Skip to main content

Min Qalb L-Iljuni 2016

Page 1

The most thrilling, non-invasive body shaping technique, treating both the skin and the fat cells.

CoaXMED is the revolutionary approach in the treatment of: EXCESS FAT • CELLULITE • DULL SKIN • STRETCH MARKS • SKIN FIRMING AND TIGHTENING • WRINKLES • AGEING SKIN Why choose CoaxMed over other procedures? Clinical studies have shown that the results obtained with CoaXMED are extremely satisfactory and prove to be effective and safe.

BOOK your FREE consultation today online at www.bodybliss.gettimely.com

Fat Freezing - The convenient way to eliminate fat

Birżebbuġa Road, Birżebbuġa T: 2165 9922 M: 7965 9922 E: info@bodyblissmalta.com F: facebook.com/bodyblissmalta W: bodybliss.gettimely.com


Werrej Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 12/13, ‘Ġawhra San Pietru’, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Tel: +356 21650347 E-mail: info@birzebbugaband.org Website: www.birzebbugaband.org Facebook Profile: www.facebook.com/ birzebbugaband Facebook Page: www.facebook.com/ BandaBirzebbuga

_____________________________ Minn Qalb L-Iljuni 27 Edizzjoni Festa 2016 Il-Pubblikazzjoni Annwali u Uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Drittijiet miżmuma mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 © 2016 Ħadd ma jista’ jikkopja jew juża parti minn din il-pubblikazzjoni mingħajr il-permess bil-miktub tal-Bord Editorjali fi ħdan l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà Il-Kontenut tal-Artikli mhux bilfors jirrifletti l-Opinjoni u l-Prinċipji li tħaddan is-Soċjetà tagħna. _____________________________ Editur Josef Schembri Ritratti Pinkishline Studios, Jonathan Bonnici, Ryan Farrugia, Roberto D’Amato, Josef Schembri, Keith Demanuele, Ludwig Desira, Tarcisio Bongailas Benji Caruana u Diana Caruana Reklamar u Finanzi Walter Pace, Chris Camilleri, Henry Bonnici, Benji Caruana Proof Readers Josef Schembri, Marisa Cutajar, Diana Caruana Typing Josef Schembri Collages Jonathan Bonnici, Steven Farrugia Disinn tal-Kopertina Steven Farrugia

_____________________________ Issettjar u Stampar

Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21680789, 99499084 E-mail: bestprint@go.net.mt

Programm Ċelebrazzjonijiet ta’ Qabel il-Ġimgħa tal-Festa................................................................................................................................................... 2 Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Festa Titulari..................................................................................................................................................... 3 Ċelebrazzjonijiet ta’ Wara l-Ġimgħa tal-Festa................................................................................................................................................... 10 Editorjal Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi.............................................................................................................................................. 13 Struttura tas-Soċjetà 2015-2016........................................................................................................................................................................ 18 Amministrazzjoni Introduzzjoni Mill-President .............................................................................................................................................................................. 19 Il-Messaġġ Mis-Segretarju................................................................................................................................................................................. 23 L-Appell mit-Teżorier.......................................................................................................................................................................................... 25 Messaġġ mid-Direttur u l-Asst. Direttur tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ ............................................................................................................ 27 Għotja ta’ Żewġ Bnadar mill-Kav. John Taylor................................................................................................................................................... 28 Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni .................................................................................................................................................................................. 29 Kummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa................................................................................................................................................. 31 Iċ-Ċaħda ta’ Pietru... Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-Soċjetà 2016.................................................................................................................. 33 Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin........................................................................................................................................................................... 36 Bnejniha mill-Pedament ... Issa Nżejnuha Kif Jixraq......................................................................................................................................... 36 Xoljiment tal-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju: Tintemm b’mod uffiċċjali s-Sena ta’ Ċelebrazzjonijet.......................................................... 36 Mit-Triq sa’ Misraħ il-Knisja: l-Estensjoni tas-Sede............................................................................................................................................ 37 Xogħol Volontarju ta’ Infrastruttura fuq il-Proprjetà l-ġdida f’Misraħ il-Knisja..................................................................................................... 44 10 Snin mix-xiri tal-Ispiżerija (2006-2016)........................................................................................................................................................ 45 Is-Soċjetà tirbaħ fondi għal Tliet Proġetti Differenti........................................................................................................................................... 48 Lejn It-Tielet Safra u t-Tieni Ġemellaġġ............................................................................................................................................................. 49 Attivitajiet Immirati Għall-Familja Kollha............................................................................................................................................................ 52 Onorarji Ġodda Għas-Soċjetà........................................................................................................................................................................... 56 Żjarat Mill-Priministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni............................................................................................................................................. 58 L-Aħħar Riċerka fuq il-Baned Maltin.................................................................................................................................................................. 59 Jason Vella: Fundatur u President Onorarju...................................................................................................................................................... 61 Raymond Cutajar: Fundatur u Attivist tas-Soċjetà............................................................................................................................................. 63 Francis Cassar: Partitarju Kbir tas-Soċjetà........................................................................................................................................................ 67 Is-Sena 1991: Ħamsa u Għoxrin Sena Wara.................................................................................................................................................... 71 Banda Noti mis-Surmast Direttur.................................................................................................................................................................................. 80 Mill-Iskola tal-Mużika......................................................................................................................................................................................... 82 Bandisti Ġodda 2016......................................................................................................................................................................................... 85 L-istudju fuq l-Istrument u l-Intonazzjoni Korretta.............................................................................................................................................. 86 Professjonalità Fit-Tagħlim tat-Teorija tal-Mużika.............................................................................................................................................. 88 10 Snin mir-Rebħ tas-Shield tal-Gara Mużikali (2006 – 2016).......................................................................................................................... 89 Direttriċi Kor Xmun Pietru.................................................................................................................................................................................. 92 10 Snin mid-debutt tal-Kor Xmun Pietru fil-Programm tal-Għoti tas-Shield tal-Gara Mużikali........................................................................... 93 Il-Kor Xmun Pietru............................................................................................................................................................................................. 93 Sezzjoni Banda Birżebbuġa.............................................................................................................................................................................. 97 Servizzi 2015-2016............................................................................................................................................................................................ 99 Mużiċisti tal-Post Banda Birżebbuġa A.D. 1990................................................................................................................................................ 99 Remastering tal-Ewwel Sett ta’ Marċi Brijużi 1990.......................................................................................................................................... 100 Ħarsa lejn it-Tliet Programmi Mużikali Annwali................................................................................................................................................ 101 Premjazzjoni Annwali tal-Bandisti tal-Post....................................................................................................................................................... 104 Dettalji tar-Repertorju Mużikali tal-Programm tal-Festa................................................................................................................................... 105 Kantanti u Korijiet li se jieħdu sehem fil-Kunċert tal-Festa.............................................................................................................................. 108 Kantanti Oħra li se Jieħdu sehem Magħna fil-Ġimgħa tal-Festa..................................................................................................................... 110 25 Sena mill-Ewwel Programm tal-Festa Titulari (1991-2016).........................................................................................................................111 Wayne Grima: Kompożitur u Arranġatur Internazzjonali................................................................................................................................. 112 Nar L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, Birżebbuġa...................................................................................................................................................... 117 Il-Logo tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa......................................................................................................................................... 125 Rikonoxximent lil Michael Schembri (Kelinu)................................................................................................................................................... 125 San Pietru Riflessjoni Mill-Kappillan.................................................................................................................................................................................. 128 Ringrazzjament lill-Ex-Viċi Kappillan tal-Parroċċa tagħna Rev. Roderick Camilleri......................................................................................... 129 Ringrazzjament lil Fr. Carlo Calleja................................................................................................................................................................. 129 Ir-Restawr tal-Pedestall tal-Vara Titulari.......................................................................................................................................................... 130 Il-Kelma tad-Direttur Spiritwali......................................................................................................................................................................... 133 Iċ-Ċurkett ta’ San Pietru Appostlu.................................................................................................................................................................... 135 Dettalji Artistiċi li nsibu fi ‘Piazza San Pietro’ tal-Vatikan................................................................................................................................. 137 L-Anġli tas-Sepulkru u tal-Kwaranturi li nsibu f’Birżebbuġa............................................................................................................................. 139 Il-Festa: Komunikazzjoni Paralingwali u Enċiklopedija Siekta......................................................................................................................... 142 L-Awgurju tas-Sindku...................................................................................................................................................................................... 146 Birżebbuġa Memorji ta’ Birżebbuġa fl-Imgħoddi mis-Sur John E. Grech............................................................................................................................ 147 Mikiel Abela l-Bambinu, il-Qajjenza u Birżebbuġa (1920-1991) 25 Sena minn Mewtu.................................................................................... 157 It-Tfal ta’ Birżebbuġa jirbħu x-Shield (Kategorija B) tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien......................................................................................... 160 Dirk u Damian Attard fir-Regatta Internazzjonali ‘Coppa Europa’ e ‘Europa in Voga a Reno di Leggiuno’ fl-Italja.......................................... 161 Ħames Qaddiefa tal-Klabb Regatta Birżebbuġa jiklassifikaw fl-Ogħla Postijiet fin-National Indoor Rowing Competition............................... 161 Russell Bugeja minn Birżebbuġa fil-European Indoor Rowing Championship................................................................................................ 161 Ir-Referi Birżebbuġi Trustin Farrugia Cann jingħata l-Fifa Badge.................................................................................................................... 162 Dr. Angelo Chetcuti minn Birżebbuġa jiġi onorat mill-UEFA............................................................................................................................ 162 Paul Camilleri, minn Birżebbuġa jagħlaq il-karriera tiegħu bħala futboler....................................................................................................... 162 Birżebbuġa Windmills għat-Tieni Darba konsekuttiva jirbħu l-U17 League Section D.................................................................................... 163 Is-Soċjetà tagħna tifraħ lil tliet atleti minn Birżebbuġa li ħadu sehem fl-Special Olympics.............................................................................. 163 Brandon Spiteri minn Birżebbuġa, gradwat fl-inġinerija, rikonoxxut għar-riċerka fuq Mezzi ta’ Trasporti Alternattivi għal Malta..................... 163 Nifirħu lil Andrew Gafà minn Birżebbuġa bħala Superjur Ġdid Għal Marsaxlokk............................................................................................ 165 Kav. John Taylor O.E.S.S.G., isir l-ewwel Kavallier imwieled Birżebbuġa....................................................................................................... 165 Niftakru f’Ħutna Birżebbuġin li Għaddew Għall-Ħajja ta’ Dejjem..................................................................................................................... 167 Ħutna Birżebbuġin li ħallewna minn Awwissu 2015 sal-lum............................................................................................................................ 167 Lista tar-Reklami.............................................................................................................................................................................................. 168

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

1


programm

Ċelebrazzjonijiet ta’ Qabel il-Ġimgħa tal-Festa L-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2016

Editorjal

07:30pm Quddiesa bi tħejjija għall-festa – Ġnien tal-Papa

Il-Ħamis 21 ta’ Lulju 2016

07:30pm Quddiesa bi tħejjija għall-festa – Wesgħa Ramon Perellos - Qajjenza

Amministrazzjoni

L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2016

06:30pm Sports Rally għat-tfal u ż-żgħażagħ fi Triq il-Kostituzzjoni.

Il-Ħamis 28 ta’ Lulju 2016

06:30pm Quddiesa u Adorazzjoni Animata mill-Kummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju 2016

08:00pm BBQ kbir organizzat mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fi Triq Birżebbuġa, quddiem il-kazin. Fost varjetà oħra se tieħu sehem il-kantanta brava Mardy Farrugia.

Banda

Is-Sibt 30 ta’ Lulju 2016

05:30pm Quddiesa b’sufraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom. 07:30pm Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza. L-Ewwel Serata.

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016 nar San Pietru

08:00am Quddiesa għall-Gruppi u l-Għaqdiet li jieħdu sehem fil-Festa. Iqaddes Fr. Brian Gialanzè. 09:00am Quddiesa li fiha ssir il-‘Preżentazzjoni tat-trabi’ li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Tingħata tifkira. Iqaddes Dun Claude Mifsud, Saċerdot novell. 11:00am Quddiesa animata miż-żgħażagħ minn Dun James Saydon, Saċerdot novell. 11:00am Varjetà u briju kbir mill-Banda Birżebbuġa b’daqq ta’ marċi brijużi fil-Bar tal-Każin. Kulħadd jiġi liebes bil-kuluri u l-flokkijiet tas-Soċjetà. 06:30pm Tissokkta l-Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza. It-Tieni Serata. 08.00pm Green Gathering fil-bottegin tal-Każin tagħna. Kulħadd huwa mħeġġeġ jilbes it-T-shirts ħodor tasSoċjetà li ħriġna din is-sena.

Birżebbuġa

• Fil-Marċ tat-Tnejn ħruġ min-Niċċa, il-Kummissjoni Armar se tinawgura Sorpriża. • It-Tlieta 2 t’Awwissu 2016, il-marċ se jintemm f’Misraħ il-Knisja quddiem il-parti l-ġdida tas-Sede. Dakinhar is-Sezzjoni Żgħażagħ se tinawgura Sorpriża. • Il-Ġimgħa 5 t’Awwissu 2016, il-Feature Awdjoviżiv se jsir fil-Pjazza eżatt mal-Planċier. Il-Partitarji huma mħeġġa jattendu għall-feature fil-Pjazza eżatt kif jintemm il-Marċ il-Kbir tal-Ġimgħa. • Is-Soċi u ammiraturi tas-Soċjetà huma mħeġġa jattendu għall-Kunċert Mużikali tal-Banda tagħna, isSibt Lejlet il-Festa. Siġġijiet se jkunu pprovduti għall-kulħadd. Aħsbu kmieni. • Kulħadd huwa mħeġġeġ jixtri u jakkumpanja lill-Banda bit-t-shirts li ħarġet is-Soċjetà għal din is-sena.

2

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm

Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Festa Titulari

It-Tlieta 2 t’Awwissu 2016 It-Tlieta tal-Festa

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

08:00am Il-Membri tal-logħob tan-Nar tasSoċjetà taghna jagħmlu ħruq ta’ salut mat-tokk tal-arloġġ tat-tmienja ta’ filgħodu, issellem l-ewwel għodwa tal-ġimgħa tal-festa bi ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00pm Isir ħruq ta’ salut, ħruq ta’ murtali tal-bomba, mat-tokki ta’ nofsinhar u l-ewwel mota tal-ġimgħa tal-festa. 06:30pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Wara, inawgurazzjoni tal-ewwel parti tar-restawr tal-vara titulari, jiġifieri l-Pedestall. 07:30pm Ħruġ tal-Vara min-Niċċa. Din is-sena s-Soċjetà qed tfakkar il-25 Sena minn mindu sellmet għallewwel darba lix-xbieha Titulari ta’ San Pietru fil-Jum tal-Ħruġ min-Niċċa. Isir il-ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier fejn jintlaqa’ bl-Innu popolari lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace miż-żewġ baned magħqudin flimkien. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem ix-xbieha ta’ San Pietru billi tagħmel ħruq ta’ salut, kaxxa Infernali, murtali tal-logħob u murtaletti. Imbagħad isir id-diskors mill-kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura u miż-żewġ Presidenti talBaned. Isiru wkoll diversi skambji ta’ rigali bħala tifkira ta’ din il-festa; tingħad il-Kurunella f’ġieħ San Pietru u t-tfal jippreżentaw fjura lil San Pietru. Imbagħad jindaqqu l-Innu ‘Insellmulek’ ta’ Matthew Fenech; l-Innu Marċ ‘Ragħaj tal-Knisja’ ta’ Alex Caruana u l-Innu Marċ ‘San Pietru App. Patrun ta’ Birżebbuġa’ ta’ Ray Sciberras . 08:00pm Il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda San Pietru fil-ktajjen idoqqu flimkien marċi f’Misraħ il-Knisja sa tarf Triq Santa Katerina. Imbagħad, il-Banda Birżebbuġa tkompli bil-marċ tagħha li jgħaddi minn Triq Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa, Triq iż-Żebra, Triq San Ġwann, Triq 13 ta’ Diċembru, Misraħ irRepubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Port Ħieles, Triq it-Tħabrik, Triq Santa Rita, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Kurat Fenech, Misraħ il-Knisja, Triq iż-Żurrieq, Triq Profs. Anton Tabone, il-Bajja s-Sabiħa u Triq Birżebbuġa. 10:30pm Hekk kif il-marċ jasal quddiem is-Sede, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għal din is-sena, ilKummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa se tkun qed tinawgura sorpriża artistika ġdida. Dan huwa avveniment uniku li wieħed m’għandux jitlef. 11:00pm Isir ħruq ta’ kaxxa infernali minn fuq il-Bejt tas-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’.

San Pietru

Ħruġ min-Niċċa – Jum il-Festa Liturġika ta’ San Pietru fil-Ktajjen

EDITORJAL

It-Tnejn 1 t’Awwissu 2016

08:00am Purċissjoni

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

Birżebbuġa

għat-tfal bl-ixbieha ta’ San Pietru mill-MUSEUM tasSubien sal-Knisja Parrokkjali. 08:30am Quddiesa għat-tfal bi preżentazzjonijiet fuq il-ħajja ta’ San Pietru u tqassim tal-midalji tal-Sports Rally. Imexxi Rev. Dr John Berry. 08:30pm Il-Banda Birżebbuġa tagħmel marċ

3


programm Editorjal

brijuż li jibda mill-Qajjenza. Jibda minn Triq Arturo Issel, u jkompli għaddej tul Triq l-għerien, Triq ilĦajja Ewlenija, Triq Herakles, Triq F.M. Ferretti, Triq il-Batterija, Triq il-Fossili, Triq il-Merżuq, Triq ilKitarristi, Triq L-iżbark tat-Torok, Triq id-Daqqaqa, Triq il-Folkor, Triq l-għannejja, Triq Mikiel Abela, Triq F.M. Ferretti, Triq Cachia Żammit, Triq San Ġorġ, Triq San Pietru, Triq it-Tankijiet, Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, u fl-aħħar f’Misraħ il-knisja quddiem il-parti l-ġdida tas-Sede tagħna. 10:45pm Għal din l-okkażjoni tassew speċjali, is-Sezzjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà se tkun qed tinawgura sorpriża artistika oħra. Dan huwa avveniment uniku li wieħed m’għandux jitlef. 11:30pm Isir ħruq ta’ kaxxa infernali minn fuq il-Bejt tas-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’.

L-Erbgħa 3 t’Awwissu 2016

Amministrazzjoni

L-Ewwel Tridu 06.30pm Jum l-Anzjani. Quddiesa bl-għasar bil-Malti. Jipprietka l-Kan. George Spiteri. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Mistiedna speċjali l-morda, l-anzjani, il-persuni bi bżonnijiet speċjali u l-familji tagħhom. Wara, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 06.30pm Kunċert Ġenerali tal-Programm Annwali tal-Festa fis-sala Principali tas-Sede. 08.00pm Attività għaż-żgħażagħ u l-Membri Partitarji tas-Soċjetà tagħna fil-bottegin tas-Sede. Inħeġġu liżżgħażagħ jiġu l-każin bil-flokkijiet sbieħ li s-Soċjetà ħarġet .

Il-Ħamis 4 t’Awwissu 2016 It-Tieni Tridu

06.30pm Jum L-Għaqdiet u Jum il-Familja.

Banda nar

Quddiesa bl-għasar bil-Malti. Jipprietka l-Kan. George Spiteri. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Mistiedna l-Għaqdiet tal-Parroċċa u l-Familji b’mod speċjali l-Koppji li kellhom 10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 sena Anniversarju taż-żwieġ u Koppji li żżewġu matul is-sena. 08:30pm Il-Banda Birżebbuġa tibda marċ brijuż li jibda minn quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, jilwi għal Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja, Triq il-Bieqja, Triq San Mikiel, Triq id-Duluri, Triq it-Tankijiet, Triq San Stiefnu, Triq San Mikiel, Triq San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa, Misraħ is-Summit, Triq San Patrizju, Triq San Franġisk Saverju, Triq Alessandru, Triq il-Kartaġiniżi, Triq San Ġwann, Triq il-Ġurġier, Triq San Filippu, Il-Bajja s-Sabiħa u jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’ fi Triq Birżebbuġa fost il-briju kbir li jafu jagħmlu ż-Żgħażagħ Partitarji tagħna.

Il-Ġimgħa 5 t’Awwissu 2016 L-Aħħar Tridu

San Pietru Birżebbuġa

Matul din il-ġurnata, bħas-snin li għaddew se jkollna magħna grupp ta’ nies mill-Parroċċa Bażilika tan-Nadur Għawdex iddedikata lil San Pietru u San Pawl, fosthom il-kumitat tal-Għaqda tal-Armar 13 ta’ Diċembru. Nagħtuhom Merħba u Nilqgħuhom fostna! 08.00am Il-Membri tal-logħob tan-Nar tas-Soċjetà taghna jagħmlu ħruq ta’ salut l-għodwa tal-Aħħar Tridu bi ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00pm Isir ħruq ta’ salut, ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti, mat-tokki ta’ nofsinhar u l-mota tal-festa. 06.00pm Il-vara artistika ta’ San Pietru xogħol l-istatwarju Alfred Camilleri Cuachi tinħareġ mis-Sede tas-Soċjetà u taqbad triqitha lejn Marsaxlokk. Dan l-itinerarju nagħmluh kull darba li jkun hemm xi anniversarju biex inġeddu dik l-ewwel darba li din il-vara nġiebet l-ewwel darba f’Birżebbuġa. Filfatt din il-vara qed tagħlaq 25 Sena mill-wasla tagħha f’Birżebbuġa. 06.30pm Jum is-Saċerdoti, Reliġjużi u Persuni ta’ Ħajja Kkonsagrata. Quddiesa bl-Għasar bil-Malti. Jipprietka Kan. George Spiteri. Mistiedna speċjali s-saċerdoti, reliġjużi u persuni ta’ ħajja kkonsagrata. 07:00pm Jingħata Bidu għall-Manifestazzjoni Tradizzjonali u Unika f’Malta ta’ San Pietru fuq il-Baħar

4

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

5

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar San Pietru Birżebbuġa

bil-Vara Artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà u kapulavur fil-kartapesta tal-Artist Alfred Camilleri Cauchi (1991) li din issena qed tagħlaq 25 Sena millmiġja tagħha f’Birżebbuġa. Din is-sena din il-Manifestazzjoni se tiġi organizzata fuq Skala Nazzjonali u spalla ma’ spalla mal-Community Chest Fund . Għalhekk qed nagħmlu sejħa lil dawk kollha li ghandhom opri tal-bahar biex jiġu jakkumpanjaw ilvara ta’ San Pietru fuq il-baħar u fl-aħħar jagħtu donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund. Għalhekk fis-07.00pm dawk kollha miġbura fil-Bajja ta’ San Ġorġ bid-dgħajsa tagħhom għandhom jitilqu għall-Port ta’ Marsaxlokk biex jilqgħu l-Istatwa ta’ San Pietru. 07.15pm Il-lanċa bl-istatwa ta’ San Pietru titlaq mill-moll ta’ Marsaxlokk akkumpanjata minn bosta opri talbaħar speċjalment tax-Xlukkajri. 08.15pm Il-Banda Birżebbuġa tilqa’ l-istatwa ta’ San Pietru bl-Innu Popolari fil-Bajja s-Sabiħa. 08:20pm Il-Banda Birżebbuġa tilqa’ lill-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta biddaqq tal-Innu Malti fil-Bajja s-Sabiħa. Isir diskors mill-President tas-Soċjetà Alexander Caruana fejn wara jippreżentalha d-donazzjonijiet miġbura minn din il-manifestazzjoni. Wara l-President ta’ Malta se tagħmel id-diskors tagħha lill-ġemgħa. Id-Dilettanti tan-Nar tas-Soċjetà tagħna jsellmu l-wasla tal-vara ta’ San Pietru bi ħruq ta’ Kaxxa Infernali minn fuq ir-ramla. Il-Banda Birżebbuġa tissokkta biddimostrazzjoni b’marċ brijuż millaqwa li jgħaddi tul dawn it-toroq: mill-Bajja is-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja, Triq Sant’Andrija, Triq Sant’Anġlu, Triq iż-Żurrieq ,Triq San Ġwann, Triq San Edwardu, il-Bajja s-Sabiħa, Triq il-Knisja, Triq Santa Katerina, Triq Birżebbuġa, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’. 09.15pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ diversi settijiet ta’ Murtali u Murtaletti bil-logħob, kollu xogħol id-dilettanti qalbiena ta’ din l-Għaqda tan-Nar. 11:00pm Il-Vara Artistika ta’ San Pietru tasal quddiem isSede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’. Hawnhekk il-vara tiddawwar tħares lejn il-każin u l-kantanta brava Clarissa Cauchi, akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa tkanta l-Innu ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ u l-Innu ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’. 11.10pm Wara l-Innijiet, l-istatwa tinżel lejn ix-xatt fejn hemm, tittella’ fuq il-pedestall artistiku tagħha, fost briju kbir li jafu jagħmlu l-partitarji tagħna. Mat-tlugħ tal-vara fuq il-kolonna tagħha fil-Bajja s-Sabiħa, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ kaxxa infernali varjata tal-kulur, fjammi u prexxex minn fuq ir-ramla tal-Bajja s-Sabiħa.


programm

11:15pm Il-Banda Birżebbuġa tagħlaq din id-dimostrazzjoni fi Triq Birżebbuġa quddiem is-Sede tas-Soċjetà, bi briju organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ u mill-Partitarji kollha tas-Soċjetà. 11:45pm Fi tmiem il-marċ, il-partitarji u l-ammiraturi tas-Soċjetà huma mistiedna jitilgħu Misraħ il-Knisja biex hemmhekk, fejn il-parti l-ġdida tas-sede tagħna, eżattament mal-Planċier tas-Soċjetà se jkollhom l-okkażjoni li jaraw Feature Awdjoviżiv Kbir f’Misraħ il-Knisja. Dan il-feature inħadem mill-Membri tal-Uffiċċju Komunikazzjoni U Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà.

Editorjal

Is-Sibt 6 t’Awwissu 2016 Vġili tal-Festa

Amministrazzjoni Banda nar

08.30am Quddiesa li fiha jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-‘Te Deum’. Imexxi Rev. Dun Frans Schembri. 12:00pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ murtali tal-bomba, mat-tokki ta’ nofsinhar. 12:00pm Issir l-Ikla Tradizzjonali ta’ Lejlet il-Festa filBottegin tal-Każin . 05.30pm Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 06:15pm Translazzjoni Sollenni u l-Ewwel Għasar birrelikwija insinja u qaddisa ta’ San Pietru Appostlu, trasportata minn Dun Gilbert Scicluna, Saċerdot novell, mill-Kappella tad-Duluri (Triq il-Knisja) salKnisja Parrokkjali, akkumpanjata mill-fratelli talFratellanza tas-Sagrament. 07.30pm Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 08.00pm Marċ eleganti mill-Banda Birżebbuġa bl-Istandardi u bil-Bandalora artistika tas-Soċjetà li jibda’ minn quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ u jgħaddi minn dawn it-toroq: S.Katerina, S.Mikiel, Żaren Dalli, u jasal f’Misraħ il-Knisja għall-ħabta tad-disgħa nieqes kwart. 09:00pm F’Misraħ il-Knisja, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L, il-Banda Birżebbuġa tesegwixxi l-Kunċert Annwali tal-Festa fuq il-Planċier tas-Soċjeta li din is-sena qed jagħlaq 25 sena minn mindu sar għall-ewwel darba. Se tieħu sehem il-kantanta żgħira Riona Degiorgio; it-Tenur Charles Vincenti; is-Sopran Karen Camilleri; il-Kor Xmun Pietru taħt id-direzzjoni ta’ Mro. F. Paris u l-Kor Mirabitur taħt id-direzzjoni ta’ Simone Attard. Il-Kunċert se jkun ippreżentat misSinjura Diandra Farrugia u s-Sinjura Lorraine Cunningham. Se jkun hemm siġġijiet disponibbli għall-pubbliku. Titilfux dan l-appuntament uniku!

San Pietru Birżebbuġa

6

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


I Dreamed A Dream (Tkanta Riona Degiorgio) Claude-Michel Schönberg Marche Slave Tchaikowsky Selections from ‘The Phantom of the Opera’ A Lloyd Weber – Arr. Warren Barker (Tenur Charles Vincenti u s-Soprana Karen Camilleri) INTERVALL U PREŻENTAZZJONIJIET DISKORS MILL-PRESIDENT

Alexander Caruana arr. Simon Farrugia Mro. M. Bugelli Joe Julian Farrugia

09.30pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti bidu għal Wirja Spettakolari tan-Nar tal-Ajru, ibbażata l-aktar fuq xogħol tal-beraq, b’murtali u murtaletti tal-logħob b’beraq Ikkulurit, beraq tat-Titanium, Murtali talKulur, Murtali biċ-ċentrijiet, Blalen, Sfejjer, lampjuni u Serpentelli. Fit-tmiem ta’ din il-wirja tinħaraq Kaxxa Infernali tal-kulur varjata b’murtali u murtaletti. Dan ix-xogħol tan-nar inħadem kollu kemm hu mill-membri ta’ din l-Għaqda, frott il-ħidma wlied Birżebbuġa. 11.15pm Wara li jintemm il-Programm Mużikali mill-Banda Birżebbuġa, il-membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar jagħtu bidu għall-Wirja kbira tal-Logħob tan-Nar tal-Art kollu Artistiku u Mekkanizzat. Din il-wirja saret imfittxija minn bosta dilettanti Maltin. Se naraw diversi rdieden ġodda kbar bl-Ingranaġġi, Imqassijiet, Ktajjen, Funtuni talKulur, Gassijiet tad-dawl u gassijiet u funtuni tal-pulzier, inġenerija kbira u kwalità u prodott ta’ nar ta’ livell għoli tassew. Dan ix-xogħol huwa kollu frott il-ħidma tal-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa. Din is-sena qed infakkru l-25 sena minn mindu s-Soċjetà tagħna kienet l-ewwel waħda li bdiet tagħmel spettaklu ta’ Nar tal-Art f’Birżebbuġa (19912016).

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

7

programm Banda

Kender & Ebb

nar

Gabaret (Il-Kor Xmun Pietru u l-Kor Mirabitur) San Pietru Fil-Glorja (Tenur Charles Vincenti, is-Soprana Karen Camilleri u l-Kor Xmun Pietru u l-Kor Mirabitur) Innu Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (Tenur Charles Vincenti, is-Soprana Karen Camilleri, -Kor Xmun Pietru u l-Kor Mirabitur)

AMMINISTRAZZJONI

Ray Sciberras

EDITORJAL

Arr. Ray Sciberras

San Pietru

Original Work Excerpt from ‘Les Miserables’ Overture Musical Selection Musical Selection Innu Innu

Mro. Carmelo Pace Sol Fenne

Birżebbuġa

Innu Opening Fanfarre Song Duet

Programm Mużikali Annwali tal-Festa Titulari ta’ San Pietru App. 25 Sena mill-Ewwel Programm tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Innu Popolari lil San Pietru App. (Kor Xmun Pietru & Kor Mirabitur) Eastney The Prayer (Tenur Charles Vincenti u s-Soprana Karen Camilleri) Fantasy Silhouette


programm

Il-Ħadd 7 t’Awwissu 2016

Jum il-Festa Sollenità ta’ Jum il-festa Titulari ta’ Birżebbuġa

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

06:00am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 07:00am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa u fil-Kappella ta’ Bengħisa. 07:30am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. 08:00am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 09:00am Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija minn Dun Gilbert Scicluna, Saċerdot novell. Jinseġ il-Paniġierku P. Deo Debono OSA, Kappillan ta’ Santu Wistin, il-Belt. 09:00am Quddiesa Letta bl-Omelija bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. 10:00am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella taċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb. 11.00am Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. 11.00am Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda l-famuż Marċ ta’ Filgħodu jew kif inhu popolarment magħruf magħna bħala l-Marċ il-Kbir tal-Iljun. Il-marċ jibda minn quddiem is-Sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa u jkompli tul dawn it-toroq: Il-Bajja Sabiħa, Triq id-Duluri, Triq San Mikiel, Triq San Pietru, Triq it-Tankijiet, Triq Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, Triq is-Sajjied, Triq Sant’Anġlu, Triq iż-Żurrieq, Triq San Ġwann, Triq iż-Żebra, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, u jintemm quddiem is-Sede fis-02:30pm bi briju kbir u mill-iktar spettakolari. 06:00pm Issir Quddiesa bil-Kant tal-Għasar bil-Malti mill-Kan. Dillon Bugeja. 07:15pm Isir il-Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni bir-relikwija qaddisa ta’ San Pietru kif ukoll bil-Vara Devota u Artistika ta’ San Pietru fil-Ktajjen, maħduma fl-injam fl-1959 mill-imgħallem Ferdinand Stuflesser tal-Bottega Ars Sacra ta’ Bolzano. Jakkumpanjaw il-purċissjoni ż-żewġ fratellanzi ta’ Birżebbuġa. L-insinji relikwija ta’ San Pietru se tinġarr fit-triqat ta’ Birżebbuġa mill-Kan. Dillon Bugeja. 07:15pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-Ħruġ solenni tal-Purċissjoni bil-Vara u l-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu b’wieħed u għoxrin tir ta’ Salut u Kaxxa Infernali Spettakolari b’settijiet ta’ murtali u murtaletti kkumnikati fiha. L-istess għaqda tan-Nar takkumpanja l-Purċissjoni tal-Vara ta’ San Pietru u r-relikwija qaddisa tiegħu fit-toroq ta’ Birżebbuġa b’diversi Murtali kbar tal-Logħob kollu xogħol il-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa. 07:30pm Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, mistiedna tas-Soċjetà tagħna tibda programm fuq il-planċier tal-Banda Birżebbuġa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L. Il-programm jintemm għall-ħabta tattmienja u kwart bl-Innijiet ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’, ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’ u l-‘Innu Popolari Lil San Pietru’.

8

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Il-Kant tat-Tridu, Lejlet il-Festa u nhar il-Festa jsir mill-Kor Parrokkjali ta’ Birżebbuġa taħt it-tmexxija ta’ Ms. Felicienne Paris B.Ed. (Hons); L.Mus. L.C.M.; A.Mus. T.C.L., A. Mus. L.C.M. u akkumpanjata mill-organista Mr. Martin Portelli. Ix-xogħol kollu tan-Nar sia l-Mekkanika, kif ukoll il-Prodotti Kimiċi, inħadmu kollha mill-Membri tal-Għaqda tagħna, L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, kollha wlied dan ir-raħal ta’ Birżebbuġa. In-nar inħadem kollu fil-Kumpless tan-Nar ‘Madonna Taċ-Ċintura tal-Gudja’, immexxija mil-Licencee’ Marlon Mangion. Viva dejjem San Pietru Rebbieħ fuq il-Ktajjen. Żomm idek fuq id-Dilettanti tan-Nar Ulied Birżebbuġa. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

9

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar San Pietru Birżebbuġa

08:45pm Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, imbagħad takkumpanja l-Purċissjoni mill-Bajja s-Sabiħa għal tul Triq Birżebbuġa sal-pjazza.. 09:45pm L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Kaxxa Infernali minn fuq irramel, hekk kif il-vara ta’ San Pietru tasal fil-bidu ta’ Triq Birżebbuġa. 09:45pm Il-vara Artistika u Devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen tiġi milqugħa mill-membri tagħna quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’. Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tkompli takkumpanja l-Purċissjoni bil-Vara u r-relikwija ta’ San Pietru sad-dħul tagħhom fil-Knisja. 10:30pm Isir id-Dħul tal-Purċissjoni bil-Vara Titulari ta’ San Pietru Mad-dħul, ilvara tintlaqgħa bid-daqq tal-Antifona ‘Solve Jubente Deo’. Wara li l-vara titpoġġa fuq il-bankun tagħha, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni jaslu fi tmiemhom bl-Oskuli, il-bews tarRelikwija ta’ Missierna San Pietru App. filwaqt li fl-isfond jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. 10:45pm Il-Membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar jaslu l-Knisja biex flimkien malKappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura jinġabru flimkien taħt il-vara Titulari u jagħmlu eżortazzjoni qasira ta’ talb bħala Qima u ringrazzjament lil Alla. Il-membri tal-istess Għaqda jqiegħdu bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-Vara Titulari b’ringrazzjament lil San Pietru tal-Protezzjoni tiegħu matul is-sena u l-ġimgħa tal-festa. 11:00pm Il-Banda Birżebbuġa tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali magħruf bħala l-Marċ tan-Nar u r-Reffiegħa. Dan il-marċ qed jagħlaq 25 sena minn mindu sar l-ewwel darba fis-sena 1991. Dan se jibda minn Triq Birżebbuġa, f’tarf il-Pjazza tal-Knisja u jibqa’ nieżel sax-xatt fejn l-istatwa artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà titniżżel minn fuq il-pedestall tagħha. Il-Vara ta’ San Pietru tiġi akkumpanjata miIl-Banda Birżebbuġa b’marċ brijuż tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. Hawnhekk jintlaqgħu r-Reffiegħa tal-vara Titulari kif ukoll il-membri tal-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar. Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ssellem lil dawn id-dilettanti bl-‘Innu lid-Dilettanti tan-Nar’ li Mro. Michael Bugelli kkompona fl-1991, 25 Sena ilu. Il-Banda Birżebbuġa ittemm dawn il-festi bid-daqq tal-Innu tal-Banda Birżebbuġa u l-Innu Popolari Lil San Pietru.


programm

Ċelebrazzjonijiet ta’ Wara l-Ġimgħa tal-Festa It-Tnejn 8 ta’ Awwissu 2016

07:30pm Il-Partitarji Ljuni jiltaqgħu kollha ħdejn Għar Dalam biex minn hemm nagħmlu d-dħul trijonfali fir-raħal tagħna bħala turija t’apprezzament lin-nies ta’ Birżebbuġa għas-suċċess tal-festa tagħna.

Editorjal

Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 2016

06:30pm Quddiesa u Adorazzjoni b’Radd ta’ Ħajr lil Alla bħala ringrazzjament għall-irnexxija tal-Festa Titulari.

