruma, fejn mietu u ġew midfuna l-martri tagħha. Huwa jgħid li din l-Eżortazzjoi Appostolika kien qed joħroġha fl-okkażjoni tal-1900 anniversarju taż-żewġ appostli, li mietu Ruma bejn A. D. 64 – A. D. 68 matul il-persekuzzjoni ta’ Neruni. Biex isostni dan kollu huwa jikkwota lil Klement I ta’ Ruma u lill-istoriku Ruman Taċitu. Jgħid ukoll li huwa għażel is-sena 1967 għal din l-Eżortazzjoni biex jimxi parallel mal-Ġubilew li kien iċċelebra Papa Pio IX fl-1867, fejn kien għamel Ġubilew kbir f’Ruma.
EDITORJAL
Josef Schembri
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
Huwa jsejjaħ dan il-Kredu bħala l-‘Kredu tal-Poplu t’Alla’. F’dan il-Kredu Pawlu VI, mgħejjun mill-filosfu kbir Jacques Maritain, indirizza duttrini li bl-iskuża tal-Konċilju kienu qed jiġu miżinterpretati minn diversi Isqfijiet talKnisja. Dawn kienu: in-natura divina ta’ Ġesù; it-tagħlim tal-Knisja fuq Marija Omm Alla; in-natura, l-istruttura u l-awtorità tal-Knisja; it-tagħlim tal-Knisja dwar id-‘Dnub tanNisel’; l-Iskrittura bħala dik ispirata minn Alla; u n-natura Il-Katekiżmu li kienu ppubblikaw tal-quddiesa bħala sagrifiċċju l-Isqfijiet Olandiżi fl-1966 li għalkemm fejn il-ħobż u l-inbid jinbidlu kien l-ewwel wieħed mix-xorta tiegħu verament fil-veru ġisem u kellu xi tagħlim li ma kienx konformi demm ta’ Kristu. mat-tagħlim li kien jitkellem dwaru Fl-istess funzjoni, waqt l-Papa. Minkejja bosta tentattivi milll-omelija, huwa qal li dan kollu Vatikan u anke saħansitra fis-sena qed jagħmlu sabiex dawk 1992 mill-Papa Ġwanni Pawlu II, din li kienu qed jimbuttaw għal id-duttrina qatt ma ġiet riveduta u kkoreġuta kif kien mitlub minnhom. bidla moderna fit-twemmin u d-duttrina tal-Knisja ma jinqatgħux mill-fundamenti tat-tagħlim t’Alla. Matul dawn is-snin, anke ta’ wara, Papa Pawlu VI kien inkwetat ħafna b’xi nies filKnisja stess li kienu qed isostnu tagħlim differenti minn dak stipulat fil-Knisja Kattolika, tant li tliet xhur wara li ppublika dan il-Credo, f’omelija li qal fit-18 ta’ Settembru 1968 huwa uża l-frażi ‘Inimici hominis, domestici eius’ meħuda mill-Vanġelu ta’ San Mattew 10:36 li tfisser ‘il-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu’. Insibu pereżempju li fl-1966, l-Isqfijiet Olandiżi kienu ħarġu Ktieb tal-katekiżmu, l-ewwel wieħed mix-xorta tiegħu wara l-Konċilju Vatikan. Madankollu dan il-ktieb ta’ duttrina mill-Isqfijiet Olandiżi qajjem kontroversji kbar, speċjalment fuq kwistjonijiet ta’ sesswalità u birth-control, li ma kienu xejn konformi mat-tagħlim tal-Papa u tal-Knisja Kattolika. Minħabba f’hekk, xahar wara l-promulgazzjoni tal-Motu Proprio ‘Solemni Hac Liturgia’, fil-25 ta’ Lulju 1968, Pawlu VI ħareġ l-Enċiklika famuża Humanae Vitae li titratta dwar in-natura sesswali u riproduttiva tal-bniedem. Minkejja li l-Isqfijiet Olandiżi kienet inġibditilhom l-attenzjoni fuq l-iżbalji duttrinali li kien fih dak il-kompendju, saħansitra anke fl-1979 mill-Papa Ġwanni Pawlu II, xorta waħda baqgħu rashom iebsa u ppersistu f’dak li kienu ppubblikaw! Li kieku dak il-kompendju ta’ duttrina ma kienx fih dawk il-miżinterpretazzjonijiet kollha, l-Isqfijiet Olandiżi kien ikun ħaqqhom l-ikbar prosit, ladarba li l-ewwel kompendju ta’ Duttrina li ħarġet il-Knisja Kattolika Rumana kien biss ħafna snin wara, fl1992 taħt il-Papa Ġwanni Pawli II.
L-Ittra Pastorali tal-Arċisqof Gonzi b’reazzjoni għallEżortazzojoni Petrum et Paulum Apostolos Is-snin 1967-1968 li matulhom ħarġu dawn id-dokumenti kollha mill-Vatikan, inkluż Petrum et Paulum Apostolos, kienu l-aħħar snin li matulhom il-Poplu Malti kien għaddej minn wieħed mill-agħar episodji reliġjużi fl-istorja tiegħu, jiġifieri l-‘Interdett’, liema interdett ġie solvut fi ftehim bejn il-Knisja u l-Partit Laburista fis-sena 1969. Dan qed ngħidu biex infisser mil-liema sitwazzjoni kien għaddej minnha parti mill-poplu Malti, sitwazzjoni li forsi minħabba f’hekk, aktar tefgħetu mehdi jissielet f’din il-ġlieda lokali milli jesperjenza u jsegwi l-iżviluppi lil hinn barra minn xtutna. Madankollu, minn perspettiva ġenerali, Malta minn dejjem kienet konservattiva, leali u ubbidjenti lejn il-Papa, lejn it-tagħlim u l-awtorità tiegħu.
Sett ta’ tliet bolol li kienu ħarġu f’Malta fl-1967 biex ifakkru l-1900 Anniversarju mill-Mewt ta’ San Pietru u San Pawl. Dawn il-bolol kienu ġew iddisinjati mill-artist famuż Emvin Cremona. Bil-kortesija ta’ Michael Balzia
Imma ejja nitkellmu issa dwar l-Ittra Pastorali li kien ħareġ l-Arċisqof Gonzi b’reazzjoni għall-Eżortazzjoni Appostolika Petrum et Paulum Apostolos tat-22 ta’ Frar 1967. L-Arċisqof Gonzi qagħad jistenna 3 xhur biex jippubblika din l-Ittra Pastorali, fil-fatt isfel naraw id-data 22 ta’ Mejju 1967. Fl-ittra huwa jgħid li għamel dan sabiex id-direttivi li kien qed jagħti f’din l-istess Ittra Pastorali jkunu kemm jista’ viċin tal-festa tad-29 ta’ Ġunju 1967 li matulha kellha tibda s-Sena tal-Fidi. Fl-istess Ittra Pastorali naraw ukoll is-simpatija talArċisqof Gonzi lejn Pawlu VI fl-inkwiet Intern tal-Knisja fejn jidħol tagħlim żbaljat bl-iskuża tal-Konċilju Vatikan II minn ċertu Isqfijiet barranin. Punt interessanti f’din l-Ittra Pastorali hija r-referenza storika li l-Arċisqof Gonzi jagħmel għaż-żjara li Pawlu VI għamel f’Fatima, f’Mejju wkoll, fl-okkażjoni tal-50 sena mid-dehriet talMadonna. Din kienet l-ewwel żjara ta’ Papa minn mindu seħħew dawn id-dehriet fl-1917. Ta’ min jinnota wkoll l-emfasi li l-Isqof Gonzi jagħmel fuq ittalba tal-‘Kredu’, saħansitra fid-direttivi ta’ ċelebrazzjonijiet li naraw imniżżla fl-Ittra Pastorali, jitlob lill-Kappillani u lill-Arċiprieti ta’ Malta u Għawdex biex jitolbu ta’ spiss din it-talba u jiddedikaw mument fil-kalendarju parrokkjali tagħhom biex jispjegawh fid-dettall lil-lajċi u lill-parruċċani kollha. Din kienet ix-xewqa tal-Papa kif kitibha hu stess fl-Eżortazzjoni Appostolika li qed nitkellmu dwarha.
Tu Es Pastor Ovium Princeps Apostolorum Tibi Tradidit Deus Claves Regni Caelorum
St. Mary Butcher
BIRŻEBBUĠA
(Prop. Joe Vella)
For fresh & frozen meat
21, Triq Raymond Caruana, Gudja • Tel: 2167 3030 164
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Bil-kortesija tal-Arkivju Djoċesan AAM, Ittri Pastorali, v. 42, 1963-76, f.318r.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
165
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Il-Festa Kbira u Solenni tad-29 ta’ Ġunju Il-Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl Devozzjoni, Storja u Liturġija
Christopher Bonnici B. A. (Hons); M. A.
EDITORJAL
Nota Editorjali: Din is-sena fl-okkażjoni tal-Ġubilew tal-1,950 sena mill-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, stedinna lis-Sur Christopher Bonnici jiktbilna dwar il-liturġija u l-isfond storiku talfesta kbira tal-Imnarja. Nirringrazzjawh ħafna.
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Fost l-aktar qaddisin illi nsibu jiem iddedikati għalihom matul isSena Liturġika, minbarra naturalment Ommna Marija u Sidna Ġesù Kristu, hemm San Pietru u San Pawl, meqjusin bħala l-Prinċpijiet tal-Appostli u l-Kolonni tal-Knisja; żewġ Appostli li ħadmu b’mod differenti, kif jgħid il-Prefazju tal-Quddiesa ta’ nhar id-29 ta’ Ġunju: “Pietru, il-mexxej ewlieni fl-istqarrija tal-fidi, Pawlu l-imgħallem għaref fit-tifsir tagħha; wieħed waqqaf il-Knisja tal-bidu mill-fdal ta’ Iżrael, l-ieħor xerred l-għerf tiegħu fost il-ġnus u mexxihom lejn ilfidi li għaliha sejjaħtilhom.” Semmejna s-Sena Liturġika. Ilkoll nafu – nittama – li s-Sena Liturġika tibda fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent, aktarx l-aħħar Ħadd ta’ Novembru jew l-ewwel Ħadd ta’ Diċembru, u tintemm f’nofsinhar ta’ Lejlet l-Ewwel Ħadd tal-Avvent. L-aħħar Ħadd huwa ddedikat lil Kristu Sultan. Minħabba raġunijiet ovvji, se nitkellem biss dwar il-figura tal-Appostlu San Pietru. Jien inħobb insejjaħlu l-Appostlu Missierna San Pietru. Bħalma lil San Pawl insejħulu Appostlu u Missierna fil-Fidi, għax ġabilna d-Dawl tal-Fidi f’pajjiżna minn fost l-ewwel pajjiżi li sirna Insara; il-figura ta’ Pietru, għalina l-Birżebbuġjani hija figura ta’ Patrun, ta’ Sid, ta’ Kmand, imma fuq kollox ta’ Missier illi jżomm dan l-isbaħ lokal tan-naħa t’isfel ta’ pajjiżna magħqud warajh. Jekk inħarsu lejn is-Sena Liturġika, sa qabel il-Konċilju Vatikan II konna niċċelebraw żewġ festi tal-Kattedra ta’ San Pietru: dik ta’ Ruma nhar it-18 ta’ Jannar, u dik ta’ Antijokja nhar it-22 ta’ Frar. Kif nafu, illum “waqgħet” dik tat-18 ta’ Jannar, u ż-żewġ festi ngħaqdu f’jum wieħed, dak tat-22 ta’ Frar. 1 Ħutna l-Ortodossi jiċċelebraw il-qima lill-Ktajjen ta’ San Pietru nhar is-16 ta’ Jannar. Nhar id-29 ta’ Ġunju niċċelebraw is-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl Appostli. Din hija festa antika ferm, u tant hija kbira li bħal Għid il-Ħamsin għandha żewġ quddisiet b’lezzjonijiet differenti: il-Quddiesa tal-
Vġili, jiġifieri dik tat-28 ta’ Ġunju wara nofsinhar, u l-Quddiesa talJum, dik illi titqaddes fil-jum proprju tal-Imnarja. Ħarsa Storika Il-festa tal-Imnarja għandha għeruq antiki ferm fil-knisja, tant illi tmur lura sas-sena 2582 u hija meqjusa bħala waħda mill-festi ewlenin tas-Sena Liturġika, tant illi l-grad tagħha huwa ta’ Solennità. Meta ngħidu “Solennità” nkunu nfissru l-ogħla grad, jiġifieri f’każ illi taħbat f’wieħed mill-Ħdud tas-Sena, tirbaħ fuq dak il-Ħadd innifsu. Inqas mis-Solennità hemm il-Festa, it-Tifkira Obbligatorja, it-Tifkira Fakultattiva, u l-Ferja; dejjem nitbaxxew gradwalment. Propju f’dan il-jum, l-Isqfijiet Metropolitani maħtura matul dik is-sena, jiġifieri l-Isqfijiet illi jkollhom responsabbiltà ta’ tmexxija ta’ xi djoċesi, ikunu f’Ruma, fil-Vatikan, sabiex f’ċerimonja apposta, jirċievu mingħand il-Papa tal-ġurnata, il-pallium;3 dik il-biċċa bajda bis-slaleb fuqha li tintlibes fuq il-pjaneta bħala simbolu ta’ tmexxija. Il-Liturġija tal-Jum Bħala festa kbira, kif ġieli jirreferu għaliha, Prima Klassi, il-festa tibda minn lejlietha filgħaxija bl-Ewwel Għasar, jew il-Primi Vespri. Inżommu f’moħħna li l-ġurnata Lhudija tibda minn filgħaxija. Fil-fatt, jekk inħarsu lejn il-Ktieb tal-Ġenesi, meta Alla l-Imbierek ħalaq iddinja, naqraw illi “dalam u sebaħ” xi wieħed mill-jiem, u mhux “sebaħ u dalam”. Dan juri li l-ġurnata titkejjel min-nofsinhar sa nofsinhar. 4 B’hekk, lejlet il-“festi l-kbar” tkun iċċelebrata l-quddiesa tal-għada, bħalma s-Sibt filgħaxija niċċelebraw il-Liturġija tal-Ħadd. L-istess fit-Talba tal-Knisja; is-Solennità tidħol permezz tal-Ewwel Għasar illi jiġbor fih l-Innu tal-Jum, tliet Antifoni u tliet Salmi, Lezzjoni u Responsorju qosra, Antifona, Magnificat u Talba tal-Komunità, jew kif isejħulha, il-Preċi. L-Antifoni tal-Ewwel Għasar huma kif ġej: 1. Inti l-Messija, Bin Alla l-Ħaj; u hieni int Xmun Bin Ġona. 2. Inti Pietru u fuq din il-Blata jiena nibni l-Knisja Tiegħi. 3. Inti għodda magħżula ta’ Kristu, Appostlu Missierna San Pawl; inti xandart il-verità fid-dinja kollha. Antiphona ad Magnificat: L-Appostli glorjużi ta’ Kristu ħabbew lil xulxin fil-ħajja, hekk li anqas il-mewt ma firdithom.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Mużajk sabiħ immens b’San Pietru u San Pawl li naraw eżatt filfrontispizju tal-Bażilika famuża u importanti ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma.