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu 2016

Amministrazzjoni

12:00pm Ikla bejn il-ħbieb, miftuħa għall-membri u l-partitarji kollha tas-Soċjetà tagħna, kbar u żgħar. Divertiment garantit. Din se ssir fis-Sala ‘Anthony Camilleri’ bil-għan li tgħaqqad il-ħbieb tal-festa. Aħsbu għallbookings malajr mingħand l-uffiċċjali tal-Kumitat Eżekuttiv.

Merchandising FESTA 2016

Banda nar Cushion – 15 Euros T-Shirts (anke għat-tfal) - 8 Euros

San Pietru

CD Remastered tal-Ewwel Sett ta’ Marċi Brijużi talBanda tagħna: Sena 1990 – 6 Euros

Birżebbuġa

Ikkuntattjaw lil Benji Caruana fuq 79277303

10

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Tombla Tickets Tal-Prima Cloakroom Tickets Tal-Fiera X2 X3 X5 Mob: 99451094 Mob: 99441246

Bozoz tal-Ħġieġ Crystal Glass Malta

Ludwig N Desira

Kull tip ta’ Bozoz Tondi jew Ovali biex tipproteġi mit-trab Statwi, Bambini, Presepji u ħafna iktar. Xogħol tal-Kristall fin-Naplitan Bozoz Tondi qisien varji sa 40 x 80ċm Bozoz Ovali qisien varji sa 38 x 27 x 60ċm Mob: 9940 7186 fb/ludwignoel.desira Email: lullumt1@hotmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

11


programm Editorjal Amministrazzjoni

Best toy shop in Town, Beach wear & Beach Accessories

Banda

E0.35c nar

Fruit-Ella Grocer & Green Grocer San Pietru

a new shop in

80, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa • Mob: 7958 5371

Birżebbuġa

You will find Groceries, Cheese-Counter (at very good prices), Fresh milk, Bread daily and Bonus Ca Fresh fruit and vegetables. rd Opening Hours: Monday till Friday 6.00 - 12.30 & 15.30 - 19.30 Saturday 6.00 - 13.00 • Sunday 6.00 - 12.00 Public Holidays Open till 12.00 livery

Free De

12

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

13

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

żgur li dan l-annwal għandna biżżejjed biex nimlewh. Firxa ta’ Artikli: Aħna dejjem naraw li jkollna firxa ta’ artikli: nagħtu importanza kbira lill-ġrajjiet kurrenti u passati tas-Soċjetà; nagħtu importanza lin-nies li minnhom hija ffurmata s-Soċjetà tagħna; nemfasizzaw l-importanza kbira tal-Banda u tal-Edukazzjoni Mużikali fis-Soċjetà tagħna. Dejjem nagħmlu wkoll xi aċċenn għal xi ġrajjiet storiċi jew fatti kurjużi li jkunu ġraw sew fir-raħal tagħna jew anke f’Malta. Nieħdu l-okkażjoni wkoll li nuru apprezzament lejn xi nies jew għaqdiet oħra li jkunu ddistingwew ruħhom u għamlu unur lil Birżebbuġa. Naraw li l-artikli li nippreżentawlkom ikunu jistgħu jinftehmu malajr però ma niddejqux jekk xi kultant ninkludu wkoll xi artikli b’informazzjoni ftit aktar teknika, speċjalment fil-qasam tal-mużika, li hija kruċjali għas-Soċjetà tagħna. Features Awdjoviżivi: Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk li kull sena jaħdmu fuq il-feature tal-festa. Is-sena li għaddiet fil-ġimgħa tal-festa tellgħajna feature li tista’ tgħid ġabilna demgħa f’għajnejna daqskemm ħassejna ruħna emozzjonati. Dan ġie maħdum b’abbiltà kbira minn Roberto D’Amato, Jonathan Bonnici u Franklin Cachia tadDitta Pinkishline Studios. Apparti dan, din is-sena għamilna feature tajjeb li kkumplimenta ħafna mal-programm mużikali tal-Ġimgħa Mqaddsa li għamilna fil-Knisja tad-Duluri. Dan ħadem fuqu Josef Schembri. Kalendarju: Din is-sena nixtieq nirringrazzja b’mod personali lill-President Alexander Caruana li ta daqqa t’id kbira fil-kalendarju. Is-sehem kbir tiegħu kien apprezzat ħafna. Bħala tema għall-kalendarju din is-sena għażilna l-attivitajiet kollha li għamilna fil-25 Sena Anniversarju tassena li għaddiet. Grazzi wkoll lil Walter, il-mara tiegħu Sue u lil dawk li għenu fil-ġbir tar-riklami. Pubblikazzjonijiet oħra: Ta’ min isemmi li din is-sena komplejna noħorġu pamphlet biex jikkumplimenta ma’ kull programm mużikali li għamilna: tal-Milied, il-Programm ‘MillBandisti Għall-Membri’ u l-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa ‘Virgini Perdolenti’. Issa jmiss ieħor għall-Programm tal-festa. Nirringrazzjaw lil Andy Mifsud u lill-President Alexander Caruana li jaħdmu ħafna fuq dawn il-Pamphlets. Tajjeb

San Pietru

Privileġġ li jkollok kopja stampata ta’ dan l-annwal f’idek: Għat-tielet sena ġejt fdat birresponsabbiltà kbira ta’ din ir-rivista uffiċċjali tas-Soċjetà. Kulma huwa ktieb ta’ 21cm b’30cm u ħxuna ta’ madwar 180 paġna imma x-xogħol ta’ kitba, design u ġiri għar-riklami li jinvolvi huwa wieħed kbir immens. In-nies hemm barra ma tirrealizzax kemm huwa diffiċli dan ix-xogħol. Hemm oħrajn u din sfortunatament naraha f’ħafna soċjetajiet li jaħsbu li x-xogħol tal-kitba huwa xi passiġġata, xi logħob tat-tfal. Irrealtà hija differenti. Int li bħalissa għandek dan il-ktieb f’idek għandek tħossok privileġġat li akkwistajt kopja min-numru limitat stampat (600 kopja) li ta’ kull sena toħroġ isSoċjetà, allura ibża’ għalih u żommu bħala rikordju. Kif nistgħu nilħqu lil dawk li ma jakkwistawx kopja ta’ dan l-Annwal? Bħala l-bniedem responsabbli millpubblikazzjonijiet tas-Soċjetà kemm-il darba tkellimt dwar il-metodi differenti li bihom nistgħu nilħqu lin-nies. Is-Soċjetà temmen ħafna f’dan il-ktieb u tittama li l-messaġġi li jiġu ppubblikati fih jilħqu lil numru kbir ta’ nies minn kull livell tal-ħajja. Madankollu l-mistoqsija li dejjem għandna npoġġu quddiemna għandha tkun: ‘Din ir-rivista sabiħa kemm hi sabiħa hija biżżejjed biex inwasslu l-messaġġi kollha tagħna?’ Mistoqsija oħra importanti hija dwar l-udjenza li għandna aħna bħala Soċjetà mużikali, soċjali u kulturali: ‘Qegħdin nilħqu linnies kollha ta’ Birżebbuġa?’ ‘Jew lil dawk biss li huma fiċ-ċirku tagħna?’ ‘X’nistgħu nagħmlu bħala Soċjetà biex niġbdu imqar għal ftit minuti l-attenzjoni tan-nies residenti ta’ Birżebbuġa kollha?’ Din hija tassew xi ħaġa importanti speċjalment meta tqis li s-Soċjetà tagħna b’permezz tal-iskola tal-mużika toffri tagħlim u opportunità biex tfal, żgħażagħ u adulti jingħaqdu ma’ orkestra mużikali. Din xi ħaġa li bħala Soċjetà rridu naħsbu fiha. Importanza lill-Ġrajjiet Kurrenti tas-Soċjetà tagħna: Bħas-soltu qed nipprovdu lis-Soċi tagħna annwal li jkopri diversi aspetti mill-operat u mill-interessi relatati mas-Soċjetà tagħna. Aħna nemmnu li inutli jkollok ktieb mimli storja u mbagħad ma tkoprix il-ġrajjiet li jkunu seħħew fis-Soċjetà matul dik is-sena. Għall-grazzja t’Alla s-Soċjetà tagħna hija attiva s-sena kollha b’attivitajiet u proġetti kbar u għalhekk

Birżebbuġa

Josef Schembri

EDITORJAL

programm

Irridu Nilħqu Lil dawk li s-Soċjetà Għadhom Ma Jafuhiex


programm Editorjal Amministrazzjoni Il-Kalendarju Għas-sena 2016 b’ritratti tal-Attivitajiet tal-25 Anniversarju.

Banda

CDs: Din is-sena se nkunu qed noħorġu remastering talewwel cassette ta’ marċi li s-Soċjetà tagħna ħarġet fl-istorja tagħha, fis-sena li twaqqfet fiha jiġifieri fl-1990. Ix-xogħol talqoxra u l-print fuq is-CD qed jieħu ħsiebu Andy Mifsud. Ilqoxra għamilniha l-istess bħalma kienet ħarġet 26 sena ilu biex b’hekk nibqgħu leali għad-disinn oriġinali. Se nippruvaw ukoll naħdmu fuq disinn għall-cover tas-cd tal-kanzunetta pop li se jkunu qed joħorġu s-Sezzjoni Żgħażagħ għal din is-sena bl-isem ‘F’Qalb Uliedek’. Website u Social Networks: Bħal kull sena l-persuna responsabbli mill-Website u mis-Social Networks uffiċċjali, Andy Mifsud, baqa’ jaġġornahom b’ritratti u b’informazzjoni relatati ma’ kull attività li s-Soċjetà torganizza. Inħeġġu linnies jidħlu ta’ spiss fuq dawn is-social networks tas-Soċjetà. Ringrazzjament lid-Dipartiment tal-Finanzi u r-Reklami: Dan id-Dipartiment li huwa fergħa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi jieħu ħsieb il-finanzi mir-riklami u l-ġbir għar-riklami. Żgur li l-ewwel ħsieb tiegħi jmur għall-Kaxxier tas-Soċjetà s-Sur Walter Pace kif ukoll il-mara tiegħu Sue Pace li jaħdmu u jqattgħu bi snienhom biex is-Soċjetà tibqa’ finanzjarjament b’saħħitha. Ix-xogħol li jagħmlu fil-qasam tar-riklami u tal-finanzi huwa wieħed kbir u indiskrevibbli. Grazzi ħafna lil din il-familja. Ma nistax ma nsemmix l-għajnuna kbira li jagħti wkoll is-Sur Christ Camilleri, li dejjem ikun preżenti fil-każin u dejjem jara li jgħin anke lill-kaxxier fil-ġbir tar-riklami. Grazzi Christ. Grazzi wkoll lil Nikita Caruana li qed tagħmel xogħol kbir ieħor fil-

nar San Pietru Birżebbuġa

insemmu wkoll li din is-sena b’ħidma konġunta malKumitat u mal-Iskola tal-Mużika, ħriġna brochure dwar it-tagħlim tal-mużika li toffri s-Soċjetà tagħna, liema brochure tqassmet lit-tfal kollha tal-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Ma’ dawn jien inħobb ngħaqqad ukoll l-iscripts li jsiru għal kull programm mużikali li ntellgħu. Dan ix-xogħol ħafna drabi jaqa’ fuqna wkoll peress li ħafna minnha għandhom ukoll background fil-mużika. Dan ix-xogħol ħafna drabi jieħu ħsiebu Josef Schembri. Nieħu din l-okkażjoni wkoll biex nirringrazzja minn qalbi lil Diana Caruana u lil Marisa Cutajar tal-proof-reading li jagħmlulna. Gadgets u Memorabilia: Xogħol ieħor li jaqa’ fuq is-Sezzjoni tagħna huwa dak ta’ merchandising. Dan ħafna drabi jsir mid-diversi disinjaturi li għandha s-Soċjetà. Din is-sena se noħorġu t-shirts tradizzjonali tal-festa b’disinn magħmul minn Jonathan Bonnici. Nieħdu din l-okkażjoni wkoll biex nirringrazzjaw lill-aħwa Cutajar li ħadmu lis-Soċjetà senza interessi vetrina sabiħa u pulita biex dawn issouvenirs u dawn il-gadgets ikunu jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-membri tul is-sena kollha filbottegin tas-Sede tagħna.

Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Josef Schembri, Chris Camilleri Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Diana Caruana, Andy Mifsud, Walter Pace

14

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Kull min huwa dilettant tal-fotografija, videography, editing ta’ ritratti jew videos u jixtieq jgħin lis-Soċjetà, inħeġġuh jikkuntattja lil xi ħadd tal-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi.

MARIO’S

super market

programm EDITORJAL

Soċjetà, b’hekk inkunu nistgħu niddelegaw ix-xogħol aħjar. Din sezzjoni li hija interessanti għalkemm xi kultant stressanti wkoll għax kunflitti u opinjonijiet diversi ma jonqsux. Għandna ħafna ideat fuq xhiex nistgħu ninfirxu imma għandna bżonn ta’ aktar nies u għajnuna. Is-Soċjetà tfur bit-talenti: hemm ħafna li għandhom għal qalbom il-fotografija u video editing imma peress li l-għajnuna ta’ dawn mhijiex regolari, ma nkunux nistgħu nibnu u nagħmlu dak li nixtiequ. Il-Kumitat Eżekuttiv irid jifhem ukoll li hemm eżiġenzi urġenti ta’ arkivjar u maż-żmien ċertu dokumenti jekk mhux se nieħdu ħsiebhom se jintilfu. Għalhekk ilKumitat irid jifhem u jaħdem fil-qrib tal-Kummissjoni tagħna. Aħna ninsabu kuntenti ħafna bil-prodotti li qed nippreżentaw lin-nies u kuntenti ħafna għax l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi għandu tassew viżjoni ċara u ambizzjoni għall-futur.

AMMINISTRAZZJONI

qasam tar-riklami. Nikita hija tfajla kapaċissima u tista’ tagħti kontribut kbir lis-Soċjetà f’dan id-Dipartiment. Grazzi wkoll lil Benji u lil Alison Briffa tal-għajnuna li jagħtu kull darba li l-kaxxier ikollu bżonn jiddelega x-xogħol tiegħu. Għeluq: Bħala grupp, ħafna minna impenjati f’oqsma oħra tas-Soċjetà. Hemm numru minna li ninsabu mpenjati bix-xogħol amministrattiv tal-Kumitat u ta’ fund-raising. L-attivitajiet ta’ fund-rasing min-naħa tal-kumitat huma intensivi u joħdulna ħafna mill-ħin personali tagħna. Ħafna minna wkoll impenjati fil-banda u l-mużika u allura l-ħin tagħna huwa verament limitat. Nixtiequ nagħmlu iktar għax pjanijiet għandna kemm trid imma ħafna drabi x-xogħol jaqa’ fuq l-istess nies u ma tkunx tista’ tiġġebbed kemm trid. Barra l-involviment tagħna fis-Soċjetà, kulħadd għandu l-familja tiegħu, il-ħajja tiegħu u x-xogħol tiegħu x’jagħmel. Nixtiequ naraw aktar nies ta’ rieda tajba li jidħlu jaħdmu fis-

• Free Delivery Service • Orders by phone accepted We wish all clients a happy feast

The Secret Fashion & Beauty

nar

Gifts Oversize Clothes Bags Accessories Make-up & more

San Pietru

• • • • •

Birżebbuġa

Beauty Treatments Facials Waxing IPL Hair Removal Nutritionist Nails Semi-Permanent Make-up Eyelash Extentions

Call us on 9966 0084 Zaren Dalli Street, Birżebbuġa Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

Banda

St. Philip Street, BirΩebbuga • Tel: 2165 3455

15


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

16

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm

Struttura tas-Soċjetà 2015-2016 ONORARJA

President Onorarju Għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri Fundaturi Alexander Caruana, Joseph Caruana, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Jason Vella Presidenti Onorarji Peter Camillieri, Perit Michael Schembri B.E.& A. (Hons) A.&C.E., Emanuel Żammit, Paul Polidano, Dr. Henry Antonich L.P. LL.D, l-Imħallef Joseph Azzopardi LL.D, Lonzu Vella, Simon Micallef, Victor Schembri, Peter Camilleri, Kav. Derek Mifsud Speranza, Jason Vella Membri Onorarji Sunny Bonnici, Paul Schembri, Carmelo Galea, Francis Cassar, Joe Cutajar, Tarcisio Bongailas, Emanuel Mangion

Editorjal

Surmastrijiet Onorarji Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons) L.Mus. T.C.L; A.Mus. L.C.M - Mro. Paul Buttuġieġ A.L.C.M, A.Mus L.C.M.; Mro. Gennaro Sibilano (Ruvo di Puglia) AMMINISTRAZZJONI

Amministrazzjoni

Segretarju Henry Bonnici

President Alexander Caruana

Teżorier Walter Pace

Assistent-Segretarju Roderick Cachia

Viċi-President Andy Mifsud

Assistent-Teżorier Benji Caruana

Direttur Ġenerali tas-Sede Benny Camilleri

Assistent Direttur Ġenerali tas-Sede Christopher Camilleri

Uffiċċju Komunikazzjoni U Relazzjonijiet Pubbliċi Josef Schembri (PRO) Direttur tal-Pubblikazzjonijiet Josef Schembri

ASPETT MUŻIKALI

Web Master Andy Mifsud ASPETT SOĊJALI U KULTURALI

Banda

AKKADEMJA TAL-MUŻIKA BANDA BIRŻEBBUĠA Alexander Caruana (Direttur)

Surmast Direttur tal-Banda Birżebbuġa Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.

Rappreżentant Kummissjoni Armar Esterni Benji Caruana

Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa Mro. Charles Wallace Suda

Rappreżentanta Nisa u Responsabbli mill-Attivitajiet Sue Pace

Għalliem tat-Teorija tal-Mużika Mro. Robert Magro L.MUS L.C.M.

Rappreżentant Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin Anthony Camilleri

Direttriċi tal-Kor ‘Xmun Pietru’ Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons) L.Mus. T.C.L, A.Mus. L.C.M

Rappreżentant tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Eman Farrugia

nar

Librara Mużikali Andy Mifsud u Josef Schembri

SKOLA TAL-MUŻIKA (Amministrazzjoni) Alexander Caruana Andy Mifsud, Josef Schembri,

San Pietru

Rappreżentanti Sezzjoni Żgħażagħ Clayton Vella

Għalliema fl-Iskola tal-Mużika Mro. Michael Bugelli ATCL (Brass) Mro. Charles Wallace Suda (Woodwind), Mro. Robert Magro L.Mus LCM (Theory)

SEZZJONI BANDA Rappreżentant fil-Kumitat Eżekuttiv Andy Mifsud Delegat tal-Banda Andy Mifsud Assistent Delegat tal-Banda Peter Paul Caruana

Birżebbuġa

KONSULENZA Rappreżentanti fl-Għaqda Każini tal-Banda Alexander Caruana, - Henry Bonnici, - Walter Pace Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott B.A. Lic. D Konsulenti Legali Dr. Bernard Grech LL.D - Dr. Henry Antonich L.P. LL.D Awdituri Kav. Derek Mifsud Speranza; - Perit Michael Schembri B.E.& A. (Hons) A.&C.E

18

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

19

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

u studenti fl-iskola tal-mużika tagħna li resqu għall-eżamijiet tatTeorija fil-mużika u għaddew kollha b’Distinction. Irrid insemmi wkoll iddiversi skemi ta’ fondi li applikajna għalihom u minnhom ħadna talAġenzija Żgħażagħ, tal-SIS, kif ukoll tal-Komunitajiet Kreattivi li permezz tagħha l-banda tagħna ser tkun qed tagħmel it-tielet mawra tagħha barra minn xtutna f’Ottubru li ġej! Sfortunatament imma, minkejja li issa ilna ħafna snin b’relazzjoni tajba naħdmu flimkien, iż-żewġ baned lokali minn dis-sena rajna li hawn min kien ħa jipprova jtappan dan kollu waqt laqgħat li kellna biex issa naslu għal ftehim ġdid li jkopri fih din ir-realtà ġdida ta’ żewġ każini fil-pjazza. Il-fatt li aħna xtrajna post tal-pjazza u ser nestendu s-sede, dan għamilnieh għall-ġid tas-Soċjeta tagħna li fuq kollox għandha kull dritt li tagħmel hekk u allura ma narawx ilgħala dan kien ser iwassal biex dak li konna nagħmlu tajjeb bejnietna għal bosta snin issa għandu jibda jiddeterjora ruħu. Aħna sa mill-ewwel tat-taħdidiet li kellna konna ċari li aħna rridu li nagħmlu ftehim li kulħadd ikun mar aħjar milli hu u li blebda mod ħadd ma jħossu li jkun qed jitlef xi ħaġa minn dak li kien jagħmel. Għalhekk nifhmu u hekk ser inkomplu naħdmu biex fl-iqsar żmien possibbli nkunu tkellimna u ftehmna fuq ftehim ġdid li permezz tiegħu, il-festa tagħna tkompli ssir iktar waħda magħquda u li tilħaq l-iskop ewlieni tagħha. Għalhekk nappella lil kulħadd biex iżomm il-kalma u joqgħod attent għal dak kollu li jkun ser jagħmel għax kif dejjem ngħid: jekk dak li tkun ser tagħmel ma tridx li ħaddieħor jagħmlu lilek mela allura tagħmlux lill-ħaddieħor. Jien konvint li kif dejjem għamilna wara daż-żmien, kollox jgħaddi u mbagħad ikollna pjan biex flimkien bħala żewġ baned inkomplu naħdmu ħalli l-festa tagħna tibqa’ tkun ta’ eżempju għall-festi l-oħra. Fl-istess żmien bqajna naħdmu fuq l-oqsma kollha tasSoċjetà speċjalment fuq il-banda u t-tagħlim tal-mużika. Bi pjaċir nifraħ lit-tliet bandisti ġodda li ser jiddebuttaw magħna għall-ewwel darba. Hawnhekk irrid nirringrazzja lis-surmast Mro. Michael Bugelli u lill-Assistent Mro. Charles Wallace Suda tal-ħidma tagħhom. Ma nistax ma nsemmiex ukoll is-suċċess li kisbu l-istudenti tagħna fl-eżamijiet tat-Teorija li għamlu għall-ewwel darba f’Novembru li għadda u għarriżultati tant tajbin li kisbu, kollha Distinction. Ta’ dan ma

nar

Waslet għal darb’oħra l-festa tant għażiża għalina, fejn bħal kull sena nagħtu qima lill-Patrun tagħna San Pietru fil-Ktajjen. Bit-twaqqif talbanda tagħna 26 sena ilu, il-festa saret waħda mill-iktar popolari filgżejjer Maltin. Illum inħossni kburi li bis-sehem tal-kumitat u ta’ ħafna membri, għaddejna minn sena ta’ ħidma kbira fis-Soċjetà tagħna. Kif tafu s-sena l-oħra ċċelebrajna bil-kbir il-ġubilew tal-fidda tasSoċjetà u normalment wara kull anniversarju kulħadd inaqqas naqra mill-enerġija li jkollu, imma aħna għamilna bil-kontra. Bla dubju, din is-sena ser tibqa’ mniżżla b’ittri taddeheb, bħala waħda mill-aħjar snin tas-Soċjetà, sena li ssarfet f’ħafna xogħol u ta’ ħafna sfidi però għallgrazzja t’Alla u bl-interċessjoni ta’ San Pietru rnexxielna naslu fejn xtaqna u llum ninsabu ppreparati biex nagħmlu festa ikbar minn dik tas-sena l-oħra li kienet speċjali bl-anniversarju. Bla dubju ta’ xejn l-ikbar proġett li ħdimna fuqu kien ixxiri tal-post il-ġdid, li permezz tiegħu, issa s-Sede tagħna ġiet estiża sal-pjazza. Miegħu rridu nsemmu l-business plan sod li għamilna, li permezz tiegħu s-Soċjetà ser tkun qed tiffinanzja l-ispejjeż kollha tal-post il-ġdid kif ukoll taxxogħol kollu strutturali li permezz tiegħu ser ikollna wieħed mill-ikbar każini li hawn f’Malta. Vera kienet sena ta’ taqtiegħ il-qalb imma rnexxielna naslu għal dak li kellna f’moħħna. Meta s-sena l-oħra nfurmajna lill-membri fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tat-22 ta’ Lulju 2015 dwar ix-xiri tal-post il-ġdid, l-entużjażmu ma waqafx u kulħadd baqa’ mbellaħ kif Soċjetà ta’ 25 sena kienet kapaċi tixtri 4 proprjetajiet. Dan kollu għax sa mill-ewwel ġurnata tas-Soċjetà ħdimna u għadna naħdmu b’għaqal kbir u allura r-riżultati baqgħu dejjem jidhru. Ta’ dan irrid nirringrazzja lill-Presidenti u lil kumitati ta’ qabilna tal-ħidma għaqlija tagħhom. Ix-xogħol kien jikkonsisti flarranġamenti mal-bank, preparamenti għall-kuntratt li sar ilĠimgħa 27 ta’ Mejju 2016, kif ukoll il-pjanti u dak kollu meħtieġ għall-applikazzjoni tal-MEPA. Fil-fatt bħalissa qegħdin nistennew li joħorġilna dan il-permess biex immedjatament nibdew ix-xogħol strutturali kemm fil-post il-ġdid kif ukoll filkumplament tal-każin. Fl-istess żmien bqajna naħdmu fuq l-oqsma l-oħra kollha tas-Soċjetà, speċjalment fuq il-banda u t-tagħlim tal-mużika. Bi pjaċir nifraħ lit-tliet bandisti ġodda li ser jiddebuttaw magħna għall-ewwel darba. Nifraħ ukoll lil dawk il-bandisti

San Pietru

Alexander Caruana

Birżebbuġa

Ħidma Kbira fl-Oqsma Kollha tas-Soċjetà

programm

Introduzzjoni Mill-President


International Funeral Services Tony Digby & Son

in-Nannu tal-Funerali ta’ Birżebbuġa

24 Siegħa Servizz

Karrijiet Moderni

Redentur, Kurat Fenech Str. Birżebbuġa (Quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali)

Tel: 2165 9584 Mob: 9986 8201


programm Editorjal

nistax ma nirringrazzjax b’mod speċjali lill-għalliem tatTeorija Mro. Robert Magro. Irrid insemmi wkoll id-diversi skemi ta’ fondi li applikajna għalihom u minnhom ħadna talAġenzija Żgħażagħ; tal-SIS kif ukoll tal-Komunitajiet Kreattivi li permezz tagħha, il-banda tagħna f’Ottubru li ġej ser tkun qed issiefer barra minn xtutna għat-Tielet darba fl-istorju Glorjuża tagħha. Irrid ngħid li għal dawn l-iskemi s-Soċjetà tagħna taħdem b’mod intensiv ħafna u b’sagrifiċċji kbar. Huma skemi li jeħdulna ħafna ħin ta’ preparazzjoni u ħafna kuntatti ma’ nies kif ukoll sigħat twal ta’ kitba u riċerka. Dan ma jkunx possibbli li kieku fis-Soċjetà ma kellniex nies ta’ ċertu abbiltajiet u livell tajjeb ta’ għarfien u ta’ edukazzjoni. Fl-aħħar nett irrid nirringrazzja lil sħabi tal-kumitat speċjalment lis-Segretarju u lit-Teżorier u tant bieżel li għanda. Jien ma’ dawn naħdem verament komdu u mill-qalb. Nirringrazzja wkoll lis-sezzjonijet kollha fi ħdan is-Soċjetà,

Soċi u bandisti, Surmast u għalliema. Ringrazzjament speċjali jmur lill-għeżież marti u wliedi tas-sagrifiċċji kbar li jagħmlu ta’ kull sena biex jien inkun nista’ nagħmel dan ix-xogħol kollu kemm fil-każin kif ukoll fil-knisja. Żgur li dan nagħmlu għax għandi lilhom jissapportjawni bħalma nirringrazzja lill-familjari kollha ta’ dawk kollha li jaħdmu fi ħdan is-Soċjetà u fil-festa. Nixtieq nawgura l-festa t-tajba lill-Poplu kollu ta’ Birżebbuġa b’mod speċjali lill-kappillan tagħna u lill-kleru kollu u lill-għaqdiet kollha li jaħdmu għall-festa kif ukoll lilluffiċċjali u lill-korp tal-pulizija. Insellem lis-sindku u lill-Kunsill Lokali kollu. Tislima speċjali tmur għal dawk li minħabba raġuni jew oħra mhux ser ikun possibbli għalihom li jingħaqdu magħna, imma konvint li xorta jkunu qed jaħsbu fina. Nitlob lil San Pietru biex għal darb’oħra jżomm idejh fuqna biex din il-festa terġa’ sservi biex tagħmel unur lis-Soċjetà tagħna u lil-lokalità għażiża tagħna ta’ Birżebbuġa.

Amministrazzjoni

Il-website uffiċċjali tas-Soċjetà hija www.birzebbugaband.org KC Turnkey Projects

DJ Engineering

Banda

Stainless Steel, Marine & General Works

Contact Darren Location Birżebbuġa Mob: 7972 3327 • Facebook: DJ Engineering Email: darrentype-r@hotmail.com

Building Alterations - Electrical & Plumbing - Internal & External Wall Finishes - Tile Laying - Pipe Laying - Plastering Works - Gypsum Boards - Painting - Coving - Soffits - Waterproofing - Transport of Furniture

Charles Camilleri

nar

9945 9205

camilleri.960@googlemail.com

San Pietru Birżebbuġa

22

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Il-Messaġġ Mis-Segretarju

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

23

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

nuqqas ta’ qbil. Dak li s’issa għadna ma wasalniex għalih għad naslu b’aktar konvinzjoni u b’iżjed fiduċja f’xulxin. Il-laqgħat tal-kumitat żdiedu fuq li żdiedu. Kienet sena fejn kellna ħafna x’niddiskutu. Barra l-aġenda tas-soltu, tkellimna fuq proġetti li qed jitfasslu u fuq problemi li jinqalgħu minn mument għallieħor. Għall-grazzja t’Alla, l-ebda problema ma telfitna s-serenità li wieħed tant għandu bżonn meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet diffiċli. Bħala kumitat ħdimna spalla ma’ spalla, fejn l-opinjoni tal-membru ngħatatilha l-istess attenzjoni daqs dik tal-President. Xi jżommna għaddejjin? Iżommuna għaddejjin l‑għaqal u d‑determinazzjoni. Timxi bil‑għaqal ifisser li timxi bil‑pass tiegħek u ma ġġibx f’qagħda mwiegħra s‑Soċjetà tiegħek. Determinazzjoni tfisser li tħoss li qatt ma għamilt biżżejjed imma dejjem lest li tkompli biex issaħħaħ u ssebbaħ dak li hemm u li hu frott l‑għaqal u d‑determinazzjoni ta’ dawk ta’ qabilna. Ejjew naħdmu biex aktar tfal u żgħażagħ jersqu lejn ittagħlim tal-mużika. Illum dan qed isir b’mod professjonali, fejn l-allievi jersqu għall-eżamijiet fil-mużika, biex b’hekk dak li jkunu tgħallmu jiġi rikonoxxut uffiċjalment. Investejna l-flus u bil-għajnuna ta’ fondi minn aġenziji tal‑gvern irnexxielna nibnu skola żgħira tal-mużika immexxija min‑ nies professjonali. Hu dover tiegħi bħala segretarju li nirringrazzja lil ħafna benefatturi u sostenituri li għinu f’dak kollu li bniet jew qed tibni s‑Soċjetà tagħna. Grazzi lill‑uffiċjali, lin‑nisa, lill‑kummissjonijiet u s‑sezzjonijiet, lis-Surmast, l‑Assistent Surmast u l-għalliema tal-mużika u lil kull min jgħin b’xi mod jew ieħor li, flimkien idawru r‑rota tas‑soċjetà tagħna. Grazzi lill-Presidenti u l-membri onorarji li taw l-għajnuna tagħhom kemm mill-att finanzjarju kif ukoll bil-pariri u s-suġġerimenti. Grazzi liż-żgħażagħ li bl‑entużjażmu u l-ħidma tagħhom iżommu lis-Soċjetà żagħżugħa u brijuża. Grazzi lill‑Kappillan Dun Anton Galea Scannura u l‑kleru tal‑parroċċa, lis‑Sindku u l‑Kunsill Lokali, lis‑Supretendent u lill‑Korp tal‑pulizija u lill‑Għaqda Mużikali San Pietru fil‑Ktajjen. Minn qalbi nawgura l‑festa t‑tajba lin‑nies ta’ Birżebbuġa, lill‑morda, lill‑emigranti u lil kulħadd. San Pietru, kun int dak li tiggwidana tul dawn il‑jiem ta’ festa ddedikati lilek, kun int li tmexxina fid‑deċiżjonijiet u l‑pjanijiet tagħna tul is‑snin. Viva San Pietru.