166
Il-Qari tal-Quddiesa tal-Vġili huwa dan: 1. L-Atti tal-Appostli, Kapitlu 3, Versi 1 – 10; meta Pietru u Ġwanni kienu tilgħin għat-talb tat-tlieta ta’ wara nofsinhar u Pietru wieġeb lill-magħtub bil-kliem “fidda u deheb ma għandix; imma dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, imxi!” 2. Silta mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin, Kapitlu 1, Versi 11 – 20. 3. Silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, Kapitlu 21, Versi 15 – 19; meta Kristu staqsa lil San Pietru għal tliet darbiet jekk iħobbux.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Referenzi: 1 www. breviary. net 2 http://www. catholicnewsagency. com/saint. php?n=501 3 https://en. wikipedia. org/wiki/Feast_of_Saints_Peter_and_Paul 4 http://www. chabad. org/library/article_cdo/aid/526873/jewish/TheJewish-Day. htm 5 http://www. laikos. org/LS/LS. php
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL BIRŻEBBUĠA
‘Ubi Ergo Petrus, Ibi Ecclesia; Ubi Ecclesia, Ibi Nulla Mors Sed Vita Aeterna’ meħuda minn kitbata’ Sant’Ambroġ “In Psalmum XL Enarratio, PL XIV, 1134, li tradotta għall-Malti tiġi tfisser hekk: ‘Fejn hemm Pietru, hemm il-Knisja u fejn hemm il-Knisja, hemm il-Ħajja ta’ Dejjem’.
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ U bir-raġun kollu wara l-Qawmien mill-Imwiet il-Mulej ħalla f’idejn l-istess Pietru biex jirgħa n-nagħaġ tiegħu. Ma kienx huwa waħdu fost id-dixxipli li stħaqqlu jirgħa n-nagħaġ tal-Mulej; iżda meta Kristu kellem lil Pietru waħdu, kellu f’moħħu l-għaqda waħda; u l-ewwel nett lil Pietru, għax fost l-Appostli, Pietru l-ewwel. Xejn tiddejjaq, Appostlu: agħti t-tweġiba tiegħek, darba, tnejn, tlieta. Stqarr għal tliet darbiet bl-imħabba u irbaħ, kif ċħadt għal tliet darbiet bil-biża’ u tlift. Ħoll għal tliet darbiet dak illi rbaħt għal tliet darbiet. Ħoll bl-imħabba dak li rbatt bil-biża’. Madankollu l-Mulej f’idejn Pietru ħalla n-nagħaġ tiegħu darba, darbtejn, tliet darbiet. F’jum wieħed qegħdin niċċelebraw il-martirju ta’ żewġ Appostli. Imma dawn it-tnejn kienu ħaġa waħda bejniethom; u għalkemm mhux it-tnejn mietu f’jum wieħed, imma t-tnejn kienu ħaġa waħda. L-ewwel miet Pietru. U mbagħad warajh Pawlu. Niċċelebraw il-festa ta’ dawn iż-żewġ Appostli f’jum ikkonsagrat għalina b’demmhom. Inħobbu l-fidi, il-ħajja, it-taħbit, it-tbatijiet, l-istqarrijiet u x-xandir kollu tagħhom. 5
BANDA MUŻIKALI
Nixtieq illi nissokta b’din ir-riċerka tiegħi, imma l-ispazju huwa ristrett, u tajjeb illi l-qarrejja jimxu għal artikli oħra interessanti. Imma nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja minn qalbi lill-Editur, sieħbi Josef Schembri talli wera fiduċja fija u talabni sabiex nikteb dan l-artiklu. Qabel nagħlaq nixtieq insellem lill-Kleru mmexxi mill-Kappillan, il-Kanonku Anton Galea-Scannura u nirringrazzjah pubblikament tal-ħajja li qed jagħti liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta’ matul is-sena, l-abbatini, sħabi tal-Għaqda tal-Armar, il-każini talbanda u dawk kollha li jaħdmu b’mod diżinteressat għall-festa talPatrun tagħna San Pietru Appostlu. Tislima lill-morda, lill-anzjani u lil dawk illi jduru bihom, kif ukoll lin-nisa u l-qraba tagħna li tant jieħdu paċenzja bina sena sħiħa waqt illi naħdmu għall-festa tattitular. Il-festa t-tajba lil kulħadd lill-Birżebbuġjani kollha u lil dawk illi ġejjin iżuruna f’dawn il-jiem hekk sbieħ tal-festa tagħna, u biex nifhmu iktar il-kobor tal-qaddis illi f’ġieħu niċċelebraw il-festi tagħna, inħallikom b’silta minn diskors ta’ Santu Wistin Isqof, diskors illi jinqara waqt l-Uffiċċju tal-Qari ta’ nhar is-Solennità tal-Imnarja: llum għalina hu jum imqaddes bil-martirju tal-Appostli qaddisin Pietru u Pawlu. M’aħniex insemmu martri li ma jafhom ħadd. “Malart kollha jasal leħinhom, mad-dinja kollha jixtered kliemhom. ” Dawn il-martri raw dak li xandru, imxew wara s-Sewwa, stqarrew il-Verità, u mietu għall-Verità. Pietru, l-ewwel fost l-Appostli, kollu ħeġġa ta’ mħabba għal Kristu, stħaqqlu jisma’ l-kelmiet: “U jiena ngħidlek: Inti Pietru. ” Għax huwa qal: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla l-Ħaj. ” U t-tweġiba ta’ Kristu kienet: “u jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi. ” Fuq din il-blata nibni l-fidi li għadek kemm stqarrejt. Fuq din il-kelma li għedt: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla l-Ħaj,” jiena nibni l-Knisja tiegħi. Għax inti Pietru, jiġifieri blata. Jismek Pietru għax inti blata, u mhux blata għax jismek Pietru. Bħalma huwa Pietru mill-blata, hekk il-Kristjan minn Kristu.
Il-Pallju li jingħata lill-Isqfijiet il-ġodda f’Jum l-Imnarja. Sa ftit snin ilu kien jingħata mill-Papa stess imma fit-12 ta’ Jannar 2015 il-Papa preżenti Papa Franġisku biddilha u issa l-pallju qed jingħata mill-Vigarju Ġenerali fid-djoċesi stess.
PIROTEKNIKA
Antiphona ad Magnificat: Pietru l-Appostlu u Pawlu l-imgħallem tal-ġnus għallmuna l-liġi tiegħek, Mulej. Jekk inħarsu lejn l-Uffiċċju tal-Qari, jiġifieri dak illi jingħad jew jitkanta nhar is-Solennità filgħodu, niltaqgħu ma’ dawn l-Antifoni: 1. Jekk tħobbni, Xmun Pietru, irgħa n-nagħaġ tiegħi. 2. Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi qligħ: jiena għandi niftaħar bis-salib ta’ Sidi Ġesù Kristu. 3. Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.
SAN PIETRU APP.
L-Antifoni tat-Tieni Għasar huma kif ġej: 1. Pietru, jiena tlabt għalik, biex il-fidi tiegħek ma tiġix nieqsa; inti mbagħad, meta terġa’ lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek. 2. Bil-qalb kollha niftaħar b’dak li hu dgħajjef fija, biex tistrieħ fuqi l-qawwa ta’ Kristu. 3. Inti r-ragħaj tan-nagħaġ, il-prinċep tal-Appostli; Kristu tak l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet.
Intom tafu li Sidna Ġesù, qabel il-passjoni tiegħu, għażel xi wħud mid-dixxipli tiegħu u sejħilhom Appostli. Fost dawn, tista’ tgħid kullimkien, Pietru waħdu stħaqqlu juri fih innifsu l-persuna tal-Knisja kollha. U kien minħabba din l-istess personifikazzjoni tal-Knisja kollha. U kien minħabba din l-istess personifikazzjoni tal-Knisja kollha fih li stħaqqlu jisma’: “Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet. ” Dawn l-imfietaħ ma ngħatawx lil wieħed waħdu, iżda lill-għaqda waħda tal-Knisja. Minn hawn ġej il-kobor ta’ Pietru, għax meta Kristu qallu “Jiena nagħtik” dak li ta lil kulħadd, Pietru kien ix-xbieha tal-istess Knisja kollha u waħda. U biex tkunu tafu li l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet ħadithom il-Knisja, isimgħu x’qal il-Mulej banda oħra lill-Appostli kollha tiegħu: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. ” U minnufih żied jgħidilhom: “Id-dnubiet ta’ dawk li taħfru jkunu maħfura, u d-dnubiet ta’ dawk li żżommu jkunu miżmuma. ”
ANNIVERSARJI
Il-Qari tal-Quddiesa tal-Jum huwa dan: 1. L-Atti tal-Appostli, Kapitlu 12, Versi 1 – 12; meta l-Anġlu ħeles lil San Pietru mill-ħabs. 2. Silta mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju, Kapitlu 4, Versi 6 – 8, 17, 18. 3. Silta mill-Evanġelju skont San Mattew, Kapitlu 16, Versi 13 – 19; li jirrakkonta l-Primat tal-Appostlu Missierna San Pietru.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
167
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
L-Istatwa ta’ Fatima tal-Parroċċa tagħna u l-Festi Speċjali tal-1949 Fl-okkażjoni tal-Mitt Sena mid-Dehriet tal-Madonna ta’ Fatima Il-Perit Michael Schembri
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Din is-sena qed infakkru l-ewwel ċentinarju tad-dehriet talMadonna ġewwa Fatima, fil-Portugall. Xieraq għalhekk nagħtu ħarsa fuq il-konnessjoni u devozzjoni fil-parroċċa tagħna, lejn ilMadonna li ġġib dan it-titlu. Fost in-niċeċ li jżejnu t-toroq tar-raħal, konna nsibu tnejn iddedikati lill-Madonna ta’ Fatima. Waħda għadha tinsab fuq dar li qiegħda fil-parti ta’ fuq ta’ Triq tal-Ġebel fl-inħawi magħrufa Ta’ Salvun, qrib Ħal Far. Niċċa oħra, żgħira fid-daqs, kienet fil-faċċata tad-dar fejn kien joqgħod is-Sur Anġ fi Triq San Patrizju. Din inniċċa m’għadhiex teżisti minħabba li d-dar imsemmija twaqqgħet ftit ilu u minflokha ttella’ bini ġdid. Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kienet inġiebet statwa tal-Madonna ta’ Fatima mill-Portugall u li bdiet iddur il-parroċċi kollha ta’ Malta. Wara li l-istatwa kienet tħalli l-parroċċa biex tmur f’oħra, ħafna mill-knejjes tħajru jordnaw għalihom statwa bħalha. Hekk ukoll ġara f’Birżebbuġa. Il-miġja tal-Madonna ta’ Fatima f’Birżebbuġa kienet mit-Tnejn 4 t’ April 1949 sal-Ħadd ta’ wara, 10 t’ April. Dik is-sena kien Ħadd il-Palm peress li l-Għid il-Kbir kien ġie fis-17 t’ April.