San Pietru

Il‑messaġġi fil‑ktieb tal‑festa jinkitbu biex jagħtu ħarsa lejn dak li għadda u dak li ġej. Li kieku kelli niġbor dak li għadda mis‑Soċjetà tagħna tul is‑sena li għaddiet, niġbru f’żewġ kelmiet: għaqal u determinazzjoni. Il‑ħajja fil‑każin mhix bħall‑armar tal‑festa: jintrama fil‑festa u wara jiżżarma u sakemm tiġi festa oħra ftit nagħtu kasu. Il‑ħajja tas‑Soċjetà hi kontinwa, b’ritmu xi kultant mgħaġġel jew mgħaġġel ħafna. Ħafna drabi rridu nlaħħqu mad‑deadlines li nimponu fuqna nfusna jew jimponilna ħaddieħor. Hemm mumenti ta’ qtigħ il‑qalb u hemm mumenti ta’ entużjażmu u kuraġġ kbir. Meta wieħed jidħol għal proġetti kbar kif daħlet is‑Soċjetà bħalma huma x‑xiri tal‑post f’Misraħ il‑Knisja, l‑immodernizzar tas‑sede eżistenti, u l‑ħolqien ta’ skola tal‑mużika, wieħed ikollu bżonn is‑sostenn tal‑ħafna, kemm mil‑lat finanzjarju kif ukoll mil‑lat uman. Aħna nduru fuq il‑membri tagħna biex naslu għal deċiżjonijiet u nduru fuq kull min jista’ jgħinna biex naslu għall‑finanzjament u t‑twettiq ta’ kull proġett. Ngħid lil dawk li fil-passat għinu b’xi mod fil-bini tal-każin li s-Soċjetà qed terġa’ ssejħilhom biex joffru l-għajnuna tagħhom kull fejn hemm bzonn. Minkejja dan, l‑istima tax‑xogħol li jsir bil‑ħlas għadha ma ssuperatx l‑istima ta’ tant u tant xogħol voluntarju. Diffiċli tniżżel fuq karta kemm jiswa x‑xogħol volontarju tal‑uffiċjali u l‑membri. Qegħdin ngħixu f’dinja fejn wieħed m’għandux wisq ħin x’jiddedika. Dan jagħmel il-volontarjat aktar apprezzat. Aktar kemm ikun hemm min joffri li jaħdem volontarjament, aktar ix-xogħol jinqasam u aktar isir xogħol. Ħafna millproġetti maħsuba jibqgħu ma jsirux għax l-għajnuna tonqos u jkollok tagħti prijorità lil dak li jiġi l-ewwel. Il-festa dejjem tevolvi u trid timxi pass pass maċċirkostanzi tal‑lum. Dak li kien jgħodd għall-bieraħ mhux bilfors jgħodd għal‑lum. Barra minn hekk il-festa ma ssirx millgħaqda tagħna weħidha, imma ssir f’kollaborazzjoni u ftehim flimkien mal-awtoritajiet ekkleżjastiċi li qed jorganizzawha u għaqdiet oħrajn. Dan jagħti lok għal diskussjoni kontinwa matul is-sena biex il-festa tkun verament il-festa tal-komunità tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa. Għamilna ħafna laqgħat bejn ilpartijiet konċernati u ppruvajna li, aktar milli nimponu l-idea tagħna fuq l-oħrajn, insibu kompromess li jkun ta’ ġid għal kulħadd u jgawdi bih kulħadd. Kien hemm qbil u kien hemm

Birżebbuġa

Henry Bonnici

EDITORJAL

programm

Għaqal u Determinazzjoni


Charlie’s Motoring School

White Lodge, Triq tal-Qattus, G˙axaq Tel: 2180 9397 • Mob: 9947 2808


Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

25

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

inżommu ’l fuq isem Birżebbuġa, isem San Pietru u isem Birżebbuġa. Għalhekk ħbieb ejja nirsistu ħalli kemm is-Soċjetà u kemm il-festa tagħna jkomplu jikbru u jilħqu l-livelli għoljin ta’ ħaddieħor, għax hekk jixraq. Aħna jixirqilna l-aħjar bħalma għandu ħaddieħor. Nixtieq nirringrazzja lil tan-Nar li jaħdmu u jqattgħu bi snienhom il-ħin kollu biex jagħtuna spettakli b’nar tal-ogħla kwalità, lillKummissjoni Armar tas-Soċjetà li tistinka biex tagħtina opri sbieħ talarti u nitpaxxew bihom fil-ġimgħa tal-festa. Is-Sezzjoni Żgħażagħ li tagħmel xogħol kbir billi tiġbed aktar żgħażagħ lejn is-Soċjetà, lillHelpers Nisa li dejjem sibnihom ta’ spalla, lill-Uffiċċju għallKomunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tal-pubblikazzjonijiet u l-preżentazzjonijiet multiviżivi, lill-Kummissjoni 25 Sena taxxogħol tremend u enormi li rnexxielhom itellgħu f’temp qasir ta’ sentejn, ħidma li tista’ tgħid kienet kbira u fi ġlieda kontra l-ħin, ħidma li s-Soċjetà apprezzat immensament u mhu se tinsa qatt. Ringrazzjament imur ukoll għall-Għaqda tal-Armar ta’ Birżebbuġa li għalkemm hija awtonoma nħossu li bħala Soċjetà għandna nirringrazzjawhom tax-xogħol kbir li qed iwettqu fil-festa. Nirringrazzja wkoll żewġ min-nies li jaħdmu ħafna qrib tiegħi: Jason Vella u Benji Caruana. Lil dawn ittnejn nirringrazzjahom tax-xogħol kbir ta’ bookeeping li jagħmlu miegħi matul is-sena. Lil Jason irridu nirringrazjawh għan-numru kbir ta’ pjanti li ħażżeż għalina biex nippjanaw ilproprjetà l-ġdida. Miegħu żgur ma nistax inħalli barra lill-Perit Michael Schembri. Dan jaħdem ħafna biex jgħin lis-Soċjetà tagħna fit-tkabbir tas-Sede tagħna. Nirringrazzja wkoll lil dawk li miegħi jiġbru r-riklami u l-flus tagħhom, bħal Christ Camilleri. Nirringrazzja minn qalbi kollha lil marti, il-mutur li jien mingħajrha ma jien xejn u bis-saħħa tagħha qed inkompli nagħti kontribut lil din is-Soċjetà. Nassigurakom li daqs kemm tħobb lili, hi stess tħobb lis-Soċjetà. Se nħalli lil dawn tal-aħħar għax irrid nagħlaq b’punt importanti li rridu nifhmu lkoll. Nirringrazzja l-Akkademja tal-Mużika Banda Birżebbuġa, sia s-Sezzjoni Banda u sia l-Iskola tal-Mużika. Ħafna minna, jqabblu s-Soċjetà tagħna mal-festa. Quddiem il-Gvern u l-Awtoritajiet, is-Soċjeta tagħna hija rikonoxxuta bħala Għaqda tal-mużika, għaqda li

nar

Għeżież membri, ammiraturi, u bandisti, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li s-sena li għaddiet ikkontribwew biex reġa’ kellna sena mill-aqwa b’festa mill-aqwa. Is-sena li għaddiet kienet ikkaraterizzata mill-25 Sena Anniversarju u mixXiri tal-Proprjetà l-ġdida. Aħna determinati li nagħmlu s-Sede tagħna waħda mill-ikbar u l-isbaħ f’Malta, mhux b’kapriċċ imma bi pjan strateġiku. Determinati li nibdew naħsbu f’sistemi ġodda ta’ dħul biex niggarantixxu futur ċert lil din is-Soċjetà. Huwa fatt li bħala introjtu s-Soċjetà għadha tiddependi minn sistemi tradizzjonali. Kulma jmur dawn qed ikunu ta’ sfida ikbar sena wara l-oħra. Qiegħda dejjem issir diffiċli għalina li niġbru dak li nkunu ħsadna. F’dan il-punt bilfors irrid nirringrazzja lill-membri li għadhom jaħdmu f’din is-sistema, dawk li jiġu u jaħdmu fit-tombla sigħat sħaħ u twal u lil dawk li jagħmlu xogħol volontarju b’mod regolari, fi żmien meta l-ħin sar prezzjuż aktar minn qabel. Ninsabu konxji wkoll li minħabba dan il-piż, ħafna nies jixtiequ u għandhom potenzjal kbir li jgħinu lis-Soċjetà imma minħabba f’hekk jaqtugħha li jibqgħu barra. Din is-Soċjetà hija konxja minnha u twiegħed li se taħdem fuqha biex kulħadd ikun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu u s-Soċjetà tgawdi l-frott ta’ dawk li jistgħu jagħtu għajnuna, mhux neċċessarjament manwali. Għaldaqstant, it-tkabbir tal-Proprjetà se jkollu l-għan li jesplora metodi ġodda ta’dħul. Dan kellna ċans nispjegawulkom fil-Laqgħa Straordinarja tal-Ħadd 10 ta’ Jannar 2016. L-għan tagħna huwa li nkomplu nkabbru s-Sede biex biha nagħmlu aktar qliegħ ta’ flus u nkunu nistgħu nkomplu nkabbru aktar. Il-Proprjetà tibqa’ l-aqwa investiment fil-ġurnata tal-lum. Kif għidt qabel rridu nirsistu issa ħalli l-ġenerazzjoni ta’ warajna tkun tista’ tkabbar isem din is-Soċjetà mingħajr problemi finanzjarji u tfixkil. L-għan tagħna huwa li nħallu patrimonju lil ta’ warajna, ma norbtuhomx b’piżijiet, imma niggarantulhom pedamenti sodi fuq xhiex jaħdmu. Qabel nagħlaq u nagħmel ir-ringrazzjamenti nixtieq nippreċiża żewġ punti. Irridu nifhmu li jekk ma nkunux aħna li nirsistu għal din is-Soċjetà, għal San Pietru u r-raħal sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa, ħadd hemm barra jew nies minn barra r-raħal se jiġi u jirsisti għalina. Aħna rridu nkunu biex

San Pietru

Walter Pace

Birżebbuġa

Insaħħu s-Soċjetà, Inkabbru l-Festa, Nindukraw il-Banda

programm

L-Appell mit-Teżorier


programm Editorjal

toffri edukazzjoni mużikali. Aħna li mmexxu lil din is-Soċjetà għandna responsabbiltà kbira minn dan il-lat. Irridu nieħdu ħsieb il-bandisti, il-banda tagħna, l-allievi, l-istrumentura, ilmużika, l-uniformi u fuq kollox it-tagħlim tal-mużika. Kull min jidħol parti minn din is-Soċjetà bħala membru jrid jifhem li l-mużika hija importanti daqs kemm hija l-festa. Is-sena li għaddiet is-Soċjeta bdiet proġett ta’ Klassijiet fit-Teorija wkoll. Ħadna ħsieb li jkollna għalliem tajjeb ħafna. Filwaqt li qgħadna attenti fil-flus, irnexxielna nipprovdu l-materjal kollu lill-istudenti tagħna bi ftit flus. Bi pjaċir ngħidilkom li ressaqna 8 studenti, kollha bandisti tal-post tagħna għall-eżami tatTeorija tal-London College of Music, li dawn għaddew bl-aqwa

marki possibbli. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina, mhux biss li bħala Soċjetà erġajna għamilna isem, imma talli dħalna fil-ħajja ta’ dawn l-istess bandisti u bit-tagħlim li tajnihom, żidnilhom ċertifikat ieħor li se jibqa’ magħhom tul ħajjithom kollha. Għeżież membri, ressqu lit-tfal tagħkom għat-tagħlim tal-mużika. Is-Soċjetà tagħna mhijiex biss il-festa. Is-Soċjetà tagħna hija l-banda u l-mużika li ndoqqu. Bħala kumitat rridu nagħmlu wegħda magħna nfusna u mal-membri biex filwaqt li naħdmu fuq livelli differenti ta’ flus, proprjetà u finanzi, rridu nassiguraw li l-livell tal-Banda u tal-bandisti tagħna jkompli jogħla mhux jinżel ’l isfel. Grazzi lil kulħadd.

Amministrazzjoni

It-Teżorier iħeġġeġ aktar nies u ammiraturi tas-Soċjetà biex jidħlu membri magħna biex b’hekk barra li tkunu tistgħu tibbenefikaw mill-privileġġ tal-vot fid-deċiżjonijiet tas-Soċjetà tkunu qegħdin tgħinu lis-Soċjetà fil-proġetti kbar tagħha. It-tessera hija ta’ 10 Ewro fis-Sena għall-persuni adulti. Għandna wkoll menswalità speċjali għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena b’kundizzjonijiet differenti. Inħeġġukom tidħlu membri mas-Soċjetà tagħna.

Banda nar San Pietru Birżebbuġa

26

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Messaġġ mid-Direttur u l-Asst. Direttur tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’

AMMINISTRAZZJONI nar

Bħala Direttur tas-Sede nħoss ukoll li għandi nirringrazzja lillKummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa tar-rigal kbir u mill-isbaħ li taw lis-Soċjetà meta rnexxielhom jiġbru, jikkummissjonaw u jżanżnu l-armar kollu tal-faċċata kolossali fil-ħin ippjanat, faċċata artistika li tagħmel ġieħ lil din il-Ġawhra ta’ Sede. Il-ħsieb tiegħi bilfors idur lejn ilproprjetà l-ġdida li se tkun qed tiġi amalgamata mas-Sede eżistenti. Dan kien proġett ambizzjuż li ħaqqu kull tifħir. Fl-aħħar il-ħolma ta’ ħafna membri saret realtà. Dik il-binja, tal-bieb misterjuż f’Misraħ il-Knisja saret proprjetà tas-Soċjetà tagħna. Din ġibdet l-ammirazzjoni ta’ bosta dilettanti minn madwar Malta kollha. Għal diversi membri minn tagħna, ma qagħdux jistennew ħafna sa ma bdew imiddu għonqhom għax-xogħol, xogħol li jiswa l-flus imma li huma għamluh b’mod volontarju fuq il-parti l-ġdida tas-Sede tagħna. Għalhekk ringrazzjament xieraq imur għal Frans Cassar (Ix-Xavu), Raymond u Anġlu Cutajar tax-xogħol u l-materjal li qed jipprovdulna kif ukoll lil Daniel Cushieri talgħajnuna kbira li qed jagħtina f’din l-istess proprjetà.

San Pietru

Din is-sena ħafna millattenzjoni tal-Kumitat kienet fuq ilproprjetà l-ġdida, però x-xogħol ta’ manutenzjoni fis-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ baqa’ għaddej. F’sede fejn l-attività hija dejjem kontinwa, it-tindif jieħu dimensjoni importanti ħafna. Għalhekk hawnhekk huwa opportun li nsemmi u fl-istess ħin nirringrazzja lis-Sur Chris Camilleri tax-xogħol ta’ ndafa li jagħmel fis-sulari kollha tal-każin. Is-Sur Camilleri jinżel diversi drabi l-każin u jaħsel l-art u jiknes fejn ikun hemm bżonn. Is-Soċjetà tirringrazzjah tax-xogħol li jagħmel fil-każin u dan apparti xogħol ieħor li jagħmel bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv. Din is-sena kellna wkoll bżonn l-għajnuna ta’ Charlie Galea filmanutezjoni tal-Generator tal-każin. Lis-Sur Galea nirringrazzjawh talli dejjem aċċetta li jgħinna kull darba li avviċinajnieh. Din is-sena nħadem ukoll il-bank tal-puġġaman tas-Sala Prinċipali kif ukoll inħadmet vetrina sabiħa u pulita tal-injam u tpoġġiet fil-bottegin tas-Sede biex fiha npoġġu s-souvenirs u l-gadgets kollha li s-Soċjetà għandha għall-bejgħ. Nirringrazzjaw lill-aħwa Cutajar ta’ din il-vetrina li ħadmuhielna senza interessi. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja wkoll għall-għajnuna li sibt għal diversi xogħlijiet fil-każin mingħand Louis Marsh, Steve Briffa, Jason Vella, Sunny Bonnici u Peter Camilleri (IlPajju).

Banda

Benji Caruana u Chris Camilleri

EDITORJAL

programm

Is-Sede hija s-Sinsla tagħna

Il-Vetrina maħduma volontarjament u senza interessi millAħwa Cutajar biex fiha jiġu mpoġġija s-Souvenirs kollha għall-bejgħ misSoċjetà.

Is-Sede tas-Soċjetà tagħna titlob għajnuna kbira. Għaldaqstant nirringrazzja lil dawk li qed jagħtuna diġà l-għajnuna manwali tagħhom kif ukoll lil dawk li jagħtu għotjiet finanzjarji lis-Soċjetà tagħna. Nagħmel appell għal aktar għajnuna ħalli nkomplu nkabbru u nsebbħu s-sede tagħna, ‘Ġawhra’ u ‘Monument ħaj’ mibni mill-Birżebbuġin għallBirżebbuġin.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

27

Birżebbuġa

Il-Bank il-ġdid tal-puġġamman tas-Sala Prinċipali tas-Sede.


programm

Għotja ta’ Żewġ Bnadar mill-Kav. John Taylor Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lill-Kav. John Taylor, tal-għotja ġeneruża tiegħu ta’ żewġ bnadar sbieħ u kbar tas-suf; waħda tal-Madonna u l-oħra tar-Reliġjon. Dawn iż-żewġ bnadar ġew ippreżentati fl-20 ta’ Frar 2016 waqt il-Programm Mużikali ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’.

Editorjal Amministrazzjoni

L-ammiraturi tas-Soċjetà għandhom ikunu jafu li nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta tal-festa se jiġu inawgurati żewġ sorpriżi kbar lejn l-aħħar tal-Marċ. Ħadd m’għandu jitlef din l-okkażjoni. 123, St. Rita Street Birżebbuġa BBG 1909 Tel: & Fax: 2165 2626 Mob: 9945 8809

Banda

E-mail: printing@duraprintmalta.com

nar San Pietru Birżebbuġa

28

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin Nicola Bonnici McIntyre, Andrè Busuttil, Nikita Caruana Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Andrè Taylor, Mariah Busuttil, Clayton Vella, Sephora Cutajar, Peterpaul Caruana

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

29

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

kif ukoll Korp bandistiku li l-Kumitat jaħdem kemm jiflaħ biex iżomm ’il fuq. Għaldaqstant filwaqt li aħna nħeġġu liż-żgħażagħ jidħlu fisSezzjoni tagħna, aħna xorta waħda nħeġġuhom jitgħallmu strument. Li tkun mużiċist mal-banda tasSoċjetà hija probabilment l-ikbar għotja li wieħed jista’ jagħti tiegħu nnifsu lis-Soċjetà għax tkun qed tagħti ħinek u l-persuna kollha tiegħek għall-istudju u għas-servizz tas-Soċjetà. Aħna nħeġġu liżżgħażagħ kollha jidħlu jitgħallmu. Żagħżugħ jista’ jkun mużiċist malbanda u jista’ jkun ukoll membru mas-Sezzjoni Żgħażagħ. L-ideal huwa possibbli. Wara li s-sena li għaddiet dħalna għall-proġett tal-Bandalora artistika, b’sodisfazzjoni ngħid li din ġiet sabiħa, ġiet imfaħħra ħafna u fuq kollox ġiet mifdija kollha mill-ispejjeż tagħha. Din is-sena s-Sezzjoni Żgħażagħ reġgħet kienet attiva. Ma kinitx sena faċli għall-uħud mill-membri tagħna, dan għaliex ħafna minnhom kienu għaddejin bleżamijiet tal-Matrikola u aħna bħala membri dejjem nagħtu suġġeriment biex dak li jkun iżomm bilanċ f’kollox. Madankollu, lestu ruħkom għax għall-festa ninsabu armati, u preparati sew. Il-Partitarji tagħna minn dejjem kienu garanzija ta’ divertiment u hekk se nerġgħu nkunu. Nagħtu parir lid-dilettanti talfesta tagħna biex jakkumpanjaw il-banda tagħna u l-baned mistiedna għax se jkollna diversi sorpriżi waqt il-marċ. Aħna ż-żgħażagħ se jkollna s-sorpriża tagħna, bħalma l-Kummissjoni Armar se jkollhom tagħhom. Flimkien u id f’id se nagħtu spettaklu lil min jiġi jarana. Se nżanżnu xi ħaġa waqt il-marċ u se nżanżnu wkoll kanzunetta pop ġdida, kanzunetta li ġiet maħduma kollha kemm hi minn żgħażagħ minn Birżebbuġa stess; sew jekk mużika, sew jekk lirika, recording u anke vidjo. Xejn ma ngħidilkom, fil-festa ta’ San Pietru ngħaqdu magħna l-partitarji tal-Banda Birżebbuġa u żgur tieħdu pjaċir b’dak

nar

Sena tgħaddi malajr u hekk wara li ċċelebrajna l-25 Sena mittwaqqif tas-Soċjetà, inħossuna kkargati aktar minn qabel biex inkomplu nkabbru isem din isSoċjetà u isem ir-raħal tagħna bilfesta li norganizzaw lill-qaddis kbir patrun tagħna San Pietru Appostlu, Titular uniku għal dawn il-gżejjer. Mhux hekk biss imma. L-għan ta’ din is-Sezzjoni huwa li tiġbed aktar żgħażagħ jaħdmu fi ħdan is-Soċjetà. Nixtiequ naraw aktar żgħażagħ dilettanti li jiġu jagħtu daqqa t’id florganizzazzjoni tal-festa. Nemmnu wkoll li din is-Sezzjoni tista’ sservi t’okkażjoni fejn iż-żgħażagħ jiltaqgħu u jieħdu formazzjoni flimkien. Bħala Sezzjoni ma ninsewx lanqas ilmissjoni kbira li għandha din isSoċjetà. Veru li s-Sezzjoni tagħna taħdem ħafna għall-festa, imma konxji mill-fatt li s-Soċjetà tagħna hija waħda tal-mużika. Fi ħdan din is-Soċjetà nsibu skola tal-mużika organizzata ħafna

San Pietru

Clayton Vella

Birżebbuġa

Bibien Miftuħa għaż-Żgħażagħ Birżebbuġin

programm

Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni


programm Editorjal

li għandna għalikom. Nitlob liż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa biex jaħsbu kmieni għall-flokkijiet tal-festa. Dawn il-flokkijiet ikomplu jidentifikawna mill-bqija tan-nies bħala ammiraturi u benjamini ta’ din is-Soċjetà. Is-Soċjetà tagħna miexja fit-triq it-tajba u l-ħolma tagħna hija li xi darba nkunu Soċjetà kbira minn dawk l-iktar stabbiliti. Bħalissa s-Soċjetà għaddejja minn diversi proġetti kbar f’oqsma differenti kontemporanjament, sia fuq il-mużika u sia fuq l-infrastruttura tas-Soċjetà. Dawn il-proġetti huma kbar u għalhekk hemm bżonn l-għajnuna ta’ ħafna nies. Kull min iħoss li jista’ jagħti daqqa t’id ma joqgħodx lura imma jiġi u jidħol membru magħna. Nemmnu li s-Soċjeta bil-passi kbar u ammirevoli li qed tagħmel qed tiġbed is-simpatija ta’ diversi dilettanti minn Malta kollha. Bħala Sezzjoni Żgħażagħ nikkordinaw il-briju u minħabba f’hekk naħdmu ħafna id f’id mal-Kummissjoni Armar Banda Birżebbuġa. Huwa mill-aktar fundamentali għaż-żewġ

Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

Tournament tal-Billiard

sezzjonijiet li naħdmu id if’id, speċjalment fil-jiem tal-festa. Madankollu l-ħidma tagħna ilha għaddejja sena sħiħa. Fit-22 ta’ Mejju ta’ din is-sena, biex inżommu mat-tradizzjoni tellajna l-Maratona tal-Billiard. Fid-9 ta’ Lulju għamilna BBQ Kbir u bejn il-15 u 16 ta’ Lulju ħadna vantaġġ mill-ambjent turistiku ta’ Birżebbuġa u organizzajna l-Beach Soccer Tournament. L-attendenza għal dawn l-attivitajiet kienet waħda sodisfaċenti ħafna. Huwa l-pjaċir tagħna li niġbdu lejna l-ħafna żgħażagħ li hawn Birżebbuġa. Aħna nħajru aktar żgħażagħ jiġu magħna, għax aktar ma nkunu aktar ikollna mezzi biex niċċelebraw u nippreparaw flimkien. Nagħlaq billi ngħid kemm huwa importanti għalina ż-żgħażagħ li nżommu d-dekor matul il-festa speċjalment waqt il-festi. Ma ninsewx li qed nirrapreżentaw lis-Soċjetà, Soċjetà li għandha responsabbiltà kbira. Imġiba ħażin titfa’ dell ikrah fuq min jagħmilha u anke fuq is-Soċjetà. Aħna nemmnu li ma fiha xejn ħażin li wieħed ikollu opinjoni u jappoġġja partit jew li wieħed jiġi jaqbeż fil-marċ. Irridu noqogħdu attenti u nżommu dixxipplina fuqna nfusna u waqt il-marċ nużaw diskors denju. Id-dagħa u diskors maħmuġ ma jagħmel ġieħ lil ħadd. Ejjew niftaħru b’dak li għandna. IsSoċjetà tagħna għandha tassew biex tiftaħar u m’għandhiex għalfejn tħares lejn x’inhu jagħmel ħaddieħor. Nagħmel appell biex inkunu moderati fix-xorb u naraw li filwaqt li nieħdu pjaċir, ilbiesna jkun xieraq ukoll. Kulħadd għandu jagħmel mezz li jixtri l-flokk tas-Soċjetà. Filwaqt li nħeġġeġ lil kulħadd biex nakkumpanjaw lill-banda kull ħin u kull mument, nagħmel emfasi biex iż-żgħażagħ jattendu għall-programm mużikali tal-festa li jsir fuq il-planċier, programm imżewwaq b’mużika ta’ livell. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ ukoll biex fil-jiem tal-festa jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja. Dawn il-festi ma jkunu jiswew xejn jekk wieħed ma jibdihomx mill-knisja, mill-quddiesa u mill-funzjonijiet. Dawn il-festi nsara huma mmirati biex nirringrazzjaw lil Alla talli tana b’eżempju lil qaddis San Pietru, li għandu jfisser tama kbira għalina. Alla nqeda bil-karattru dgħajjef ta’ Pietru u għamel minnu l-ewwel mexxej tal-knisja tiegħu fuq din l-art. Alla jibqa’ jħobbna anke bid-difetti tagħna. Din is-sena taħbat is-Sena tal-Ħniena u jekk hemm xi ħadd li Ġesù wera ħniena miegħu dan kien San Pietru. Ċaħdu għal tliet darbiet fl-iktar mument delikat, imma ftit ġranet wara kkonfermah bħala l-ewwel Papa tal-Knisja tiegħu. Allura tajjeb u ġust li f’dawn il-ġranet niċċelebraw lil San Pietru u niċċelebraw il-ħniena li Alla kapaċi jkollu għal min bid-dmugħ f’għajnejh jitolbu maħfra u post fil-ġenna. Viva dejjem San Pietru Appostlu Rebbieħ fuq il-Ktajjen, Patrun Singolari ta’ dawn ix-Xtajtiet.

Birżebbuġa

Cardiff Butcher Fresh & Frozen Meat Frozen Foods

1, Ûurrieq Road, BirΩebbu©a • Tel: 2765 2746 • Mob: 7932 7285

30

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

Free Deliveries


Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Frans Cassar, Daniel Cuschieri Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Peter Cassar, Benji Caruana, John Taylor

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

31

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

nagħti merħba lil tliet membri ġodda: Alison Briffa, Daniel Cuschieri u Johann Briffa. Min jaf lil dawn l-individwi jaf kemm ilhom snin jaħdmu b’sagrifiċċju għas-Soċjetà. Is-sena l-oħra ngħatajna tifħir u rikonoxximent kbir għaxxogħol li għamilna. Hawnhekk nixtieq ngħid grazzi tal-kliem sabiħ u tal-kuraġġ li għamiltulna. Kien hemm ħafna li qalulna li għalkemm għadna żgħar bħala snin, xorta qed nuru li aħna kapaċi nibnu ftit ftit l-armar sabiħ tagħna, liema armar qed ikun tal-istess stoffa ta’ rħula oħra. Fil-festa tas-sena l-oħra kellna l-unur kbir li nżanżnu l-bandiera tar-roundabout ta’ San Ġorġ, bandiera maestuża bl-arma tas-Soċjetà fuqha. Din inawgurajniha waqt il-BBQ tat-triq ta’ quddiem is-Sede tagħna. L-isfumar tagħha sar minn Ryan Stivala filwaqt li d-disinn u l-ħjata saru minn Redrian Micallef u George Sacco rispettivament. Din il-bandiera żżanżnet fost iċ-ċapċip tal-partitarji, spettaklu ta’ karti u mad-daqq tal-marċ wisq popolari ‘Fiesta’, il-marċ li għamel l-ikbar suċċess fis-sena 2015. Komplejna bis-sorpriżi u l-Ħadd 26 ta’ Lulju f’nofsinhar ġiet imtella’ uffiċċjalment għall-ewwel darba l-Bandiera Sekondarja tas-Soċjetà. Din ma kinitx ħaġa faċli. Kellna ħafna diffikultajiet imma wara ħafna taqtiegħ ta’ qalb, irnexxielna nkunu superjuri, għelibna kull ostaklu u żanżanniha kif konna programmajna, eżattament il-Ħadd ta’ qabel il-festa. L-atmosfera kienet waħda mill-kbar: daqq ta’ marċi, ċapċip u briju waqt li din ittellgħet għall-ewwel darba mal-arblu tal-każin. Ix-xogħol ta’ sfumar sar minn Ryan Stivala, ilħjata saret minn Antoine Farrugia u d-disinn sar minn Redrian Micallef. Imma għalina lanqas dawn iż-żewġ sorpriżi ma kienu biżżejjed. L-għada t-Tnejn waqt il-marċ tal-Ħruġ min-niċċa, komplejna bis-sorpriżi. Tassew li aħna ma naqtgħu qalbna qatt u minn xejn, anzi l-kbir kien għadu ġej. Din fil-fatt kellha tkun l-ikbar sorpriża li qatt għamilna. Hekk kif għal ħabta tal-10:30pm il-marċ wasal fejn il-każin bdejna spettaklu ta’ show bil-karti magħmul minn Alan Saliba u Renè Barbara. Beda countdown b’tiri tal-karti u beda jinqara l-messaġġ li konna ħejjejna. Mad-daqq tal-Innu tal-Banda kantat minn Johan Briffa, bdiet nieżla l-purtiera li kienet qed tgħatti l-faċċata artisika. Minn fuq il-bejt tal-każin bdew jinħarqu diversi xokkijiet ta’ nar u kaxex. Hawnhekk il-partitarji infexxew f’dilirju ta’ briju kbir u mill-isbaħ li qatt

nar

Reġgħet waslet festa oħra u għalina tal-Kummissjoni Armar tfisser li għaddiet sena oħra ta’ ħidma bla waqfien. Dawn ix-xhur kollha ta’ preparazzjoni jqarrbuna lejn ix-xahar ta’ Lulju u mbagħad jissarfu f’festa mimlija ġmiel, ħlewwa u devozzjoni lejn il-Patrun fl-ewwel ġimgħa tax-xahar t’Awwissu, xahar li nkunu ilna tant nistennew. Din is-sena l-Kummissjoni Armar qiegħda tagħlaq ir-raba’ sena tagħha. Malli tgħaddi din is-sena se nkunu qed nistennew bil-ħerqa l-ewwel anniversarju important għalina, dak tal-5 Snin Anniversarju minn meta twaqqfet din il-Kummissjoni Armar Esterni. L-għan ta’ din il-Kummissjoni jibqa’ dak li nkabbru l-armar li għandu x’jaqsam mal-każin, kemm dak ta’ ġewwa, kemm dak tat-triq tal-każin kif ukoll dak ta’ matul is-sena kollha, armar li jintuża għal kull avveniment u festi oħra imma partikolarment dak tal-festa tal-Patrun tagħna San Pietru, fejn jintlaħaq il-qofol kollu tax-xogħol tagħna. Nixtieq naqsam magħkom ix-xogħol li għamilna matul din is-sena ħalli taraw b’għajnejkom stess kemm tinvolvi xogħol il-festa tagħna. Qabel nibda però nixtieq nirringrazzja lil tnejn minn sħabna li għal raġunijiet familjari u ta’ xogħol kellhom iħallu l-Kummissjoni. Ngħid grazzi minn qalbi kemm lil Jonathan Bonnici u anke lil Clint Balzan. Min-naħa l-oħra

San Pietru

Benji Caruana

Birżebbuġa

Niftakru fis-Suċċessi tal-2015, B’Ħarsitna ’l Quddiem

programm

Kummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

qabel ma kien għadu deher ġewwa Birżebbuġa. Għal din issorpriża ġew fostna ħafna nies minn barra r-raħal. Kulħadd baqa’ mistgħaġeb bil-faċċata u bl-ispettaklu li tajna. Din ilfaċċata għandha disinn ta’ Pawlu Muscat. L-armar tal-ħadid ta’ din il-faċċata sar minn Peter Caruana u George Cutajar filwaqt li l-isfumar għamlu Pawlu Muscat. Il-pittura ċentrali ta’ San Pietru għamilha Mario Baldacchino mentri l-emblema tas-Soċjetà pittirha Joseph Tanti. Ix-xogħol kollu tal-ħjata sar minn Brian Vigar u Claudia Vassallo Aguis. Hija bla dubju ta’ xejn waħda mill-isbaħ opri li għandna ġewwa Birżebbuġa. Lanqas laħqet għaddiet il-festa tal-2015 li ma bdejniex mill-ewwel bil-ħidma għall-festa ta’ din is-sena. L-ewwel għamilna laqgħa biex nevalwaw x’se jkun il-proġett li jmiss għall-festa 2016. Bdejna nitkellmu ma’ ċertu artisti biex naraw nistgħux naħdmu magħhom. Bdejna bl-attività li ta’ kull xahar nagħmlu ‘Car Wash’. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jiġu jgħinuna f’din l-attività u lil dawk li ġentilment jiġu jieħdu dan is-servizz mingħandna. Grazzi ħafna tal-appoġġ. Wasal żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-ġdida, waħda mill-isbaħ festi tas-sena. Għamilna l-Punsjetti fejn kellna ’l fuq minn 100 pjanta ordnata. Din is-sena għall-ewwel darba għamilna wkoll id-diaries. Hawnhekk nirringrazzja minn qalbi lil Kenneth u lil Mario talBestprint ta’ kemm tawni għajnuna f’dan il-proġett. Grazzi wkoll lil Jonathan Bonnici tal-artwork u lill-isponsors Tino 2000, Sammut Concrete ta’ Burmarrad u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lil Carlo Stivala. B’dan id-diary, li fil-qoxra ta’ quddiem kellu l-faċċata l-ġdida tal-każin, għamilna suċċess kbir. GħallMilied erġajna żammejna mat-tradizzjoni li narmaw it-triq, u mhux talli għamilna erba’ arbli bħal ħaddieħor quddiem ilkażin imma talli bqajna niżlin sa fejn l-għassa. Għall-ewwel darba din is-sena għamilna wkoll ‘Siġra tal-Milied’ kbira magħmula minn materjal riċiklat, fosthom mijiet ta’ fliexken tal-plastik. Nirringrazzja b’mod speċjali lil Jason Vella, Steve Briffa, Sunny Bonnici, Alison Briffa u lill-Kumpanija General Soft Drinks. Tassew li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa. La qed nitkellmu fuq dawl, tajjeb ngħidilkom li din is-sena, blgħan li ngħinu lill-Kumitat il-kbir, bdejna niġbru għall-bozoz leds tal-arblu ta’ wara, ħalli b’hekk naqilbu kollox totalment għal sistema ġdida ta’ dawl. Ta’ dan ngħid grazzi lill-membri tas-Soċjetà tagħna u l-ammiraturi tal-Kummissjoni tagħna. Wasal Frar 2016, u matul dan ix-xahar erġajna għamilna l-Ward ta’ San Valentino li għalihom kellna ħafna ordnijiet. L-istess ħaġa tgħodd għall-figolli li għamilna għal Żmien l-Għid il-Kbir. Kellna domanda kbira sia għall-ward u sia għall-figolli. Kulħadd faħħar il-kwalità tagħhom u din hija importanti għax illum in-nies teżiġi l-kwalità anke jekk id-dħul ikun purament biex tgħin lil xi ħadd jew għal xi kawża ġusta. Għaddew il-ġimgħat u erġajna organizzajna l-‘Wine & Pizza Night’. Għalija personali nemmen li kellna numru kbir ta’ nies li attendew għal din l-attività. Barra li ngħid grazzi lil dawk li jattendu l-attivitajiet li norganizzaw, nirringrazzja wkoll lil dawk il-ħwienet li tawna xi vouchers biex intellgħuhom lillmembri tagħna. U din is-sena? Nistħajjilkom issaqsuni: ‘Issa din is-

32

Is-Siġra tal-Milied armata f’Diċembri 2016 magħmula minn kontenituri riċiklati, siġra li għaxqet lill-Kulħadd fil-pjazza.

sena x’se tagħmlu għall-festa?’ Aħna dejjem bil-għatx għas-suċċess. Nixtiequ nżommu lil dan il-poplu msammar magħna, jistenna sopriża wara l-oħra, sena wara sena. Dażgur li għandna xi ħaġa bil-lest għalikom. Qatt ma kellna l-ħsieb li nħallukom b’xejn. Għalhekk qiegħed navżakom minn issa biex għall-Marċ tat-Tnejn tal-Ħruġ min-Niċċa, nhar l-1 t’Awwissu, iżżommu l-appuntament tagħkom quddiem isSede ‘Ġawhra San Pietru’ għax hekk kif il-marċ ikun wasal lejn tmiemu se nippreżentaw lil din il-festa u lil dan il-partit kbir, sorpriża mill-aqwa. Hawnhekk ngħid grazzi lis-Sur Jason Vella u lill-bqija tal-membri tal-Kummissjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa tax-xogħol li ħadmu matul is-sena. Żgur li se nkunu qed nerġgħu nagħtu risposta lil kulħadd u nikkonfermaw magħkom li aħna l-veru Champions tal-Armar ġewwa Birżebbuġa. Il-festa ta’ din is-sena 2016, waslet u daqt ittir. Nerġgħu nibdew naħdmu mill-ġdid għas-sena 2017. Din il-Kummissjoni, li kulma tmur qiegħda dejjem tissaħħaħ tħoss li issa għandha bżonn iddur dawra mal-identità tagħha. B’ħarsitna lejn issena 2017, inħossu li issa wasal iż-żmien fejn il-Kummissjoni Armar ikollha wkoll il-logo uffiċċjali tagħha. Dan qed isir mid-disinjatur bravu Jeremy Cachia taż-Żurrieq. Tajjeb li ngħidu wkoll li matul l-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’Jannar 2016 għaddejna mozzjoni biex l-isem talKummissjoni tagħna ‘Kummissjoni Armar Esterni’ jinbidel għal ‘Kummissjoni Armar Esterni Banda Birzebbuġa’. Dan ġie aċċettat unanimament mill-membri preżenti. Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi l-ewwel nirringrazzja lil kull min ħadem is-sena l-oħra għas-suċċess li kellna

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

John għax huwa individwu mogħni b’ħafna virtujiet. Grazzi kbira oħra tmur għall-membri tal-familja tiegħi tal-paċenzja li jieħdu bija u bi sħabi. Nista’ ngħidilkom li tul is-sena kollha, mit-Tnejn sal-Ħadd dejjem gas down nikkomunikaw flimkien bil-mobiles minn filgħodu sa filgħaxija. Nirringrazzja lit-tfajla tiegħi Alison ta’ kemm tgħinni u tikkopera miegħi. Issa anke għoġobha tidħol għall-kariga ta’ kaxxiera mal-Kummissjoni tagħna. Nirringrazzja bil-kbir lil sħabi tas-sezzjoni tax-xogħol u tas-sagrifiċċju li jagħmlu meta nippressahom bix-xogħol. Nirringrazzja lill-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa, l-Għaqda tal-Armar l-1 t’Awwissu ta’ kemm insibhom t’għajnuna u talkoperazzjoni li juru magħna. Nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ kemm naħdmu biex narmaw tul is-sena bil-kbir u ta’ kemm nagħmlu l-impossibbli biex intellgħu festa sabiħa u kif jixraq lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u kif ukoll lill-Kbir Patrun Missierna l-Appostlu San Pietru. Għalhekk nitolbuh: San Pietru ħarisna tul is-sena kollha speċjalment matul ilġimgħa tal-festa. Viva l-Banda Birżebbuġa u Viva Missierna San Pietru.

Edgar Preca mal-Kummissjoni Armar Banda Birżebbuġa Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Frar 2016.

Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lil dawk kollha li għenu sabiex din il-wirja ferm sabiħa ttellgħet biex inkomplu ndaħħlu lin-nies ta’ Birżebbuġa fil-ġabra talĠimgħa Mqaddsa. Din is-sena l-Kumitat Eżekuttiv xtaq li din il-Wirja tintrama fil-post il-ġdid li għandna f’Misraħ ilKnisja. Din ma kinitx ħaġa faċli għax il-post għaddej minn fażi ta’ rinovazzjoni, għalhekk kien hemm trab u terrapin kullimkien. Madankollu t-tim li jieħu ħsieb din il-wirja ħa biċċa xogħol kbira biex iġorr u jarma kollox kif suppost. Iddirezzjoni artistika ta’ din il-Wirja ġiet bħas-soltu fdata f’idejn Steve Farrugia li ħoloq ix-xena tat-tgħalliqa ta’ Ġuda kif ukoll l-Aħħar Ċena fuq stil Lhudi. Kien hemm bosta nies li tawh l-għajnuna u kellhom biċċa xogħol kbira biex iġorru l-apparat kollu mis-Sede prinċipali sal-post il-ġdid. Il-Wirja ngħatat riklam tajjeb f’Birżebbuġa u ġiet inawgurata u mbierka mill-kappillan Rev. Anton Galea Scannura nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu fl-għaxra ta’ filgħodu. Għal din l-inawgurazzjoni attenda wkoll is-Sindku s-Sur Kevin Barun u bosta Kunsilliera oħra. Matul il-ġimgħa ġew iżuruha diversi polikanti prominenti fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil. Iċċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ssukktaw bil-Programm ta’ Mużika Funebri u Sagra mill-Banda Birżebbuġa bl-isem ‘Virgini Perdolenti’ li sar fil-Knisja tad-Duluri nhar it-22 ta’ Marzu 2016. Prosit kbira lil kulħadd u Grazzi. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

33

San Pietru

nar

Iċ-Ċaħda ta’ Pietru... Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-Soċjetà 2016

Birżebbuġa

u nirringrazzja minn qalbi lil kull min sponsorja jew tana xi donazzjoni. Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma konniex inkunu nistgħu intellgħu l-ispettaklu li tellajna s-sena li għaddiet. Nirringrazzja wkoll lil Louis Marsh tal-għajnuna kontinwa li jagħtina. Nifraħ ukoll lil wieħed mill-persuni tal-Kummissjoni li riċentament ġie elevat għal Kavallier. Dan mhuwiex ħlief Chev. John Taylor. Il-Kummissjoni tifraħlu għal din irresponsabbiltà però temmen li tali pożizzjoni tixraq ħafna lil

Banda

Id-Djarju li ħarġet is-Sezzjoni Armar Esterni Banda Birżebbuġa.


NEW

Authorised Facility End-of-Life Vehicle Accepting cars for scrap. Scrap vehicle collection can be quickly arranged by us or deliver your old car directly to us.

Best Price for: Steel Scrap Copper Scrap Brass Scrap Aluminium Scrap Stainless Steel Scrap Lead Batteries

Call us now HHF601, Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga BBG 3000

9949 5236 - 7965 1545 - 2165 1475 Email: gasparell.b@gmail.com


HHF 601—Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga , BBG 3000


Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin

programm

Bnejniha mill-Pedament ... Issa Nżejnuha Kif Jixraq

Editorjal

Meta f’Jannar li għadda sar ix-xoljiment tal-Kummissjoni 25 sena, il-Kumitat Eżekuttiv wera x-xewqa li l-membri ta’ din il-Kummissjoni jibqgħu jagħtu s-sehem tagħom fi ħdan isSoċjetà. Wara li saret laqgħa bejn il-membri, dawn aċċettaw li jkomplu fil-Kummissjoni l-ġdida b’Anthony Camilleri bħala Chairman; Simon Micallef bħala Segretarju; Paul Zammit bħala Kaxxier; Emanuel Mangion bħala Viċi Chairman u Raymond Law bħala Assistent Kaxxier. Ġie deċiż li din il-

Amministrazzjoni Banda nar

Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Emanuel Mangion, Raymond Law Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Paul Żammit, Anthony Camilleri, Simon Micallef

Kummissjoni tibda taħdem biex tagħmel xi ħaga li biha nkomplu insebbħu s-Sede tas-Soċjetà u għal dan il-għan ilKummissjoni issemmiet ‘Kummissjoni tisbieħ tal-Każin’. Fl-ewwel laqgħa uffiċċjali ta’ din il-kummissjoni nibtet l-idea li ssir pittura ta’ San Pietru ta’ ċertu klassi għal ġos-Sala Prinċipali tal-każin is-‘Sala Anthony Camilleri’. Il-Kummissjoni ħadet din il-proposta quddiem il-Kumitat Eżekuttiv illi dan minnaħa tiegħu ta l-awtorizzazzjoni tiegħu biex il-Kummissjoni tibda taħdem fuq dan il-proġett. Bħalissa ninsabu fil-fażi inizzjali ta’ dan il-proġett fejn qegħdin nevalwaw diversi xogħlijiet, prezzijiet, abbozzi u affarijiet oħra relatati ta’ diversi pitturi magħrufa. F’dawn il-jiem għandu jkollna l-ewwel abozzi f’idejna biex minn hawn ngħaddu għat-tieni fażi fejn inkunu rridu nagħmlu l-għażla finali biex imbagħad naraw lil minn ser nikkummissjonaw dan ix-xogħol. Dan huwa proġett ambizzjuż u ma rridux ngħaġġlu għax ser jinvolvi eluf ta’ euros u l-għażla trid tkun waħda tajba għax ladarba x-xogħol ikun beda ma tistax terġa’ treġġgħu lura. Aħna rridu nkunu ċerti minn dak li ħa nagħmlu u jekk ikun hemm bżonn aħna anke lesti li nsejħu lilkom il-membri biex nuruwkom b’dak kollu li nkunu ser nagħmlu. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiffinanzja dan il-proġett, qiegħda torganizza coffee morning u tombla darbtejn fixxahar, ħarġiet li ħafna minnhom ikollhom rabta kulturali u aktar ’il quddiem, mistenni li jibda jsir xi tip ta’ ġbir però rridu noqogħdu attenti li ma ntellfux il-fergħat l-oħra tas-Soċjetà. Il-Kummissjoni tagħlaq dan il-messaġġ billi tirringrazzja lill-Kumitat tal-fiduċja li reġa’ wera fiha, lil dawk li jiffrekwentaw l-attivitajiet u l-coffee mornings li norganizzaw u lil dawk l-individwi li kull meta jkollna bżonn is-servizz tagħhom dejjem jaqduna. Nieħdu din l-okkażjoni sabiex nawguraw il-festa t-tajba lill-membri tas-Soċjeta, speċjalment lil dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jiċċelebraw il-festa magħna. Viva San Pietru Appostlu Rebbieħ fuq il-Ktajjen.

San Pietru

Xoljiment tal-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju Tintemm b’mod uffiċċjali s-Sena ta’ Ċelebrazzjonijet

Birżebbuġa

Is-sena speċjali tal-25 Sena Anniversarju waslet fi tmiemha fil-ġurnata li fiha s-Soċjetà għalqet is-26 sena mit-twaqqif tagħha. F’laqgħa speċjali nhar l-14 ta’ Jannar 2016 fis-Sala Prinċipali tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, il-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju għaddiet id-dokumentazzjoni kollha tal-operat tagħha lill-President attwali tasSoċjetà s-Sur Alexander Caruana. Il-laqgħa bdiet b’diskors mic-Chairman is-Sur Anthony Camilleri u mbagħad inqara rapport mis-Segretarju s-Sur Simon Micallef. Il-President attwali tas-Soċjetà rringrazzja lil din il-Kummissjoni tax-xogħol kbir li wettqet, filwaqt li s-Sur Simon Micallef għaddhielu r-rapporti kollha li din il-Kummissjoni akkumulat matul ilħidma kbira tagħha. B’hekk din il-Kummissjoni ġiet iddikjarata xolta. Wara sar riċeviment żgħir għal dawk preżenti bħala konklużjoni ta’ dan l-anniversarju. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja minn qiegħ qalbha lill-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju tax-xogħol enormi li wettqet u tal-finanzi li ġabret sabiex tiffinanzja ċ-ċelebrazzjonijiet li saru matul is-sena li għaddiet biex jitfakkar il-25 Sena Anniversarju mill-Fondazzjoni ta’ din is-Soċjetà. Kien ta’ unur għal din is-Soċjetà li wħud mill-membri li ffirmaw din il-Kummissjoni kienu fost l-ewwel nies li waqqfu s-Soċjetà tagħna.

36

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm

dieħel. Kien hemm is-sid proprju imma dan ħallieni ndur però qalli li jekk nagħmel ħsieb irrid nitkellem u ninnegozja mattifel tiegħu. L-ikbar sorpriża li ħadt kienet meta tlajt fuq u rajt il-kamra enormi ta’ quddiem li tagħti fuq il-pjazza. Bdejt nara l-pjazza taħti minn ġol-ħġieġ maħmuġ u l-knisja kienet veru tidher sabiħa u imponenti u anke fil-viċin. Mill-ewwel bdejt nipprova naħseb kif kieku din il-binja setgħet tiġi amalgamata mal-każin. Fil-fatt minn qabel il-festa kont diġà ħriġt bl-idea li nħottu r-remissa u fuqha nibnu 2 kmamar oħra apparti li nneħħu Shutter tar-remissa u floku nagħmlu bieb ieħor. Allura rraġunajt li jekk kellna nixtruh filkaż nagħmlu kollox f’applikazzjoni waħda.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

37

San Pietru Birżebbuġa

Darba minnhom f’Novembru rġajna tkellimna u dan qalli biex immur narah jien u nara x’jidhirli. Kont ċempilt lis-sid u mort narah is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015 wara nofsinhar. Għamilt minn kollox biex jekk jista’ jkun ma jarani ħadd

Il-post tal-pjazza kellu ħsarat kbar imma għall-fini ta’ każin xorta deherli li kellna raġunijiet biżżejjed biex inħottuh u nirranġawh. It-Tnejn ċempilt lit-tifel tas-sid minkejja li ma konniex nafu lil xulxin u fuq it-telefon deher ċar li kien hemm rieda li ninnegozjaw. Bdejt nara kif inniżżel il-prezz u fl-aħħar waqafna għal €79,000. Imma issa ridna naraw minn fejn ser inġibu dawn il-flus. Jiena u s-segretarju bdejna niċċekkjaw mal-banek u dan kien proċess diffiċli għax kien għad fadal ħafna dejn fuq l-ispiżerija. Lis-segretarju kont għidtlu li ridna nagħmlu business plan sod inkella ħadd ma kien ser jislifna, la issa u lanqas fil-futur. Dan kollu konna żammejnieh bejnietna għax iċ-ċans li nirranġaw kien ftit li xejn, kważi impossibbli. Bdew jgħaddu x-xhur u xejn ma beda jidher faċli. Irrid ngħid li fl-istess żmien konna għaddejjin fil-qofol tal-attivitajiet talanniversarju u veru konna mħabbtin. Imma xorta bqajna nittamaw li jkun hemm xi xaqq ta’ dawl. Min-naħa l-oħra kellna l-biża’ li s-sid isib il-bejgħ tiegħu u nibqgħu b’xejn. Imbagħad kien ikun veru impossibbli li xi darba nixtruh. Fl-aħħar t’April tas-sena l-oħra kien ikkuntattjani t-tifel tas-sid fejn saqsieni jekk kontx ħadt xi deċiżjoni għax aġenzija minnhom kienet infurmatu li sabitlu min jixtieq jixtrieh. Ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel imma tlabtu jagħtini ċans sat-Tnejn ta’ wara u jekk ma jkunx sema’ mingħandi allura seta’ jbiegħu. Hawnhekk megħjuna anke mill-kaxxier bdejna naraw min seta’ jikri parti minnu biex bil-kirjiet inkunu nistgħu nħallsu l-loan il-ġdida peress li fl-aħħar konna sibna bank li deher

nar

Banda

Ftit wara l-festa 2014 is-segretarju kien qalli li kien hemm persuna li saqsietu kif qatt ma konna ħsibna li nixtru l-post li kien ilu snin għal bejgħ f’29 Misraħ il-Knisja Birżebbuġa. Hu kien qallu li għalissa kien impossibbli għax kien baqgħalna ammont kbir mill-loan li s-Soċjetà kienet ħadet biex xtrat l-ispiżerija. Meta kellimni s-segretarju jien ukoll hekk għidtlu u wieħed irid iżomm ġo moħħu li jien kont ilni biss 4 xhur u nofs president. Kont għadni ma dħaltx fid-dettall tal-income tas-Soċjetà u kien ukoll ġej l-Anniversarju. Imma xorta bqajt xi kultant naħseb fuq dan il-post. Ftit tal-ġranet wara erġajt kont qed nitkellem mas-segretarju, meta dan qalli li darba kien mar jara dan il-post u rah qisu kuridur dejjaq imma ma kienx tela’ fuq u lanqas kien jaf jekk il-gallerija kinitx ta’ dan il-post jew kinitx tal-proprjetarju ta’ maġenb din il-binja. Dan il-post kien misteru totali. Kien qalli wkoll li sid id-dar qiegħed jitlob somma kbira li taqtgħalek qalbek. Għaddew iktar ġranet u kultant is-segretarju kien isaqsini jekk kontx għamilt xi ħsieb fuq dak il-post u iktar ma kien jistaqsini iktar kien iħeġġiġni naħsibha sew.

EDITORJAL

Alexander Caruana

AMMINISTRAZZJONI

Mit-Triq sa Misraħ il-Knisja: l-Estensjoni tas-Sede


Now also Open in B’Bugia

‘Emjo’, 89, Triq Zaren Dalli Birzebbugia Tel: +356 2165 2538 / 2765 2538 • Mob: +356 7965 9311 Email: jofarrugia@globalinsbro.com.mt Global Insurance Brokers Ltd. is enrolled to carry on business of insurance broking and regulated by the Malta Financial Services Authority


programm Editorjal

li kien ser jgħinna, basta jkollna business plan iffirmat għal long term. Fl-istess żmien kont f’kuntatt man-nutara Marilyn Sultana, li sa ftit snin ilu kienet ukoll l-Editriċi tal-Bord Editorjali. Din aċċettat li filkas tkun in-nutara tagħna. It-Tnejn stess li kelli nagħtieh risposta kellna meeting ma’ xi persuni li dehru nteressati fil-post u allura ftehmna li nixtru l-post. Għalhekk ċempilt lit-tifel tas-sid li dan qalli biex sal-ġimgħa ta’ wara nkunu għamilna l-att tal-konvenju. Dan fil-fatt sar fil-11 ta’ Mejju 2015 fid-dar tal-kaxxier Walter Pace. Niftakar li dak ilħin li kont qed niffirma qabadni biża’ kbir għax konna għadna ’l bogħod u bdejt nittama li kollox imur sew imma imbagħad għalaqt għajnejja u f’qalbi tlabt lil San Pietru jgħinna kif dejjem għamel magħna.

dan il-business plan u jkun jista’ jinxtara l-post tal-pjazza, liema deċiżjoni kellha mbagħad tittieħed f’Laqgħa Ġenerali Straordinarja oħra li kellha tiġi msejħa meta l-affarijiet ikunu konfermati sal-inqas dettal. L-entużjażmu li rajt dakinhar filmembri qabbiltu ma’ meta fl-1990 waqqafna lil din is-Soċjetà u meta fl-1992 xtrajna s-Sede ‘Ġawhra San Pietru’.

Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

Għadda ż-żmien u sibna ma’ wiċċna l-ewwel diffikultà. Min kien deher interessat fil-business plan beda jġib ħafna skużi u bdejt ninduna li mhux ser jidħol għalih. Allura bdejna naraw kif ser insibu lil xi ħadd ieħor. Konna għodna bdejna naqtgħu qalbna meta għall-ħabta tal-bidu ta’ Lulju irċevejt email li meta rajtha bdejt intella’ u nniżżel inċempillux jew le, imma s-segretarju li wkoll kien ra l-istess email qalli biex nieħu ċans. Mur ara x’jista’ jiġri? L-iktar mhux jgħidilna ‘le’ dan ukoll bħal ħafna oħrajn! Insomma, fl-aħħar ċempilt u dan qalli li ser ikellem lil ħabib tiegħu u fil-fatt ftit wara ċempilli sieħbu. Ma’ dan ftehmna li jiġi jara l-post u mbagħad nitkellmu u hekk sar. Dan qalli li ser ikellem 2 Taljani ħbieb tiegħu u dawn dehru interessati. Il-festa kienet magħna u bdejt nara jkollnhiex xi ftehim qabel il-festa. Għalhekk bdejt nippressah u waqt laqgħa tal-kumitat nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju kkonfermawla li kien qed jaċċettaw il-proposti. B’hekk dħalt lura u kellimt lill-Kumitat fejn tlabthom jaċċettaw li ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju biex napprovaw business plan. Dan kien l-aħħar ċans biex issir qabel il-festa u b’hekk is-segretarju beda bil-proċess tal-avviż. Kulħadd beda jistaqsi għad-dettalji imma għamilniha ċara li dawn ser jingħataw waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja. Fl-aħħar waslet il-ġurnata tal-Erbgħa 22 ta’ Lulju u l-membri tant attendew numerużi li anke nies fit-taraġ kien hemm. Bdejna nispjegaw l-ewwel nett fuq il-business plan u li dan seta’ jwassal biex is-Soċjetà tixtri l-post tal-pjazza. Kien hemm entużjażmu kbir u anke ħafna mistoqsijiet li wrew biċ-ċar li l-membri kienu verament qed jinteressaw ruħhom. Fl-aħħar ġie meħud vot biex il-kumitat ikompli jaħdem fuq

40

Għaddiet il-festa u bqajna naħdmu fuq il-business plan, imma l-partners Taljani bdew jagħmlu ċerti mistoqsijiet speċjalment meta f’Settembru niżlu Malta. Bdejna ninnutaw kollox u wasalna għall-konklużjoni li ma’ dawn ma konna se nagħmlu xejn. Waqt il-laqgħat li kellna mal-membri, kellna xettiċiżmu kbir min-naħa tagħhom li naraw dan il-pjan jiġi miftiehem ma’ nies barranin. Allura bdejna nfittxu lil ħaddieħor u sibna persuna li kienet interessata li tagħmel bar fil-pjazza, ovvjament wara li jkun sar ix-xogħol u għalhekk għamilna kuntratt miegħu. Imbagħad ħriġna l-offerta tal-bar eżistenti, jiġifieri tal-‘Ġawhra San Pietru’ li wara li joħorġu l-permessi tal-MEPA u jsir ix-xogħol meħtieġ, dan ikun jista’ jsir cafeteria u restorant. Meta kellna l-konfermi kollha, erġajna ltqajna mal-bank li dan qalilna li min-naħa tiegħu kien jista’ jipproċedi imma kien jonqos li ssir il-Laqgħa Ġeneral Straordinarja li kellha tiddetermina kollox permezz ta’ vot sigriet. Sadanittant kienu ġejjin il-festi tal-Milied u l-bank qalilna li ma kienx qed jara n-neċċessità li noqogħdu niltaqgħu f’żmien il-festi. Għalhekk sejjaħna Laqgħa Ġenerali Straordinarja l-Ħadd 10 ta’ Jannar 2016. Dakinhar is-sala reġgħet kienet ippakkjata bil-membri u spjegajnilhom dak kollu li konna għamilna minħabba l-business plan, l-arranġamenti mal-

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Mob: 7711 5000 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

41

AMMINISTRAZZJONI Banda nar San Pietru

Fil-bidu ta’ Frar 2016, applikajna għand il-MEPA permezz tal-Perit tagħna Michael Schembri, President Onorarju. Hawnhekk irridu nsemmu wkoll il-bosta pjanti li kien għamel id-draughtsmen tagħna Jason Vella (President onorarju) u li dawn li kieku kellna nħallsu tagħhom żgur li qatt ma konna ser naslu. Ftit tal-ġranet wara, il-bank ħarġilna is-sanction letter fejn ikkonfermalna li ser jagħtina l-loan. Minn dakinhar bqajna għaddejjin. Min-naħa tal-MEPA l-proċess ma kienx wieħed faċli għax aħna applikajna għal applikazzjoni ta’ Full development li fuq kollox kienet tinkludi ir-restorant, faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali f’kull rokna talkażin, kif ukoll biex inpoġġu l-imwejjed u s-siġġijiet fuq ilbankina tal-post tal-pjazza. Il-proċess kien wieħed kumpless. Sa anke kellna bżonn l-għajnuna tal-inġinier Joseph Zammit biex iħejjilna ċerti rapporti mitluba mill-MEPA. Sakemm qed nikteb dan l-artiklu għadna għaddejjin mal-MEPA u għadu diffiċli f’dan l-istadju li nkunu nafu meta fil-verità ser joħroġ il-permess. Min-naħa l-oħra bqajna naħdmu mal-bank biex nagħmlu l-kuntratt. Hawnhekk irrid nirringrazzja l-ewwel nett lillavukat tagħna Dr. Henry Antoncich tal-għajnuna kbira li tana speċjalment minħabba l-business plan li fiha kellna anke bżonn li ndaħħlu accountant tagħna. Iktar ma bdejna nersqu għall-kuntratt, beda jiżdied ix-xogħol għan-nutar tagħna Marilyn Sultana. Din kellha biċċa xogħol iebsa ħafna biex

iġġib ir-riċerki kollha li kien hemm bżonn, sakemm fl-aħħar, il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju għamilna l-kuntratt finali u issa l-post 29, Misraħ il-knisja sar proprjetà tas-Soċjetà. Minkejja li ċertu xogħol sa issa ma setax jibda, minħabba li għad ma ħariġx il-permess tal-MEPA, irrid nirringrazzja lil kull min s’issa ġie jnaddaf u jipprepara biex hekk kif joħorġu l-permessi nkunu nistgħu nibdew bla telf ta’ żmien. Però nkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax b’mod partikulari lillMembru Onorarju Frans Cassar (Ix-Xavu) li nistgħu ngħidu kull naqra ħin li jkollu, jmur iqattagħha f’dan il-post. Frans jirsisti fuq li jirsisti u dejjem jara x’jista’ jivvinta biex dan il-post il-ġdid infittxu nlestuh u jkun parti mill-każin. Irrid nirringrazzja ukoll lill-ex sidien tal-post: Mario Mallia u ibnu Matthew tal-koperazzjoni kbira li wrew magħna biex wasalna u xtrajna dan il-post. Grazzi tmur ukoll lill-Manager u l-istaff kollu tal-bank BOV; lill-Manager u lill-istaff tal-APS li magħhom is-soċjetà kellha loan għal dawn l-aħħar 10 snin minn meta inxtrat l-ispiżerija. Grazzi wkoll tmur lill-President Onorarju ad vitam Anthony Camilleri u lis-sur Roderick Cachia ex-segretarju ta’ din is-Soċjetà tal-għajnuna tagħhom u l-pariri kif ukoll lill-Perit l-Onor. Toni Bezzina u l-Perit Edric Micallef li tawna anke l-pariri tagħhom u lil ħafna u ħafna oħrajn li żgur impossibbli nsemmihom kollha għax żgur li nispiċċa ninsa lil xi ħadd minnhom. Però fl-aħħar nett ma nistax ma nirringrazzjax lill-kumitat kollu, speċjalment lis-Segretarju Henry Bonnici u lill-Kaxxier Walter Pace li flimkien, b’għaqal u b’determinazzjoni ħdimna u wassalna lis-Soċjetà tagħna biex ikollha l-każin tagħha filpjazza fejn tassew jixirqilha.

Birżebbuġa

Ritratt storiku u importanti ħafna għas-Soċjetà, meħud nhar is-27 ta’ Mejju 2016. Naraw it-tliet uffiċċjali jiffirmaw il-kuntratt tax-xiri tal-post flimkien ma’ Mario Mallia, sid il-post u n-nutara Dr. Marilyn Sultana.

EDITORJAL

programm

bank, kif ukoll il-pjanti li konna ser nissottomettu għand ilMEPA. Anke dakinhar, il-membri interessaw ħafna ruħhom. Fl-aħħar morna għall-vot li reġa’ għadda unanimament. Mela s-Soċjetà issa kienet se tibqa’ għaddejja bil-pjanijiet tagħha biex tixtri l-post 29, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa.


programm

Xogħol Volontarju ta’ Infrastruttura fuq il-Proprjetà l-ġdida f’Misraħ il-Knisja

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

Malli l-partitarji membri u ammiraturi tas-Soċjetà saru jafu li s-Soċjetà kienet għodha kif akkwistat il-post li hemm fil-pjazza, post li kien ħolma oħra kbira li kellha din is-Soċjetà, ħafna faru bl-entużjażmu. Kif se taraw f’artiklu ieħor separat, din l-aħbar ingħatat mit-tliet uffiċċjali tasSoċjetà wara operazzjoni kbira ta’ negozjar. L-għan ta’ dan ir-rapport huwa li nagħtu deskrizzjoni u mertu lil dawk il-volontiera li b’qalb kbira jiġu jaħdmu f’din il-proprjetà li s-Soċjetà rnexxielha takkwista. Is-Sur Frans Cassar (IxXavu) għamel ħafna xogħol ta’ tħammil ta’ ħamrija li kien hemm fil-bitħa ta’ dan il-post. Inqalgħet kwantità kbira ta’ ħamrija, sakemm fl-aħħar instab il-blat. Fiżżewġ kmamar tad-daħla sar ħafna xogħol kbir. Il-ħitan tqaxxru kollha u l-fili reġgħu mtlew mill-ġdid. Is-Sur Cassar ħa ħsieb ukoll li jirranġa l-fili fejn kien hemm xi bieb antik u li sussegwentement ġie magħluq bilġebel. Nafu li din il-binja xi darba kienet binja waħda u minħabba wirt, maż-żmien kellha tiġi maqsuma bejn il-werrieta. Dan sar billi ħafna mill-bibien tagħha ġew imbarrati bilġebel stess. Sabiex il-fili ta’ dawn il-bibien imbarrati ma jibqgħux daqshekk viżibbli, isSur Cassar ħaseb biex joħloq fili artifiċjali u b’hekk il-forma tal-bibien ġiet mgħottija. Barra x-xogħol fuq il-fili sar ukoll tibdil fuq ilqoxra ta’ xi wħud mill-knatan li hemm ġewwa l-kmamar. Sar ukoll xogħol ta’ tqaxxir u ta’ żebgħa fuq it-travi tal-injam fl-ewwel kamra tad-daħla t’isfel. Hemm ippjanat li jsir l-istess proċess fuq il-kumplament tattravi tal-injam tal-kmamar l-oħra. Riċentament is-Sur Frans Cassar qaxxar il-bieb ta’ barra kif ukoll l-aperturi tal-gallarija u tat-tieqa, stokkjahom u żebagħhom mill-ġdid bil-kulur aħdar. Tajjeb insemmu wkoll li fejn kien hemm il-kaxxa tad-dawl maġenb il-bieb ta’ barra, saru arranġamenti minn Daniel Cuschieri (Taz-Zija) u mill-aħwa Cutajar biex din tinqala’ u terġa’ titpoġġa pulita mdaħħla ġewwa l-ħajt. Din il-ħidma kienet importanti minħabba li issa l-bieb ser jitwessa iktar u allura bilfors kellhom jiġu mċaqilqa l-meters tad-dawl u tal-ilma. Fix-xogħol tad-dawl, l-għajnuna ta’ Peter Caruana kienet kruċjali għall-aħħar. Nirringrazzjaw lill-volontarji tagħna: Frans Cassar, Daniel Cuschieri u l-aħwa Raymond u Anġlu Cutajar taxxogħol li għamlu u tal-materjal li qed jipprovdu minn buthom stess biex is-Soċjetà tkompli għaddejja bil-proġett tagħha mingħajr skossi finanzjarji. Grazzi wkoll lil dawn il-ħaddiema li flimkien mal-Kummissjoni Armar żejnu l-gallarija għal diversi okkażjonijiet matul is-sena: fil-festa, fil-Milied, fid-Duluri u fl-Għid kif ukoll għall-festa ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Ġesù.

Is-Soċjetà tirringrazzja lil dawk il-volontarji kollha li ħadmu kemm fis-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ matul is-snin u anke fil-parti l-ġdida li s-Soċjetà għadha kif akkwistat. Ix-xogħol li sar minn dawn ilvolontarji huwa wieħed kbir, imprezzabbli u m’għandux prezz. Veru xogħol li joħroġ mill-qalb. Grazzi.

Birżebbuġa

BirÛEBBUGA FILLING STATION 44

Misra˙ is-Summit, BirΩebbu©a Tel: 21654842

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Kuntatti magħna: info@birzebbugaband.org / akkademja@birzebbugaband.org

Rainbow Stationery

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

Kapitlu importanti fl-istorja tas-Soċjetà kien dak tax-xiri tal-ispiżerija. Biex wieħed jifhem kemm kien importanti dan il-pass ngħidilkom li mingħajr l-ispiżerija, il-post li xtrajna filpjazza ma kien ikollu l-ebda valur għax ma kienx ikun jista’ jinfed direttament miegħu, għajr mit-tieni sular. L-ewwel negozjati jmorru lura qisu fl-2003 u fl-2004 il-President Simon Micallef ħabbar li kien sar ftehim mal-propjetarji. Fissena 2005 inqalgħu xi kumplikazzjonijiet u konna f’periklu li nitilfu kollox. Fil-Laqgħa ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2005, li matulha nħatar bħala president ġdid Jason Vella, ilmaġġoranza tal-membri qablu li jerġgħu jinfetħu n-negozjati mas-sinjura Antoinette Tabone u l-ispiżerija terġa’ tiġi f’idejn is-Soċjetà. It-triq kienet veru diffiċli u ħafna drabi ta’ qtiegħ il-qalb. Fin-negozjati apparti s-Sur Jason Vella, kien hemm mal-mejda wkoll l-ex-president Simon Micallef u s-Sur Ronnie Galea. Wara ħafna taqtigħ ta’ qalb, is-Sinjura Tabone aċċettat is-somma li konna qed noffrulha u fit-30 ta’ Jannar 2006 sar il-konvenju għall-prezz ta’ Lm77,500 somma eżorbitanti meta tqis l-ispazju li konna qed nixtru imma neċċessarju daqs mitqlu deheb. Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti biex jiġu sottomessi għand il-MEPA u mbagħad fis-26 ta’ Mejju 2006 fis-Sala Prinċipali tal-Kumitat tas-Sede, il-President Jason Vella flimkien mas-segretarju Johan Briffa u t-Teżorier Walter Pace iffirmaw il-kuntratt li bih l-ispiżerija saret proprjetà tas-Soċjetà. Din kienet veru prova kbira ta’ qlubija għal Soċjetà bħal tagħna. Konxji li din kellha ssarraf f’sagrifiċċji kbar, sagrifiċċji li għadna nġorruhom magħna sal-lum. Madankollu qatt ma kellna l-ħsieb li nieqfu li naraw is-Sede tagħna tikber u tisbieħ. Għaxar snin wara eżatt li ffirmajna l-kuntratt tal-ispiżerija, fis-27 ta’ Mejju 2016, iffirmajna għall-fond li hemm f’Misraħ il-Knisja. Ringrazzjament kbir imur għal dawk in-nies bħal Jason u lil dawk kollha li għenuh biex is-Soċjetà akkwistat l-ispiżerija.

Banda

10 Snin mix-xiri tal-Ispiżerija (2006-2016)

Rainbow Stationery Birzebbuga

Email: xmark11@hotmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

45

San Pietru

• Photo Digital Printing • Passport Photos • All Kinds of Watch Repairs, Batteries, Straps • Money Trasfer Money Gram 1986 - 2016 • One For All Gift Vouchers 30 Years At Your Service • Laundry & Dry Cleaning Services • Me To You • Flowers for All Occasions • Greeting Cards • Silver Plated Frames Rainbow Sta tionery Gift Vouchers • Perfumes • Magazines Available • Personalised Hand Made Cards • Original Ink Cartridges & Toners For All Printers

Birżebbuġa

For all your stationery requirements for School, Home, Office

nar

14, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa  •  Tel: 2165 2856


J. Caruana Panel Beating

Spray Booth Painting Garage No 8, Dalli Industrial Estate, Tarxien Road, Gudja

Tel: 2166 5257 Mob: 9947 0521 Luke Caruana 7940 2626


Seabreeze Hotel Pretty Bay, BirΩebbu©a - Malta Tel: 24 Hours (+356) 21 651256, 21 651499 - 21 651493 Fax: (+356) 21 653898 E-mail: seahotel@maltanet.net

FULLY AIRCONDITIONED

OPEN TO NON-RESIDENTS


programm

Is-Soċjetà tirbaħ fondi għal Tliet Proġetti Differenti Alexander Caruana

Editorjal

Il-Malti F’Birżebbuġa F’Novembru 2015 is-Soċjetà ssottometiet applikazzjoni tal-SIS (Small Initiative Scheme) maħruġa mill-MCVS (Malta Council for Voluntary Sector). Il-Proġett semmejnieh “Il-Malti f’Birżebbuġa”. Dan se jkun jikkonsisiti f’DVD li jkun fih bosta intervisti ma’ persuni li llum joqogħdu f’Birżebbuġa, imma li jkunu ġew minn xi raħal ieħor. Tajjeb ngħidu li Birżebbuġa huwa raħal pjuttost modern imma li kiber malajr fi ftit snin u għalhekk għandu fih firxa kbira ta’ persuni minn kull rokna

Amministrazzjoni Banda

tal-gżejjer Maltin. Dan biex ma nsemmux il-bosta barranin li llum ukoll qed jiffurmaw il-komunità ta’ Birżebbuġa għalkemm għal dan il-proġett ħsibna li nagħmluh biss mal-Maltin. Dan il-proġett għalhekk qed jiġi ffinanzjat proprju minn din l-iskema talMCVS u ser ikun lest sa Frar 2017 meta ser issir ċerimonja fis-sala tal-iskola primarja ta’ Birżebbuġa proprju nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2017.

nar San Pietru Birżebbuġa

Bit-Tagħlim tat-Teorija nsaħħu l-Banda Fi Frar 2016 ssottomettejna applikazzjoni maħruġa millAġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini talBanda bl-isem ta’ ‘Taħriġ Każini Baned’. Is-Soċjeta tagħna s’issa kienet ibbenefikat biss mill-ewwel skema li kienet ħarġet fl-2012 bil-proġett ‘Il-Banda u ż-Żgħażagħ f’Birżebbuġa’. Ninsabu kuntenti ħafna li wara 3 snin erġajna ħadna din l-iskema li permezz tagħha ser inkomplu nsaħħu t-tagħlim mużikali tagħna, speċjalment dak tat-Teorija li bdejna nagħtu mis-sena li għaddiet. Dan diġà beda jagħti l-frott mixtieq, tant li f’Novembru li għadda l-istudenti tagħna għall-ewwel darba taw l-eżamijiet tal-‘London College of Music’ u kollha ġabu l-marka ta’ Distinction. Irridu nsemmu li f’Ġunju li għadda s-Segretarju tas-Soċjetà spjega u qassam fuljetti lill-istudenti

48

żgħar tal-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa biex iħeġġeġ iktar tfal jibdew jitgħallmu l-mużika fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Imbagħad is-Sibt 25 ta’ Ġunju għamilna ‘Open Day’ fis-Sede tas-Soċjetà biex dawk interessati jkunu jistgħu jiġu jaraw illezzjonijiet li qed nagħtu kemm fit-Teorija kif ukoll fil-prattika tal-istrumenti varji li għandna. Dan il-proġett qed isir bi sħab mas-‘Soċjetà Mużikali Marija Mtellgħa s-Sema’ tal-Imġarr’, banda żagħżugħa li twaqqfet ftit snin ilu u li magħha għandna relazzjonijiet kbar. Bis-saħħa ta’ din l-iskema ser inkomplu nixtru iktar apparat għall-użu tal-banda u l-iskola tal-mużika tagħna bħal photocopier, siġġijiet, TV li ser jiġi nstallat biex jibda jintuża għal waqt il-lezzjonijiet u kompjuter. Tajjeb

insemmu li s-Soċjetà għandha l-pjan li jkollha żewġ klassijiet fejn isir it-tagħlim kollu u fejn dan l-apparat jista’ jiġi installat għall-użu talistudenti tagħna. Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-ewwel parti mill-fondi saret mill- Hon. Chris Agius M.P., Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2016. Birżebbuġa-Riposto F’April li għadda ġiet sottomessa applikazzjoni talKommunitajiet Kreattivi fi ħdan il-Kunsill Malti tal-Arti li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Kultura u bi pjaċir ngħidu li wara li konna ġa ppruvajna darbtejn oħra f’din l-iskema mingħajr suċċess din id-darba ġejna fl-ewwel post. Ta’ min jgħid li fid-drabi l-oħra li ppruvajna, l-applikazzjonijiet tagħna kienu tajbin imma ma kinux ġew minn ta’ quddiem u għalhekk ma konniex ħadna fondi għalihom. Dan il-proġett jaf il-bidu tiegħu meta

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Birżebbuġa Road, Birżebbuġa Tel: 2165 3216 • Mob: 7965 3216

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

49

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Kien fis-sena 2008 meta l-Kumitat Eżekuttiv kien ħatar lis-Sur Alexander Caruana, illum President tas-Soċjetà biex jagħmel l-arranġamenti kollha biex il-Banda Birżebbuġa tkun tista’ titla’ ddoqq ġewwa Ruma u l-Vatikan fl-2010, fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tagħha. F’dak ilpjan kien hemm ix-xewqa li l-Banda u l-Kor Xmun Pietru jagħmlu akkademja ġewwa l-Basilica San Pietro in Vincoli ta’ Ruma. Wara ħafna kuntatti u qtiegħ il-qalb fl-aħħar irrettur tal-Bażilika ta’ dak iż-żmien, Don Bruno Giuliani, mhux biss kien aċċetta imma anke wera x-xewqa li l-Banda Birżebbuġa jkollha ġemellaġġ mal-istess Bażilika u dan filfatt sar It-Tlieta 6 t’April 2010. Minn dak il-ġemellaġġ, isSur Caruana rnexxielu jġib il-kopja tal-ktajjen ta’ San Pietru li ġew mogħtija bħala rigal lill-parroċċa u li dawn kienu ġew imbierka mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI fis-27 ta’ Frar 2013. Dawn imbagħad tpoġġew ġo urna apposta fejn in-niċċa ta’ San Pietru. Is-sena l-oħra, il-bandist Ludwig Noel Desira kien żar ‘Riposto’ fi Sqallija fejn hemmhekk issir ukoll il-festa ta’ San Pietru. Qabel tela’, is-Soċjetà kienet għaddietlu rigal biex jingħata lill-Banda Ionica Etnea di Riposto. Dawn irreċiprokaw u s-Sur Desira ippreżenta r-rigal tagħhom lis-Soċjetà fil-Programm tal-Festa. Minn wara l-festa l-President beda bilkuntatti magħhom u dawn urew ix-xewqa li l-Banda Birżebbuġa tmur iddoqq hemmhekk. Saret applikazzjoni taħt l-iskema ‘Komunitajiet Kreattivi’, li ġiet aċċettata minnufih u allura din ser tkun qed tiffinanzja parti mill-ispiża biex ilBanda Birżebbuġa titla’ ddoqq ġewwa Riposto mill-14 sas-16 t’Ottubru 2016. Il-Banda Birżebbuġa se tkun qed iddoqq ġewwa Riposto nhar is-Sibt 15 t’Ottubru 2016. Il-Banda ser tkun qed tagħmel marċ fuq stil Venezjan mal-Banda Ionica Etnea ta’ Riposto li bħalna wkoll twieldet fl-1990. Wara, iż-żewġ Baned se jagħtu kunċert kbir fuq palk wiesa’ ippreparat mill-Comune di Riposto. Se ndoqqu wkoll komposizzjoni oriġinali għal fuq il-planċier miktuba apposta għall-okkażjoni mill-pinna tal-bravu surmast Ray Sciberras. F’dik l-okkażjoni ser jsir it-tieni ġemellaġġ tal-Banda Birżebbuġa, din id-darba mal-Banda Ionica Etnea di Riposto u diġà hemm ċans tajjeb li dan il-ġemellaġġ ikompli jestendi ruħu għal mal-Comune di Riposto. Fil-fatt is-Sindku ta’ Riposto ġa wera x-xewqa mal-President Caruana biex jibdew l-arranġamenti forsi jkun hemm iċ-ċans li jsir ġemellaġġ mal-Kunsill lokali ta’ Birżebbuġa.

nar

Lejn It-Tielet Safra u t-Tieni Ġemellaġġ

San Pietru

isir ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet. Bis-saħħa tal-fondi ta’ dan il-progett il-Banda Birżebbuġa ser titla’ Sqallija bejn ilĠimgħa 14 u l-Ħadd 16 t’Ottubru 2016. Is-Sibt 15 t’Ottubru filgħaxija ser isir marċ venezjan mill-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda Ionica di Riposto. Wara se jsir programm fuq platform kbira ppreparata mill-Comune di Risposto miżżewġ baned. Fost l-oħrajn anke ser indoqqu xi biċċiet flimkien bħala Mass Band. Ta’ min isemmi wkoll li għal din l-okkażjoni, is-Soċjetà kkummissjonat silta mużikali għand il-kompożitur bravu, ħabib tas-Soċjeta tagħna Mro. Ray Sciberras. Din se tkun qed iġġib l-isem Birżebbuġa-Riposto u ser tiżżanżan dakinhar f’din l-okkażjoni hekk speċjali. Din ser tkun it-tielet darba għall-Banda Birżebbuġa li ddoqq barra minn xtutna peress li fl-2004 konna daqqejna ġewwa t-Tuneżija u fl-2010 daqqejna ġewwa Ruma u fil-Belt tal-Vatikan quddiem il-Papa Benedittu XVI.