PIROTEKNIKA
Kemm-il darba dehru ritratti tal-attivitajiet li saru tul din il-miġja. Fost dawn hemm wieħed li juri l-Madonna armata taħt mant jew pavaljun, fir-rokna tal-pilastru maġġur fejn illum hemm is-sedja taċċelebrant. Il-Madonna tidher imżejna bil-bukketti forma ta’ lembut jew kampnar, kif konna mdorrijin naraw fil-festi titulari. Ir-ritratt juri l-knisja kif kienet dak iż-żmien, jiġifieri bl-artal il-qadim f’post aktar ’il ġewwa minn fejn qiegħed l-artal illum. Hemm ukoll il-pulptu, issiġġijiet u n-nisa bl-għonnella. Dettall żgħir jikkonferma ż-żmien liturġiku ta’ meta seħħet dik ilġrajja. Bħalma għedna qabel, dik il-ġimgħa kienet dik bejn il-5 Ħadd tar-Randan u Ħadd il-Palm. Sal-1969, minn Ħadd Lażżru jew Ħadd il-Passjoni (kif kienu jħobbu jirreferu għall-5es Ħadd tar-Randan) salGlorja ta’ Sibt il-Għid filgħodu, kienu jitgħattew is-slaleb, il-kwadri, in-niċeċ u t-twieqi tal-knisja. Ix-xbihat kienu jitgħattew bi drapp vjola waqt li t-twieqi t’isfel kienu jitgħattew bl-għammad iswed. Ittwieqi tal-koppla kienu jgħattuhom minn barra bil-kartun tal-kaxxi. Semmejt dan kollu għax ir-ritratt juri li kemm is-salib f’nofs l-artal bejn il-gandlieri kif ukoll il-kwadru li kien hemm bħala titulari fil-kor, it-tnejn li huma mgħottijin. Xi ritratti oħra juru xi wħud mill-pellegrinaġġi li saru kif ukoll l-attività li saret għall-morda fuq iz-zuntier tal-ġenb fi Triq il-Kurat Fenech. Ħa mmorru issa lura fiż-żmien u nagħtu issa ħarsa lejn ilprogramm ta’ kif kienu jiċċelebraw il-festi f’dawk iż-żminijiet. Illum imdorrijin bil-konċelebrazzjonijiet fil-quddiesa ta’ filgħaxija iżda dak iż-żmien il-quddies kien isir filgħodu biss u jqaddes saċerdot
SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
Ritratt tas-sena 1949 meta nġiebet il-Madonna ta’ Fatima f’Birżebbuġa. Barra l-Madonna ta’ Fatima, ir-ritratt juri l-knisja kif kienet dak iż-żmien, blartal il-qadim f’post aktar ’il ġewwa minn fejn qiegħed l-artal illum. Innutaw il-pulptu, is-siġġijiet partikolari, in-nisa bl-għonnella u anke qisu jidher li l-irġiel qegħdin fuq naħa u n-nisa fuq naħ’oħra. Dettall żgħir jikkonferma ż-żmien. Dik il-ġimgħa kienet bejn il-5 Ħadd tar-Randan u Ħadd il-Palm. Sal-1969, minn Ħadd Lażżru jew Ħadd il-Passjoni (kif kienu jħobbu jirreferu għall-5es Ħadd tar-Randan) sal-Glorja ta’ Sibt il-Għid filgħodu, kienu jitgħattew is-slaleb, il-kwadri, in-niċeċ u t-twieqi tal-knisja. Ix-xbihat kienu jitgħattew bi drapp vjola waqt li t-twieqi t’isfel kienu jitgħattew bl-għammad iswed. It-twieqi tal-koppla kienu jgħattuhom minn barra bil-kartun tal-kaxxi. Semmejt dan kollu għax ir-ritratt juri li kemm is-salib f’nofs l-artal bejn il-gandlieri kif ukoll il-kwadru li kien hemm bħala titulari fil-kor, it-tnejn li huma qegħdin mgħottijin.
BIRŻEBBUĠA 168
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
•
•
ANNIVERSARJI Dan ir-ritratt tidher il-purċissjoni bil-Madonna ta’ Fatima riesqa lejn il-Knisja Parrokkjali. X’aktarx li din il-purċissjoni kienet organizzata millmembri tal-M.U.S.E.U.M. Fl-isfond fil-kantuniera jidher il-ħanut tal-inbid li kien ta’ ċerta waħda magħrufa bħala Ġanna n-Naqqa.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
169
BIRŻEBBUĠA
Nixtieq naqsam magħkom dawn l-osservazzjonijiet li nnotajt f’dan il-programm: • Xi ritratti juru li r-reffiegħa tal-istatwa ma kinux il-fratelli iżda s-saċerdoti tal-parroċċa fosthom il-Kappillan. F’parroċċi oħra, speċjalment f’Għawdex, għadek tara saċerdoti jerfgħu xi korp sant jew xi urna bil-fdalijiet ta’ xi qaddis, waqt purċissjoni jew transulazzjoni. • Għal dawk il-ġranet saret mixgħela tat-toroq. Interessanti li l-programm kien joqgħod jindika f’liema ġranet issir. • Ċert li l-intenzjonijiet ġenerali li għalihom kien se jsir it-talb, huma wisq aktar meħtieġa llum milli dakinhar. Laqtitni l-aktar dik tal-Ġimgħa. Illum għal kull xejn, ingergru meta l-knisja titkellem fuq affarijiet li jolqtu l-ħajja nisranija. Oħrajn idejquhom il-ħsejjes tal-qniepen, il-murtali tal-festa u l-loudspeakers tal-purċissjoni u jgħidulek li rridu nibżgħu għall-ambjent billi ma naħlux art biex nibnu ċentri reliġjużi. L-istess nies ma jirraġunawx l-istess jekk il-ħsejjes jew l-użu tal-art ikunu għal xi skop ieħor. • L-ismijiet tat-toroq kienu magħrufa bl-Ingliż. Jissemmew bilMalti x-xatt ta’ San Ġorġ u x-xatt ta’ Birżebbuġa. Illum inqisu x-Xatt ta’ San Ġorġ għan-naħa tal-bidu tal-Qajjenza mal-baħar
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
•
EDITORJAL
•
SOĊJETÀ
•
SEZZJONIJIET
•
minn ħdejn il-kappelli sal-Batterija Ferretti. Iżda hawn qed jirreferi għat-telgħa minn fejn il-ġnien sa Triq Santa Katarina jiġifieri Triq San Ġorġ. Ix-xatt ta’ Birżebbuġa huwa Pretty Bay – probabbli l-parti fejn kien joqgħod Dun Rikard. Il-purċissjoni ma kinetx toħroġ minn St Michael Str għax-Xatt billi ddur minn St. Paul Str. iżda kienet tibqa’ nieżla minn Triq il-Gżira sal-batterija fit-tarf tal-istess triq fejn il-pont tax-Shell, iddur minn Dawret il-Qalb Imqaddsa u tkompli max-Xatt. Ir-raddiena li sa ftit ilu kien hemm fit-tarf ta’ Triq iż-Żurrieq tissejjaħ aħjar bħala s-sienja. Is-slides kienu l-unika għajnuna viżiva użata dak iż-żmien waqt xi lezzjoni. Kien għadu kemm infetaħ iċ-ċinema tal-Lido iżda t-televixin kien għadu ’l bogħod minn xtutna. Niftakar kemm konna nieħdu pjaċir kull meta ninzertaw xi lezzjoni bis-slides, fl-iskola jew fil-MUSEUM. Sar talb għall-vokazzjonijiet meta kien hawn saċerdoti kemm trid. Illum ma tantx jidher li għandna prospetti sbieħ f’dan ilqasam speċjalment jekk tqis li sa għaxar snin oħra mhu se jkollna ebda ordinazzjoni ġdida mill-parroċċa tagħna. Ma tissemma’ l-ebda attività marbuta mar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Probabbli li l-eżerċizzji kienu lesti minn qabel. Iżda laqatni l-fatt li ma tissemma’ xejn dwar il-festa popolari tadDuluri. Jagħtini x’nifhem li kienet issir il-festa fit-3et Ħadd ta’ Settembru iżda ma kinitx issir it-tifkira l-oħra tagħha fl-aħħar Ġimgħa qabel Ħadd il-Palm. U flok tberik taż-żebbuġ u qari talPassjoni, Ħadd il-Palm inbidel f’jum ta’ festa solenni bis-sehem tal-ogħla uffiċċjal fil-Kumitat Ċentrali tal-Madonna ta’ Fatima. Attività li ħalliet impatt kbir kienet dik li għaliha nġiebu l-morda, bħalma għadu jsir fil-Ġimgħa l-Kbira u qrib il-Festa Titulari. Filprogramm jidher li saret il-Ħadd filgħodu quddiem il-Knisja. Ir-ritratti li ttieħdu juru li din ma saritx proprju fuq iz-zuntier ta’ quddiem iżda maġenb is-sagrestija.
BANDA MUŻIKALI
waħdu, kultant assistit minn ministri oħra bħalma huma d-djakni. Filgħaxija kien jingħad ir-rużarju u tingħata l-barka sagramentali. Nhar ta’ Ħadd filgħaxija kien isir l-Għasar jew talb ieħor tal-Liturġija tal-Knisja u kienet issir l-ispjega tal-Vanġelu jew xi prietka. F’xi festi kien ikun hemm il-purċissjoni jew pellegrinaġġ – dik ta’ Corpus Christi kif ukoll purċissjonijiet żgħar madwar jew fil-knisja, bħalma kienu tat-terza u tar-rogazzjonijiet, kienu jsiru filgħodu. Qed nipproduċi kopja eżatt tal-programm taċ-ċelebrazzjonijiet kif dehret fuq fuljett li kien tqassam dakinhar:
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
201708 Angel Summer Gifts 2017 A4.indd 1
Colours & Models May Vary. Until Stocks Last
WITH EVERY ANGEL SUMMER HAIR RELAX SUIT WITH ARGAN OIL AVAILABLE FROM ALL LEADING HAIR SALONS
SUMMER GIFTS
FREE
04/05/2017 12:41
Trade Enquiries: Extremes Trading, Triq it-Taghlim, Fgura - Tel: 2166 0795 E-mail: info@salonuser.com - Website: www.salonuser.com
Il-Barman John Muscat u l-familja tiegħu jixtiequ jawguraw lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa l-Festa t-Tajba
BAR NOVANTA
Javżaw li huma jilqgħu lil kulħadd għal drinks ġenwini u appetizers mill-aqwa.
Julian, Tina and the Staff of Bar Nineteen Ninety would like to wish everyone a very good feast and Welcome you all to our permanent home at Misrah il-Knisja. Bar Nineteen Ninety will be open from 9am every day during the feast period and will have 3 bars running, 2 inside and one outside on the Church Square. During the Feast together with the Socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D.1990 we have some great events on as well as our very own Vince playing most nights in the outside space. Find us on Facebook at Http://www.facebook.com/bar1990malta/ Where you can check out the Events Section and subscribe to not miss out on the live music, Karaoke and much more. There is a large selection of wines from around the world and a fantastic selection of Maltese wines together with some great Cheese, Meat and Maltese Platters. So for a great family atmosphere during the Feast with a fantastic outside space overlooking the Church Square come and see us all at Bar Nineteen Ninety.
Upstairs Space with Separate Bar available for Private functions just call on 79792202.