Birżebbuġa

s-Sur Ludwig Noel Desira li jdoqq mal-Banda tagħna għamel żjara f’Riposto fi Sqallija is-sena li għaddiet. Min-naħa tagħna konna bgħattna miegħu rigal biex jgħaddieh lis-Società Ionica di Riposto. Dawn tant apprezzaw li bagħtulna lura rigal li mbagħad is-Sur Desira ppreżentahulna f’isimhom waqt ilKunċert Mużikali tal-Festa s-sena li għaddiet 2015. Il-kuntatti komplew mill-President Alexander Caruana, mal-President tal-Banda Ionica u anke ma’ rappreżentanti oħrajn tal-istess banda. B’kumbinazzjoni din il-banda twaqqfet fl-1990 bħalna. Kuntatti saru wkoll mal-Comune di Riposto speċjalment masSindku. Min-naħa tagħhom urew ix-xewqa li nagħmlu ġemellaġġ bħala żewġ baned li għandhom l-istess età u t-tnejn li aħna niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru Appostlu. Min-naħa talComune talbu lill-President Alexander Caruana biex jibda jirranġa mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa biex iktar ’il quddiem


Freshly Prepared Daily!

70, Pretty Bay, Birżebbuġa Call 2788 8857 / 7905 4343 / 7955 3452


Perit

Toni Bezzina Id-Deputat tal-Ħames Distrett jawgura

Festa t-Tajba lil kulħadd

l-

Minn fostkom, għalikom... 2, Triq is-Sajjieda, Żurrieq ZRQ 1710, Malta (quddiem iż-Żurrieq Wolves)

23, Pjazza tal-Knisja, Birżebbuġa (faċċata tal-Knisja Parrokkjali)

mob: [+356] 99430012 telephone: [+356] 21490826 website: www.tonibezzina.com e-mail: toni@tonibezzina.com

The Discount Place

Stockists for all kinds of Food Stuff, Fruits, Vegetables, Detergents, Toiletries etc... at very reasonable prices and special offers of the week Prop. Victor Gauci

Sunblest, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa


programm

Attivitajiet Immirati Għall-Familja Kollha Nisa Helpers Birżebbuġin

‘Lejla Familja’

Is-Sibt 19 ta’ Settembru 2015

Editorjal

Lejn tmiem is-Sajf, eżattament fid-19 ta’ Settembru 2015 tellajna serata mill-isbaħ fil-bitħa tal-iskola Primarja bl-isem ‘Lejla Familja’. Kien hemm varjetà kbira ta’ żeffiena u kantanti. Il-qliegħ minn din l-attività mar kollu għall-Community Chest Fund. Dakinhar ġiet iżżurna l-President ta’ Malta l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca flmkien mar-raġel tagħha is-Sur Edgar Preca.

Amministrazzjoni

Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Rita Calafato, Ritienne Fenech, Connie Cutajar Fiorini Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: M’Louise Curmi, Sue Pace, Mary Taylor, Carmen Żammit

Banda nar San Pietru

Is-Soċjetà tirringrazzja lil dawn il-Helpers Nisa talgħajnuna li jagħtuna fl-attivitajiet ta’ matul is-sena. Filwaqt li nirringrazzjawkom ħafna tal-appoġġ li tagħtuna, nħeġġu aktar nisa u tfajliet jingħaqdu ma’ dan it-tim sabiex inkomplu nsaħħu l-pedamenti tas-Soċjeta u b’hekk inkunu nistgħu norganizzaw aktar attivitajiet kulturali għall-festa tal-għażiż kbir Patrun tagħna San Pietru u għar-raħal sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa. Din is-sena s-Soċjetà organizzat mill-inqas 3 attivitijiet kbar immirati biex jipprovdu ħarġa sabiħa għal dawk li għandhom familja u t-tfal. Hawnhekk nirringrazzjaw lil dawn in-nisa tal-għajnuna li sibna mingħandhom. IsSoċjetà tirringrazzja lil Sue Pace li hija wkoll membru filKumitat Eżekuttiv tal-ħafna inizjattivi li tieħu u tal-ideat li taqsam mal-bqija tal-Kumitat. Nirringrazzjawha ħafna u magħha nirringrazzjaw ukoll lil dawn il-Helpers Nisa minn Birżebbuġa.

‘Festa Milied’

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 Fuq inizjattiva tas-sinjura Sue Pace, is-Soċjetà organizzat bħal Christmas Village fl-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Din itellgħet fit-13 ta’ Diċembru 2015. Dakinhar kien hemm ikel u xorb relatat mal-Milied, kif ukoll bejgħ ta’ Ponsjetti minn stands armati apposta. Kien hemm ukoll kant, żfin, Fun-Bus u Jumping Castles fiżżona tal-Bandli ta’ quddiem l-iskola fi Triq Santa Katerina.

Birżebbuġa

52

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Is-Sibt 6 ta’ Frar 2016

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL

Is-Soċjetà organizzat ‘Lejla Karnivaleska’ fl-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa, nhar is-Sibt 6 ta’ Frar 2016. Apparti l-ikel, ix-xorb u l-ispettaklu kbir ta’ żfin organizzat minn diversi skejjel tal-ballu minn madwar Malta kollha, kien hemm ukoll kompetizzjoni għall-isbaħ kostum tal-Karnival maqsuma f’erba’ kategoriji. Kull min attenda kellu kliem ta’ tifħir għal din is-serata sabiħa.

programm

‘Lejla Karnivaleska’

SHOP

Triq l-G˙odda BirΩebbu©a Tel: 2165 7354

Tony Muscat Caterers Limited Freshly made ice-Cream Ice-Cream Manufacturers 89, St. Patrick Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 8677

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

53

San Pietru

nar

Ûaren Dalli Street, BirΩebbu©a Mob: 7965 9631

Birżebbuġa

PET

Banda

Animal Crackers


Delivery in the evenings Gluten Free Food available

Il-Perit

Edric Micallef jawgura l-Festa t-Tajba lill-Birżebbuġin kollha Mob: 7965 7547 Email: perit.edricmicallef@gmail.com Uffiċċju: 159, Triq l-Arznell, Marsaxlokk

St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422  •  Mob: 7928 4321


programm

Onorarji Ġodda Għas-Soċjetà Dennis Micallef: Membru Onorarju Ġdid

Editorjal

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’Jannar 2016, ġiet imressqa nomina biex is-Sur Dennis Micallef jinħatar Membru Onorarju ġdid tas-Soċjetà. Is-Sur Dennis Micallef, issa ilu għal diversi snin joqgħod fir-raħal tagħna u joffri l-inġenji kbar tal-kumpanija tiegħu Roc-A-Go għad-dispożizzjoni tal-Membri tas-Soċjetà tagħna. Huwa jgħin ħafna wkoll lill-Għaqda tal-Armar l-1 t’Awwissu talParroċċa tagħna, speċjalment għall-ġranet tal-festa. Dan jagħmlu senza interessi u b’qalb kbira. Aħna napprezzaw ħafna l-ġenerożità tiegħu.

Maestro Gennaro Sibilano: Surmast Onorarju Ġdid

Amministrazzjoni Banda

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’Jannar 2016, ġiet imressqa nomina biex is-surmast Gennaro Sibilano jinħatar Surmast Onorarju tas-Soċjetà tagħna. Is-Surmast Gennaro Sibilano fornixxa lis-Soċjetà tagħna b’diversi kompożizzjonijiet minn tiegħu. Għall-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ ta’ Frar 2013, hu rregalalna u daqqejna ‘Marcia Sinfonica’ bl-isem ‘Omaggio A Malta’. Aħna konna l-ewwel banda li daqqejna din is-silta. Għall-Akkademja li tellgħajna ġewwa l-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju, tlabna l-għajnuna tiegħu għal Ave Maria fil-forma ta’ dwett bejn Tenur u Sopran. Mhijiex komuni li ssib ‘Ave Maria’ fil-forma ta’ dwett. Hu kellu ‘Ave Marija’ kompożizzjoni tiegħu stess u dak il-ħin stess traskrivihielna għal żewġ vuċijiet. Din l-‘Ave Maria’ bl-isem ‘Shlom-Lech Maryam’ intlaqgħet tajjeb ħafna. Anke t-tenur Charles Vincenti u s-Soprana Clare Caruana kellhom kliem ta’ tifħir għallmelodija sabiħa ta’ din l-Ave Maria. Għall-Programm Mużikali tal-festa li għaddiet, dan is-surmast irregalalna silta veru interessanti li tvarja bejn passaġġi sinfoniċi u anke ‘swing’ bit-titlu ‘Symphonic Fantasy’. Din is-silta miktuba apposta għalina hu rregalahielna fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju. Barra dawn il-kompożizzjonijiet, is-Surmast Gennaro Sibilano li joqgħod Ruvo di Puglia qrib Bari, irregalalna diversi marċijiet sinfoniċi, brillanti u anke funebri. Is-Soċjetà ħatret lil dan is-Surmast bħala Surmast Onorarju tagħha u tħares ’il quddiem biex tikkonsolida din il-ħbiberija kemm miegħu fuq livell personali, kemm mal-banda tiegħu u anke mal-lokalità tiegħu.

nar San Pietru Birżebbuġa

Durante il vertice generale annuale che ha avuto luogo lo scorso gennaio 2016, il Maestro Gennaro Sibilano è stato nominato come Maestro Onorario della nostra Società Musicale. Il Maestro Gennaro Sibilano ha fornito alla nostra società diverse delle sue composizioni. Per il concerto musicale ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ del febbraio 2013, lui ci ha regalato la ‘Marcia Sinfonica’ con il nome di ‘Omaggio a Malta’. La nostra Banda fu la prima ad eseguire questo brano. Durante il venticinquesimo anniversario, quando eravamo in fase di programmare il concerto di musica sagra, tenutosi un mese dopo nella chiesa parrocchiale il 21 Febbraio 2015, abbiamo chiesto al Maestro Sibilano il suo aiuto per un’Ave Maria sotto forma di duetto per voce tenore e soprano. Non è facile trovare un’Ave Maria sotto forma di duetto, anzi alquanto difficile. Il Maestro Sibilino aveva già una sua Ave Maria e non ci ha pensato due volte. Vedendoci in difficoltà l’ha trascritta appositamente per noi per essere eseguita da due voci soliste in quello stesso istante. Quest’Ave Maria con il nome di ‘Shlom-Lech Maryam’ ha riscosso un enorme successo. Tutti hanno applaudito. Persino il tenore Charles Vincenti e la soprano Clare Caruana hanno speso parole d’elogio per il fascino melodico di questa Ave Maria. Ma non è finita. Per il concerto musicale della festa patronale dell’Agosto 2015, lo stesso Maestro ci ha donato una composizione davvero interessante che varia tra passaggi sinfonici e stile ‘swing’ dal titolo ‘Symphonic Fantasy’. Questa composizione scritta appositamente per noi, ci è stata regalata in occasione del venticinquesimo anniversario. Anche questo brano è stato ben accolto dal pubblico. A parte queste composizioni, il Maestro Gennaro Sibilano, residente a Ruvo di Puglia in provincia di Bari, ci ha anche regalato diverse marce sinfoniche, brillanti e persino funebri. La nomina del Maestro Sibilano come Maestro Onorario è stata ben accolta dai nostri membri presenti al vertice annuale della nostra Società musicale. Noi auspichiamo a consolidare la nostra amicizia con il Maestro Sibilano, sia a livello personale, sia con la sua banda e infine con il comune di Ruvo di Puglia.

56

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm nar

marċ li żżanżan fis-sett tas-sena li għaddiet u li bih infetħet it-tieni parti tal-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’. Nirringrazzjaw minn qalbna lill-Familja Cutajar.

Ħwejjeġ tan-nisa, irġiel, żraben u aċċessorji

By Karen Birżebbuġa Road, Birżebbuġa Tel: 2165 7458 Mob: 9985 5189

Prezzijiet mill-aqwa 186, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa Tel: 2766 5033 • Mob: 7723 4900

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

57

Birżebbuġa

San Pietru

Waqt l-intervall tal-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri” li sar fl-20 ta’ Frar 2016, il-President flimkien mal-uffiċċjali sejjaħ lill-membri tal-familja Cutajar: is-Sur Emmanuel Cutajar u s-Sinjura Connie Cutajar neè Fiorini. Il-familja Cutajar hija waħda minn dawk li tgħin ħafna lis-Soċjetà. Kienet ilha x-xewqa li s-Soċjetà turi l-apprezzament tagħha lejn din ilfamilja. Is-Soċjetà xtaqet ukoll turi s-simpatija tagħha lejn ilfamilja Cutajar għat-telfa li ġarrbet ta’ binhom Lewis Cutajar minn Birżebbuġa li kien miet f’inċident sfortunat ħafna fuq illant tax-xogħol ftit snin ilu. Il-familja tiegħu hija u għadha attiva u qrib ħafna tas-Soċjetà tagħna. Ta’ dan nirringrazzjawhom ħafna. Għal din l-okkażjoni l-President Alexander Caruana bl-uffiċċjali maġenbu ppreżentalhom ‘memento’ bħala ringrazzjament. Tajjeb ngħidu wkoll l-Kaxxier Walter Pace kien ikkummissjona marċ brijuż fuq stil spanjol miktub minn Simon Farrugia biex bih infakkru l-memorja ta’ Lewis Cutajar,

Banda

Rikonoxximent lill-Familja Cutajar

EDITORJAL

Fil-Laqgħa Ġenerali li għaddiet, il-membri tas-Soċjeta approvaw b’akklamazzjoni kbira l-ħatra ta’ Emanuel Mangion magħruf fostna bħala l-Mosti bħala Membru Onorarju ġdid tas-Soċjetà. Li kieku kellna niktbu l-istorja ta’ Emanuel Mangion u s-sehem tiegħu fis-Soċjetà, dan il-ktieb lanqas jesgħana. Ix-xogħol li għamel Emanuel Mangion fis-Soċjetà tagħna huwa wieħed kbir immens. Emanuel Mangion kien wieħed minn dawk li fil-bidu ngħaqdu b’saħħa kbira mas-Soċjetà tagħna. Kien wieħed mill-ewwel nies li daħlu fil-kumitat. Emanuel Mangion kien bandist, kien Editur ta’ dan l-annwal ‘Minn Qalb L-Iljuni’, ta sehem kbir fil-kostruzzjoni tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, kien viċi-President tas-Soċjetà, kien rappreżentant għas-Soċjetà tagħna fl-Għaqda Każini tal-Banda u viżibilju ta’ karigi oħra importanti fis-Soċjetà tagħna f’lista twila li ma tispiċċa qatt. Emanuel Mangion kien strumentali ħafna bl-iżvilupp u l-progress tas-Soċjetà tagħna. Is-sena li għaddiet serva fil-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju, kummissjoni li kellha piż kbir u tat kontribuzzjoni kbira mmens fl-organizzazzjoni tal-anniversarju. Emanuel Mangion attwalment qiegħed jagħti sehmu bil-kbir fil-Kummissjoni l-ġdida li għadha kif twaqqfet, dik tal-Kummissjoni Tisbieħ tal-Każin. Is-Soċjetà tawgura ħafna lil Emanuel Mangion, tirringrazzjah minn qiegħ qalbha u titlob il-bambin biex fis-snin li ġejjin tibqa’ tibbenefika mis-servizz u mid-dedikazzjoni tiegħu. Grazzi ħafna Manuel!

AMMINISTRAZZJONI

Emanuel Mangion (Membru Onorarju Ġdid)


programm Editorjal

Żjarat mill-Priministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni

Amministrazzjoni

Fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju, is-Soċjetà kienet irċeviet iż-żjara kemm tal-Priministru Dr. Joseph Muscat u kemm tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil. Dr. Simon Busuttil żar lis-Soċjetà tagħna nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2015 filwaqt li Dr. Joseph Muscat għamel iż-żjara tiegħu nhar it-Tlieta 28 ta’ Lulju 2015 fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Pietru. Matul iż-żjara tiegħu Dr. Simon Busuttil dar dawra mal-Wirja tal-25 Sena Anniversarju li kienet armata fis-Sala Prinċipali ‘Sala Anthony Camilleri’, mentri Dr. Joseph Muscat

inawgura ċ-Ċentru li fih isir it-tagħlim u l-kunċerti, ċentru li ’l quddiem beħsiebna nkomplu ngħammru b’tagħmir modern u teknoloġiku. Dakinhar il-Priministru kixef plakka bl-isem tal-Iskola l-Ġdida tal-Mużika: ‘Skola tal-Mużika Mro. Michael Bugelli’. Kemm il-Priministru u kemm il-Kap tal-Opposizzjoni ngħataw merħba tajba mill-membri u mill-Kumitat Eżekuttiv. Dr. Simon Busuttil żar ukoll lis-Soċjetà tagħna fil-21 ta’ Marzu 2016 meta ġie jdur il-Wirja li għamilna fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Misraħ il-Knisja bl-isem ‘Iċ-Ċaħda ta’ Pietru’.

Banda

Is-Soċjetà tirringrazzja lil dawk kollha li s-sena li għaddiet għenu jew ikkontribwew biex jiġu ċċelebrati bl-aqwa mod il-festi tal-25 Sena Anniversarju mit-Twaqqif tas-Soċjetà. Kien hemm diversi membri li kkontribwew finanzjarjament u kien hemm bosta oħra li taw sehemhom b’mod manwali u taw ħinhom ukoll. Grazzi lil kulħadd. Grazzi lill-Kummissjoni 25 Sena Anniversarju.

nar San Pietru

Call Marco Bugeja No2, Gudja Industrial Estate, Tarxien Road, Gudja Tel: 2166 1149 • Fax: 2166 2321 • Mob: 9947 2196 Email: automax@maltanet.net • Website: www.automaxmalta.com

Birżebbuġa

For a professionally executed job in Panel Beating • Spray Painting & Baking Spot welding Insurance approved • Chassis Alignment www.automaxmalta.com 58

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Tagħlim tal-Mużika u Miżati In-numru ta’ allievi li jidher li żdied mill-2010, tant li fl-2014 dawn kienu jammontaw għal 2,023. Ir-rapport jgħid li 716 minn dawn intalbu jħallsu xi forma ta’ miżata, filwaqt li l-1,307 l-oħra ma ntallbux iħallsu miżata. Sehem in-nisa jiżdied Jidher li dan l-ambjent għadu dominat mis-sess maskili li jammonta għal 74.4% tal-Membri totali msemmija, għalkemm fl-istudju ħareġ ukoll li b’paragun mal-2010, in-numru ta’ nisa attivitisti fl-2014, jiġifieri bejn bandisti nisa; allievi nisa; membri amministrattivi nisa fil-Kumitati u Soċi nisa, żdied bi 3,001 membru iktar. Ammont ta’ Bandisti L-akbar numru ta’ bandisti (rġiel u nisa), jinsabu l-iktar

Servizzi Mużikali Ir-rapport juri li b’paragun mal-2010, fl-2014 saru ma’ 80 servizz mużikali inqas. Ir-rapport juri li fl-2014 saru mal-1,177 servizz mużikali li 62.4% minnhom il-baned għamluhom fillokalità tagħhom stess.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

59

Banda

AMMINISTRAZZJONI Ammont ta’ Allievi Bħala allievi naraw li skont l-aħħar informazzjoni miġbura, jiġifieri dik tal-2014, jibqa’ jiddomina South Eastern District li minnu Birżebbuġa tagħmel parti. Hawnhekk insibu l-ogħla ammont ta’ allievi f’Malta, b’25.8% tal-allievi kollha ta’ Malta. Fl-2014 ir-reġjun t’Għawdex ma kienx jinsab fit-tieni post bħala allievi, bħalma kien fil-bandisti. It-tieni post bħala l-ikbar ammont ta’ allievi nsibuh fin-Northern Harbour District bi 20.2%. Din iz-zona tkopri dawn l-irħula: Birkirkara, Ħal Qormi, Ħamrun, Santa Venera, tas-Sliema, Balluta, Gżira, San Ġiljan, l-Imsida, Fleur-de-Lys, Swatar, Pembroke, Tal-Pietà, Is-Swieqi, u Ta’ Xbiex. Sal-2010 dan id-distrett kien fl-ewwel post bħala numru ta’ allievi. F’Għawdex, minkejja n-numru sabiħ ta’ bandisti, bit-tieni post kemm fl-2010 u kemm fl-2014, in-numru ta’ allievi huwa fost l-inqas mid-distretti kollha, għalkemm kien hemm żieda żgħira fl-2014 meta mqabbel mal-2010. Jekk l-affarijiet jibqgħu hekk, fil-futur Għawdex żgur mhux se jkompli jżomm it-tieni post fl-istatistika globali bħala ammont ta’ bandisti.

nar

Jonqsu l-Bandisti u l-Amministraturi – Jiżdiedu l-Allievi u l-Membri Soċi Ir-rapport jagħmel paragun mas-sena 2010 u ħareġ li filwaqt li n-numru ta’ bandisti niżel, dak tal-allievi kiber. Naqsu wkoll in-numru ta’ nies fil-Kumitati però żdied in-numru tasSoċi membri. Dan jaqbel ma’ dak li qalet l-Għaqda Każini talBanda dik il-ġimgħa stess li ġew ippubblikati dawn ir-riżultati, li minkejja ż-żieda fil-membri soċi, in-numru ta’ voluntiera li lesti jagħtu ħinhom jaħdmu f’xi kumitat naqas b’mod tassew drastiku.

Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tipparteċipa f’Festa Komunita 2016 fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal Kirkop ma’ diversi baned oħra tad-distrett tagħna.

San Pietru

9% tal-Popolazzjoni Maltija involuta fil-Baned Din is-survey ħadet firxa ta’ individwi ta’ etajiet bejn 5 snin (ħafna minnhom allievi) u anzjani ta’ 84 sena. Jirriżulta li b’paragun mal-popolazzjoni Maltija l-ammont totali ta’ nies involuti fl-għaqdiet tal-festa, bejn bandisti, allievi, amministraturi u membri soċi, sia rġiel u nisa, dawn jammontaw għal ftit iktar minn 9%. Fuq dan ir-riżultat l-Għaqda Każini talBaned ma qablitx. Hija qalet li l-firxa ta’ etajiet fil-każini tvarja l-iktar bejn 35 sena u 50 sena u għalhekk peress li l-istudju għandu firxa ta’ etajiet ikbar, din ħalliet effetti ambigwi fuq l-interpretazzjoni tar-riżultati. L-Għaqda Każini tal-Baned qalet li għalkemm a prima facie jidher li n-nies fl-għaqdiet mużikali tidher li żdiedet, fil-verità il-volontarjat naqas ħafna.

fis-South Eastern District ta’ Malta, li minnu Birżebbuġa tagħmel parti (Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, Marsaskala, Marsaxlokk, L-Imqabba, Il-Qrendi, Ħal Safi, IżŻejtun, Iż-Żurrieq). Sal-2014 hawnhekk konna nsibu 21.9% tal-bandisti kollha ta’ Malta. Fl-2014 it-tieni l-ikbar persentaġġ ta’ bandisti konna nsibuh ġewwa Għawdex b’persentaġġ ta’ 21.5% tal-bandisti Maltin. Jidher li hemm tradizzjoni qawwija f’dawn iż-żewġ distretti għax anke b’paragun mal-2010, dawn ukoll kienu ż-żewġ distretti dominanti bħala bandisti.

Birżebbuġa

Fit-3 ta’ Marzu ta’ din is-sena 2016, in-National Statistics Office ippubblika riżultati ta’ riċerka li l-informazzjoni dwarha nġabret fl-2014. Dan ir-rapport ġie mxandar fuq il-media bi prominenza kbira. Dan ir-rapport jagħmel paragun ma’ informazzjoni simili li kienet inġabret fl-2010. F’dan is-survey ħareġ li fl-2014 kien hemm madwar 2,232 bandist attiv; 2,023 alliev; 1,087 membri fil-Kumitati Eżekuttivi; u 31,833 soċi membri f’total ta’ 91 Banda tal-Mużika. Tajjeb ngħidu però li fl2010 kien hemm 90 Għaqda Mużikali parteċipanti u mhux 91.

programm

Josef Schembri

EDITORJAL

L-Aħħar Riċerka fuq il-Baned Maltin


programm Editorjal

Pubblikazzjonijiet Jidher li komplessivament bejn il-baned kollha ta’ Malta, fl-2014 saru mal-262 pubblikazzjoni, jiġifieri 69 inqas mill2010. Bħala pubblikazzjonijiet, naraw li l-iktar Għaqdiet Mużikali li ħarġu pubblikazzjonijiet kienu dawk tas-Southern Harbour District (Il-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, Il-Fgura, il-Furjana, Il-Belt Valletta, Ħal Luqa, Il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar) b’26% mit-total kollu ta’ pubblikazzjonijiet. L-għaqdiet tal-Mużika ta’ dan id-distrett kien wkoll fil-quċċata tal-istatistika fl-2010. Nofs il-pubblikazzjonijiet imsemmija huma magazines u leaflets filwaqt li n-nofs l-ieħor jikkonsisti f’CDs, DVDs u kotba.

Amministrazzjoni Banda

Nefqa Jidher li fl-2014 kien hemm nefqa globali ta’ €4 miljun bejn l-Għaqdiet Mużikali kollha, li 31.1% minn dawn marru għall-ħlasijiet tal-bandisti. Il-ħlas tal-bandisti jibqa’ l-iktar ammont kbir ta’ spiża għall-każini tal-banda però mill-2010 sal-2014 l-ispiża fil-ħlas tal-bandisti naqset ħafna, minn 39.6% fl-2010 għal 31.1% fl-2014. Għalkemm l-ispiża globali tal-baned mill-2010 għall-2014 żdiedet b’21%, l-ispejjeż fl-oqsma tal-mużika jidher li naqsu, ħlief għat-tagħlim talmużika (training programmes). Fl-istatistika ma jidhirx ċar fejn żdiedet l-ispiża tas-Soċjetajiet. L-uniku żidiet mill-2010 għall-2014, bħala persentaġġ ġew reġistrati f’dawn l-oqsma: f’training programmes (2.6% għal 2.9%) li wieħed jimmaġina li huwa t-tagħlim tal-mużika; Advertising (reklamar)(1% għal 8.4%) u Other Expenditure (34.4% għal 39.5%) li l-istudju sfortunatament ma jagħtix dettalji dwaru. Dħul Fl-2014 kien hemm dħul totali ta’ €3.7 miljun bejn l-Għaqdiet Mużikali Maltin u Għawdxin kollha. Meta

kkumparat man-nefqa globali ta’ €4 miljun jidher li l-każini aktar qed jonfqu milli jdaħħlu l-flus. Skont l-istatistika tal-2014 l-iktar Soċjetajiet mużikali li għamlu introjtu ta’ flus huma dawk tas-South Eastern District bi 26.9% tad-dħul totali, filwaqt li dawk tan-Northern District huma l-aktar għaqdiet li għamlu l-inqas dħul b’9.3% biss tad-dħul totali. In-Northern District huwa magħmul minn dawn l-irħula: Ħal Għargħur, Mellieħa, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, u San Pawl il-Baħar. Meta wieħed jagħmel paragun mal-istastika tal-2010 u l-2014 jidher ċar li l-għaqdiet mużikali rreġistraw tnaqqis fl-ammont ta’ dħul minn donations, minn reklamar, u mill-interessi li għandhom (Banek etc..). Żieda żgħira ħafna ġiet reġistrata minn fund-raising activities li minn 18.3% fl-2010 telgħet għal 19.8% fl-2014. Imbagħad naraw dħul żgħir ieħor li fl-istatistika huwa mniżżel bħala Other Services (15.9% għal 16.2%). L-ikbar ammont ta’ dħul, li jidher wkoll li żdied mill-2010 sal-2014 huwa dak li fl-istatistika jidher bħala Other Income b’żieda sostanzjali ta’ 23.1% fl-2010 għal 34.2% fl-2014. Għalkemm l-istudju ma jagħtix dettalji dwar x’jikkonsisti dan Other Income, naraw li l-fondi tal-UE jaqgħu f’din il-kategorija. Referenzi: National Statistics Office (released on the 3rd March 2016): Results from a survey carried out in 2015 (reference year 2014) among 91 active band clubs in Malta and Gozo showed a participation of 4,255 resident or trainee band players and 1,087 committee members in band clubs. Malta. Il-każini tal-baned b’nuqqas ta’ voluntiera minkejja żieda fil-Popolarità. (5 ta’ Marzu 2016). Accessed on 11th June 2016 at http://www.tvm. com.mt/mt/news/il-kazini-tal-baned-bnuqqas-ta-voluntiera-minkejja-zzieda-fil-popolarita/ Clubs’ Popolarity on the Rise. (3rd March 2016). Accessed on 11th June 2016 at http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160303/local/ band-clubs-popularity-on-the-rise.604469

nar

Is-Soċjetà tħeġġeġ il-Membri biex idaħħlu t-tfal tagħhom fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà. B’hekk biss inkunu nistgħu nkabbru l-banda orkestrali filarmonika tas-Soċjetà. Il-Banda tibbaża ħafna fuq il-bandisti tal-Post. Nirringrazzjawhom tas-servizz li jagħtu lis-Soċjetà.

San Pietru

SUPERSTAR BUTCHER

Triq is-Sajjieda, BirΩebbu©a • Tel: 21653082

Birżebbuġa

Fresh & Frozen Meat & Frozen Products Wishes clients a happy feast 60

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Jinħatar President Kif għidt diġà l-ħidma tas-Sur Vella sa dak iż-żmien kienet tibbaża l-aktar fuq il-preparazzjoni tan-nar tal-art talfesta. Tant hu hekk li nsibuh diversi drabi jifforma parti misSotto Kumitat tan-nar li aktar tard isir Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. Però Jason kien jagħti diversi għajnuniet oħra f’oqsma differenti. Fil-Laqgħa Ġenerali ta’ Settembru 2005, is-Sur Jason Vella nħatar bħala t-tielet President ta’ din is-Soċjetà tagħna. Mal-ħatra ta’ President tas-Soċjetà, l-irwol tiegħu fisSoċjetà kellu bilfors jinfirex għall-oqsma oħra. Jiġu Solvuti xi Diffikultajiet fuq ix-Xiri tal-Proprjetà Mal-ħatra tiegħu, il-Kumitat kellu l-priorità assoluta li jsolvi problema li żviluppat fix-xhur u fil-ġimgħat ta’ qabel fir-rigward tax-xiri tal-proprjetà l-ġdida. Kif kiteb l-istess ex-president is-Sur Jason Vella fil-ħarġa ‘Minn Qalb L-iljuni’ tal-festa 2006 fl-artiklu ‘Ix-Xiri tal-Ispiżerija’ (p49), is-soċi, bis-saħħa

programm EDITORJAL nar

Fundatur u l-Ewwel Kaxxier Tajjeb ngħidu li s-Sur Jason Vella huwa wieħed millfundaturi tas-Soċjetà. Huwa serva wkoll fil-kariga ta’ kaxxier fl-ewwel sena li twaqqfet is-Soċjetà (1990-1991). Min jaf lil Jason Vella kulħadd jaf kemm huwa dilettant tan-nar u l-ħidma tiegħu hija popolarment magħrufa f’dan il-qasam. Wieħed però jrid jgħid li barra fin-nar huwa ħadem f’diversi oqsma oħra, anke fl-infrastruttura tas-Sede tas-Soċjetà kemm fis-snin bikrin tas-Soċjetà kif ukoll fiż-żminijiet l-aktar riċenti.

Rebħ fl-Armar tat-Toroq u l-Presepji tal-Milied Wieħed irid ukoll jinnota r-rebħ li s-Soċjetà tagħna għamlet f’diversi snin fosthom fil-Milied tal-2005, meta ġiet ittieni f’Malta fil-kategorija li ħadna sehem fiha. Ta’ min jgħid li hawnhekk konna ngħaddu anke lil dawk il-każini li warajhom għandhom storja kbira u numru enormi ta’ partitarji. Barra l-armar tat-triq, is-Soċjetà kienet ukoll ippremjata għallpresepji sbieħ u mekanizzati li kienet tagħmel f’dawn is-snin. Is-Sur Jason Vella flimkien mat-tim tiegħu kienu jkunu l-moħħ wara dan it-tiżjin. Dawn is-suċċessi jiġu repetuti fis-snin ta’ wara.

Armar tal-Milied 2005

Rebħ tal-Gara Mużikali Friska mis-suċċess tat-tiżjin tat-toroq tal-Milied, il-Banda tas-Soċjetà ġiet imħabbra bħala r-rebbieħa tal-Gara Mużikali li saret mill-Għaqda Każini tal-Baned. Din kienet waħda millħolmiet kbar tas-Soċjetà sa mill-bidu nett mit-twaqqif tagħha. Is-Surmast Bugelli kien ilu jaħdem fuq dan il-proġett. Il-Gara Mużikali hija kompetizzjoni tal-mużika fuq livell Nazzjonali. Fil-passat dan l-unur intrebaħ minn Għaqdiet Mużikali antiki u b’kultura qawwija ta’ mużika. Kien veru ta’ unur għalina li niżżilna isimna ma’ dawn il-klabbs fuq il-famuża Shield li tinżamm b’għożża kbira għand l-Għaqda Każini tal-Baned. Din ix-Shield inżammet għal terminu ta’ żmien fis-Sede tagħna u ġiet ikkonsenjata lill-President Jason Vella fi programm kbir li l-Banda tas-Soċjetà żammet fit-18 ta’ Frar

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

61

San Pietru

Jason Vella fil-Kumitat Proviżorju 14 ta’ Diċembru 1989. It-tielet bilqiegħda mil-lemin.

tal-laqgħa li saret fit-18 ta’ Settembru 2005 kienu taw ilmandat tagħhom biex jerġgħu jinfetħu n-negozjati ma’ sidien l-ispiżerija. Is-Soċjetà kienet qed taffaċċa xi diffikultajiet ta’ natura burokratika u legali fix-xiri ta’ din il-proprjetà. Reġa’ sar ftehim mill-ġdid u ż-żewġ partijiet laħqu ftehim. Fit-30 ta’ Jannar 2006 sar il-konvenju u mbagħad fis-26 ta’ Mejju 2006 sar il-kuntratt finali fis-Sede stess. Kif wieħed jistenna, kien hemm xi riperkussjonijiet fuq dak li kien ġara. Għalkemm il-piż finanzjarju kien kbir kulħadd kien kuntent li bil-ħidma għaqlija tal-Kumitat u tas-Sur Jason Vella, id-diffikultà li żviluppat ġiet solvuta b’wiċċ il-ġid.

Birżebbuġa

Introduzzjoni Għaxar snin ilu, is-Sur Jason Vella kien riesaq lejn tmiem l-ewwel terminu tiegħu ta’ President tas-Soċjetà. F’dan l-artiklu se nagħtu titwila lejn l-iktar mumenti importanti talPresidenza tas-Sur Jason Vella matul it-tmien snin tiegħu. Kien hemm ħafna affarijiet pożittivi matul din il-presidenza. Għall-fini ta’ dan l-artiklu se nżomm ma’ dawk li kienu l-aktar importanti u l-iktar li ħallew impatt.

AMMINISTRAZZJONI

Josef Schembri

Banda

Jason Vella: Fundatur u President Onorarju


programm

2006 fis-Sala tal-iskola f’Birżebbuġa. Dan il-programm sar bi sħab mal-Għaqda Każini tal-Baned. Żjara mill-Arċisqof il-Ġdid ta’ Malta fis-Sede tas-Soċjetà Tul il-Presidenza tas-Sur Jason Vella, wieħed żgur se jibqa’ jiftakar fiż-żjara li għamel l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta Pawlu Cremona fis-Sede tas-Soċjetà nhar is-27 ta’ Lulju 2007. Dakinhar ġie mfassal programm dettaljat ħafna. L-isqof ingħata tislima kif tixraq. Il-membri tkellmu mal-Isqof għal ħin twil u ħafna kienu dawk li ħadu ritratt ta’ tifkira.

Rinnovazzjoni tas-Sala Prinċipali Fis-sena 2012 is-Soċjetà ngħatat iċ-ċans li tidħol għal skema ta’ finanzjament. Il-Kumitat ħa d-deċiżjoni għaqlija li jidħol għal din l-iskema bl-obbligi kollha tagħha. Is-Sur Jason Vella flimkien mat-tim tiegħu ħadmu bi sħiħ u b’mod volontarju biex is-Sala Prinċipali tas-Sede tas-Soċjetà tiġi rinnovata kif suppost u ssir waħda attraenti għall-aħħar. Ix-xogħol sar tajjeb ħafna u sal-Laqgħa Ġenerali tas-27 t’Ottubru 2013, isSala kienet lesta u mżanżna f’din l-istess okkażjoni.

Editorjal Amministrazzjoni Banda

Arblu Ġdid Fl-20 ta’ Lulju 2008, fil-Ħadd ta’ qabel il-festa ġie mżanżan l-arblu l-ġdid fost il-ferħ tal-partitarji Ljuni. Dakinhar il-Partitarji Ljuni telgħu għall-arblu ż-Żurrieq u niżluh Birżebbuġa. Imbagħad ittella’ bil-krejn ta’ Jason Cutajar u tpoġġa malblokka, fost il-ferħ u l-briju tal-partitarji kif ukoll mad-daqq talInnu tal-Banda Birżebbuġa.

nar

Jiġi Alterat il-Planċier Għall-festa tas-sena 2009 kien hemm diversi membri li taw daqqa t’id fl-alterazzjoni tal-planċier. Fix-xogħol ħa sehem anke s-Sur Alexander Caruana. Il-ħidma tas-Sur Jason Vella kienet importanti biex il-planċier jiġi finalizzat u lest minn kollox. Għall-festa 2009 il-planċier kien ġie rranġat biex il-banda ddoqq b’mod aktar komdu.