GENUINE CHEAP DRINKS, CAFFREYS AND HEINEKEN ON DRAUGHT, FREE APPETIZERS, LIVE SPORT ON 3 TV’S AND LIVE ENTERTAINMENT WEEKLY
Have a Superb Festa San Pietru
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Intant il-festi għaddew u l-istatwa kompliet iddur il-parroċċi ta’ Malta sakemm fl-aħħar sabet postha fil-Knisja ta’ Sta Katarina talBerġa tal-Italja fil-Belt Valletta. Illum l-istatwa jgħidu li tinsab fid-Dar tal-Kleru fi Fleur de Lys. U bħalma għamlu rħula oħra, il-Parroċċa ġabet statwa, maħduma mill-ġibs, tal-Madonna ta’ Fatima li llum tinżamm finniċċa li tinsab fil-kappellun tal-Kurċifiss. L-indulġenza li għal bosta snin kienet mal-istatwa, kellha d-data 1951. Tagħrif miktub dwarha ma jidhirx li hawn, ħlief dak li nkiteb wara u bbażat fuq dak li jiftakru l-anzjani. L-istil tagħha juri li hija xogħol Taljan jew Franċiż iżda żgur li mhux xogħol lokali. Jien kont smajt li l-kuruna ta’ fuq ras ilMadonna kienet tħallset minn waħda Bormliża, Ċettina Darmanin, u nħadmet għand l-arġentier Cassar mill-istess belt Cospicua. Aktar tard kien hemm xi nies li tawha labar tal-fidda u kuruni tarrużarju b’devozzjoni jew bħala ringrazzjament. Intant, fis-snin ta’ wara bdew isiru pellegrinaġġi Marjani b’din l-istatwa kif ukoll b’oħra li tinsab fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika. Jien niftakar isir il-pellegrinaġġ mill-kappella tad-Duluri fl-aħħar jum ta’ Mejju sal-1977. Mis-sena ta’ wara ma baqax jingħata permess għal purċissjonijiet fil-jiem tax-xogħol ħlief għall-festa tad-Duluri. Iżda mbagħad, madwar l-1984, il-pellegrinaġġ reġa’ beda jsir miċĊentru Ragħaj it-Tajjeb lejn il-Kappella ta’ Bengħisa. Issa l-istatwa tal-Madonna bdiet titpoġġa fuq karozza. Fl-1988 biss, is-sena tat-tifkira tal-75 Anniversarju tal-Parroċċa, il-pellegrinaġġ sar millKappella ta’ San Ġorġ sal-Knisja Parrokkjali. Mis-sena 2000 ’il hawn, il-pellegrinaġġ beda jitlaq minn fejn iċ-Ċentru tal-Freeport u wara li jintemm kollox, inkluż il-quddiesa fil-Kappella ta’ Bengħisa, issir attività soċjali. Sadattant, bdiet issir attività simili għat-tfal, li għaliha tintuża l-istatwa l-oħra tal-Madonna ta’ Lourdes, minħabba li din tal-aħħar hija eħfef mill-oħra. Dawn ilpellegrinaġġi, jgħaddu minn trejqa dejqa qalb l-għelieqi u l-irziezet. F’post partikulari, kien ikun hemm siġra li l-friegħi tagħha qabżu
ċ-ċint għat-triq. Kemm-il darba nzerta, li l-kuruna fuq ras il-Madonna, weħlet ma’ xi fergħa u tgħawġet xi ftit. Illum is-siġra nżabret sew u m’għadhiex toħroġ fuq it-triq. U mill-banda l-oħra, l-istatwa talMadonna ta’ Lourdes qed tintuża għaż-żewġ ċelebrazzjonijiet u la jkollha stillarju u lanqas kuruna fuq rasha. Matul ix-xahar kollu ta’ Mejju, ix-xbiha tal-Madonna tintrama filknisja. Sal-1980 kienet titpoġġa fid-daħla tal-bieb tal-ġenb tan-naħa tal-MUSEUM tal-bniet. Meta mbagħad saru l-antiporti, l-istatwa bdiet titpoġġa mal-pilastru maġġur ta’ fejn jitpoġġa l-istandard l-abjad tal-Fratellanza tar-Rużarju. F’okkażjonijiet speċjali, bħalma kienet il-bidu tas-sena Marjana (1989) l-istatwa tpoġġiet ukoll fuq il-kredenzina fuq il-presbiterju. Mill-1987 bdiet titpoġġa taħt mant żgħir li jintuża wkoll għall-Madonna ta’ Lourdes. Dan il-mant sar flok il-mant il-kbir li kien tħallas minn Kola s-Sinċier u li bi ftehim miegħu kienet saret talba biex ’il quddiem jibda jintuża għall-Madonna tarRużarju. Din it-talba ntlaqgħet u saret realtà tliet snin wara għallfesta tar-Rużarju tal-1990.
PIROTEKNIKA
L-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li għandha l-parroċċa llum. Matul din issena din ġiet restawrata mill-artist Joseph Caruana li huwa wkoll membru attiv ħafna mas-Soċjetà tagħna.
SAN PIETRU APP.
Il-Pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li sar fit-2 ta’ Mejju 1948 f’Birżebbuġa. Dakinhar saret quddies maġenb il-knisja n-naħa talkampnar. Ma kinitx l-istess statwa li għandna llum fil-Parroċċa. Dik saret wara.
Iż-żmien ukoll ħalla impatt fuq din l-istatwa ħelwa tal-Madonna ta’ Fatima. Benefattur kien ilu żmien jistaqsi biex niżbgħuha. Sa fl-aħħar wasal il-waqt li l-istatwa tittieħed għand l-artist Joseph Caruana (tal-Istained Glass) li joqgħod Birżebbuġa sabiex setgħet tkun rinnovata kif jixraq għal din is-sena ċentinarja tad-dehriet.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
All Seasons Toys/Clothes & more 172
.. . . Facc ata tal-Knisja Birzebbug a Tel: 7765 0362
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Messaġġ mis-Sindku
PROGRAMM
Prosit Kbira lil Dawk li Jaħdmu Għall-Festa Joe Cutajar
SAN PIETRU APP.
Opening Hours: Tuesday to Friday: 9.00am to 6.00pm, Saturday: 9.00am to 2.00pm Wednesday till 2.00pm
PIROTEKNIKA
7, Profs. Anton Tabone Street, BirΩebbu©a – Tel: 21651118
hairstyles
Is-Soċjetà tirringrazzja lill-Kunsill tad-diversi inizjattivi favur il-Kultura fir-raħal tagħna. Din is-sena wara ħafna snin kellna l-okkażjoni li niċċelebraw flimkien il-Karnival fir-raħal tagħna. Kienet inizjattiva li rnexxiet. Il-Banda tas-Soċjetà tagħna ħadet sehem bid-daqq ta’ marċi brijużi flimkien mal-banda l-oħra. Attivitajiet bħal dawn iressqu aktar lin-nies ta’ Birżebbuġa flimkien. Is-Soċjetà tagħna hija favur ħafna dawn l-inizjattivi kulturali.
BANDA MUŻIKALI
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
EDITORJAL
Għeżież, Resqin jew aħjar waslet il-festa tal-patrun tal-lokal tagħna San Pietru u bħala Sindku ta’ Birżebbuġa obbligat li fost dmirijiet oħra naqdi dan id-dmir pubbliku billi nwassal il-messaġġ tiegħi ta’ din is-sena. Bħala komunità sħiħa ppreparajna għall-festa f’kull aspett però fl-istess waqt jew aħjar minn perjodu ferm itwal, sezzjoni mill-istess komunità ppreparat aktar u ħadmet aktar biex il-festa tkun suċċess. Qed nirreferi għal dawk it-talin li jaħdmu fil-knisja, fil-każini tal-baned, fl-armar tat-toroq, fillogħob tan-nar kemm tal-art u tal-ajru u fl-aħħar iżda mhux l-inqas għall-kappillan. Li jkun imiss minnaħa tagħna bħala residenti hu li filwaqt li napprezzaw dak ix-xogħol u dawk is-sagrifiċċji, għandna nagħmlu minn kollox biex kollox imur sew għax ngħiduha kif inhi x’jiswew ix-xogħol u s-sagrifiċċji jekk mhux kollox imur sew? Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom kif ukoll lil dawk li se jkomplu jagħtu sehemhom kemm waqt il-festa kif ukoll wara l-festa. Filwaqt li nawgura l-Festa t-Tajba lir-residenti kollha, nixtiqielkom is-sliem.
ANNIVERSARJI
Opening Hours Mon: Closed Tues - Sat: 9.00am till 7.00pm Wed: till 1.00pm
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
Specialising in Hair Extensions Tel: 2701 9299 173
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Id-Dimostrazzjoni fuq il-Baħar, din is-sena ser issir nhar il-Ħamis 3 ta’ Awwissu 2017 li ser tibda fil-5.00pm b’Pellegrinaġġ fuq l-Art u l-Baħar. Nistednukom tieħdu sehem fil-carcade u bid-dgħajjes tagħkom fuq il-baħar.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 174
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Triq il-Qaliet, Marsascala
ANNIVERSARJI
Opening Hours Mon – closed Tues – Fri: from 9.00am – 6.00pm
BIRŻEBBUĠA
Sat – From 8.00am – 5.00pm Contact: Alexia 2720 0204 176
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Il-Kumitat . tal-Partit Laburista Birżebbuga jawgura l-Festa t-Tajba . lill-Poplu kollu ta’ Birżebbuga
SOĊJETÀ
Patone 485C
SEZZJONIJIET
Pantone Cool Gray 11C
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Grazzi ta’ kollox
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
177
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
‘Toni ż-Żebra’, issa għandu wiċċ! Josef Schembri
EDITORJAL SOĊJETÀ
Naħseb tiftakru kif is-sena li għaddiet, bis-saħħa tas-Sur John E. Grech konna tajna tagħrif interessanti fuq persuni distinti u sinjuri li kienu jgħixu f’Birżebbuġa speċjalment fil-jiem tas-Sajf. Wieħed minn dawn kien is-Sur Antonio Scicluna, sinjurun kbir. Tiftakruh? Kienu jsibuh bħala Toni ż-Żebra. Tistgħu tobsru, Żebra Street hija msemmija għalih u hemm raġuni għala. Ħafna mill-bini ta’ din it-triq kien kollu tiegħu. Konna għednilkom li fuq l-aħħar proprjetà li kellu, kien poġġa żebra tal-ġebel bħal qisha qed tittawwal fit-triq. Sa ftit snin ilu kulħadd kien jieħu pjaċir iħares lejha. Naħseb huwa leġittimu li nsaqsu x’sar minnha din l-iskultura wara li l-bini tkabbar u alla jbierek din iż-żebra antika maħduma fil-ġebla Maltija ‘ħarbet’ u ma reġgħetx dehret! Din ma reġgħetx tpoġġiet fil-post fejn kienet qabel biex titgawda. Wieħed xi kultant jistaqsi fejn huma l-awtoritajiet? Hekk qed nitilfuhom it-tifkiriet u l-landmarks fir-raħal tagħna?
SEZZJONIJIET
kif nista’ ndaħħal dan ir-ritratt u nagħti ftit tagħrif ukoll. L-istorja tarraħal tagħna hija magħmula wkoll minn dan il-frak żgħir ta’ tifkiriet imma ugwalment importanti. Meta mort għandu tani cutting żgħir ħafna ħafna, imma r-ritratt xorta jingħaraf sew. Maġenb ir-ritratt hemm id-data tal-mewt tiegħu, 4 ta’ Lulju 1960 u messaġġ: qatt minsi min-neputijiet, qraba u ħbieb. Tistgħu timmaġinaw ħbieb tiegħi, wara distanza ta’ 57 sena, anke l-iktar qrabatu mbiegħda għadhom jiftakru fih u jġibulu rispett, xi ħaġa li turi kemm kien importanti u influwenti dan il-bniedem. Insibu li dan Toni ż-Żebra, cioè s-Sur Antonio Zebra Scicluna kien sinjurun kbir u jingħad li żżewweġ 4 darbiet. Zebra Street kienet nofsha tiegħu. Il-mezzanini li fl-antik kont issib fuq in-naħa fejn illum hemm is-Seabreeze hotel kienu kollha tiegħu. Konna għedna li l-aħħar dar li kellu kien iżommha bħala maħżen għall-bċejjeċ tal-baħar tiegħu u fuq dan il-maħżen kien poġġa dik il-famuża żebra tal-ġebel, li ħadd ma jaf fejn spiċċat! La semmejna s-Seabreeze Hotel, għandkom tkun tafu wkoll, li qabel dan, kien hemm hotel ieħor antik bl-isem ‘City of London Hotel’. Fl-1928, il-gvern avviċina lis-Sur Antonio Zebra Scicluna biex jikrilu dan il-hotel għal 45 sena ħalli jkun
BANDA MUŻIKALI
Tifkira ta’ Antonio Scicluna, jew Toni ż-‘Żebra’ li dehret riċentament fil-Ġurnal Leħen is-Sewwa wara 58 sena minn mewtu. Dan il-cutting ġie mgħoddi lilna mis-Sur John E. Grech. Nirringrazzjawh ħafna.
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Mela isimgħu din. Din is-sena kont diġà bdejt nitkellem ma’ Mr. Grech u kien qed jagħtini bosta intervisti interessanti. Kont diġà bdejt nikteb it-tifkiriet tiegħu, imma fil-5 ta’ Lulju 2017, wara nofsinhar ċempilli u qalli li waqt li kien qiegħed iqalleb f’Leħen isSewwa ta’ dik il-ġimgħa stess, ġie wiċċ’imb’wiċċ ma’ ritratt ta’ Toni ż-Żebra. John qalli: ‘Jo, kif rajtu mill-ewwel għaraftu, u s-sabiħa hi li ma kienx hemm miktub il-laqam u l-kunjom tiegħu ‘Żebra’, jiġifieri żgur li mhux kulħadd għarfu, imma jien iva ta’, jien għaraftu millewwel.’ Allura filgħaxija mort għandu għax xtaq jgħaddihuli biex inkun nista’ naqsmu magħkom. Ritratt ta’ Toni ż-Żebra naħseb li ftit hawn min għandu. Għamiltha punt li issa nagħmel sforz u nara
Ir-residenza ta’ Toni ż-Żibra, fil-kantuniera fejn illum hemm is-Seeds Take Away. Toni ż-Żebra wara kien biegħha lil Ġorġ Schembri jew Ġorġ ‘Farfar’. Dan Ġorġ ‘farfar’ kien is-sid tal-Lido Hall li fih kien isir iċ-Ċinema.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Iż-Żebra tal-ġebel li qabel kont tara f’Zebra Street. X’sar minnha? Kif skultura antika fil-ġebla Maltija kellha titneħħa hekk, iktar u iktar meta t-triq ġiet imsemmija appuntu għaliha u għal min għamilha?
178
Nirringrazzjaw ħafna lis-Sur John E. Grech tal-informazzjoni li għaddilna. Fir-ritratt qed naraw is-Sur John E. Grech jiġi ppremjat mis-Soċjetà tagħna tal-parteċipazzjoni tiegħu fid-dokumentarju ‘Il-Malti f’Birżebbuġa’ li sar is-Sajf li għadda u ġie inawgurat fi Frar waqt il-Programm ‘MillBandisti Għall-Membri’. Anke din il-premjazzjoni saret waqt l-istess programm.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
SEZZJONIJIET
Ġentilment nitolbu lill-Pubbliku u lill-ammiraturi tas-Soċjetà biex kull min għandu xi ritratti jew filmati antiki tas-Soċjetà jew ta’ Birżebbuġa, jagħmilhom available għas-Soċjetà sabiex inkunu nistgħu naqsmuhom ma’ ħaddieħor. Nagħtu kreditu lill-Proprjetarju u nirritornaw lura l-materjal minnufih.
EDITORJAL
Hall. Jingħad ukoll li l-kappillan Dun Anġ Fenech, ried iniedi proġett ta’ qniepen ġodda għall-knisja l-ġdida, liema proġett però aktar tard ġie abbandunat. Toni ż-‘Żebra’ kien minn tal-ewwel li mar jagħti lil Dun Anġ Fenech Lm100 għal dan il-proġett. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lis-Sur John E Grech tattagħrif li jaqsam magħna u tal-entużjażmu tiegħu. Huwa ta’ pjaċir kbir u ta’ sodisfazzjon għalija li nitraskrivi l-informazzjoni li jgħaddili u nitrażmetti dan l-interess u l-entużjażmu lilkom innies ta’ Birżebbuġa. Naf li hawn ħafna nies li jsibu dan it-tagħrif interessanti. F’ismi u f’isem is-Soċjetà nirringrazzja lis-Sur John E. Grech tat-tagħrif interessanti li jaqsam magħna.
SOĊJETÀ
jista’ jużah bħala skola ġdida f’Birżebbuġa. L-iskola li kien hemm qabel kienet saret żgħira wisq. Il-kuntratt sar man-nutar tal-Gvern Kalċidon Gatt u fis-26 ta’ Ġunju 1928, bdiet tintuża uffiċċjalment mill-gvern. Maż-żmien din l-iskola saret magħrufa man-nies ta’ Birżebbuġa bħala l-‘iskola ta’ ħdejn il-baħar’. Kont għedtilkom ukoll li fil-kantuniera l-oħra ta’ maġenb din l-iskola jiġifieri fil-kantuniera l-oħra ta’ Żebra Street li tmiss max-xatt, fejn illum hemm is-Seeds Take Away, hemmhekk kienet ir-residenza privata ta’ Toni ż-Żebra. Kienet dar kbira, li fiha ż-Żebra kien iżomm anke żwiemel. Aktar tard però t-Toni ż-Żebra kien biegħha lil George Schembri jew kif konna nafuh ‘Ġorġ Farfar’ għax mir-razza ‘Ta’ Farfar’. Ġorġ Schembri ‘Ta’ Farfar’ kien l-istess wieħed li kellu ċ-Ċinema tal-Lido
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Birżebbuġa Road, Birżebbuġa Tel: 2165 3216 • Mob: 7965 3216
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
179
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
MANUEL GARAGE
EDITORJAL SOĊJETÀ
Panel Beating Spray Painting Towing Service
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Żejtun Road, Birżebbuġa Tel: 2166 0167 - Mob: 9947 3095 Email: luckir@maltanet.net
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA 180
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
HMS Breaconshire fil-Port il-Kbir.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
181
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Mill-Kunvent ta’ Sant’Agata fir-Rabat għal fuq il-Bastiment HMS Breaconshire fix-Xatt ta’ Parlatorio fl-Isla. Il-vjaġġ beda l-Ġimgħa 13 ta’ Frar 1942 wara nofsinhar. Filgħodu ngħataw il-permess li jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li l-kappillan tal-kamp tal-konċentrament iċċelebra quddiesa. Ilqraba u l-ħbieb tal-internati kienu għal ħin twil spiċċaw jinsulentaw lill-uffiċċjali għal dan il-pass li ttieħed. Fost dawn kien hemm ilkmandant tal-Kamp il-Maġġur Walter Bonello u l-ajjutant tiegħu, issur J. N. Nunns. Il-pulizija bdiet il-ħin kollu tipprova żżomm il-kalma. Dakinhar fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex sar talb għallbżonnijiet tal-internati. Qabel telqu mill-Kunvent ta’ Sant’Agata l-internati ġew infurmati li kienu se jittieħdu l-Afrika. L-ewwel parti tal-vjaġġ kienet se ssir permess tal-bastiment H. M. S. Breaconshire li kien vapur tal-merkanzija armata. Kull internat ġie mitlub li jiffirma dokument li kien jgħid li huma se jaqsmu lejn l-Eġittu. Huma ntalbu biex jagħtu l-kelma tagħhom biex matul ilvjaġġ ma jagħmlu xejn la biex jipperikolaw il-vapur; la jweġġgħu lil xi ħadd minn fuq il-vapur; la jagħmlu ebda sinjal jew inkella juru xi dawl bil-lejl; u finalment ma jippruvawx jaħarbu. Dan id-dokument kien jispjega s-setgħa li l-liġi kienet tagħti lill-Gvernatur, liema liġi fil-Qorti ġiet wara ddikjarata nulla! Bażikament, f’dan id-dokument li kellhom jiffirmaw l-internati kien hemm spjegat li l-Gvernatur William Dobbie kien qed jordna li dawn il-persuni kollha msemmija biex jitneħħew minn Malta u jintbagħtu l-Uganda. Din l-ordni kienet iġġib id-data tal-ġurnata ta’ qabel. Malli waslu fix-xatt ta’ Parlatorio fl-Isla, nhar it-13 ta’ Frar 1942, jingħad li kienet ġurnata oħra fejn il-ħbit mill-ajru ma qata’ xejn. Skont ir-rapport tal-ARP bejn id-9:30am u s-1:30am tal-għada 14 ta’ Frar, b’kollox kien hemm disa’ twissijiet ta’ ħbit mill-ajru. Sitta minn dawn seħħew minn xħin l-internati ħallew Sant’Agata sakemm kienu diġa fuq il-bahar lejn l-Eġittu. Il-vjaġġ kollu, sakemm waslu l-Uganda f’Mejju 1942 kien wieħed skabruż ħafna, tant li matul il-vjaġġ kien hemm xi wħud mill-internati li mardu u ttieħdu anki l-isptar. Sir Arturo Mercieca, fid-djarju tiegħu jikteb li l-vapur kien għadu fil-port ta’ Malta meta sar attakk aħrax fuqu. Waqt li huma kienu fl-istiva, kienu jistgħu jisimgħu l-ibbumbardjar tal-kanuni. Kien biss għall-ħabta tas-7. 00pm li seta’ jsalpa baxx baxx ’il barra mill-Port il-Kbir. Huwa jkompli jgħid li l-Breaconshire beda jqarreb lejn id-
PIROTEKNIKA
Jiġu eżiljati lejn il-vjaġġ beda propju mill-Kunvent ta’ Sant’Agata fit-13 ta’ Frar 1942, minn fejn tgħabbew fuq numru ta’ karrozzi tal-linja mgħassa sewwa minn kontinġent ta’ pulizija u ttieħdu lejn ix-xatt tal-Belt fejn kien hemm il-vapur tal-merkanzija, l-HMS Breaconshire jistenna biex jitgħabbew fuqu. Il-vjaġġ li l-internati ġew imġiegħla jagħmlu biex ikunu deportati kien wieħed perikoluż, twil u mimli ansjetà sakemm waslu fiddestinazzjoni aħħarija jiġifieri l-Uganda. Dawn kellhom iqattgħu diversi ġranet f’numru ta’ pajjiżi differenti jistennew l-ordnijiet biex ikunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ. Dan kien vjaġġ ta’ eluf ta’ kilometri, parti minnu fuq il-baħar ġo stiva ta’ vapur armat għall-gwerra; fuq trakkijiet tal-militar; fuq ferrovija li qasmet id-deżert; fuq branek li kienu miġbuda matul il-kanali tal-ilma u tax-xmajjar. Tista’ tgħid li kien vjaġġ li kien fih minn kollox.
SAN PIETRU APP.
It-Tieni Gwerra u l-Internati Malli faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, minkejja li Malta ma daħlitx fil-gwerra mill-ewwel, 79 individwu barrani minn diversi partijiet tal-Ewropa ġew internati fit-3 ta’ Settembru tal-1939. Ma’ dawn kien hemm wieħed Malti li kellu ċittadinanza Ġermaniża. Imbagħad kien proprju lejn nofs Mejju tas-sena ta’ wara, meta l-Italja daħlet fil-gwerra u numru konsiderevoli ta’ Maltin spiċċaw internati b’xi wħud minnhom aktar ’il quddiem anki eżiljati barra minn Malta fejn intbagħtu l-Uganda illegalment. B’kollox kien hemm xejn inqas minn 89 Malti, li spiċċaw internati. Barra dawn kien hemm ukoll 21 mara barranija li kienu jaħdmu hawn Malta. Ta’ min jgħid li għerixen ta’ Taljani li kienu hawn Malta kienu nġabru kollha u ntbagħtu lura lejn pajjiżhom. Għall-ewwel l-internati rġiel kienu jinżammu kollha fil-fortizza tas-Salvatur fil-Kottonera, filwaqt li l-barranin kienu fil-ħabs militari ta’ Kordin li dak iż-żmien ma kienx qed jintuża. Minhabba l-attakki kontinwi fuq il-port, u anki minħabba l-ħsara li saret, il-fortizza tasSalvatur, wara ftit ġranet, l-internati tmexxew għall-ħabs ċivili ta’ Raħal Ġdid. Din id-deċiżjoni kienet tikser il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-priġunieri tal-Gwerra u l-internati. Wara protesti millinternati, il-biċċa l-kbira tagħhom spiċċaw fil-kunvent ta’ Sant’Agata tar-Rabat, u għal ħinijiet twal kienu jkunu fil-katakombi Ruman li hemm viċin dan il-kunvent sabiex jistkennu mill-bombi tal-għadu. Forst l-internati nafu li kien hemm individwi minn kull klassi tal-ħajja, fosthom kien hemm Prim Imħallef; Ex-Prim Ministru; professuri tal-Università; ġurnalisti; saċerdoti; ħaddiema tat-tarzna u individwi oħra. Aktar min-nofs dawn l-internati ġew meħlusa wara li deheru quddiem kummissjoni apposta li investigat il-każ tagħhom imma xorta kienu tpoġġew taħt ċerta kundizzjonijiet. Ilkumplament inżammu kollha fl-internament sakemm proprju fl-10 ta’ Frar tal-1942, ġew eżiljati lejn l-Uganda fejn tħallew sakemm ġiet fi tmiemha l-gwerra. Meta tħabbar l-eżilju ta’ dawn it-43 Malti, l-avukati tagħhom ippreżentaw kawża l-Qorti, liema kawża huma rebħu. Il-Gvern Kolonjali minflok m’appella din is-sentenza pprefera jgħaddi liġi sabiex ikun jista’ jeħles minnhom minn Malta. Din illiġi ġiet ikkontestata fil-Qrati Maltin, iżda minkejja dan, l-awtoritajiet kienu, mingħajr ma infurmaw il-Qorti, bdew il-proċess tal-eżilju, tant li meta kellhom jidhru l-Qorti l-imħallef ġie nfurmat li kienu diġà jinsabu fuq il-baħar. Il-każ li dawn ġew eżiljati illegalment inqata’ meta diġà kienu l-Uganda, imma mbagħad xorta tħallew hemmhekk.
ANNIVERSARJI
Max Farrugia Dip LIS.
BIRŻEBBUĠA
75 Sena mill-ġrajja tal-Internati u dan il-Bastiment
EDITORJAL
PROGRAMM
L-Għarqa tal-HMS Breaconshire f’Birżebbuġa
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
destinazzjoni tiegħu, dik tal-Lixandra fl-Eġittu, fis-16 ta’ Frar 1942, jumejn wara li telaq minn Malta. Matul dan il-vjaġġ fil-Mediterran, fir-rapport uffiċċjali li nkiteb dwaru, liema dokument insibuh flarkivju Ingliż, jgħid li l-vjaġġ ME10 li kien telaq minn Malta kellu numru ta’ attakki moderati imma intensiv matul l-ewwel jum u dawn kienu intensifikaw meta kienu ltaqgħu ma’ Konvoj ieħor bl-isem ta’ MW9, liema konvoj kien telaq mill-Lixandra lejn Malta. Ir-rapport jgħid li l-Breocnshire ma sofra l-ebda ħsara. Il-vapuri li kienu qed jakkumpanjaw lill-Breaconshire matul dan il-vjaġġ kienu l-Lively, Siklu u z-Zulu.