San Pietru Birżebbuġa

Il-Banda Birżebbuġa fil-Belt ta’ Ruma u fl-Istat talVatikan Ċertament, il-presidenza tas-Sur Jason Vella se tibqa’ mfakkra għaż-żjara straordinarja li l-Banda Birżebbuġa għamlet fl-Istat tal-Vatikan biex b’hekk tiċċelebra l-20 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà. Il-Banda Birżebbuġa daqqet f’bosta pjazez importanti f’Ruma. Sar ġemellaġġ mal-Basilica San Pietro in Vincoli u hemmhekk il-Banda Birżebbuġa eżegwiet l-ewwel Akkademja Mużikali fl-istorja tagħha, eżattament quddiem l-Urna fejn fiha hemm kustoditi l-ktajjen relikwiji ta’ San Pietru Appostlu. Anke l-Kor Xmun Pietru kellu wkoll l-okkażjoni unika li jkanta f’quddiesa li saret fil-Vatikan. Imbagħad kien hemm ukoll l-udjenza mal-Papa fi Piazza San Pietro, fejn il-Banda tagħna barra li ġiet introdotta malPapa, ingħatat iċ-ċans li tesegwixxi estratt mill-Innu ‘Tu Es Petrus’ ta’ Ray Sciberras. Kienet mawra deskritta mill-media lokali bħala suċċess kbir. Il-media u l-gazzetti lokali Taljani ddeskrivew iż-żjara tal-Banda Birżebbuġa bħala anteprima taż-żjara li kellu jagħmel Benedittu XVI xhar wara f’Malta.

62

Ċelebrazzjonijiet tal-Mitt Sena Parroċċa Matul is-sena 2013, saru diversi ċelebrazzjonijiet biex tiġi mmarkata l-mitt sena minn mindu Birżebbuġa saret parroċċa. Is-Soċjetà tagħna taħt il-Presidenza tas-Sur Jason Vella ħadet sehem tliet darbiet flimkien mal-banda l-oħra fid-9 ta’ Settembru 2013 bid-daqq ta’ marċi fuq iz-zuntier, filpellegrinaġġ devot bil-vara tad-Duluri nhar il-15 ta’ Settembru 2013 u fl-aħħar iżda mhux l-inqas f’Akkademja Mużikali filknisja ta’ Birżebbuġa nhar il-Ġimgħa 25 t’Ottubru 2013.

Għeluq Fil-Laqgħa Ġenerali tas-27 t’Ottubru u l-1 ta’ Novembru 2013, is-Sur Jason Vella wera x-xewqa li ma jkomplix bħala President tas-Soċjetà. Is-Soċjetà tieħu din l-okkażjoni biex barra li tirringrazzja lilu, tirringrazzja wkoll lill-familja tiegħu: il-mara tiegħu, ommu, missieru kif ukoll l-aħwa tiegħu li ilhom jagħtu l-kontribut tagħhom sa mit-twaqqif tas-Soċjetà. Is-Sur Jason Vella ġie nominat u approvat bħala President Onorarju tas-Soċjetà dakinhar stess tal-laqgħa u ngħata wkoll rigal bħala tifkira. Il-ħidma tas-Sur Jason Vella ma ntemmitx hawn. Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jieħu din l-opportunità biex jirringrazzjah tax-xogħol u l-għajnuna kbira li qed jagħti filbookkeeping tas-Soċjetà u reċentament fis-sehem kbir li kellu fit-taħżiżiet ta’ pjanti għall-proprjetà l-ġdida f’Misraħ il-Knisja.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


San Pietru

nar

Abbati Raymond Cutajar meta kien żgħir kien abbati. Hu jiftakar li kien iqum kmieni għall-quddiesa tas-6am ta’ Dun Frans Schembri. Sabiex ma jmurx waħdu l-knisja fid-dlam ta’ billejl kienet tgħaddi għalih id-dar fejn kien joqgħod, fi Triq San Vinċenz, ċerta Katerina minn ‘Ta’ Bronżinu’. Ħaġa tal-iskantament, imma veru, hija dik li Raymond ma kien jiddejjaq xejn jakkumpanja l-qassisin fil-funerali, ħafna drabi ma’ Dun Frans Schembri stess u s-sagristan Ċikku, li kienu jibdew mill-isptar St. Lukes fil-kamra mortwarja, ikomplu bil-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u sintendi jintemmu fiċĊimiterju tal-Addolorata. Minn daqshekk Raymond jiftakar f’ħafna funerali ta’ nies antiki minn Birżebbuġa fosthom ta’ ‘Frans tal-Paddy’. Maż-Żgħażagħ fil-Knisja u fl-Azzjoni Kattolika Hu jiftakar ukoll il-bini taċ-Ċentru Parrokkjali u kemm iżżgħażagħ ġieli taw daqqa t’id fil-bini tiegħu, partikolarment meta kienu jtellgħu l-madum għas-sala ta’ fuq u jbajdu s-swali. Jiftakar ukoll il-prefett Mamo li kien jiġi jisprejja l-bibien tas-swali parrokkjali u ż-żgħażagħ kienu jiksu billest il-ħajt bil-gazzetti biex ma jintlaqtux bl-isprej. Jirrakkonta wkoll li meta ċ-Ċentru parrokkjali laħaq inbena, iż-żgħażagħ tal-parroċċa tgħidx kemm kienu jagħmlu tombli kull nhar ta’ Sibt u jtellgħu produzzjonijiet teatrali. Fost in-nies li kienu jiġu jagħmlu fundraising kont issib lil Louis Spiteri, Doris Cauchi u Toni Falzon. Raymond jgħid li waqt dawn is-serati

AMMINISTRAZZJONI Banda

Ray Cutajar fil-ġurnata li tbierket u żżanżnet il-bandiera maġġura malarblu l-Ħadd 28 ta’ Lulju 2002.

(Fuq) Naraw lil Ray mad-Dilettanti tal-Qniepen ta’ Birżebbuġa u (isfel) mad-Dilettanti tal-Armar tal-Parroċċa. Fost id-dilettanti l-oħra li qed naraw fiż-żewġ ritratti nsibu lil Michael Macelli, Cliff Macelli, Simon Galea, Joe Abdilla, Louis Buhagiar, Jason Vella, Angelo Cutajar.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

63

Birżebbuġa

Raymond Cutajar twieled fil-27 ta’ Mejju 1968 u għex tfulitu u żgħożitu f’Birżebbuġa. Ommu kienet Karkariża u missieru minn Birżebbuġa. Huwa ġej mir-razza magħrufa bħala ‘Tal-Mazozz’. Dawn għandhom konnessjoni wkoll marrazza ‘Ta’ Gasparell’. Raymond għandu wkoll 2 ħutu oħra: Anġlu u Joseph u t-tnejn huma nvoluti fis-Soċjetà. Raymond, se jibqa’ mfakkar żgur bħala wieħed minn dawk li ħarġu blidea li jwaqqfu Soċjetà tagħna. Huwa jgħid li ma kienx ġej minn xi familja partikolarment dilettanta u jgħid li l-imħabba tiegħu lejn il-festa nibtet mill-knisja matul it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu. Huwa kien abbati u aktar tard meta sar żgħażugħ kien jagħti sehmu fl-armar tal-knisja u fl-organizzazzjoni talfesta spċjalment ma’ ħbiebu ta-Azzjoni Kattolika. Persunaġġ li Raymond għandu ammirazzjoni kbira huwa l-Kanonku Dun Ivan Scicluna, li fiż-żmien li kien viċi-parrokku f’Birżebbuġa għaraf jiġbor miegħu ħafna żgħażagħ minn Birżebbuġa, żammhom magħqudin flimkien u begħdhom minn bosta vizzji misħutin. Bis-saħħa tal-preparazzjoni għall-festa, tal-Azzjoni kattolika u taċ-Ċentru Parrokkjali, Dun Ivan żamm lil dan il-grupp ta’ żgħażagħ kompatt. F’dan l-artiklu, miktub wara intervista miftuħa ma’ Raymond Cutajar għandu l-għan li tgħinna nifhmu l-iżvilupp tal-festa ta’ San Pietru u tas-Soċjetà tagħna minn għajnejn Raymond Cutajar stess.

EDITORJAL

Josef Schembri

programm

Raymond Cutajar: Fundatur u Attivist tas-Soċjetà


programm Editorjal

kienu jiftħu bar għall-ispettaturi. Dan il-bar kienu jmexxuh hu u Louis Buhagiar l-iktar. Omm Louis tgħidx kemm kienet tippreparalhom pasti u kejkijiet. Anke Giovanna, li tiġi omm Joseph Zammit tgħidx kemm kienet tagħmlilhom ikel biex ibiegħuh! Biex jidħqu daħqa bejniethom dan il-bar fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali kienu semmewh ‘Mundu’s Lulu’s Bar’. Hu jiftakar li matul dan iż-żmien kienu jagħmlu ħin twil jaħdmu għall-festa. Kienu jaħdmu l-liedna għall-festa kull sena peress li din kienet tkun magħmula mill-karti. Tant kemm kienu jieħdu pjaċir li kienu jmorru ċ-Ċentru jew l-Azzjoni Kattolika għallħabta tal-4pm u ma joħorġux qabel nofs il-lejl.

Amministrazzjoni Banda nar

Is-Snin ta’ Qabel it-Twaqqif tas-Soċjetà Is-snin ta’ qabel it-twaqqif tas-Soċjetà kienu snin partikolari ħafna. Filwaqt li f’irħula oħra l-festa bdiet dejjem tissaħħaħ dik ta’ Birżebbuġa kienet dejjem iċċelebrata fuq l-inqas possibbli, kważi xejn. Li kieku ma kinitx ftit il-ħidma ta’ Dun Karm Frendo, kieku fuq barra ma kien ikun hawn xejn. Raymond jgħid li meta miet Dun Frendo hekk għallgħarrieda, kien qatta’ l-lejl ma’ ġenbu. Raymond isemmi wkoll lil Dun Danjel Żammit, lil Fr. Joe Fenech miż-Żejtun, u Fr. Ivan Caruana. Huwa jiftakar li dak iż-żmien is-sehem tiegħu kien fil-knisja l-iktar, imma wkoll fl-Għaqda San Pietru fil-Ktajjen. Hu jsemmi li l-problemi mal-każin l-ieħor kien nibtu meta darba minnhom fil-marċ ta’ filgħodu waqaf ħesrem eżatt fejn illum hemm is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’. Raymond jgħid li jekk kien sar il-ħin biex jieqaf, jew messhom ħasbulu minn qabel jew inkella mqar qabdu l-Innu ta’ San Pietru baqgħu mexjin bih id-distanza qasira li kien fadal sal-każin. Hu jsemmi li dik is-sena stess kien hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tal75 sena Parroċċa, u f’Settembru ta’ dik is-sena sar marċ li bi protesta għal dak li kien ġara, ma kien attenda għalih ħadd ħlief għal ftit minuti lejn l-aħħar tal-marċ u mbegħdin fuq izzuntier xi żgħażagħ qabdu jċapċpu u jkantaw l-Innu ta’ San Pietru. Jgħid ukoll li darba minnhom bagħtulhom il-pulizija d-dar u newwlulhom il-garanzija li l-Każin Banda San Pietru kien impona fuq xi numru ta’ żgħażagħ.

dik li meta Raymond beda jikteb il-membri biex titwaqqaf is-Soċjetà tagħna, kien mar l-Azzjoni Kattolika u biex ma jagħtix fl-għajn, speċjalment minħabba l-kappillan Buttigieg għamel tabirruħu li kien qiegħed itella’ b’lotterija sett ta’ tv. Dak iż-żmien l-Azzjoni Kattolika kienu miżgħud biż-żgħażagħ u l-maġġoranza tagħhom kienu dilettanti kbar tal-festa ta’ San Pietru, allura kien ferm naturali għal Raymond li jikteb lil diversi żgħażagħ bħalu biex jidħlu tesserati ġodda masSoċjetà tagħna. Mur għidilhom lin-nies li kienu għaddejin mittriq, li dak is-sett tat-tv kien imkisser wara kollox! Il-‘Morning Star’ u l-‘Ġawhra San Pietru’ Hekk kif twaqqfet is-Soċjetà, Raymond daħal jagħmel parti kemm mill-Kumitat Proviżorju kif ukoll f’dak amministrattiv wara l-14 ta’ Jannar 1990. L-ewwel kumitat kien sab li l-iktar post konvenjenti biex nibdew noperaw minnu kien bottegin, antik u magħluq fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Dan il-bottegin kien magħruf għall-plagga bl-isem li kien hemm imwaħħal malfaċċata tiegħu ‘Morning Star’. Hu jirrakkonta li hu u sħabu għamlu minn kollox biex jirranġaw dan il-post. Isemmi pereżempju lil Raymond Abdilla li kien għamel il-bar talġebel. Jiftakar li meta fetħuh tgħidx kemm kienu jiġu nies jixorbu fih, allavolja għal ħafna minnhom kien imbiegħed mid-dar tagħhom. Raymond jiftakar ċar il-ġranet meta nxtrat id-dar tat-tabib biex imbagħad saret is-sede l-ġdida tasSoċjetà tagħna. Jirrakkonta li qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li titwaqqa’, kienu saru xi xogħlijiet fuq ġewwa u barra biex id-dar tieħu iktar forna ta’ każin. Raymond isemmi fost l-oħrajn, ir-raġel t’oħtu li kien bajjad volontarjament il-faċċata tal-każin ‘Ġawhra San Pietru’ qabel ma dan twaqqa’ u reġa’

San Pietru Birżebbuġa

Riħ ta’ Banda Ġdida Raymond jirrakkonta kif is-sitwazzjoni bdiet dejjem sejra għall-agħar. Jirrakkonta kif kien hemm perjodu li malli bdiet tinxtered il-kelma li kien hemm probabiltà li titwaqqaf banda ġdida, bdew isiru xi korrispondenzi fuq il-gazzetti mmirati apposta biex tolqot l-aħwa Cutajar, inkluż lil Raymond stess. It-tema prinċipali ta’ dawn il-korrispondenzi kienet dejjem tkun li f’Birżebbuġa ma kienx hawn bżonn ta’ Banda ġdida. L-affarijiet baqgħu ma tjiebux u darba minnhom hu u ħuh Anġlu kienu qed jistennew tal-linja fit-‘terminus’ fejn hemm ‘Victor il-barbier’. Dak iż-żmien Raymond kien jaħdem f’fabbirka ġewwa Bulebel. Fuq ‘Tal-linja’ kienu ltaqgħu ma’ Alex Caruana. Hemmhekk ġie l-ewwel diskors biex jippruvaw iwaqqfu Soċjetà ġdida. Huma kienu ħadu parir biex jibdew jiġbru l-membri, inkella kien ikun kollu ta’ xejn. Raymond jikteb il-membri bis-saħħa ta’ ... TV mkisser! Storja ħelwa ħafna u li forsi mhux kulħadd jaf biha kienet

64

Ray Cutajar flimkien ma’ Angelo Vella jaħdmu fuq il-fanal ta’ barra tas-Soċjeta. Ritratt li probabilment imur lura għas-snin 2002 jew 2003.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Banda

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL Il-Kolonna tal-Vara u xogħlijiet oħra L-aħwa Cutajar jibqgħu magħrufin għall-kolonna artistika li għamlu għas-Soċjetà. Din saret minn dawn it-tliet aħwa u rregalawha lis-Soċjetà bil-patt li din tibqa’ tintrama millġenerazzjonijiet ta’ din il-familja. Hija tassew kolonna artistika li tikkumplimenta sew mal-isbuħija tal-vara. Raymond u ħutu għamlu wkoll diversi xogħlijiet oħra. Anke l-armar tal-faċċata

nar

Joe Caruana, li għadu sal-lum jaħdem in-nar mal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar kien jgħaġġeb lil kulħadd għall-murtali żgħar imma sbieħ li kien kapaċi jaħdem. Dan Raymond, kien iqabbadhom u kien jagħtih ferħ ta’ ġenn sakemm isib fejn jistkenn għax dawn l-imbierek murtali ma tkunx taf fejn jistgħu jinżlu! Fuq in-nar, Raymond għandu kliem ta’ tifħir għall-membri li jiffurmaw l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, għax dawn qed jagħmlu xogħol kbir, xogħol li qed jiġi rikonoxxut għall-kwalità tiegħu ma’ Malta kollha. Hu jgħid li bis-saħħa ta’ dawn in-nies il-festa kibret u għandu ammirazzjoni kbira lejhom għax biex jagħtu pjaċir lin-nies, ipoġġu lilhom infushom f’sogru kbir! Raymond qalli li darba minnhom, meta kellna ħafna nar, tħajjar imur fejn tan-nar qrib Borġ in-Nadur, biex forsi jaħraq murtal minnhom. Raymond jiftakar idu tterter bil-biżà meta ressaq in-nar mal-miċċa. Hekk kif tela’ l-murtal, irringrazzjahom u lebbet lura jiġri lejn il-pjazza!

San Pietru

Raymond u l-Logħob tan-Nar Raymond huwa bniedem kapaċi għall-armar, għax-xogħol fl-injam, kull tip ta’ muntenzjoni u dekorazzjoni imma jekk hemm xi ħaġa li ma tantx kellu kunfidenza magħha, dan kien proprju l-logħob tan-nar. Dan ma jfissirx Raymond ma kellux dawk il-mumenti avventurużi man-nar tal-festa. Raymond kemm-il darba ħaraq il-musketterija li kienet tinħaraq bi tradizzjoni kemm fil-funzjonijiet tal-barka sagramentali fittridijiet u kemm f’dik li kienet issir wara l-funzjoni tal-Katedra ta’ San Pietru fit-22 ta’ Frar. Fuq din tal-aħħar, Raymond irrakkuntalna ġrajja ħelwa, meta darba minnhom il-kappillan Buttigieg ma riedx li tinħaraq musketterija fuq il-bejt tas-Sala Parrokkjali. Allura, Raymond qabad wire tal-azzar, mar bih fuq iz-zuntier, waħħlu ma’ wieħed mill-fanali li kien hemm flantik, dendel il-musketterija u ħaraqha. F’kemm ili ngħidlek ġiet il-pulizija biex tara x’ġara, imma għadda kollox b’wiċċ il-ġid. Raymond jirrakkonta wkoll meta minn fuq l-Azzjoni Kattolika kienu jaħarqu l-murtali żgħar ta’ Joe Caruana. Dan

Raymond Cutajar flimkien ma’ Angelo Cutajar u Jason Vella bil-murtali kbar f’idejhom. Ritratt li probabilment imur lura 25 Sena ilu għall-festa tal-1991.

Ray Cutajar (Lemin) flimkien mat-tifel tiegħu Daniel u ħuh Anġlu masSepulkru. Ritratt li jeħodna lura għall-Ġimgħa Mqaddsa 2006.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

65

Birżebbuġa

Raymond fuq il-Banda u l-Mużika Meta mistoqsi dwar x’jidhirlu mill-banda, Raymond ma qagħdx ilaqlaqha. X’jiswa li jkollok tempju u mbagħad ma jkollokx tabernaklu? X’jiswa li jkollok Każin bħal tagħna u mbagħad ma jkollokx il-banda u l-bandisti tiegħek? Huwa qal li bħala bniedem iħobb ħafna l-marċi brijużi u l-briju, imma qal li dawn l-aħħar snin sar japprezza ħafna aktar il-banda għal dik li suppost li hi. L-isbaħ esperjenza li kellu kienet dik meta attenda l-Akkademja Mużikali fil-Knisja fi Frar tal-2015. Qal li qatt daqs dakinhar ma kien ħa pjaċir jisma’ banda ddoqq programm bħal dak. Kienet okkażjoni li ġegħlitu jifhem il-veru valur tal-banda u x’livell nistgħu nilħqu. Hu jsemmi diversi drabi l-Innu ‘Tu Es Petrus’, innu li jagħmel ġieħ lil San Pietru, lis-Soċjetà tagħna u lil-lokalità tagħna. Jirringrazzja lis-Surmast Bugelli għall-abbiltajiet tiegħu u jirringrazzja wkoll lis-surmast Ray Sciberras, li jikkolabora ħafna mas-Soċjetà tagħna. Hu jgħid li kull membru li jidħol membru fis-Soċjetà tagħna jrid iżomm f’moħħu li l-banda għandha l-ewwel priorità u l-membri għandhom iħeġġu lit-tfal tagħhom jersqu għat-tagħlim tal-mużika mas-Soċjetà tagħna. Raymond jgħid li s-Soċjetà għandha tissalvagwardja l-interessi tal-banda u tfiehem lill-membri li l-banda mhijiex is-synthisizer u l-kantant imma l-bandisti li flimkien joħolqu l-ħoss awtentiku tal-banda. Huwa jemmen li s-Soċjetà għandha toħroġ cds bil-banda u bil-kor aktar milli bil-ħoss artifiċjali tas-synthisizer u l-leħen ta’ kantant. Jgħid li din mhijiex qed tagħmel ġid lill-banda tagħna.

programm

nbena mill-ġdid. Mat-twaqqiegħ tad-dar, Raymond jiftakar u jfaħħar ħafna l-isforzi tal-ħaddiema volontarji. Jiftakar f’Leli l-Patà li kien imur dejjem fil-binja biex fil-kċina li kellhom isfel nett joqgħod jagħmel it-tejiet lill-bennejja. Raymond jgħid li l-ammont ta’ volontarji li kienu jiġu jgħinu fil-kostruzzjoni tas-Sede kienet xi ħaġa inkredibbli. Kekk kif telgħet ilfaċċata, Raymond jgħid li kienu kburin ħafna li ġew afdati bid-dekorazzjoni bid-dawl tal-faċċata l-ġdida. Hu jgħid li kien żmien li meta xi ħadd joħroġ b’inizjattiva, in-nies kienet tkun ġeneruża ħafna fid-donazzjonijiet tal-flus.


programm Editorjal

tal-Każin ‘Ġawhra San Pietru’ bid-dawl u b’dak kollu li kellha bżonn, dan sar kollu minn Raymond u ħutu. Fiż-żmien talĠimgħa Mqaddsa kienu jtellgħu wkoll sepulkru mill-isbaħ fir-remissa ta’ maġenb is-Sede. Ħadmu vetrina sabiħa għallbottegin biex fiha jitpoġġew is-souvenirs u l-gadgets għallbejgħ tas-Soċjetà. L-iktar xogħol riċenti tagħhom hija l-vetrina li għadha qed tinbena biex fiha titpoġġa l-bandalora artistika li s-Soċjetà żanżnet is-sena li għaddiet fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju. Raymond però tani informazzjoni interessanti fuq il-kolonna tas-Soċjetà. Hu qalli li oriġinarjament fid-disinn tal-kolonna hemm ippjanat li jkun hemm 2 pilandri wieħed fuq kull naħa tal-istatwa u qalli wkoll li huma kienu għamlu jew ikkummissjonaw disinn ta’ pilandri addattati għat-triq tasSede tagħna, bil-pjan li dawn xi darba jsiru.

Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

Raymond flimkien ma’ Simon Galea quddiem l-istatwa Titulari. Innutaw li l-kapitelli tal-kolonni kienu għadhom ma’ ġewx skulturati.

Il-Festa u l-Knisja Raymond għandu kliem ta’ tifħir għall-Perit Michael Schembri li jaħdem kemm jiflaħ biex it-tempju ta’ Birżebbuġa jkun denju tal-Qima t’Alla. Raymond jgħid kemm Michael kien u għadu bniedem providenzjali ħafna għall-knisja parrokkjali tagħna. Bis-saħħa tal-inizjattiva ta’ Michael, ilknisja, fejn jidħol armar, għamlet progress kbir. Saru l-linef, sar id-damask, saru l-panewijiet tal-bradella u ħafna affarijiet oħra li saru kollha bl-imbuttatura ta’ Michael. Raymond jgħid li huwa l-gost tiegħu li jmur jagħti daqqa t’id meta jittella’ t-tużel ta’ fuq l-artal. Raymond għandu kliem ta’ tifħir għal dawk li jmorru jgħinu fil-knisja, speċjalment lil min imur jgħin lil Michael. Raymond jgħid li għalkemm fl-armar il-knisja mxiet ’il quddiem, il-funzjonijiet tal-festa marru għall-agħar, iddeterjoraw u din hu jista’ jgħidha għax meta kien żgħir kien abbati u l-funzjonijiet kienu jsiru b’qima u b’sollenità ikbar. Hu jħossu ddispjaċut meta jara li l-funzjonijiet f’ġieħ San Pietru bdew jinqatgħu għad-dritt, iġri ħa mmorru. Għeluq Raymond jixtieq jara aktar żgħażagħ jieħdu l-festa bisserjetà. Sfortunatament jaħseb li t-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa tilfu ħafna mill-entużjażmu li kien jirrenja fost iżżgħażagħ li kien hawn qabel. Huwa jsostni li għandna naħdmu aktar ħalli nimlew lin-nies b’aktar entużjażmu. Huwa jemmen li llum it-tfal u ż-żgħażagħ għandhom ħafna x’jaljenahom u allura l-attivitajiet kulturali ta’ pajjiżna sejrin lura. Huwa jemmen li s-Soċjetajiet saru piż kbir għal min jaħdem fihom, speċjalment minħabba regoli mill-gvern li jirregolaw ilħruġ u d-dħul tal-għaqdiet volontarji. L-aħħar kelma ħalliha għas-Soċjetà tagħna. Hu jawgura li x-xogħol li għamlu l-ewwel nies tas-Soċjetà, fosthom hu stess, jitkompla millġenerazzjoni tal-lum. Bħala fundatur, jixtieq li jara s-Soċjetà tagħna dejjem tissaħħaħ u dan jista’ jsir biss bl-għajnuna talmembri, tal-bandisti, u taż-żgħażagħ. Raymond tkellem ukoll fuq il-kundizzjoni tiegħu. Hu qal li l-ikbar rigal li qatt setgħet tagħtih is-Soċjetà kien meta s-sena li għaddiet ftakret fih diversi drabi matul il-festa u sellmitlu waqt li hu kien qiegħed għall-kura barra minn Malta. Ta’ dan jirringrazzja ħafna lisSoċjetà. Huwa jġedded il-lealtà tiegħu lejn is-Soċjetà u jgħid li sakemm il-Bambinu jselliflu żmien kemm hu u kemm ħutu se jibqgħu jaħdmu għall-kawża ta’ din is-Soċjetà, għal dan ir-raħal u għall-festa ta’ San Pietru, il-qaddis li tant iħobb u li tant aħna lkoll devoti tiegħu.

Nirringrazzjaw lill-Familja Cutajar (Tal-Mazozz) li minn dejjem ikkontribwew biex is-Soċjetà tagħna tkompli tikber u tissaħħaħ, biex illum wasalna fejn wasalna.

Birżebbuġa

Ta’ Maurice Bakery 71-73, Our Lady of Sorrows Street, BirΩebbu©a Tel: 2165 1859 • Mob: 7777 1434 / 7977 7795 Prop. M. Scicluna 66

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


In-Niċċa tad-Duluri Jekk hemm xi ħaġa veru għal qalb Frans Cassar hija n-niċċa sabiħa li hemm fil-bitħa tas-Sede. Frans huwa l-bniedem responsabbli minn din in-niċċa. Iċ-ċwievet ta’ din in-niċċa ilhom f’idejh minn mindu din saret 21 sena ilu. L-idea li ssir niċċa kienet proprju ta’ Frans waqt li kien qed jinbena l-każin. Meta sar l-ewwel sular u l-bitħa bdiet tieħu forma deher ċar li f’kantuniera minnhom kienet tmur niċċa. Hija wkoll xi ħaġa sinonima ma’ diversi każini tal-banda li fil-bitħa ġeneralment ikun hemm niċċa jew għall-Madonna jew għall-qaddis patrun. Frans isemmi li kien hu flimkien ma’ Mario (In-Ninni) li taw bidu għal din l-opra sabiħa. Din in-niċċa hija għal qalb ħafna Frans u kull meta jkun hemm xi spejjeż ikun hu li jidħol għall-ispiża tagħha. Frans jgħid li hu jieħu ħsieb din in-niċċa kuljum. Hu qal li l-idea li din tkun iddedikata lid-Duluri ma kinitx tiegħu imma tal-Kumitat ta’ dak iż-żmien. L-istatwa tad-Duluri hija l-unika ħaġa li Frans ma ħariġx flus għaliha għax din inxtrat minn benefattur li xtaq jibqa anonimu. Frans ifaħħar ħafna din l-istatwa li hija sabiħa mmens u hija magħmula mill-irħam. Jirrakkonta li l-unika darba li din l-istatwa nħarġet min-niċċa tagħha kien meta saret eżebizzjoni fis-Sala ta’ fuq u kienu hu li ġarra minniċċa għas-Sala. Frans isostni li l-istatwa hija tqila. Huwa qal li sakemm jibqa’ ħaj se jibqa’ hu l-kustodju tagħha u jara li l-Madonna ma tkun nieqsa minn xejn. Huwa qal li meta saret din in-niċċa ħafna nisa anzjani minn Birżebbuġa kienu jiġu

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

67

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

taħt is-Sede preżenti meta kienu qed jirranġawha, ġiebja li minħabba l-umdità li hemm fiha, ma tintużax. Frans isemmi ta’ spiss lil Nenu Camilleri, ħu l-ewwel President Anthony Camilleri. Isemmi wkoll b’insistenza kbira lil Leli Portelli (IlPatà) li kien jinżel il-każin anke meta dan kien għadu tiela’. Dan Leli Portelli kien jagħmel it-tejiet lill-ħaddiema kollha inkluż lil Frans. Frans jgħid li lanqas kien jilħaq jixrob it-tè li Leli ma jġiblux tazza oħra.

San Pietru

Frans Cassar u l-Bini tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ L-ewwel persuna li nfurmatu li kienet se titwaqqaf Soċjetà ġdida kien Peter Camilleri (Il-Pajju). Frans ma ħasibhiex darbtejn, qabad u nkiteb membru minnufih. Huwa jgħid li meta ftaħna l-każin t’hemm isfel, kien għen ħafna biex jinqala s-suffett li kien hemm. Frans jirrakkonta b’qalb kbira meta kien qiegħed jinħatt il-każin il-ġdid. Jirrakkonta dawk il-ġranet meta fl-1992 inxtrat id-dar tat-tabib u bdiet tinħatt minn fuq s’isfel, b’numru enormi ta’ volontarji ġejjin minn kull rokna ta’ Birżebbuġa. Jikkalkula li kienu madwar 40 ruħ fil-bidu. Frans jgħid li t-trakkijiet bit-terrapien kienu l-ħin kollu ġejjin u sejrin. Jiftakar ukoll li matul il-ġranet li kienet qed tinbena s-sede l-ġdida, Frans kien anke jorqod fl-ewwel sular li kien għadu qed jinbena, b’missieru jinkwieta ħafna għalih. Jiftakar meta l-ġara Ġorġina kienet tieħu paċenzja kbira bil-każin, meta dan kien qiegħed jinħatt u jinbena mill-ġdid. Ta’ sikwit kienet tavviċina lil xi nies tal-kumitat bħall-President Anthony Camilleri jew lil Frans innifsu biex ikaħħlulha xi xquq li kienu jkunu ffurmaw waqt ix-xogħol tal-bini tas-Sede li minnhom kienu jidħol xi ilma tax-xita. Minn hawn nirringrazzjaw lil Ġorġina ta’ kemm kienet u għadha tieħu paċenzja bina. Frans Jiftakar ukoll il-krejnijiet kbar li kienu jġibulna u jtellgħu l-planki. Isemmi fost l-oħrajn l-entużjażmu li kien hawn fost iżżgħażagħ fosthom Pierre (Iċ-Ċiċoq), Demicoli (Walker), Steve (Il-Vopa), Peter Cassar u Johan Briffa (Bobo). Għalkemm ilpjan kien li jiġi rranġat il-post, Frans jgħid li d-dar tat-tabib ma kinitx imqassma sew u anke jekk kien hemm sala żgħira, din ma kinitx komda u spazjuża biżżejjed. Allura fuq parir ta’ Sunny Bonnici, id-dar tat-tabib inħattet u nbniet il-Ġawhra ta’ Sede li għandna llum. Jiftakar ukoll il-ġiebja li hemm

Frans Cassar (Ix-Xavu) magħruf għall-briju li jaf joħloq waqt il-marċi. Dan ir-ritratt jeħoda lura għal dakinhar li żżanżnet il-bandiera l-ġdida 28 ta’ Lulju 2002.

Birżebbuġa

Is-Soċjetà tagħna għandha x-xorti li għadha tgawdi n-nies li kienu hemm meta din ġiet imwaqqfa fl-1990. Fost dawn il-membri li ddedikaw ħafna minn ħinhom jekk mhux ħajjithom ukoll għas-Soċjetà nsibu lil Frans Cassar magħruf bħala x-‘Xavu’. Frans Cassar huwa ammiratur kbir ħafna tas-Soċjetà. Huwa dejjem ta appoġġ sħiħ lil din is-Soċjetà. L-imħabba li għandu għal din is-Soċjetà tista’ tgħid li hija imħabba mingħajr ebda kundizzjoni. Dejjem ta l-appoġġ tiegħu lill-Kumitati kollha li mexxew lil din is-Soċjetà, sew jekk kien jaqbel u sew jekk ma kienx jaqbel ma’ xi deċiżjoni minn tagħhom. Is-Sur Frans Cassar huwa wieħed minn fost tliet aħwa. Ħuh Peter huwa wkoll akkanit kbir tas-Soċjetà u tal-festa ta’ San Pietru. Minn mindu twaqqfet is-Soċjetà, l-appoġġ tagħhom kien kontinwu u qawwi ħafna. Frans jiftakar ittwelid tas-Soċjetà tagħna. Jirrakkonta li qatt m’emmen li f’Birżebbuġa setgħet titwaqqaf Soċjetà ġdida li tagħti nifs lillfesta għażiża tagħna ta’ San Pietru, festa li hu jiddeskrivi li kienet bħala waħda ‘mejta’. Frans isostni li l-festa bdiet tikber biss meta twaqqfet is-Soċjetà tagħna.

EDITORJAL

Josef Schembri

programm

Francis Cassar: Partitarju Kbir tas-Soċjetà


programm

jitolbu quddiemha bir-rużarju u kienu anke jġibulha fjuri u xemgħat.

Editorjal

Il-Planċier Frans kellu wkoll sehem fl-alterazzjoni tal-Planċier, speċjalment il-bażi tiegħu. Hu qal li minħabba l-alterazzjonijiet li saru fil-bankina ftit snin ilu, il-planċier kellu jerġa jiġi modifikat. Frans isostni li din il-bidla fil-bankina kienet ‘ridikola’ u jaħseb li setgħet kienet immirata biex tagħmlilna xi ħsara. Ix-xogħol li għamel fuq il-planċier kien jikkonsisti f’faxxa tal-injam fil-bażi tal-planċier peress li din kienet titgħatta b’pezza drapp qabel. Fil-ġimgħa tal-festa Frans jimsaħ l-injam kollu, il-leġiji u ġieli jerġa’ jiżbogħ mill-ġdid l-injam tiegħu. Is-sena li għaddiet fuq il-planċier waħħal il-kliem 25 Sena Anniversarju bi pjanċi talfidda.

Amministrazzjoni

L-Irxoxt Għal Frans Cassar, l-ikbar daqqa ta’ ħarta għalih kienet is-sanzjoni li mponiet il-knisja fuq il-kwistjoni tal-Irxoxt. Hu jiftakar meta xi membri tal-Kumitat ħarġu bl-idea sabiħa li l-Komunità ta’ Birżebbuġa tifraħ bi statwa ta’ Ġesù Alla rebbieħ fuq il-mewt, inizjattiva li rat lil din il-vara tinġabar fi ftit jiem! Hu jsostni li l-purċissjoni tal-Irxoxt fl-Għid tal1999 kienet purċissjoni li saret b’serjetà kbira u b’dekor kbir. Dakinhar Frans kien ġarr wieħed mill-istandardi sbieħ li għandha s-Soċjetà tagħna. Hu jsostni li l-Irxoxt kien ġab

Banda nar San Pietru Birżebbuġa

Frans Cassar, flimkien ma’ Anthony Camilleri u Alfred Formosa, waqt li kien qed jinħadem l-irxoxt tas-Soċjetà. Ritratt li jmur lura lejn tmiem is-sena 1998.

68

ferħ kbir fost il-poplu ta’ Birżebbuġa. Jiftakar li dakinhar li żżanżan, ħafna kienu dawk in-nies li wara l-quddies niżlu quddiem is-Sede tas-Soċjetà biex jaraw l-inawgurazzjoni ta’ din l-istatwa sabiħa. Hu jgħid li meta sema’ bl-aħbar li l-Knisja ma riditnhiex li noħorġu aktar bl-Irxoxt, bagħtitu lura anke spiritwalment għax ħass li l-knisja kienet verament aggressiva mas-Soċjetà. Mhux talli hekk imma talli l-Knisja saħansitra għamlet theddid fuq is-Soċjetà li ma tkunx tista’ tieħu aktar sehem lanqas fil-festa ta’ San Pietru. Huwa qal li din kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk meta tqis li fis-snin ta’ qabel is-Soċjetà qatt ma ngħatat sostenn spiritwali u jħoss li l-preżenza spiritwali minn dejjem kienet nieqsa mal-membri tas-Soċjetà. Biex jispjega dan il-fatt, Frans jirrakkonta dik id-darba meta s-Sede kienet se tiġi ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Din kellha tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li kellhom isiru dakinhar li tħallas l-aħħar pagament mal-bank f’Settembru 1997. Huwa qal li din kienet ġrajja oħra ta’ ‘tradiment’ hekk kif proprju ftit sigħat qabel ma kellha ssir il-quddies fis-Sala Prinċipali tas-Sede, ġejna nfurmati li l-Kurja ma riditx li ssir quddiesa f’“dan l-ambjent” biex inkunu kwotajna eżattament kliem in-nota li rċevejna. Għal Frans, din mhux biss kienet weġgħa kbira imma wkoll offiża meta tqis li dan il-post li qed nitħaddtu dwaru, jiġifieri s-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ nbniet b’tant sagrifiċċju minn tant voluntiera flimkien biex iservi bħal ċentru ta’ tagħlim għall-mużika u ċentru ta’ rikreazzjoni għaż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa. Kbira kienet il-weġgħa għal Frans, għax bħal ħafna nies oħra jaf li kemm-il darba jiġu organizzati quddies f’ambjenti differenti, mhux biss f’każini u kmamar tan-nar imma anke f’kull ambjent ieħor differenti li wieħed jista’ jimmaġina. Frans isaqsi jekk din kinitx kwistjoni ta’ diskriminazzjoni mmirata direttament kontra s-Soċjetà tagħna jew inkella xi forma ta’ tentattiv biex il-knisja tinqata’ minn mal-poplu biex tkun elitista, xi ħaġa li tmur anke kontra l-prinċipji stess tat-tagħlim ta’ Alla. Madankollu Frans xorta jemmen li x’imkien fil-fond ta’ qalbu għad hemm fjamma tnemnem, fjamma li tirrifletti l-preżenza t’Alla. Frans iħoss però li l-affarijiet li ġraw fil-passat, speċjalment il-kwistjoni talIrxoxt, ħalliet fih marka kbira u ta’ weġgħa li qajla jista’ jinsa. Frans jgħid li minbarra hu, jaf ħafna aktar nies imweġġgħin fuq din il-kwistjoni. Il-Pagaent tal-Ġimgħa Mqaddsa Frans minn dejjem kien dilettant tal-palk. Ħa sehem f’diversi produzzjonjiet differenti imtellgħin mid-dilettanti tas-Soċjetà tagħna kemm sagri u iżda anke profani. Imma l-iktar li Frans jibqa’ magħruf għalihom huma l-pageants tal-Ġimgħa l-Kbira. L-idea li jsir dramm jew reanactment tal-passjoni kienet ilha ħafna snin tberren f’moħħ il-partitarji, għalkemm ħafna drabi d-destin marbut ma’ din l-attività kien dejjem suġġett l-opinjoni ta’ min imexxi s-Soċjetà. Għalhekk fis-sena 2003 fi żmien il-President Simon Micallef, kienet ittieħdet deċiżjoni li jsir ‘Ċenaklu ħaj’. Din l-attività tant kemm bdiet tagħti pjaċir lill-Partitarji u tant kemm kienet qed tiġbed nies lejn is-Sede tas-Soċjetà, li baqgħet tevolvi u tikber b’mod tassew professjonali sena wara l-oħra. Frans Cassar, ma qagħdx lura. F’dawn il-partijiet li wħud minnhom kienu

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Frans Cassar fil-Karnival ta’ din is-sena ‘Lejla Karnivaleska’ li ġiet organizzata fl-Iskola Primarja mis-Soċjetà tagħna Frar li għadda.

Il-Faċċata tas-Sede bit-Tiżjin Ġdid tagħha fis-sena 2015 Frans jammetti li bħalissa jinsab veru għal qalbu fil-Kummissjoni Armar tas-Soċjetà. Huwa jgħid li din ilKummissjoni taħdem veru għal qalbha. Hu jirrakkonta dik id-darba meta wara l-festa tal-2013 kien ra lil Benji Caruana jkejjel u jieħu l-qisien differenti tal-galleriji u l-aperturi talfaċċata. Jiftakar li kien saqsieh x’kien qed jagħmel dak il-ħin imma Benji qallu biex jistenna għax dalwaqt kien se jgħidilhom. Eżatt wara, Benji kien sejjaħ laqgħa biex japprova proġett kbir li kellu jsir għall-festa tal-2015 meta s-Soċjetà kellha tfakkar il-25 sena mill-fundazzjoni tagħha. Dan ilproġett ma kienx ħlief il-pavaljuni tal-faċċata tas-Sede. Frans mill-ewwel kien appoġġa dan il-proġett u jemmen li l-faċċata tas-Sede tagħna ġiet waħda mill-isbaħ nett ġewwa pajjiżna. Frans jgħid li bis-saħħa tagħha n-nies imtliet b’entużjażmu kbir. Il-Proprjetà l-Ġdida f’Misraħ il-Knisja Frans jgħid li l-aħbar tax-xiri tal-proprjetà l-ġdida ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi u kienet aħbar li hu laqa’ b’ferħ indeskrivibbli. Il-ħolma ta’ ħafna mill-partitarji tagħna kienet ilha mitfugħa fuq dak il-bieb imqaxxar u misterjuż f’dik il-biċċa nofs tond fil-pjazza li minnha jgħaddu tant nies huma u mexjin lejn ilknisja. Fil-verità s-Soċjetà kienet ilha li tefgħet għajnejha fuq dan il-fond minn meta kien għad hemm Grezzju Pullicino bħala kaxxier, imma konna nafu li sakemm ma jkollokx l-ispizerija dan il-fond kien nofsu mitluf. Sa dak iż-żmien, anke l-ispiżerija kienet għadha ħolma, aħseb u ara. Frans qal li meta sar jaf bil-proġett mill-ewwel avviċina lill-kumitat biex

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

69

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Ċajta Ħelwa Frans jirrakkonta meta darba minnhom kienu ħadu lil San Pietru tas-Soċjetà għar-restawr. Huwa qal li San Pietru kien qed iġarrab bosta ħsarat meta dan kien jinħareġ min-niċċa tiegħu fis-Sede u anke waqt li kien ikun qiegħed jinġarr millPartitarji fil-ġimgħa tal-festa. Mela dakinhar li kienu ħaduh għar-restawr ħareġ bl-idea li fi triqithom lura lejn Birżebbuġa jidħol taħt il-liżar li kien għatta l-vara ta’ San Pietru u ħa l-istess poża tal-Vara. Ftiehem ma’ dawk li kienu fuq il-vann miegħu biex jippretendu li kienu ġabu xi vara ġdida jew li kienu qed iġibu lura lil San Pietru mir-restawr. Lix-xuffier kien qallu biex isuq bil-mod u jdoqq il-ħorn kif ukoll li jagħmel dawra ma’ Birżebbuġa meta jkun wasal. Hekk sar. Min kien fuq il-vann għamel frattarija u x-xuffier saq bl-akbar galbu biex Frans ixXavu li kien għadu kif ħa l-poża ta’ San Pietru taħt il-liżar ma jmurx imiegħel u jaqa’. Mad-daqq tal-ħorn ingħaqdu diversi

nar

anke jiġu ffilmjati mid-ditta Pinkishline, Frans kien ingħata diversi drabi l-irwol taċ-Ċenturjun. Kienet parti li Frans kien jinterpretaha bl-iktar mod perfett. Sakemm baqgħet tittella’ din il-produzzjoni, Frans dejjem baqa’ jinterpreta dan il-karattru.

San Pietru

Frans Cassar fil-Pagaent tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-Soċjetà sena 2007 fil-parti taċ-Ċenturjun.

Il-Banda u l-Innu l-Kbir ‘Tu Es Petrus’ Frans jgħid li hu jħobb ħafna l-banda u jieħu pjaċir jara żgħażagħ jitgħallmu. Fost l-innijiet li hu jibqa jiftakar hemm l-Innu ‘Tu Es Petrus’ tas-Surmast Sciberras, innu li jgħid li għamel żmien jisma’ lilu biss, għax huwa innu li jfakkru fiżżmien meta kien jgħix San Pietru u Ġesù, peress li ħafna temi Rumani. Hu jgħid li dan l-Innu huwa patrimonju kbir. Frans jgħid li l-Kumitat għandu jagħmel minn kollox biex jippreteġi l-interess tal-mużika u tal-banda fis-Soċjetà. Hu jgħid li kull meta jkollu ċans dejjem jinżel jakkumpanja l-banda kull fejn tmur iddoqq. Frans ukoll kien jagħmel parti mill-Kor tasSoċjetà meta dan ġie organizzat għall-ewwel darba. Hu jgħid li l-mużika hija xi ħaġa serja u titlob dedikazzjoni u ħin. Frans kien iħoss li s-Soċjetà kellha aktar bżonnu f’xogħol ta’ manutenzjoni u xogħol tal-idejn u għalhekk ħin biex imur jitgħallem u jieħu sehem fil-provi sfortunatament kien fadallu veru ftit.

Birżebbuġa

karozzi li kienu neżlin Birżebbuġa u sakemm saret id-dawra mat-triqat tar-raħal kienet ingħaqdet ġemgħa mdaqqsa mhux ħażin. Il-vann, waqaf fil-pjazza quddiem il-knisja, ftit lil hinn minn fejn joqgħod il-Kaxxier preżenti Walter Pace u hekk kif ħbieb Frans għamlu ta’ bir-ruħhom li kienu se jikxfu l-istatwa, Frans għolla l-liżar minn fuqu u qabeż qabża mill-vann għallisfel. Inħallikom taħsbu kif baqgħu issummati u kemm daħku n-nies li saqu wara l-vann mill-bidu sal-aħħar.


programm

imidd idu għax-xogħol li kien hemm bżonn. Frans jirringrazzja lil dawk in-nies li ġew jagħtuh daqqa t’id fosthom lil Daniel Cuschieri u lill-aħwa Cutajar tal-materjal li jipprovdulu. Frans jammetti li l-għaxqa tiegħu hu li jgħin lis-Soċjetà biex tiffranka l-flus għax xogħol bħal dan fil-verità jiswa ħafna flus. Hu jħajjar lin-nies dilettanti biex jagħmlu l-istess, ħalli s-Soċjetà tagħna tkompli tikber u ssir Soċjetà stabbilita.

Editorjal Amministrazzjoni

Għeluq Kull min jaf lil Frans kulħadd jaf kemm dan jaħdem minn qalbu għas-Soċjetà. L-għan ta’ dan l-artiklu huwa li nagħtu kreditu lil Frans mhux biss għax-xogħol li jagħti imma anke għal-lealtà kbira li għandu lejn is-Soċjetà. Kien xieraq li wara dawn is-snin niddokumentaw xogħol Frans ix-Xavu. Frans iġib ħafna ferħ anke waqt il-ġranet tal-festa għax jaf joħloq briju kbir, mingħajr qatt ma jaqa’ fil-baxx jew jitkellem pastaż, jew jidgħi. Kemm ilha li twaqqfet is-Soċjetà tagħna lil Frans dejjem rajnieh joħloq karikaturi għall-briju. Dawn joħolqu tbissima fost dawk li jiġu jarawna u jżidu mal-kreattività tal-

Frans Cassar flimkien ma’ ħuh Peter Cassar. Ritratt li jeħodna 25 Sena ilu għall-festa tal-1991. Jidher li l-familja Cassar kienet rebħet wieħed millPremijiet li s-Sezzjoni Żgħażagħ kienet għamlet bħala l-isbaħ 3 bnadar u l-isbaħ 3 umbrelel għall-Marċ ta’ filgħodu tal-festa tal-1991.

briju f’Birżebbuġa. Is-Soċjetà tirringrazzja ħafna lis-Sur Frans Cassar tal-lealtà kbira li għandu lejn din is-Soċjetà minn mindu twaqqfet fl-1990.

Charlie’s Ironmongery Triq il-G˙odda, BirΩebbu©a. Tel: 2165 0021

Plumbing & Electrical Fittings, Tools etc... Banda

FREE DELIVERY SERVICE

nar San Pietru Birżebbuġa

70

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Ritratt li x’aktarx ġie mehud bejn is-snin 1993-1995. Innutaw il-bidla fil-kolonna ta’ taħt San Pietru. Kienet diġà bdiet tinħadem kolonna għalih. B’dan ir-ritratt nieħdu idea kif kien jintemm il-marċ meta kien jasal San Ġorġ.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

71

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

25 Sena mill-Ewwel sehem tagħna fil-Marċ tat-Tnejn talĦruġ min-Niċċa Sa minn wara l-festa 1990 konna ktibna lill-Kappillan Dun Ġużepp M. Farrugia fejn urejnieh li kellna x-xewqa li nibdew indoqqu wkoll waqt il-ħruġ tal-vara min-niċċa u anke nagħmlu marċ wara. Wara talba li kienet saret lill-awtoritajiet tal-knisja ngħatajna l-permessi u nistgħu ngħidu li kellna marċ kbir ħafna, marċ li sal-lum il-poplu ta’ Birżebbuġa ikun qiegħed jistenna sena sħiħa. Dakinhar kien reġa’ deher biċ-ċar li l-poplu kollu kien għadu warajna u allura mill-ewwel deher li konna ser nerġgħu nagħmlu festa kbira u sabiħa. Din kienet l-ewwel darba li l-Banda Birżebbuġa kienet qed isellem lillVara Titulari bis-saħħa tal-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace. Din it-tislima għadha tagħtiha sal-lum fil-jum tat-Tnejn, Jum il-Ħruġ min-Niċċa. Tajjeb ngħidu li fis-sena tat-twaqqif, jiġifieri fil-festa tal-1990, il-Banda tas-Soċjetà ma kinitx daqqet imma folla enormi ta’ partitarji lebsin ilkoll il-flokkijiet ħodor u sofor armati b’bnadar bl-istess lewn marru jagħtu t-tislima tagħhom lix-xbieha ta’ San Pietru għan-nom tasSoċjetà. Episodju li jnissilli tbissima kull darba li niftakar fih huwa meta dakinhar tal-ħruġ min-niċċa 1990, waqt li l-Banda San Pietru kienet qed iddoqq waħidha, il-partitarji tagħna kienu ddeċidew li jniżżlu l-bnadar ’l isfel u jdawruhom il-kontra b’tali mod li jtellgħu ’il fuq il-pajp waħdu u jerġgħu idawruhom lura bil-bandiera tperper fl-arja ’l fuq meta l-Banda San Pietru kienet tispiċċa mid-daqq tagħha!

25 Sena mill-wasla tal-Vara Artistika Proprjetà tasSoċjetà Tajjeb li ngħid li meta waqqafna l-banda kellna laqgħa mal-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Pawl Buttigieg. Dan minnaħa tiegħu kien qalilna li għal dik is-sena, jiġifieri għall-1990 ma seta’ jiċċaqlaq xejn u allura l-istatwa ta’ San Pietru talkartapesta proprjetà tal-knisja kellha tittella’ fuq il-Pedestall tal-Parroċċa mill-Banda San Pietru imma hu kien qalilna li kien se jissuġġerixxi li din tittellgħa sena minn banda u sena minn oħra. Ġara imma li f’Marzu 1990 tħabbar li l-kappillan Dun Pawl Buttigieg kien ser iħalli l-ministeru tiegħu bħala kappillan biex imur għall- missjoni fejn għadu sal-lum. Floku, l-Arċisqof Mercieca kien ħatar lill-kappillan Dun Ġużepp Maria Farrugia. Dan ovjament sab sitwazzjoni differenti milli kellhom il-kappillani ta’ qablu għax kien ser ikollu jmexxi l-ewwel festa tiegħu f’raħal b’żewġ baned. Iżda bil-għajnuna tiegħu u anke għax konna nies ta’ rieda tajba, kollox kien ġie miftiehem bejn iż-żewġ għaqdiet mużikali u għal dik is-sena għadda kollox kif kien ippjanat. Imma wara l-festa tal-1990 aħna konna ktibna lill-kappillan biex nistaqsuh jekk hu kellux l-istess idea tal-kappillan ta’ qablu u li allura kienx ser jibda jħalli banda sena u banda sena oħra ittella’ l-istatwa ta’ San Pietru waqt il-marċ tal-Ġimgħa. Dan qalilna li hu ried jitkellem mas-superjuri tiegħu. Ir-risposta bdiet tieħu fit-tul u kollox kien qed jidher li din il-proposta ma kinitx se tiġi aċċetta. Għalhekk konna rġajna ktibnilu, din id-darba tlabnieh jagħtina risposta jidhirli sal-15 ta’ Novembru 1990. Id-deċiżjoni ma waslitx u allura kif kien iddeċieda l-kumitat, morna nġibu stimi biex nordnaw statwa għalina. Niftakar kien is-16 ta’ Novembru 1990 u konna morna jien, ħija Joseph u Leli Mangion, l-ewwel għand l-iskultur il-kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Kien urina x-xogħlijiet tiegħu u konna tbellaħna allavolja jien kont diġà naf x’tip ta’ xogħol kien jagħmel. Dan kien talabna s-somma ta’ Lm650 imma meta staqsejtu jekk kienx jilħaq ilesti l-vara salfesta, hu kien jgħidli “Itlob għar-riħ fuq u nlestiha”. Imbagħad konna morna għand l-iskultur Renzo Gauci, u dan ukoll kien lest li jaħdem l-istatwa għas-somma ta’ madwar Lm275. Kien hemm differenza kbira fil-prezz u dak iż-żmien flus ma kien ikollna xejn, infatti biex nagħmlu xi ħaġa konna nħallsuha minn butna. Ix-xogħol taż-żewġ skulturi kien differenti minn xulxin u jien personalment aktar xtaqt li nqabbdu lill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Inżilna Birżebbuġa u morna nitkellmu mal-President ta’ dak iż-żmien, is-Sur Anthony Camilleri. Dan niftakar li dar fuqi u qalli “Alex inti x’taħseb?” Ovvjament jien għidtlu li bħala xogħol ta’ Camilleri Cauchi isbaħ imma qed nibża’ li ma jkollniex is-somma flus ta’ Lm650. Qalli, “Tinkwieta xejn, il-flus minn hawn u minn hemm jiġu u jmorru. Immorru għall-aqwa prodott għax inkella wara jiddispjaċina” u b’hekk ordnajna l-istatwa mingħand il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Min-naħa tal-knisja bqajna bla risposta, imma fl-21 ta’

nar

Wara s-suċċess kbir li kellna fil-festa 1990, li kienet l-ewwel festa tagħna, mill-ewwel bdejna naħsbu biex dik tal-1991 tkun ikbar. L-Appoġġ totali tal-poplu ta’ Birżebbuġa għamlilna kuraġġ kbir u għalhekk ridna li nkomplu nżidu fuq dak li konna ġa għamilna. F’dan l-artiklu ser nagħti ftit dettalji dwar dak kollu li konna għamilna ġdid fis-sena 1991 u li bih erġajna tajna lill-poplu ta’ Birżebbuġa festa oħra ta’ livell għoli li kienet tħabbatha mal-aqwa festi li kienu jsiru f’Malta f’dawk iż-żminijiet.

San Pietru

Alexander Caruana

Birżebbuġa

Is-Sena 1991: Ħamsa u Għoxrin Sena Wara


programm Editorjal Amministrazzjoni Jidher il-każin l-antik tas-Soċjetà fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Ħarsa akkurata lejn ir-ritratt wieħed jilmaħ il-vara tal-marċ fuq it-trakk mal-Partitarji Iljuni. Dan huwa ritratt li x’aktarx imur lura għas-sena 1991 jew 1992.

Banda nar San Pietru Birżebbuġa

Frar 1991, lejlet il-Katedra ta’ San Pietru, konna kumitat, fil-fond fejn illum hemm il-banka tal-lottu tas-Soċjetà, fi Triq San Filippu meta fil-ħemda ta’ dik il-lejla xitwija xi ħadd ġie jħabbtilna fuq il-bieb. Morna niftħu u nsibu lil Dun Charles Carabott, id-Direttur Spiritwali tagħna. Niftakar kien qalilna li kien hemm ittra għall-kumitat. Ftaħt l-ittra li kienet mill-kurja, li kienet qed tavżana biex l-għada filgħodu mmorru laqgħa malVigarju Ġenerali ta’ dak iż-żmien, il-qatt minsi Mons. Annetto Depasquale, li iktar tard kien sar Isqof Awżiljaru. F’din illaqgħa kienu qalulna li l-awtoritajiet tal-knisja kienu ddeċidew li l-istatwa tal-knisja tibqa’ tittella’ kull sena mill-banda l-oħra, mill-Banda San Pietru, però aħna stajna nużawha f’xi marċ ieħor basta qabel dak tal-Ġimgħa. Hawnhekk aħna konna għidnilhom li ordnajna statwa imma huma qalulna li ma kinux qed isibu oġġezzjoni għal dan. B’hekk il-kumitat kien iddeċieda li fil-marċ tal-Ħamis juża l-istatwa ta’ San Pietru tal-kartapesta tal-Parroċċa u wara li jispiċċa l-marċ jerġa’ jpoġġiha fil-maħżen tal-armar ħalli l-għada tkun tista’ tiġi wżata mill-Banda San Pietru u hekk kien sar. Sadanittant bdejna niġbru l-flus għall-istatwa. Barra minn hekk ridna naħdmu bradella, pedestall għal taħtha u kolonna biex tittellgħa fuqha. Hawnhekk kont tkellimt mas-sur Joe Cutajar fejn qalli li kien lest li jiddisinjahom u nibdewhom. Niftakar konna mmorru l-garaxx li kellu fi Triq San Franġisk Saverju kull nhar ta’ Sibt biex naħdmuhom. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar in-nies bdew jistaqsuni dwar l-istatwa, kulħadd jistaqsini jekk kienx bdiha u kulħadd jgħidli biex immur niċċekkja għax il-Kav. Camilleri Cauchi minn dejjem

72

kellu fama li jħalli għall-aħħar. Jien mort bosta drabi imma dejjem kien jgħidli l-istess kliem u bl-istess aċċent “Taktax kalbek” għax min jaf lil Fredu jaf li hekk jitkellem. Mela l-Ħamis ta’ qabel il-ġimgħa tal-festa fettilli mort għandu u kien qed ilesti anġlu li kien ħadem għall-festa tal-Karmnu tażŻurrieq u tagħna kienet għadha forom biss. Għidtlu “Din kif ħa tlestiha?” u Fredu reġa’ qalli “Taktax kalbek. Itlob għal riħ fuq ħalli jnixxef”. Imma ġurnata wara kienet iffurmata kollha. Però hawnhekk kien beda jaqta’ qalbu. Qalli: “Ara min jista’ jiġi jgħinni nixkatla għax inkella ma nagħtihielkomx”. Jien kelli idea ta’ dak ix-xogħol imma peress li kont segretarju kien diffiċli għalija nagħmel ġimgħa fil-garaxx ta’ Camilleri Cauchi u tinsewx li dak iż-żmien mobiles ma kinux jeżistu u jien kont għadni ma nsuqx. Għalhekk miegħi kienu ġew ħija Joseph u Leli Mangion (il-Mosti). Dawn kienu joqogħdu iktar huma għandu milli jien. Il-Ħamis tal-ġimgħa tal-festa filgħodu kmieni rġajna morna għandu u issa kien beda ż-żebgħa. Niftakar kien għadu kif żebagħ wiċċu u idejh biss, imma kif rani ndur inkwetat qalli “Għada toħduha żgur”. Niftakar xħin rajt dak il-wiċċ daqshekk perfett insejt kważi l-kedda kollha li kont ħadt. Qalli “Issa erġa’ ejja għada filgħodu”. Imma dakinhar wara nofsinhar moħħi qalli “Raġġiera tgħid kien għamlilha?” u ċempiltlu. Alfred qalli li ma kienx ħa ħsiebha u hawnhekk tatni rasi u għidtlu “Ara x’ħa tagħmlilna għax jien mhux se neħodha bla raġġiera żgur”. Wara li spiċċajna nilletikaw, kien qalli li kien ordnaha għand Aquilina ta’ Ħal Qormi imma ma kienx lestihielu. Jien lil dan Aquilina kont nafu għax fil-fatt dik il-Ġimgħa stess kien lestilna 4 kruċetti ġodda. Jien qbadt ċempiltlu u dan qalli li ma kienx ġablu d-disinn allura ma kienx seta’ jagħmilha. Imma neqred minn hawn u minn hemm aċċetta li jekk neħodlu disinn kien jibqa’ jaħdem fuqha sa tard billejl biex tkun lesta. Allura erġajt ċempilt lil Fredu u dan qalli li ser jagħmel disinn malajr. Allura kelli nċempel il-president peress li jien ma kellix karozza. Dan mar ħa d-disinn u mar bih għand Aquilina. Min-naħa tiegħu dan lestiha għall-ħabta tal10 ta’ billejl u din kienet ġiet tiswa Lm40 u tħallset minn Peter Camilleri, it-tifel ta’ Anthony Camilleri, l-ewwel President tasSoċjetà. Fl-aħħar il-jum tant mistenni kien wasal. Kien il-Ġimgħa 2 ta’Awwissu 1991, ġurnata b’riħ qawwi u kulħadd beda jistaqsini jekk konniex ser inżommu mal-pjan li kellna, dak li l-istatwa mill-Fgura mingħand Camilleri Cauchi titniżżel bi trakk Marsaxlokk u wara tinġieb Birżebbuġa fuq lanċa. Emmnuni bqajt sal-aħħar ma nafx eżatt x’konna ser nagħmlu għax jien kont naf li l-istatwa ħa tkun għada ċċappas. Għallħabta tal-4pm inġbarna fejn il-każin li dak iż-żmien kien filBajja ta’ San Ġorġ u tlaqna għal għand il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Fost oħrajn kien ġie Peter Camilleri (ilPajju) li bit-trakk tiegħu għabbejna l-istatwa. Konna ammont kbir ta’ nies, l-iktar żgħażagħ ilkoll ferħana li l-istatwa fl-aħħar kienet lesta u kulħadd stagħġeb bil-ġmiel tagħha. Min-naħa tiegħu Fredu kien qalilna minn fejn nistgħu naqbduha ħalli ma jiġrilhiex ħsara minħabba li kienet għadha ma nixfitx sew. Ta’ min jgħid li l-induratura li kellha issirilha, ma kinitx saret għax kieku ma kinitx tkun lesta sal-Ġimgħa. Din imbagħad kienet saret fis-sena 1993. Inżilna Marsaxlokk u hemmhekk sibna

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

73

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar

l-lanċa tistennina. Ir-riħ ma kien qata’ xejn imma kulħadd kien qalli li kellniex għalfejn ninkwetaw. Lin-nies li kien hemm mal-istatwa kont nafdahom b’għajnejja magħluqa u anke bosta sajjieda Xlukkajri qaluli li m’għandux għalxiex ikollna problemi sakemm konna se nibqgħu fil-Port. Għadni niftakar il-lanċa tinqata’ minn mal-moll bl-istatwa fuqha u jien inżilt ma’ Leli Mangion f’Birżebbuġa biex nippreparaw il-banda. Ftit tal-ħin wara nżilt ix-xatt tal-Bajja s-Sabiħa mal-bandisti imma immeraviljajt ruħi. Qatt f’għomri kollu la kont rajt u sallum għadni qatt ma rajt daqshekk nies. Malta kollha kienet niżlet Birżebbuġa dakinhar biex tara din l-istatwa meraviljuża li għadha tpaxxi l-għajn ta’ kull min jiġi jaraha. Niftakar lil kulħadd max-xatt u mal-moll jimbotta biex ifittex jara l-istatwa u forsi jieħu xi ritratt tagħha. Fl-aħħar wara tant taqtiegħ ilqalb sal-aħħar minuti, ix-xewqa tal-Birżebbuġin kienet saret realtà. Issa fl-aħħar il-Banda Birżebbuġa li kienet il-banda talpoplu ta’ Birżebbuġa u għadha hekk sal-lum, kellha l-istatwa tagħha, waħda mill-kapulavuri kbar fil-kartapesta tal-artist Alfred Camilleri Cauchi. Il-marċ beda u n-nies ma qatgħu xejn jiġu jittawlulha. Hekk kif wasalna fil-pjazza u ġejna biex ngħaddu minn quddiem il-knisja, niftakar li minħabba l-ammont kbir ta’ nies li kien hemm, kellna biċċa xogħol kbira biex nikkonvinċu lin-nies biex joqgħodu attenti li ma jaqbżux ic-central strip għax l-ordni tal-pulizija kienet ċara - li aħna stajna ngħaddu biss mill-karreġġata tan-naħa tal-knisja. Emnuni għajjejna nżommu n-nies għax il-folol li kien hemm

San Pietru

Il-vara artistika tas-Soċjetà fis-sena li nġiebet l-ewwel darba f’Birżebbuġa jiġifieri fis-sena 1991. Innutaw il-kolonna u kif kienet tintrama fl-ewwel snin. Il-vara kienet tintrama f’San Ġorġ fejn ir-Roundabout.

L-Ewwel Programm Mużikali tal-Festa: 25 Sena ilu! Immedjatament wara l-festa 1990 konna ddeċidejna li għas-sena 1991 il-banda tagħna tagħmel l-ewwel programm mużikali tagħha is-Sibt lejlet il-festa. Konna wkoll iddeċidejna li dan nagħmluh ġewwa l-Bajja s-Sabiħa. Għalhekk bdejna nitkellmu mas-surmast direttur biex nibdew nagħżlu l-mużika. Konna sibna għajnuna kbira minn ħafna soċjetajiet mużikali li kienu selfuna l-mużika u affarijiet oħra. Dawn is-soċjetajiet kienu l-Għaqda Mużikali San Mikiel ta’ Ħaż Żabbar (Illum saret L-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel), l-Għaqda Mużikali Beland, l-Għaqda Vittorjosana San Lawrenz talBirgu u l-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi. Għadni niftakar kemm konna niltaqgħu jum wara l-ieħor biex inwaħħlu l-photocopies tal-mużika fil-kmamar ta’ ġewwa tal-banka tal-lottu. Konna wkoll iddeċidejna li nikru pjanċier (platform) għall-programm. Dak iż-żmien kont għadni naħdem id-dockyard u kelli kollega tiegħi ċertu Ġużeppi Cutajar li kien minn Ħal Tarxien u dan kien irranġali mal-kumitat tal-Banda Marija Annunzjata biex nikru l-pjanċier tagħhom. Wieħed Ġużeppi Farrugia (Il-ġgant) li joqgħod Birżebbuġa u li kien ukoll bandist tal-post talBanda Marija Annunzjata niftakar kien sema’ li ridna nikruh u fil-fatt kien qalli “Dak taf kemm hu tqil!?”. Imbagħad qalli li dak kien għamlu Ġuzeppi u żied jgħidli li dan il-planċier kellu ħadid esaġerat u tgħidx kemm hu tqil. Niftakru javżani biex naħseb għan-nies għax anke fejn kien merfugħ, kien diffiċli biex tqandlu u toħorġu. Niftakar bdejt nhewden ħa nara kif nista’ nirranġa imma fl-aħħar moħħi klikkja u ġietni idea tajba. Dik is-sena s-sezzjoni żgħażagħ kienu ordnaw il-famuż ‘Iljun tal-Kartapesta’ u ridna mmorru għalih. Allura għidt bejni u bejn ruħi li issa kif inkunu sejrin għall-iljun ngħaddu nġibu l-planċier. Niftakar kont irranġajt ma’ Fredu Zammit (Fredu ‘Papoċċi’) biex jiġi bit-trakk tiegħu. Mela fil-ġurmata tat-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa, niftakar li kulħadd ried jiġi għall-iljun u allura jien ma tkellimt xejn fuq il-planċier ħlief ma’ Fredu. Kulħadd beda jistaqsini jistax

Birżebbuġa

kienu enormi. Imbagħad inżilna Triq Birżebbuġa u fl-aħħar fil-Bajja ta’ San Ġorġ fejn dak iż-żmien kella l-ewwel każin li konna nsibuh bħal l-‘Morning Star’. Hemmhekk daqqejna għall-ewwel darba l-Innu tan-Nar li kien ikkompona s-surmast direttur Mro. Michael Bugelli u li l-versi tiegħu kont għamilthom jien. Imbagħad ġejna biex intellgħu l-istatwa għall-ewwel darba fuq il-kolonna fit-tarf ta’ Triq Żaren Dalli. Din il-kolonna ma kinitx tlestiet kollha imma konna lestejna l-parti ta’ fuq tagħha imma xorta kienet ġiet għolja fit-tul. Għalhekk kont bdejt nara kif ser intellgħu l-istatwa, imma l-bennejja membri tagħna kienu qaluli “Issa nġibu trakk bricks u nagħmlu taraġ” u hekk kienu għamlu. Niftakar il-briju kbir li kien sar hekk kif ittellgħet l-istatwa għall-ewwel darba mal-Innu Popolari. Issa hawnhekk se nsemmi fatt li ħafna ma jafux. Kien hemm ilbiża’ li xi ħadd imissilna l-istatwa sakemm din tkun imtella’, imma wieħed mill-iktar membri attivi li kellna, il-qatt minsi Godfrey Busuttil li kien joqgħod San Ġorġ viċin fejn konna ntellgħu l-istatwa qalilna li hu kien ser joqgħod fuq il-bejt tiegħu għassa tagħha u hekk kien għamel sakemm it-Tnejn niżżilnieha.


Celeste Blu Ray/ 3D/DVD Rentals

48, Pretty Bay, BirΩebbu©a Mob: 7944 6583 Tel: 21/2765 0346 Prop. Joe & Marthese Celeste Renting Bluray/DVD/3D Selling of HiFi, TV, Radios, Games, Watches, Alarm Clocks, Calculators, DVD/Bluray/3D Players and Game Console. MP4s, mobile phones, car stereos and surround systems. All kinds of Repairs on Mobiles, Hi-Fi, TV etc…

Transfer from Video Tapes, Audio Tapes, 8mm etc to DVD

3, Triq il-Folklor, Qajjenza, Birżebbuġa Mob: 7945 6565 Monday to Saturday: 6.00am - 7.00pm Sunday: 6.00am - 1.00pm

For all your daily needs Fresh fruit and vegetables


MARLENE FARRUGIA Tawgura l-Festa t-Tajba lill-BirΩebbu©in kollha

marlenedent@gmail.com contact: 99432407


programm Editorjal Amministrazzjoni

L-ewwel Programm Mużikali tas-Soċjetà li sar nhar is-Sibt 3 t’Awwissu 1991, 25 Sena ilu, eżatt fejn illum insibu l-bar ‘La Spiaggia’. Dak iż-żmien kien bl-isem ‘Hi-Ho’. Hawn qed naraw lill-ewwel President Anthony Camilleri jagħti rigal ta’ tifkira lis-Surmast Direttur. Fl-isfond jidher ukoll is-sefretarju ta’ dak iż-żmien is-Sur Alexander Caruana li huwa l-President Attwali tas-Soċjetà. Innutaw l-uniformi tal-bandisti, bil-kukkarda. Dak iżżmien il-banda kienet iddoqq bl-uniformi safra.

iġib il-bnadar u suffarelli (għax dak iż-żmien kienu għadhom legali) u jien għidtilhom li setgħu. Tlaqna minn Birżebbuġa u kulħadd ried joqgħod fil-kaxxa tat-trakk, peress li dak iż-żmien anke din kienet għadha permissibbli. Hekk kif wasalna f’Triq tal-Barrani f’triqitna għall-Furjana, jien għidt lil Fredu biex jikser għal Ħal Tarxien. Dak hekk għamel imma kulħadd millkaxxa beda jgħidli “Aħna l-Furjana rridu mmorru għall-Iljun”.

Banda nar San Pietru Birżebbuġa

L-Iljun tal-kartapesta qiegħed jiġi mżanżan għall-ewwel darba fil-marċ tal-1991 fi Triq San Filippu, eżatt quddiem fejn insibu l-banka tal-lottu tasSoċjetà tagħna u quddiem ir-residenza tal-Familja Caruana.

76

Bejni u bejn ruħi għidt issa taraw x’kedda ġejja qabel l-iljun. Waqafna fejn il-każin tal-Banda Marija Annunzjata u morna nixorbu xi ħaġa fejn hemmhekk sibna lil xi membri tal-kumitat jistennewna. Kif rajna l-ħadid tal-planċier, kulħadd induna kemm kien tqil imma kollha taw sehmhom u għabbejnieh. Wara tlaqna għall-Iljun u nżilna Birżebbuġa b’carcade sħiħa. Għaddejna mill-pjazza għax-xatt bl-Iljun jiddomina fuq nett tal-kaxxa ta’ wara tat-trakk mimlija bil-ħadid u l-injam talplanċier fil-qiegħ tiegħu. Lil Fredu niftakar li kont għidtlu li issa kien irnexxielna li ngħabbuh imma se jkollna problemi biex inniżżluh dan l-imbierek planċier għax kulħadd kien moħħu fl-Iljun u kulħadd kien se jitlaq l’hemm. Fredu mill-ewwel qalli “Għaliex qed tinkwieta? Issa ħallieh mgħobbi fuq it-trakk”. Jien għidtlu “Mela int ħa toqgħod ġimgħa bla trakk?” imma hu weġibni “Le, issa tal-festa neħodha off u s-sibt niġi bit-trakk, inniżżlu u narmawh.” Il-provi għal dan l-ewwel Programm konna għamilnihom fil-bitħa tal-White Horse Inn fi Triq Żaren Dalli peress li filkażin ta’ San Ġorġ, ma kellniex spazju biżżejjed. Kienu wkoll inħadmu sett leġiji ġodda. Is-Sibt filgħodu lejlet il-festa, konna ltqajna bosta nies biex nibdew narmaw il-pjanċier. Dik issena kien hemm art vojta għax kienu twaqqgħu xi postijiet biex flokhom jinbena bini ġdid fejn il-Hi Ho, illum La Spiaggia u armajnieh hemm. F’ dan il-programm li kien l-ewwel wieħed tal-Banda Birżebbuġa konna daqqejna bosta mużika millisbaħ fosthom il-Marcia Slava għax kont smajtha ftit xhur qabel u tlabt lis-surmast biex tindaqq waqt il-programm. Flistess programm is-Soċjetà ngħatat 4 standardi ġodda: tarReliġjon, ta’ Birżebbuġa, ta’ Santa Ċeċilja u ta’ San Pietru. Irrid insemmi wkoll li dik is-sena komplejna nsebbħu l-uniformi tal-bandisti meta konna għamilna l-lazzijiet u l-kukkardi birritratt ta’ San Pietru. Dan ix-xogħol kien sar minn Marthese Busuttil u oħrajn li għenuha. Wara l-programm, il-banda kienet għamlet marċ qasir sa Triq Żaren Dalli fejn kellu jinħaraq għall-ewwel darba l-logħob tan-Nar tal-Art mid-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà. Ta’ min isemmi li fl-istess sena propju l-Ħadd 29 ta’ Diċembru, ilbanda kienet għamlet it-tieni programm tagħha meta għamlet programm fi Ġnien l-Indipendenza f’Misraħ ir-Repubblika fiżżmien il-festi tal-Milied. 25 Sena mill-famuż ‘Iljun’ tal-kartapesta Is-Sezzjoni Żgħażagħ kienu xtaqu jordnaw iljun talkartapesta biex jintuża waqt il-marċ ta’ filgħodu. Dan kien ġie ordnat għand is-Sur Lorry Coleiro tal-Furjana artist talkarrijiet tal-karnival. Kien ġie jiswa Lm100. Kif diġà ktibt dan konna ġibnieh it-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa u wara nżilna bih b’carcade kbira Birżebbuġa. Niftakar li kif wasalna x-xatt konna għamilna marċ tal-festa bil-briju kbir li konna għamilna. Għadni niftakar in-nies kollha jħarsu u jgħidu “Ara ġabuh l-iljun”, għax kulħadd kien qed jistennieh. Konna ħdimnilu karru għalih u hekk kif il-marċ wasal fi Triq San Filippu ħriġnieh mal-marċ u minn hemm bqajna sejrin bih il-pjazza fejn għamilna briju kbir u komplejna fi Triq Żaren Dalli sal-Bajja ta’ San Ġorġ fejn temmejna marċ ieħor milliktar memorabbli. Xi ħaġa li ħafna forsi nsew, hija li hekk kif

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Kelinu Schembri flimkien mal-murtali tiegħu għall-festa tal-1991. Tibqa’ mfakkra bħala waħda minn dawk is-snin li fihom f’Birżebbuġa kellna ħafna nar u kienet l-ewwel sena li fiha sar iġ-ġigġifogu tas-Soċjetà għallewwel darba.