SOĊJETÀ
L-Għarqa tal-Breaconshire f’Birżebbuġa f’Operazzjoni oħra L-aħħar vjaġġ li għamel il-Breaconshire bejn Malta u l-Eġittu u viċi-versa, li kienet ir-rotta prinċipali li kien jopera fuqha sabiex ikun jista’ jġib il-merkanzija ġenerali fuqu kien il-vjaġġ ta’ Marzu tal1942 minn Lixandra. Wara li wassal lill-internati lejn l-eżilju, kien
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
HMS Breaconshire qed jittella’ mill-qiegħ tal-baħar fil-Port ta’ Marsaxlokk viċin ħafna ta’ Birżebbuġa.
ħalla l-Eġittu mgħobbi b’merkanzija tant importanti għal Malta li kienet tikkonsisti f’ikel, żjut u anki munizzjon. Matul il-vjaġġ huwa safà attakkat bla ħniena kemm mill-ajru kif ukoll minn fuq il-baħar, u spiċċa f’qagħda li ma jistax ikompli l-vjaġġ tiegħu lejn Malta, meta kien biss xi ħames kilometri ’l barra mill-Ponta taż-Żonqor f’Wied il-Għajn. L-ewwel għajnuna kienet ingħatat mill-Cruiser Penelope sakemm wasal fuq il-post il-vapur tal-irmonk Ancient, li rmunkah ftit ’il barra mill-Bajja ta’ bejn Marsaxlokk u Birżebbuġa. Il-Luftwaffe Ġermaniża skoprew fejn kien marbut il-Breaconshire u reġa’ safà attakkat bla ħniena għal ħin twil. Dan il-bastiment ħa n-nar u baqa’ jaqbad sakemm għereq il-ġurnata ta’ wara. Qabel ma għereq fis27 ta’ Marzu 1942 kienet bdiet operazzjoni intensiva ħafna sabiex minn fuqu tiġi salvata kemm jista’ jkun merkanzija. Fost il-kunsinna li kellu fuqu kien hemm bombi ta’ qisien differenti, qamħ u madwar 5000 tunnellata żjut. Il-biċċa l-kbira taż-żejt li ġie salvat kien intuża għall-Power Stations tal-Marsa u dik tal-Militar ġo Kordin. Madwar 1000 tunnellata żejt oħra kienu ntużaw mill-Penelope, biex wara saru tiswijiet temporanji ta’ toqob fuqu u b’hekk dan il-bastiment reġa’ kellu s-setgħa li jsalpa lejn Ġibiltà. Hemm kienet spiċċat l-avventura tal-Breaconshire, li għamel xejn inqas minn 10 vjaġġi bejn Malta u l-Eġittu sabiex iwassal ilmerkanzija tant meħtieġa għall-Gżejjer tagħna matul il-gwerra. Interessanti huwa l-fatt li xi individwi minn Birżebbuġa ta’ spiss kienu jinżlu jgħoddsu fuq dan il-vapur u minnu jtellgħu xi affarijiet tal-ikel li kien hemm fuqu. Sabiex iżommu lil dawn in-nies ’il bogħod minn dan il-vapur l-awtoritajiet kienu jgħidu lin-nies li fuq il-vapur kien hemm qarnita kbira u perikoluża ħafna għan-nies. Minkejja dan kollu xorta waħda kien hemm min kien imur jgħodds għal dan il-vapur. Għal ħafna snin dan il-vapur kien tħalla fil-bajja b’parti minnu tidher ’il fuq mill-ilma. Kien wara li ġiet fi tmiemha l-gwerra, bħalma sar fuq bastimenti oħra, li dan il-vapur kien ittella’ u tneħħa minn din il-bajja u spiċċa mibjugħ għall-ħadid u fl-istess ħin tneħħa l-periklu li kien hemm għall-vapuri oħra.
PIROTEKNIKA
Is-Soċjetà tirringrazzja lil dawk kollha li matul din is-sena għenu jew ikkontribwew biex jiġu ċċelebrati bl-aqwa mod il-festi tal-1950 Anniversarju mill-Martirju ta’ San Pietru kif ukoll id-diversi anniversarji importanti li kellha l-parroċċa tagħna. Is-Soċjetà tirringrazzja lill-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura tal-festi speċjali li organizza fil-parroċċa tagħna biex jiġu ċċelebrati kif jixraq dawn l-anniversarji kollha, speċjalment il-ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet ta’ qabel id-29 ta’ Ġunju 2017, il-festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl.
SAN PIETRU APP.
Stefy’s Nail Studio By Stephanie
ANNIVERSARJI
7794 4388 - 7929 7076 - 9940 3297 www.caruanaandellul.com info@caruanaandellul.com Importers of:
BIRŻEBBUĠA
7, Birżebbuġa Rd, Birżebbuġa stefysnailstudio@gmail.com Mob: 7991 9745 182
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
‘Milied fil-Pjazza 2016’ - Suċċess kbir !
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Nazzarda ngħid li f’Birżebbuġa rari jew qatt ma rajna attività kbira bħal din li għaqqdet lin-nies ta’ Birżebbuġa kollha flimkien. Kienet attività ppjanata tajjeb u organizzata sew min-nies involuti. Kienet attività fuq livell nazzjonali tant li ġibdet anke nies minn barra Birżebbuġa. Il-qofol kienet is-siġra tal-Milied li għaliha ġew ħafna nies minn Malta kollha. Kollox kien organizzat tajjeb: mill-ikel, salcrafts tal-Milied, il-baned li daqqew flimkien, reanactment tat-twelid ta’ Ġesù u wirjiet ta’ presepji żgħar u artistiċi. Prosit lill-Kappillan u lill-Parruċċani. Wrejna li kapaċi naħdmu kollha flimkien u wrejna lil kulħadd li anke aħna nafu norganizzaw serati fuq livell nazzjonali. Ħag’oħra ta’ min ifaħħar hija li l-qliegħ li sar minn dawn iż-żewġ serati mar għall-bżonnijiet strutturali tal-knisja parrokkjali tagħna. Ħafna drabi l-qliegħ imur għall-karità u hekk għandu jkun, imma lit-tempju tagħna ma nistgħux nitraskurawh lanqas. It-tempju tagħna jinsab fi bżonn kbir ta’ manutenzjoni u restawr neċessarju li jekk ma jsirx, jiżviluppaw ħsarat li jafu jkunu ta’ periklu għall-parruċċani li jattendu l-knisja. Grazzi u prosit lill-kappillan ta’ din l-inizjattiva.
ANNIVERSARJI
L-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa tippubblika Ktieb tal-Istorja fuq Birżebbuġa
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
BIRŻEBBUĠA
Is-Soċjetà tagħna tifraħ lill-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa għall-pubblikazzjoni ta’ ktieb tal-istorja dwar ir-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa. Il-kontenut ikopri l-epoki kollha sa mill-ewwel traċċi tal-bniedem fuq it-territorju tar-raħal tagħna saż-żminijiet moderni tal-lum. Is-Soċjetà laqgħet l-istedina tal-launching ta’ dan il-ktieb u attendiet b’delegazzjoni nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju 2017 filgħodu, fil-Pitch il-ġdid tal-Waterpolo.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
EDITORJAL SEZZJONIJIET
Minn dawn il-paġni ngħidu Prosit kbira lill-Grupp tal-Armar l-1 t’Awwissu li jaħdem fi ħdan il-Parroċċa, tar-record għall-itwal u l-ikbar siġra tal-Milied f’Malta. F’Malta hawn ħafna bliet u rħula li jiftaħru bl-armar tal-Milied li jafu jagħmlu. Madankollu aħna wrejna li anke f’Birżebbuġa għandna nies kapaċi f’dan il-qasam. Dan ir-rekord kisbuh l-Għaqda tal-Armar 1 t’Awwissu ta’ Birżebbuġa fl-ewwel serata minn tnejn bl-isem ‘Milied fil-Pjazza’ is-Sibt 3 ta’ Diċembru 2016, attività suċċess li ġiet kordinata mill-Parroċċa u li fiha nkludiet l-għaqdiet kollha flimkien. Nirringrazzjaw l-Għaqda tal-armar tal-Parroċċa li qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna. Barra fil-Milied, din l-għaqda tieħu ħsieb tarma u tixgħel slaleb fil-pjazza fil-Ġimgħa Mqaddsa u anke tellgħet bnadar u bandalori fuq iz-zuntier tal-knisja fil-festa tal-Katedra u fl-40 Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Dawn l-aħħar sentejn din l-għaqda ssaħħet b’nies tekniċi ħafna, tant li qed jiżviluppaw anke għodod ġodda sabiex titnaqqas it-tbatija waqt l-armar u żżarmar. Membri ta’ din l-Għaqda ħafna drabi jintalbu wkoll biex jgħinu f’xi armar li jsir ġewwa l-Knisja Parrokkjali. Nappellaw lin-nies biex jikkoperaw u jgħinu lil dan il-grupp kemm jista’ jkun speċjalment fil-ġimgħa tal-festa. Grazzi minn qalbna lil dawn in-nies.
SOĊJETÀ
Il-Grupp tal-Armar 1 t’Awwissu Birżebbuġa bir-Rekord tal-Ikbar Siġra tal-Milied f’Malta.
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
183
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
‘Jien bħalek Differenti’ finalist bħala l-ktieb tas-sena, ta’ Lorraine Galea, Awtriċi minn Birżebbuġa
EDITORJAL SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
Lorraine Galea hija awtriċi minn BIrżebbuġa, li tgħix Ħaż Żabbar. Twieldet fl-14 ta’ Lulju 1983, u ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta’ Birżebbuġa, Il-Liċeo Carlo Diacono taż-Żejtun, il-Kulleġġ Gian Franġisk Abela tal-Imsida u l-Università ta’ Malta, fejn gradwat fil-Psikoloġija fl-2005. Fl-2008 ġabet ilPGCE fil-PSCD u fl-2012 ħadet Masters in Education (Leadership and Management) mill-Open University. L-ewwel ktieb li kitbet Lorraine Galea kien Id-Djarju ta’ Darba f’Sena, li ħareġ fis-sena 2014. Dan il-ktieb ġie inspirat mill-fatt li ħafna drabi tħares madwarek u tara’ li l-valuri veri qed jgħibu u posthom qed jiġi meħud minn affarijiet materjali jew frivoli. It-tieni ktieb, li ħareġ fl-2015, jismu Jien Bħalek, Differenti. Din il-kitba, minn għajnejn ġuvni li għandu diżabiltà, tinkludi uħud mill-esperjenzi tal-awtriċi fiż-żmien li kienet taħdem f’ċentri ta’ Riżorsi, kif ukoll diversi ġrajjiet relatati ma’ nies b’diżabiltà. Minkejja li l-ktieb huwa narrattiv u miktub b’lingwaġġ mexxej, il-qarrej ma jistax ma jinnutax li l-iskop ewlieni tiegħu hu li n-nies li għandhom diżabiltà jiġu trattati b’dinjità, u li kulħadd, speċjalment nies li jinsabu f’pożizzjonijiet t’awtorità, jaħdem biex dawn in-nies jingħataw id-drittijiet kollha fit-totalità tagħhom. Dan ilktieb kien finalist għall-Premju Nazzjonali tal-ktieb fil-kategorija tar-rumanzi. It-tielet ktieb ta’ Lorraine ħareġ fl-2016 u jismu Buli. Tajjeb għal qarrejja minn tnax-il sena ’l fuq u hu inspirat mill-esperjenza tal-awtriċi bħala għalliema tal-PSCD. Dan il-ktieb joffri suġġerimenti dwar kif wieħed għandu jġib ruħu f’każijiet ta’ bbuljar. Lorraine hija għalliema tal-PSCD (Personal and Social Career Development) fl-iskejjel fi ħdan il-kulleġġ ta’ San Tumas More. Fil-ħin liberu tagħha, tħobb issiefer, timxi, titrenja l-għawm, u tikteb kotba li tittama li jwasslu l-messaġġ tagħha lill-qarreja. Bħalissa Lorraine qed taħdem fuq żewġ kotba oħra u tittama li tlestihom sal-aħħar tas-sajf. Il-kotba kollha ta’ din l-awtriċi huma pubblikati minn Horizons.
BANDA MUŻIKALI
Rev. Dr. John Berry, saċerdot minn Birżebbuġa, appuntat Kap tal-Fakultà tat-Teoloġija
PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP.
Mill-1 t’Ottubru tas-sena li għaddiet, Rev. Dr. John Berry, saċerdot żagħżugħ magħruf minn Birżebbuġa ġie appuntat bħala Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija. Fil-preżent Rev. Berry huwa wkoll lecturer fuq il-fidi, fuq il-Kristjanità u l-kultura, fuq il-Konċilju Vatikani II u fuq it-Teoloġija kontemporanja. Fr. Berry huwa wkoll ko-editur tal-ġurnal akkademiku ‘Melita Theologica’; editur tal-ġurnal akkademiku li toħroġ il-Fakultà tat-Teoloġija għallalumni tagħha stess; Koordinatur tal-programm Erasmus+ fejn jidħlu negozjati bilaterali ma’ Universitajiet barranin u Kordinatur tal-Programmi ta’ Masters fit-Teoloġija u l-Istudji Reliġjużi. Is-Soċjetà tagħna tagħti l-awgurju tagħha lil Rev. Dr. John Berry u tixtieqlu kull suċċess f’din il-kariga l-ġdida.
Fr. Brian Gialanzè minn Birżebbuġa maħtur bħala l-Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Kalkara
ANNIVERSARJI
Fit-13 ta’ Mejju 2017 il-Kurja ħabbret li kienet qed taħtar lil Dun Brian Gialanzè bħala kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara. Dun Brian Gialanze twieled u trabba f’Birżebbuġa. Hu ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2014 u beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid. Il-Banda tagħna kienet akkumpanjatu fil-Prima Messa tiegħu. Fl-2015 beda jservi bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi u fil-Kulleġġ ta’ San Injazju f’Tal-Ħandaq. Il-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara, tiġbor fiha madwar 3,010 persuna f’1,000 familja. Is-Soċjetà tagħna tawguralu ħidma fejjieda fl-għalqa tal-Mulej.
BIRŻEBBUĠA
Delegazzjoni tas-Soċjetà tagħna magħmula mis-Sur Anthony Camilleri u s-Sur Emanuel Mangion li attendew għall-Pussess ta’ Brian Gialanze minn Birżebbuġa bħala l-kappillan il-ġdid tal-Kalkara, il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2017. Is-Sur Camilleri u s-Sur Mangion għaddewlu tifkira u rigal f’isem is-Soċjetà tagħna.
184
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Klabb Regatta Birżebbuġa 2016 - 2017 Regatta tal-Youths 2016 Birżebbuġa Runners Up
EDITORJAL
Fir-Regatta tal-Youths li saret fil-Bajja tar-Rinella nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, il-qaddiefa ta’ Birżebbuġa irnexxielhom jikklassifikaw fit-tieni post overall wara d-distrett ta’ Bormla. L-erba’ qaddiefa ta’ Birżebbuġa kienu Dirk Attard, Damian Attard, Russell Bugeja, Owen Micallef u Meod Ciantar (coxswain). Regatta Youths. Biirżebbuġa tirbaħ it-tiġrija tal-Kajjiki
ANNIVERSARJI
Is-Soċjetà tifraħ lill-Klabb Regatta Birżebbuġa Youths Under-18 tal-Kompetizzjoni Nazzjonali li għadhom kif rebħu f’Lulju 2017. Aħna nemmnu li dan kien suċċess doppju għax ħafna miż-żgħażagħ li rebħu huma minn Birżebbuġa stess. Is-Soċjetà tissieħeb fil-ferħ mal-Klabb Regatta Birżebbuġa u filwaqt li tħeġġiġa biex tippromwovi l-valuri tal-isports, tinkoraġixxi lil din l-istess għaqda u l-għaqdiet l-oħra li jaħdmu maż-żgħażagħ biex irawwmu fost iż-żgħażagħ tagħna sens ikbar ta’ identità marbut mar-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa, l-imħabba lejn ir-raħal sabiħ tagħna li twelidna u trabbejna fih. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
185
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2017 kienet waħda ferm pożittiva għal Birżebbuġa. Dan għaliex waqt din ir-regatta ntrebħu xejn inqas minn tmien paljijiet, 4 fil-Kategorija A u 4 fil-kategorija B. Dan huwa l-ikbar numru ta’ paljijiet li qatt intrebħu minn Birżebbuġa f’regatta waħda. Għal darb’oħra l-ekwipaġġi fid-dgħajjes blu, bojod u ħomor kienu komposti minn qaddiefa prodott tal-klabb, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ. Dawn il-qaddiefa ġibdu l-ammirazzjoni tadRegatta ta’ Jum il-Ħelsien 2017. Id-Dgħajsa tal-Pass b’Erba’ Mqadef ta’ dilettanti tar-regatta li kienu preżenti numerużi fil-Port il-Kbir. Fil-Kategorija A, l-ekwipaġġi kienu ffurmati minn dawn il- Birżebbuġa ‘22 ta’ Frar’ tidħol fit-Tieni post. qaddiefa: Damian Attard, Dirk Attard, Emman Joe Borg, Russell Bugeja, Manuel Magro, Sean Schembri u Glenn Zammit. Il-paljijiet intrebħu fil-Midalji (2nd), Frejgatini (3rd), Kajjiki (3rd) u ta’ B’l-Erbgħa (2nd). Birżebbuġa tellgħet total ta’ 36 punt u spiċċat fit-tieni post filKlassifika Ġenerali. Fil-Kategorija B, ħadu sehem dawn il-qaddiefa: Dirk Attard, Clifford Bugeja, Matthew Dalli, Steve Dalli, Andre Gauci, Colin Gauci, Owen Micallef, Sean Schembri u Glenn Zammit. Il-paljijiet intrebħu f’dawn it-tiġrijiet: Bi Tnejn (2nd), Kajjiki (1st), Midalji (3rd), Bl’Erbgħa Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2017. Il-Kajjik ‘San Pietru’ jirbaħ b’mod konvinċenti fuq l-Isla u Bormla. (2nd). B’total ta’ 46 punt, Birżebbuġa spiċċat fit-tieni post anki f’din il-Kategorija. Il-coxswain fil-frejgatina fiż-żewġ kategoriji kienet iċ-ċkejkna Chasney Ciantar.
BIRŻEBBUĠA
Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2017 - numru rekord ta’ Paljijiet mirbuħa minn Birżebbuġa f’Regatta waħda.
BANDA MUŻIKALI
Nhar it-8 ta’ Settembru 2016, id-Distrett ta’ Birżebbuġa kien preżenti fil-Port il-Kbir għas-17-il darba f’din ir-Regatta storika. Birżebbuġa rreġistrat fil-Kategorija A biss. Minkejja li l-qaddiefa ta’ Birżebbuġa taw wirjiet sbieħ f’kull korsa, kien biss fil-frejgatini li ntrebaħ palju, meta Birżebbuġa daħlet fit-tielet post. Il-qaddiefa ta’ Birżebbuġa għal din ir-Regatta kienu Damian Attard, Dirk Attard, Emman Joe Borg, Russell Bugeja, Manuel Magro, Sean Schembri, It-tewmin Dirk u Damien Attard flimkien mal-Coxswain Meod Ciantar Glenn Zammit u Meod Ciantar (coxswain). jirċievu l-midalji, it-Trofew u l-Palju tat-Tielet post
SEZZJONIJIET
SOĊJETÀ
Regatta tal-Vitorja 2016 – Birżebbuġa tipparteċipa fil-Kategorija A
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM
Il-Qaddief ta’ Birżebbuġa Glenn Zammit jirbaħ unur Internazzjonali fl-Indoor Rowing
EDITORJAL
Nhar is-Sibt, 10 ta’ Diċembru 2016, kienet ġurnata memorabbli għall-Klabb Regatta Birżebbuġa Freeport. Dan għaliex il-qaddief żagħżugħ tagħna Glenn Zammit rebaħ il-Midalja tad-Deheb fil500m Men’s LightWeight - Under 23, waqt il-British Indoor Rowing Championships li saru fil-Queen Elizabeth Olympic Park ġewwa Londra. Dan huwa unur kbir kemm għal Birżebbuġa kif ukoll għal Malta. Glenn Zammit ikkwalifika biex jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni Internazzjonali, wara li fis-26 ta’ Novembru 2016, rebaħ in-National Indoor Rowing Championship, fil-Kategorija Men’s Lightweight.
SOĊJETÀ
Glenn Zammit bil-Midalja tad-Deheb mirbuħa filBritish Indoor Rowing Championships
SEZZJONIJIET
Nawguraw lill-Birżebbuġa Windmills FCN f’Għeluq l-45 Sena Tagħhom
BANDA MUŻIKALI
Il-President tas-Soċjetà tagħna Alexander Caruana flimkien mal-uffiċċjali l-oħra tas-Soċjetà tagħna jagħtu tifkira lill-Amministraturi tal-Club tanNursery tal-futbol Windmills FC ta’ Birżebbuġa.
PIROTEKNIKA
Prosit lill-għawwiema Kirsty Cassar
SAN PIETRU APP.
Iċ-Cherries Bar jirbħu l-Christmas Cup tal-Malta Eight Ball Federation
Is-Soċjetà tifraħ lil Kirsty Cassar, l-ewwel swimmer ta’ Birżebbuġa Aquatics Sports Club li ntgħażlet biex tilgħab fit-tim nazzjonali għallkompetizzjoni tal-EU Nations Juniors Women li saret fi Praga f’April 2017. Prosit Kirsty.
ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
Il-Malta Eight Ball Federation organizzat il-Christmas Cup għaddiviżjonijiet kollha ġewwa l-Juventus Club Vero Amore Birkirkara bejn is-26 u 29 ta’ Diċembru 2016. Il-livell kif mistenni kien wieħed għoli fejn kien hemm taħlita ta’ veterani u żgħażagħ jikkompetu għallaqwa unur ta’ din il-kompetizzjoni. Fit-tielet divizjoni Juventus Club B għelbu lil Santa Marija Band Club Mosta 11-5. Fit-tieni divizjoni Juventus Club A għelbu lil Jesmonds Sporting Club B 11-10 blgħoti tal-penalties. Fl-ewwel diviżjoni Birkirkara Boċċi Club għlebu lil 147 Snooker Hall C bi skor ta’ 11-6, filwaqt li fid-Divizjoni Premier, Cherries Bar A għeleb lil San Ġwann Bocci Club A bi skor konvinċenti ta’ 11-5. Cherries Bar kien kompost minn Clint Azzopardi, Jesmond Schembri, Manuel Polidano, Stephen Mangion, Tony Drago, Shawn Galea, u Lee Ryan Darmanin. Il-kalendarju tal-Federazzjoni jkompli fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar bir-rankings individwali għall-għażla tattimijiet nazzjonali għall-Blackball European Championships li se jsiru ġewwa Bridlington l-Ingliterra f’April li ġej. Ta’ min jgħid li wieħed millmembri tat-tim tac-Cherries Bar ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni huwa Lee Ryan Dermanin li huwa bandist tas-Soċjetà tagħna. 186
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
SOĊJETÀ SEZZJONIJIET
F’Marzu 2017 Lee Ryan Dermanin, bandist tas-Soċjetà tagħna, u wild Birżebbuġa, f’isem ic-Cherries Club Birżebbuġa, għeleb lil Joseph Fiteni (147 Snooker Hall) 10-9 wara trailing ta’ 9-6! B’din ir-rebħa f’dan ir-Ranking Tournament huwa kwalifika biex immur jikkompeti mat-tim magħżul ta’ Malta fil-European Blackball Championship li sar fi Brindlington l-Ingileterra. Fil-21 t’April 2017 Lee Ryan Dermanin, flimkien ma’ Ben Schembri, Malta kienet tinsab pass biss ’il bogħod mir-rebħ tad-Doubles talEuropean Blackball Championship. It-tim Malti tad-doubles, magħmul miż-żgħażagħ Lee Ryan Darmanin u Ben Schembri, rebaħ 5 logħbiet kontra l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales. L-għada 22 t’April 2017, huma lagħbu l-finali kontra t-tim Skoċċiż imma sfortunatament ġew megħluba. Madankollu huma xorta ġew ippremjati bħala runners-up. Il-kumplament tat-tim Malti, magħmul minn seba’ parteċipanti, kkwalifika wara ranking tournament li sar f’Malta fix-xhur li għaddew. Prosit tassew Lee Ryan Dermanin!
EDITORJAL
PROGRAMM
Lee Ryan Dermanin f’isem Malta fil-finali tad-Doubles tal-European Blackball Championship
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
PIROTEKNIKA
BANDA MUŻIKALI
Joe Camilleri jawgura l-Festi t-Tajba lil kulħadd
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
187
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
PROGRAMM EDITORJAL
20, Tarxien Road, Gudja GDJ1907
SOĊJETÀ
Email: sales@mgmalta.com
SEZZJONIJIET
www.mgmalta.com
BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI
GARY GRECH
Managing Director
BIRŻEBBUĠA
G09 • New Industrial Park, Valletta Road • G˙axaq GXQ 2245 T: 2788 3388 M: 7777 3388 E: gary@unitech.com.mt www.unitech.com.mt Fire • CCTV • Intruder • PABX • EAS • Intercoms • Networks 188
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
EDITORJAL SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI
Is-Soċjetà turi sogħba u tissimpatizza mal-Familja Carabott għat-telfa ta’ Thessie Carabott fl-età ta’ 82 sena li ġrat fit-2 ta’ Frar 2017, eżatt sentejn wara l-mewt tar-raġel tagħha Salvinu. Thessie hija omm Fr. Charles Carabott li ilu Direttur Spiritwali tas-Soċjetà tagħna sa mittwaqqif nett fl-1990. Fir-ritratt naraw il-koppja Carabott tiltaqa’ mal-Papa San Ġwanni Pawlu II, probabilment fl-ewwel żjara tiegħu f’Malta ta’ Mejju 1990.
PIROTEKNIKA
Ronald Azzopardi, mwieled fit-3 ta’ Ġunju 1970 ħalla din iddinja fit-28 ta’ Diċembru 2016, fl-età tenera ta’ 46 sena. Huwa ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu Carmen u ommha Alice Dedic, kif ukoll lil ommu Andreana, bosta qraba u ħbieb. Ronald kien tampari miż-żmien L-ewwel li sirt nafu kien fil-MUSEUM u meta ltqajt miegħu l-ewwel darba jidhirli li konna fil-klassi tal-magħżulin. Kellu karattru ċajtier u dejjem kien idaħħaq. Kien kemmxejn imqareb ħdejna imma kellu karattru li kulħadd kien jieħu gost ikun fil-kumpanija tiegħu. Wara li ma bqajniex il-MUSEUM, konna bdejna narmaw id-dawl tal-knisja u mill-ewwel kien ġie jgħinni. Ma kien jibza’ minn xejn. Hu kien ikun tal-ewwel biex jitla’ miegħi biex narmaw il-kampnar. Dak iż-żmien lanqas safety belts ma kien ikollna. Jien kont noqgħod attent ħafna imma hu kien jintefa bilqiegħda fuq il-gwarniċa tal-kampnar u jara lil min ser jittanta. Min jaf kemm-il darba kont ngħidlu biex jitla’ minn hemm imma kalm kien ikun u kalm kien jibqa’. Fl-istess żmien konna qbadna naħdmu il-Malta Drydocks. Hu kien jaħdem il-Boleur-shop u malajr kien sar ħaddiem tas-sengħa speċjalment fuq l-Stainless Steel. Fl-istess żmien konna waqqafna s-Soċjetà tagħna. Hu kien
Is-Soċjetà ssellem lil Robert Dalli. Huwa miet f’Lulju ta’ din is-sena. Robert kien ammiratur kbir tas-Soċjetà tagħna. Anke wliedu jħobbu ħafna lis-Soċjetà tagħna. Waqt il-kostruzzjoni tal-każin ‘Ġawhra San Pietru’ huma ta’ spiss kienu jiġu jagħtu daqqa t’id. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil din il-familja.
SAN PIETRU APP.
Ronald Azzopardi
Robert Dalli
ANNIVERSARJI
Emanuel Zammit ħalla din id-dinja fl-24 ta’ Frar 2017, jumejn wara l-festa tal-Katedra ta’ San Pietru App. fl-għomor sabiħ ta’ 91 sena. ‘Leli x-xiħ’, għax hekk konna nsibuh, peress li kien l-iktar membru anzjan tal-kumitat, kien għal diversi snin fil-kumitat flimkien ma’ ħuh Frans li tant ħadmu minn qalbhom għas-Soċjetà. Leli u ħuh Frans kienu membru fil-banda l-oħra u malli twaqqfet il-banda tagħna mill-ewwel ingħaqdu mas-Soċjetà tagħna. Ħuh Frans kien ħalliena ftit snin ilu sfortunatament ukoll. Għalkemm Leli kellu jħalli l-kariga tiegħu millkumitat minħabba xjuħitu u saħħtu li kienet sejra lura, huwa xorta baqa’ attiv u ma kienx ifalli programm wieħed tal-banda. Għal żmien twil hu u ħuh Frans kienu jagħmlu xogħol siewi fil-libretti tal-banda. Kienu wkoll ħbieb kbar tas-surmast Salvino Fabri u bis-saħħa talħbiberija tagħhom miegħu nsibu diversi marċi u kompożizzjonijiet ta’ dan is-surmast bravu Malti fl-arkivju mużikali tagħna. Ħuh Frans ħallielna diversi ritratti tal-ewwel snin tas-Soċjetà li huma kustoditi fl-arkivju tas-Soċjetà. Leli ħadem ħafna għas-Soċjetà u ma kienx jitlef tombla waħda l-Ħamis, is-Sibt u l-Ħadd biex stajna niġbru l-fondi biex waqqafna l-Ġawhra ta’ San Pietru li għandna llum u li qed titgawda minn kulħadd. Delegazzjoni kbira u numeruża attendiet għall-funeral tiegħu fil-knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa. (Tifkira miktuba minn Anthony Camilleri, l-Ewwel President tas-Soċjetà, Fundatur u Benefattur Ewelieni tas-Soċjetà)
minn ta’ quddiem u kien akkanit ħafna magħna. Meta ġejna biex nagħmlu l-istandardi konna kellimnieh biex jaħdmilna l-lasti talStainless Steel u niftakar mhux talli ma kien ried xejn tax-xogħol imma talli kien għamlilna naqra xogħol eċċellenti, tant li sal-lum għadna ngawdu l-labardi kollha tiegħu. Sfortunatament kont sirt naf li kien marad wara li għamilt żmien twil ma narah u l-ikbar dispjaċir li għandi hu li meta l-Mulej sejjaħlu, jien kont imsiefer u sirt naf wara li ġejt lura Malta. Però għalija Ronald jibqa’ dak il-ħabib ta’ veru li żgur qatt mhu ser ninsa. Tajjeb li l-membri tagħna jkunu jafu x’kontribuzzjoni tat din il-persuna lis-Soċjetà tagħna. (Tifkira miktuba minn Alexander Caruana, Fundatur u President attwali tas-Soċjetà)
BIRŻEBBUĠA
Emanuel Zammit
SOĊJETÀ
Insellmu lil Ħutna li Twieldu Għall-Ħajja ta’ Dejjem
PROGRAMM
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Is-Soċjetà tagħna tissimpatizza mas-Sur Pawlu Schembri, Membru Onorarju tas-Soċjetà tagħna għat-telfa t’ommu Stella Schembri li mietet nhar it-28 ta’ Ġunju 2017.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
189
SEZZJONIJIET BANDA MUŻIKALI PIROTEKNIKA SAN PIETRU APP. ANNIVERSARJI BIRŻEBBUĠA
190
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
Mob: 7927 8288, 7904 6930
SOĊJETÀ
Jawguraw il-Festa t-Tajba lill-Birżebbuġin kollha
EDITORJAL
SNACK BAR - PIZZERIA TAKE AWAY
PROGRAMM
Angolina
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
George Cassar
Imelda Borg
Mario Manceda
Melita Debono
Maria Carabott
Jesmond Decelis
Ġemma Petroni
Emanuel Delia
Ġorġina Galea
Victor Attard
Paul Vella
Michelina Micallef
Nazzarena Barbara
Tessie Carabott
Rosaria Borg
Godfrey Harmsworth
Maria Dolores Schifo
John Zahra
Helen Pace
Carmela Schembri
Joseph Schembri
Martin Naudi
Saviour Delia
Leonard Schembri
Francesco Baldacchino
Emanuel Cilia
Andreana Fenech
Mario Azzopardi
Leslie John Vanghan
Francis Gravina
Domenic Gatt
Joseph Mallia
Alfred Cauchi
Philippa Mangion
Rosario Bonnici
Alfred James Dowdall
John Mary Bonnici
Francesca Gafà
Miriam Rotin
Dolores Busuttil
Emanuele Zammit
Angnes Catania
Emanuel Zahra
Rhys Celeste
John Cilia
Catherine Spiteri
Thomas Abela
Maria Dolores Cassar
Francis Farrugia
Carmelo Vella
Tereża Aquilina
Carol Zammit
Fr Benjamin Farrugia
Joseph Sant
Gaetano Tonna
Ursula Grixti
Robert Dalli
Ronald Azzopardi
Carmela Bartolo
Maria Baldacchino
Maria Carmen Micallef
EDITORJAL
Joseph Vella
SOĊJETÀ
Anthony Schembri
SEZZJONIJIET
Joseph Scerri
BANDA MUŻIKALI
Francis Vella
PIROTEKNIKA
Giosofatte Galea
BIRŻEBBUĠA
ANNIVERSARJI
SAN PIETRU APP.
Ġużeppi Abela
PROGRAMM
Persuni li mietu minn Awwissu 2016 sat-12 ta’ Lulju, 2017
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
191
F’dan il-Port ta’ Birżebbuġa, ibqa’ midd riġlejk kull ħin, Biex bil-Kelma u d-Demm tiegħek tibqa’ Xhieda tat-Twemmin
Lista tar-Reklami “Kikkra” Auto Repair.......................120 Al Fresco..........................................38 Albert Spiteri...................................177 All Seasons.....................................172 Ame................................................176 Angolina..........................................190 Animal Crackers...............................61 Anthony Azzopardi..........................130 Arthur & Sons.....................inside back Arthur Zammit.................................135 Audio Images....................................58 Auto Electrical Repairs & Battery Sales................25 Auto Technics...................outside back Automax...........................................64 B.S.G. Rent a Car...........................140 B2M..................................................45 Banka tal-Lottu Nru 192....................67 Bar Każin Laburista..........................12 Bar Nineteen Ninety.......................171 Bar Novanta....................................170 Bernice...........................................173 Bibas...............................................124 Body Bliss........................... inside front BOV..................................................39 Bozoz tal-Ħġieġ................................48 Building Construction Ltd..................20 C X Sports Bar..................................42 Campaul.........................................151 Cardiff Butcher..................................52 Caruana Ellul..................................182 Casablanca Bar..............................191 Cassiopea.......................................158 Casual 78 ........................................78 Catherine’s.....................................173 Celeste Video Rentals.................... 118 Charlie’s Ironmongery......................80 Charlie’s Motoring School.................20 Charms.............................................42 Cherrie’s Take Away.........................34 Chinese Rose...................................66 Christian Services.............................71 D Nail Bar.........................................47 DCF Home & Décor........................107 De Piero............................................93 District Five..................................... 119 192
DJ Engineering...............................135 Dove’s Pet Shop.............................154 Duraprint...........................................80 Eastern Store..................................130 Elite Fitness....................................108 Envy Bar.........................................120 Extremes Trading...........................170 Ferretti..............................................39 Gasparell Baling Plant Co. Ltd....... 114 General Ecological Services Co. Ltd.92 Glenn Bedingfield...........................150 Global Insurance Brokers Ltd...........79 Gold Lady Jewellery.........................63 Goldcut Hairdressing......................176 Hair Stories.....................................140 Herbalife Nutrition.............................23 Horace Enterprises.........................179 Horace Spiteri Funeral Services.....103 HSBC................................................98 Hypnos Vitafoam............................124 Insieme.............................................42 IVCS Lift Services...........................109 J. Caruana........................................58 J.J. Ironmongery & Household.........76 Jason Cutajar...................................34 Jesmond Grima................................33 Jo Jo’s Bar........................................48 Joe & Jerry Furniture Ltd................ 112 Joe Camilleri...................................187 Julia Farrugia Portelli......................108 KC Turnkey Projects.......................135 Knights Pipes & Drums...................154 Koupeus Hair Design........................42 Krismar Towing Service..................140 Kunsill Lokali Birżebbuġa.................98 La Marina........................................146 La Marina........................................174 La Spiaggia.......................................78 Leonardo..........................................42 Liftman Malta..................................180 London Butcher................................18 Manuel Garage...............................180 Mario’s Super Market.....................154 MCS Fabrications.............................69 Metlec Services................................93 MG Creative Factory......................188
Montebello........................................66 Mr Whippy........................................92 Music Link.......................................136 Newwes Garage.............................102 Oman’s Fruit & Veg..........................42 Owen Bonnici...................................96 Partit Laburista Birżebbuġa............177 Partit Nazzjonalista Birżebbuġa......140 Paulson...........................................122 Pick ‘n’ Pay.....................................154 Power Bar.......................................136 Qajjenza Mini Market........................38 R.J. Bonnici......................................69 Rainbow Stationery........................142 Refind Stone.....................................12 Renauto Garage.............................130 Roc-A-Go Crane Services................93 Roderick Cachia...............................24 Seabreeze Hotel...............................17 Southmarket Supples Ltd.................64 Southvale........................................107 St. Mary Butcher.............................164 Stanley Zammit............................... 119 Stefan Zrinzo Azzopardi.................109 Stefy’s Nail Studio..........................182 Styling Station...................................61 Superstar Butcher.............................47 Ta’ Maurice Bakery.........................154 Ta’ Nardu Mini-Market......................62 Tal-Pjazza Take Away.....................142 Tarcisio Caruana Limited..................92 Tasty Take Away............................. 117 The Bubble Shop............................150 The Cathedral Group Ltd................ 117 The Discount Place........................105 Toni Bezzina................................... 118 Tony Digby & Son.............................74 Tony Muscat...................................107 Top Styles.......................................179 TRMC Boats.....................................93 Unitech...........................................188 Water Supply.................................... 96 Whippy’s Chicken Hut....................105 With Best Wishes.............................16 Xtreme Fishing.................................62
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 28 – Festa 2017
AUTO TECHNICS
by Peter Cachia
VRT Station Motor Repairs & Services Towing Service A/C Repairs & Services EOBD Diagnostic Testing LPG Conversion
Melsons HSE, Hamrun Bypass, Marsa Tel: +356 21497193 Mob: +356 99445252 Email: info@autotechnicsmalta.com