Għeluq Dan li ktibt hu ftit mill-ħafna li konna għamilna dik is-sena. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil kull min kien ta sehmu u nsellem il-memorja ta’ dawk li llum m’għadhomx magħna imma marri jgawdu lill-Mulej u lill-Patrun tagħna San Pietru għal dik il-festa li ma tintemm qatt. Dan kollu kien parti millewwel tarġiet fit-taraġ tas-suċċess tas-Soċjetà tagħna li llum kibret u hija issa saret realtà kbira, bla dubju waħda mill-iktar stabbiliti u b’saħħitha fil-gżejjer Maltin. Imma l-kbir għadu ġej!

7, Profs. Anton Tabone Street, BirΩebbu©a – Tel: 21651118 Opening Hours: Tuesday to Friday: 9.00am to 6.00pm, Saturday: 9.00am to 2.00pm Wednesday till 2.00pm Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

77

hairstyles

Ġentilment nitolbu lill-Pubbliku u lill-ammirturi tas-Soċjetà biex kull min għandu xi ritratti jew filmati antiki tas-Soċjetà jew ta’ Birżebbuġa, jagħmilhom available għas-Soċjetà sabiex inkunu nistgħu naqsmuhom ma’ ħaddieħor. Nagħtu kreditu lill-Proprjetarju u nirritornaw lura l-materjal minnufih.

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

25 Sena mill-Marċ tan-Nar u tar-Reffiegħa Għall-ewwel darba wkoll il-Banda Birżebbuġa kienet għamlet il-marċ tal-aħħar iddedikat speċjalment lid-Dilettanti tan-Nar li allura ma kienu jkunu gawdew xejn mill-festa. Kien suċċess ieħor u b’hekk il-festa bdiet bil-kbir u ingħalqet bilkbir. Kif diġà għidt qabel, bis-saħħa tas-surmast Michael Bugelli, dik is-sena konna żanżanna l-Innu tan-Nar li ndaqq għall-ewwel darba fil-marċ tal-aħħar Tridu, aħna u ntellgħu l-vara fuq il-kolonna għall-ewwel darba fl-istorja tas-Soċjetà. Ma setax jonqos li f’dan l-ewwel marċ tan-nar ma ndoqqux dan l-Innu marċ mill-isbaħ f’ġieħ in-numru kbir ta’ dilettanti tan-nar li kellha u għad għandha s-Soċjetà tagħna.

nar

Festa mimlija nar: 25 Sena mill-Ewwel Ħarqa Nar tal-Art tas-Soċjetà tagħna Fit-8 ta’ Diċembru 1990 il-banda tagħna kienet daqqet għall-ewwel darba fil-festa tal-Kunċizzjoni ġewwa Bengħajsa fejn konna ġejna rregalati bl-istandard tal-Madonna.

San Pietru

il-marċ wasal fi Triq Żaren Dalli kien hemm persuna minn Birżebbuġa li kellha ajruplan u li dan xtaq jitla’ bih u jitfa l-karti mill-ajru. Niftakar li din ma kinitx xi ħaġa faċli biex irranġajna għall-permessi għaliha imma fl-aħħar irnexxielna u l-pjan kien seħħ u rnexxa wkoll.

Birżebbuġa

Il-marċ ta’ filgħodu wasal lejn tmiemu fil-Bajja ta’ San Ġorġ fejn kien il-każin l-antik tas-Soċjetà. Fir-ritratt naraw il-vara ta’ San Pietru fuq ilkolonna u l-Iljun li ġej mal-marċ ta’ filgħodu. Ritratt li jmur lura għas-sena 1991 circa.

Hemmhekk id-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà tagħna, li kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tas-dilettanti kollha tan-nar ta’ Birżebbuġa kienu ħarqu għall-ewwel darba nar tal-art maħdum minnhom stess. Dan wassal biex imbagħad bdew jaħdmu ħarqa tan-nar tal-art għall-festa Titulari ta’ San Pietru. Ta’ min isemmi li sa qabel dakinhar in-nar tal-art kollu kien jinxtara mill-knisja. Il-ħarqa tan-nar tal-art li kellha billest is-Soċjetà tagħna ntramat kollha fi Triq Żaren Dalli wara ħafna keded biex ġibna l-permessi. Sfortunatament imma kellna diżappunt kbir għax ma tantx konna morna tajjeb però dan qatt ma qata’ qalb id-dilettanti pirotekniċi li bdew dejjem jitgħallmu u llum kif jaf kulħadd sirna mhux biss tajbin imma sirna magħrufin ma’ Malta kollha għan-nar sabiħ u fin li nafu naħdmu. Waħda mill-irdieden li kienet spikkat ħafna kienet dik tal-Iljun li jiġri wara t-tiġieġa. Dakinhar konna sirna l-ewwel għaqda minn Birżebbuġa li organizzajna esebizzjoni tan-Nar tal-art. Wieħed ma jridx jinsa jsemmi l-għadd kbir u sabiħ ta’ murtali li konna ħraqna matul dik il-ġimgħa, speċjalment il-kaxxa enormi li ħraqna l-Ħadd mal-ħruġ talVara fil-Purċċissjoni, kaxxa li apparti l-kobor u t-tul tagħha, fiha nħarqu murtali bil-kulur isfar u aħdar.


• Core drilling • Tunnel bit holes • Soil Drilling • Earth Electrodes • Rock Bolting/ reinforcement

www.trmcboats.com

• Micro pinning • Shotcret

Rudi Ebejer Mob: 7965 3336 Tel: 2165 3356 E-mail: rudiebejer@hotmail.com www.melitaservices.com

5 Years Warranty


Noti mis-Surmast Direttur

programm

Inżommu l-Mużika u l-Banda f’moħħna f’Kull Pass li Nagħmlu Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

Għalina li nħobbu l-mużika u speċifikament il-mużika tal-banda, qegħdin ninnutaw kemm aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar il-baned Maltin qed isaqqfu wiċċhom ma’ diffikultajiet. Ippermettuli nispeċifika. Jien hawnhekk qed nitkellem direttament fuq il-banda, il-mużika u l-bandisti, mhux fuq il-festa. Tgħiduli waħda ma tallaċċax mal-oħra? Iva veru imma jien bħala l-bniedem responsabbli fuq il-mużika u l-livell tal-banda, dmiri huwa li nitkellem fuq il-livell u l-istandards li s’issa rnexxielna nilħqu fil-mużika. Barra minn hekk għad li s-Soċjetà nħolqot biex tkabbar il-festa ta’ San Pietru u torganizza attivitajiet kulturali f’Birżebbuġa, is-Soċjeta għandha dmir u responsabbiltà kbira li torganizza skola ta’ tagħlim għal dawk it-tfal, żgħażagħ jew adulti li jixtiequ jitgħallmu strument tan-nifs jew perkussjoni. Ta’ min ifakkar lill-membri tagħna li aħna bħala Non-Governmental Organisation, quddiem l-awtoritajiet aħna rikonuxxuti bħala għaqda li toffri tagħlim tal-mużika. Is-Soċjetà tagħna għandha l-unur ukoll li tħaddan fiha korp bandistiku. Dan huwa bla dubju ta’ xejn privileġġ u grupp li għandu jkun għażiż kemm għall-membri segwaċi tasSoċjetà u anke għall-Kumitat Amministrattiv tagħna. Il-Korp bandistiku tagħna jikber skont kemm ikun hemm inizjattiva u skont kemm ikun hemm entużjażmu. Dan l-entużjażmu irid ikun ġej kemm mill-bandisti residenti tagħna u kemm mill-Kumitat Amministrattiv. Tassew li bħalissa s-Soċjeta għaddejja minn mument tassew interessanti, fejn is-sede qed tiġi estiża b’tali mod li s-Soċjetà jkollha aktar introjtu u tkun tista’ tkabbar aktar. Aħna nemmnu li s-Sede hija bżonnjuża anke għal fini tal-banda mużikali tagħna. Aktar ma tikber issede aktar ikollna fejn nitħarrġu bħala banda u aktar ikollna fejn naħżnu l-affarijiet relatati mal-banda. Madankollu rridu dejjem noqogħdu attenti li l-obbligi lejn il-banda mużikali tagħna jibqgħu jiġu rispettati. Jien ninsab kuntent ħafna li l-affarijet mexjin u mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Xi kultant inkunu nixtiequ nipperfezzjonaw dak li nagħmlu imma l-ispejjeż huma enormi u għalissa ngħidu li nissodisfaw b’dak li għandna biex minn hawn u ftit snin oħra nkunu biżżejjed b’saħħitna biex il-banda tagħna tkun waħda tajba u fl-aħjar libsa mużikali. Is-Soċjetà tagħna b’xortija li hija mżejna b’bosta

80

nies li għandhom għal qalbhom ilbanda u għandhom għarfien tajjeb x’għandu jsir fil-banda kemm bħala filosofija u anke fil-prattika. Semmejt lill-bandisti tal-post u kemm huwa importanti li jirsistu u jieħdu sehem bil-qalb biex il-banda tagħna timxi ’l quddiem. Semmejt lillkumitat u lill-membri u kemm huwa importanti li min jidħol parti minn din is-Soċjetà jifhem li aħna m’aħniex Soċjetà tal-festa biss imma Soċjetà li għandha responsabbiltà fit-tagħlim tal-mużika, Soċjetà li għandha korp mużikali x’tieħu ħsieb. It-tielet referenza nixtieq nagħmilha għannies kollha ta’ Birżebbuġa biex iħajjru lill-uliedhom jiġu jitgħallmu l-mużika. Il-pajjiż għaddej minn kriżi kbira ta’ mużiċisti u allievi tal-banda. Din qed tinħass ħafna. M’aħniex qed naraw progress. Is-Soċjetà bħalissa għandha numru sodisfaċenti ta’ allievi u din is-sena ressaqna wkoll 8 studenti biex jagħmlu l-eżamijiet tat-Teorija ta’ barra. Tieħu pjaċir tara li dawn l-istudenti għaddew kollha u bis-saħħa tas-Soċjetà rnexxielhom jakkwistaw kwalifika li se jġorruha magħhom għall-kumplament ta’ ħajjithom. Però nerġa ntenni li għadna ’l bogħod mix-xewqa tagħna li naraw aktar studenti, żgħażagħ u adulti li jiġu jitgħallmu l-mużika. Il-korp mużikali tagħna għandu bżonn ħafna aktar bandisti bravi biex ngħidu li għandna biżżejjed elementi biex naħdmu u ntellgħu l-kunċerti. In-nuqqas t’allievi hija xi ħaġa inkwetanti għax filwaqt li naraw nurseries tal-futbol u ta’ dixxiplini oħra jfuru biż-żgħażagħ, fejn jidħol tagħlim tal-mużika tal-banda

Mro. Michael Bugelli jingħata tifkira fil-Programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ ta’ Frar li għadda 2016.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


u biex b’hekk jitħajjru u jiġu jitgħallmu l-mużika fl-iskola tagħna. Sakemm ġejt biex nikteb dan il-messaġġ il-Kumitat u l-Iskola tal-Mużika kienu qed iħejju pjanijiet biex jilħqu lit-tfal ta’ Birżebbuġa, għalhekk ngħidilkom Prosit ħafna u nibqgħu mexjin f’din id-direzzjoni, iebsa kemm tkun iebsa għaliex irriżutati għandhom mnejn idumu ma jaslu, imma jaslu żgur.

programm

l-allievi qegħdin dejjem jonqsu. Jidher li xi ħaġa ħażina hemm żgur. Jista’ jkun li fuq livell nazzjonali għadna ma bdejnhiex nitrażmettu l-importanza fl-eċċellenza fl-arti. L-appell tiegħi huwa biex il-Kumitat Amministrattiv flimkien mas-Sezzjoni banda u l-iskola tal-Mużika jaħdmu u jħejju pjan biex il-Banda tagħna tilħaq liż-żgħażagħ, lit-tfal u l-adulti ta’ Birżebbuġa

St. Mary Butcher (Prop. Joe Vella)

EDITORJAL

Mro. Michael Bugelli huwa wkoll l-għalliem fuq ir-ramm u l-perkussjoni. Jekk hawn min jixtieq jieħu parir fuq liema strument wieħed ikun jista’ jitgħallem mal-banda tagħna, nħeġġuh jagħmel appuntament miegħu billi jikkuntattjana fuq akkademja@birzebbugaband.org jew 79704943.

7794 4388 7929 7076 9940 3297 www.caruanaandellul.com info@caruanaandellul.com Importers of:

nar

Live Sports & Appetizers Karaoke on Friday & Saturday

Banda

21, Triq Raymond Caruana, Gudja • Tel: 2167 3030

AMMINISTRAZZJONI

For fresh & frozen meat

Booking for private parties • Mob: 9901 0178

Birżebbuġa

Electrical, Plumbing, Drainage, PPR Pipes, Gypsum Partitions, Plastering, Painting, Restorations, Membrane, Ventilation & Constructions Alterations

Mob: 7997 3566 Email: christianfarrugia@live.com Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

San Pietru

Christian Services

81


Mill-Iskola tal-Mużika

programm

It-Tagħlim tal-Mużika fis-Soċjetà Tagħna Josef Schembri

Editorjal Amministrazzjoni

Is-Soċjetà għandha ‘Skola tal-Mużika’ u ‘Korp Bandistiku’ Meta wieħed isemmi l-Għaqdiet tal-Banda, l-ewwel ma tiġih f’rasu hija l-festa tar-raħal, bl-isparar, il-briju, l-armar u l-marċi brijużi fit-toroq tar-raħal. Għalkemm dan huwa minnu, il-membri u ċ-ċittadini lokali jridu jifhmu u jdaħħlu f’rashom li għalkemm is-Soċjetà tagħna għandha sehem qawwi u kbir fil-festa, is-Soċjetà hija marbuta, anke bl-istatut, li toffri ċentru ta’ edukazzjoni mużikali lil dawk li jixtiequ jitgħallmu l-mużika u xi strument tan-nifs. Anke quddiem l-Awtoritajiet Ċivili, aħna nidhru bħala ċentru ta’ tagħlim tal-mużika. Barra l-iskola talmużika, is-Soċjetà hija marbuta li tieħu ħsieb il-korp bandistiku tagħha; tieħu ħsieb li żżomm ċertu entużjażmu fil-mużiċisti residenti tagħha u tara li l-banda tkun fl-aħjar dehra tagħha kemm bħala uniformi u anke fl-eżekuzzjoni tal-mużika li tkun qed idoqq. Hemm ħafna affarijiet x’nistgħu ngħidu dwar kif għandu jkun korp bandistiku. Madankollu, il-pedamenti ta’ kull Banda Mużikali hija l-iskola tal-mużika tagħha fejn ilmużiċisti jieħdu l-ewwel tagħlim. F’dan l-artiklu se nkun qed nagħti stampa ċara ta’ kif isir it-tagħlim fis-Soċjetà tagħna.

Banda nar

Għalliema Speċjalizzati fil-qasam tagħhom Minn mindu twaqqafna, 26 sena ilu, hekk kif ġie appuntat Mro. Michael Bugelli bħala Surmast Direttur, konna ddeċidejna li t-tagħlim jinqasam bejn 3 min-nies bravi fil-qasam tagħhom: ir-ramm u l-perkussjoni f’idejn is-surmast direttur; l-istrumenti tal-injam f’idejn surmast ieħor u t-tagħlim bażiku u Solveġġ f’idejn surmast ieħor li dak iż-żmien kienet Mro. Felicienne Paris. Bħalissa t-‘Tagħlim Bażiku u s-Solveġġ’ qed jingħata direttament mis-Surmast Direttur Michael Bugelli u l-Assistent Charles Wallace Suda. Għalhekk huwa importanti li l-istudent ikun jaf x’se jieħu bħala strument biex imur mill-ewwel għand dik il-persuna li tkun se tgħallmu. Ftaħna wkoll klassijiet għal min irid jitgħallem it-Teorija. L-għalliem ta’ dan il-programm huwa Mro. Robert Magro.

San Pietru Birżebbuġa

Xi strument nista’ nagħżel? Fuq dan is-suġġett hemm ħafna xi tgħid u l-opinjonijiet u l-argumenti jvarjaw. Ħafna drabi l-istudent ikollu ħajra li jitgħallem strument partikolari. Nifhmu li din il-ħeġġa għal strument partikolari jkollha impatt fuq il-motivazzjoni u l-progress tal-alliev fl-istudji tiegħu. Tajjeb però li l-alliev flimkien mal-ġenituri jitkellmu mas-surmast direttur biex dan tal-aħħar ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-għażla tal-istrument. Għidut li nużawh b’mod komuni bejnietna l-mużiċisti huwa ‘Mhux int tagħżel l-istrument imma hu jagħżlek’. Li jista’ jiġri kultant huwa li l-forma tal-ħalq jew ix-xoffa tal-alliev prospettiv jafu ma jkunux jippermettu biex dak l-alliev jitgħallem b’suċċess strument partikolari. Hemm ukoll kundizzjonijiet fis-snien li jistgħu jagħmluha diffiċli biex

82

alliev idoqq b’mod komdu fil-bukkin (mouthpiece). Ġieli kien hemm każijiet fejn l-alliev tant kemm ikun qed ibati biex idoqq li jingħata parir jibdel l-istrument. Għall-ewwel tkun diffiċli li wieħed jaċċettaha imma ħafna drabi l-alliev jibda jagħmel progress enormi fuq l-istrument il-ġdid. Għalhekk huwa importanti li l-ġenituri jsibu ħin u flimkien mat-tifel jew mat-tifla jitkellmu u jieħdu parir mingħand is-surmast direttur. Mużiċist Individwali u Membru f’Tim Plejer tal-futbol jitrenja ruħu biex ikun atleta tajjeb imma wkoll biex isir membru fundamentali fit-tim tiegħu. Tajjeb inżommu f’moħħna wkoll li kull min jidħol parti mill-iskola tal-mużika tagħna, l-interess aħħari għandu jkun dik li xi darba l-alliev isir bandist u jingħaqad mal-kumplament talKorp bandistiku tas-Soċjetà. Din hija importanti ħafna li alliev prospettiv jaħseb fiha. Meta alliev jidħol jitgħallem magħna, jrid ikollu ħeġġa biex isir mużiċist tajjeb imma wkoll mużiċist fi grupp ma’ banda mużikali. Għal ħafna minnha din tidher naturali jekk mhux ovju, imma d-distinzjoni trid issir. IsSoċjetà tagħna tagħti tagħlim biex l-alliev isir mużiċist tajjeb sia fuq livell individwali iżda wkoll mużiċist tajjeb fi grupp, fil-banda sħiħa. Aħna nieħdu pjaċir meta niltaqgħu ma’ allievi li juru ħeġġa kbira biex jingħaqdu malajr kemm jista’ jkun mal-banda. Huwa għalhekk li s-Soċjetà kemm-il darba ġiet rrakkomandata biex tesebixxi kemm jista’ jkun il-banda tagħha, għax inkella l-kultura tal-banda ma tinxteridx, u t-tfal u ż-żgħażagħ qatt ma jkunu jistgħu jitħajru jidħlu jitgħallmu biex jingħaqdu mal-banda. Is-Soċjetà toffri strumenti mużikali mingħajr ħlas lil dawk li jiġu jitgħallmu magħha għal dan l-iskop, biex ladarba jitgħallmu u jsiru bandisti, jidħlu parti mill-orkestra filarmonika tas-Soċjetà. Biex nerġa’ mmur lura għall-argument dwar liema strument wieħed jista’ jiddeċiedi li jitgħallem, tajjeb ukoll li l-alliev prospettiv jifhem li l-banda bħala ‘Korp Bandistiku’ jista’ jkollha sezzjonijiet diġà b’saħħithom biżżejjed u jkun meħtieġ li jiġu kkonsolidati sezzjonijiet oħra. Dan huwa fl-interess ta’ kulħadd anke talbandist innifsu, għax waqt il-kunċerti, in-nuqqas ta’ ċertu strumenti jinħass u l-provi qatt ma jkunu jistgħu jsiru kif suppost, b’riżultat li l-provi ħafna drabi jsiru daqsxejn tedjanti. Aħna nemmnu li kull strument huwa vitali u ħafna drabi li qed jiġri huwa li l-allievi jmorru dejjem għal dak l-istrument li jaraw ta’ spiss, l-iktar strument li jindaqq minn sħabhom. Din hija diffikultà li qed jiltaqgħu magħha diversi Baned Mużikali f’Malta. Din il-problema nistgħu negħlbuha biss jekk lill-allievi nuruwhom xi strumenti differenti jistgħu jitgħallmu mal-Banda. L-istrumentatura tas-Soċjetà mhijiex limitata biss għall-klarinetti, kurunetti, sassofoni jew tamborlini. Hemm diversi strumenti oħra interessanti u ugwalment importanti u sinjuri bħall-Kurni; Ewfonji, Althorns, Trumbuni, Baxxi biex inkun semmejt l-iktar strumenti wżati fil-Baned. Għalhekk

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

83

Banda

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

nar

Il-Proċess fid-dettall: Tagħlim Bażiku tal-Mużika: L-ewwel pass huwa dak li l-istudent jifhem u jitgħallem is-simboli li jintużaw fil-mużika. Jitgħallem l-ismijiet tan-noti differenti, il-forma tagħhom u l-valur ta’ kull nota. Jitgħallem x’inhuma rests (waqfiet) u kif tkun imqassma l-mużika f’kull battuta (bar). Ġeneralment dan il-proċess idum biss ftit ġimgħat. L-istudent jingħata spjegazzjoni fuq is-sinjali, is-simboli u n-noti tal-mużika u mbagħad jingħata xi eżerċizzji tal-mużika bil-kitba fuq il-‘manuscript’. Il-manuscript huwa l-pitazz li fuqu nsibu l-‘stave’, dawk il-ħames linji li fuqhom tinkiteb il-mużika. Aktar mal-istudent jaħdem id-dar u jistudja, iktar ilesti malajr u jkun jista’ jimxi għall-istadju li jmiss, jiġifieri s-Solveġġ. Solveġġ: Solveġġ huwa eżerċizzju li bih int titgħallem taqra l-mużika, titgħallem it-tempijiet (time-signatures) u kif jistgħu jiġu interpretati b’modi differenti. Ġeneralment f’dan il-proċess ma ssir l-ebda kitba, però f’dan l-istadju l-istudent irid jistudja u jekk ikollu xi diffikultà tajjeb li jsaqsi l-għalliem tiegħu mill-ewwel. L-għalliema tal-iskola tal-mużika tagħna jagħmlu użu mill-ktieb bl-isem ‘Bona’. Hawnhekk l-istudent nesponuh għal siltiet tal-mużika b’time signatures differenti. Aħna nesponu lill-istudenti tagħna għat-time signatures

San Pietru

Is-Sistema tagħna ta’ Tagħlim tal-Mużika Bħalissa t-tagħlim fis-Soċjetà tagħna jinqasam hekk: (1) Tagħlim bażiku u Preliminari (2) Solveġġ (3) Studju fuq l-istrument (4) Perfezzjonament fuq l-istrument. Illum qegħdin ukoll noffru servizz ta’ Tagħlim fit-Teorija mużikali, però dan mhuwiex obbligatorju għal min jixtieq jidħol bandist għad li aħna ninkoraġixxu lill-bandisti tagħna biex jitgħallmuha.

kollha, għalhekk il-ktieb ngħadduh kollu. L-istudent, bissaħħa ta’ sinjali u mossi b’idejh iqassam il-’bars’ tal-mużika. Dan il-proċess huwa vitali għal meta ’l quddiem l-istudent jiġi biex idoqq il-mużika u tgħinu ħafna meta jiġi biex idoqq biċċiet għall-ewwel darba. Solveġġ huwa differenti mit-Teorija tal-mużika. Is-solveġġ ma jieħux post it-Teorija. Prattika tal-Istrument: Wara s-Solveġġ, l-istudent jingħata l-istrument. Għall-ewwel l-istudent jingħata tagħlim bażiku fuq l-istrument bħal pereżempju fuq kif iżomm l-istrument; kif għandu jagħfas iċ-ċwievet/valvi; kif għandu jonfoħ fil-bukkin (mouthpiece) u teknikalitajiet oħra. Jingħata wkoll pariri u istruzzjonijiet fuq kif wieħed jista’ jieħu ħsieb l-istrument tiegħu. Meta dawn il-ħiliet jintlaħqu, jibda t-tagħlim fuq il-qari tal-mużika minn fuq il-partijiet bl-istrument. Dan huwa proċess li jitlob ftit taż-żmien. L-istudent irid jipprattikka ħafna d-dar qabel kull lezzjoni inkella ma jagħmilhiex tajba. L-istudent jintalab jipprattikka mill-inqas siegħa kuljum. Iddaqq fuq l-istrument jitlob taħlita ta’ elementi importanti li impossibbli nsemmihom kollha. Importanti pereżempju li l-mużiċist ikollu ħoss pulit, u jattakka n-nota b’mod preċiż. Ikun jaf jagħmel id-dynamics tal-mużika bħal pereżemju jdoqq piano (p) u forte (f). Ġeneralment wara dan l-istadju, l-alliev jintgħażel biex jiddebbutta mal-Korp bandistiku tasSoċjetà u hawnhekk jibda jissejjaħ ‘bandist tal-post’. Huwa jintalab jattendi l-marċi, ir-rehearsals u l-Programmi mużikali li jkollha l-Banda tas-Soċjetà. Perfezzjonament: Il-perfezzjonament huwa dak l-istadju fejn il-mużiċist ikun diġà kapaċi jdoqq fuq l-istrument u jkun diġà ħareġ mal-Banda. Sfortunatament, dan l-istadju jiġi skartat, għax teżisti l-mentalità li ladarba ħriġt iddoqq malbanda, m’għandekx għalfejn tkompli tistudja. Din hija idea żbaljata għax il-mużiċist fil-veritá jkun għadu kemm beda. Li tkompli tistudja l-istrument anke wara li tkun ħriġt iddoqq hija importanti u ħaġa neċessarja. L-istudent jista’ jagħmel avvanzi kbar jekk jistudja bis-serjetà. L-istudju jwasslek biex

Birżebbuġa

tajjeb li wieħed jifhem li l-Banda jkollha bżonn strumenti differenti fis-Sezzjonijiet tagħha u li huwa essenzjali ferm għall-banda li tara li jkollha s-sezzjonijiet tagħha mimlija b’mużiċisti residenti u mużiċisti tajbin fuq dawn l-istrumenti.


programm Editorjal

tagħmel l-eżamijiet u eventwalment anke diplomi fil-mużika. Min jibqa’ jistudja jkun kapaċi jdoqq siltiet iktar impenjattivi, xi partijiet solisti li jkunu jitolbu teknika u ħeffa. Aktar ma wieħed jistudja, aktar itejjeb il-kwalità tal-ħoss u jkollu aktar flessibiltà fuq l-istrument. Ħafna drabi, meta student juri interess fl-istudju, is-surmast direttur stess jew l-Assitent talBanda jgħaddulu xi kuntatti biex ikun jista’ jieħu lezzjonijiet privati għand xi ħadd speċjalizzat fuq l-istrument tiegħu. Dan għaliex l-ebda banda mużikali f’Malta m’għandha esperti fuq kull strument. Attwalment, is-Soċjetà tagħna tista’ toffri tagħlim speċjalizzat fuq it-trumbun (Slide Trombone) misSurmast Direttur Michael Bugelli u tagħlim speċjalizzat fuq il-kwartin u l-klarinett mingħand l-Assistent Surmast Charles Wallace Suda.

Amministrazzjoni

Għeluq Din is-sena tkellimt dwar x’jiġri ġeneralment meta xi ħadd jiddeċiedi li jibda jitgħallem strument tan-nifs mal-Iskola tal-

mużika tagħna. Tajt ukoll tagħrif dwar kif inhija s-sistema tagħna ta’ tagħlim mill-bidu sal-aħħar. M’hemmx żmien fiss kemm student idum jitgħallem sa ma joħroġ bandist. Jiddependi ħafna minn kemm ikun motivat u minn kemm iqatta’ ħin jistudja. Aktar ma’ wieħed jistudja d-dar, aktar ikollu ċans li joħroġ malajr mal-banda. ’Il quddiem l-iskola tal-mużika tagħna għandha ħsieb tagħmel bidliet kbar fissistema tat-tagħlim, sistema aktar ‘standardized’ u iktar kurrikulari. Nittamaw li l-Kumitat flimkien mal-Għalliema u l-membri amministraturi tal-Iskola tal-mużika jkollhom ċans li jitkellmu fuq dan fix-xhur li ġejjin. Importanti ntennu li billi wieħed ikun ħareġ idoqq mal-banda, dan ma jfissirx li laħaq xi professur. Li toħroġ iddoqq mal-banda huwa biss il-bidu tal-bidu. It-tagħlim jibqa’ sejjer. Is-sena d-dieħla nippruvaw nagħtu tagħrif dwar x’jiġri meta alliev jilħaq bandist u x’tip ta’ attività u stil ta’ ħajja jkollu bandist meta dan joħroġ idoqq mal-banda tiegħu jew inkella ma’ baned oħra.

Banda nar San Pietru

Auto Electrical Repairs & Battery Sales Birżebbuġa

Prop. Stephen Gatt Battery Sales & Service, Cars Expertly Rewired, Alternators, Starters, Regulators Serviced & Tested, Airconditioning & Alarm Installations 31, Triq it-Ter˙a, Bir id-Deheb • Phone 2169 7683 • Mob: 9982 1272

84

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Shaun Cardona (Klarinett) Shaun Cardona minn Birżebbuġa, twieled fl-14 ta’ Settembru 2002. Huwa għandu tlettax-il sena u jmur l-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal-Kirkop. ll-passatempi tiegħu barra l-banda huma l-logħba tal-Basketball u l-kompjuter. La jikber jixtieq li jsir Pilota. Shaun dilettant ħafna tal-festa ta’ San Pietru u tas-Soċjetà tagħna. Iħobb ħafna jara l-logħob tan-nar u jisma’ l-banda ddoqq. Huwa tħajjar jidħol fil-banda għax il-mużika tal-banda minn dejjem kienet togħġbu ħafna u wara erba’ snin ta’ studju laħaq il-kapaċitajiet tiegħu biex joħroġ idoqq mal-Korp Bandistiku tas-Soċjetà tagħna. La jikber jixtieq li jibqa involut fil-festa, speċjalment fil-banda. Aħna nawguraw lil Shaun snin twal mal-banda tagħna u ninkoraġġuh jibqa jattendi għal-lezzjonijiet anke issa li ħareġ idoqq malbanda għax li toħroġ iddoqq huwa biss il-bidu nett.

www.birzebbugaband.org

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

85

AMMINISTRAZZJONI Banda

Reyhan Vella twieldet nhar il-Milied, fil-25 ta’ Diċembru 2004. Illum Reyhan għandha 11-il sena u hija bint Jason u Charmaine. Reyhan għandha ħuha li jismu Aidan u oħtha li jisimha Petrice. Aidan fil-preżent qed jitgħallem id-drums u jekk jibqa’ jistudja ma ndumux ma narawh mal-banda tagħna. L-imħabba tagħha lejn il-banda u l-festi ġejja mill-familja tagħha. Omm Reyhan, jiġifieri Charmaine kienet iddoqq il-klarinett mal-banda tagħna fil-bidu meta s-Soċjetà kienet ġiet imwaqqfa, filwaqt li missier Reyhan huwa dilettant kbir tal-festa u għamel 8 snin President tas-Soċjetà, apparti li kopra diversi rwoli oħra fis-Soċjetà. Reyhan bdiet l-ewwel tagħlim mużikali tagħha mal-għalliema tal-allievi Stephanie Buhagiar madwar 3 snin ilu. Hekk kif lestiet is-solveġġ, hija bdiet l-istudju tagħha fuq l-istrument talflawt mal-Assistent Surmast Charles Wallace Suda. Hija attendiet l-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa u fil-preżent tattendi l-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal Kirkop. Hija tattendi l-mużew tal-bniet ta’ Birżebbuġa u l-Girl Guides. Barra li tistudja l-istrument tal-Flawt malAssistent Charles Wallace Suda, hija qed titgħallem itteorija tal-mużika fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà massurmast Robert Magro. Reyhan hija wkoll involuta fil-Kor tat-tfal tal-Parroċċa. Is-Soċjetà tawgura lil Reyhan kull suċċess u tħeġġiġa tkompli tistudja l-mużika.

nar

Reyhan Vella (Flute)

San Pietru

Bandisti Ġodda 2016: Yasmine Carabott (Sax Tenor), Reyhan Vella (Flute), Mro. Michael Bugelli Surmast Direttur, Charles Wallace Susa (Assistent Surmast u Għalliem tal-Injam), Shaun Cardona (Klarinett)

Yasmine Carabott twieldet fis-sena 2000 u għadha kemm lestiet l-0 levels. Dan juri biċ-ċar kemm min ikollu r-rieda li jitgħallem il-mużika, ilaħħaq ma’ kull impenn li jkollu. Yasmine tħobb il-mużika, u hija mpenjata wkoll fl-iscouts. Hija tħobb ukoll it-teatru u l-annimali. Interessanti li wieħed jgħid li Yasmine għandha interess fil-mużika Jazz tal-1920s. Kien dan l-interess li wassalha biex tibda tigħallem l-istrument tas-Saxophone mal-banda tas-Soċjetà tagħna. Bħalma ngħidu lill-bandisti tagħna kollha, nawguraw ħafna lil Yasmine u nħeġġuha biex ma tieqafx hawn imma tkompli tistudja l-mużika u ma titlaqha għall-ebda raġuni.

Birżebbuġa

Yasmine Carabott (Tenor Saxaphone)

EDITORJAL

programm

Bandisti Ġodda 2016


programm

L-istudju fuq l-Istrument u l-Intonazzjoni Korretta Josef Schembri

Editorjal Amministrazzjoni

Ma nixbgħu qatt ngħidu kemm huwa importanti l-istudju regolari fuq l-istrument. Il-prattika bl-istrument għandha tkun regolari kuljum. Aħjar siegħa kuljum milli erba’ sigħat darbtejn fil-ġimgħa. Element importanti ieħor huwa li waqt l-istudju fuq l-istrument m’għandux ikun hemm għaġla. Imma sabiex tifhmuni sew, irrid nispjegalkom eżattament xi rrid infisser bil-kelma ‘għaġla’. L-użu tal-metronome huwa essenzjali fil-prattika tal-istrument. Huwa rakkomandat li kull mużiċista jistudja b’metronome ħdejh. Metronome huwa apparat li jagħtik it-tempo permezz ta’ ħoss jew sound-pulse. Bis-saħħa tal-metronome mużiċist jista’ jitgħallem idoqq passaġġi li jitolbu ħeffa kbira. Dan isir billi l-mużiċist jipprogramma l-metronome b’slow tempo u jdoqq il-biċċa f’dan it-tempo l-ewwel. Meta jara li qed jidraha f’dak it-tempo, jista’ jirranġa l-metronome biex iżid fl-speed tat-tempo. Din il-proċedura tirrepeti ruħha sakemm fl-aħħar is-silta tiġi fit-tempo li suppost.

Huwa importanti għall-mużiċist li jipperfezzjona kemm jista’ l-kwalità tal-ħoss tiegħu. Sabiex wieħed jagħmel dan irid jitgħallem idoqq noti kemm baxxi u kemm akuti b’volum baxx ħafna jiġifieri pianissimo (ppp). Li ddoqq pianissimo hija waħda mill-isfidi kbar għal kull mużiċist. Importanti wkoll li l-mużiċist ikun intunat fil-ħoss speċjalment waqt li jkun qiegħed f’xi rehearsal jew fil-kunċert innifsu. Importanti li wieħed isaħħan l-istrument u jintona mal-oħrajn speċjalment ma’ dawk tas-section tiegħu. Biex tintona sew trid tisma’ u tisma’ sew il-ħoss tiegħek u ta’ dak ta’ maġenbek fl-istess ħin. Jekk tara li m’intix in tune ikollok bżonn li ċċaqlaq xi pompa / kanneġġ / mouthpiece tal-istrument. Strument stunat jagħmel ikrah ħafna. Metodu ieħor li bih mużiċist jista’ jtejjeb il-ħoss tiegħu huwa li jdoqq noti twal (Long Notes). Waqt li jdoqqhom irid jara li jkun hemm regular flow fin-nefħa. Il-mużiċist jista’ wkoll jistudja l-mod kif qed jattakka jew jagħlaq in-nota, 2 elementi importanti ħafna. L-użi tal-Vibrato waqt noti twal mhuwiex rakkomandat.

Banda Rehearsing on the Mouthpiece (Sax Moutpiece)

Metronome

nar San Pietru

F’passaġġi ebsin, ikun ukoll neċessarju għall-mużiċist li jaqsam il-battuti skont ir-rhythmic pattern (segmentation) u mbagħad meta jara li qed idoqqhom sew, jibda jġonġihom flimkien. F’dan ix-xogħol wieħed irid ikun dejjem kalm u paċenzjuż. L-istudju ma jista’ qatt isir b’għaġla. Mużiċist irid iżomm it-tempo kif suppost. Ma jistax idoqq fit-tempo it-tajjeb fil-biċċa li jaf sew u mbagħad jislowja fil-biċċiet fejn għadu qed isib diffiċli. Għalhekk ikun neċessarju li l-mużiċist iwaqqa’ slow tempo għall-passaġġ kollu anke fejn jafu sew. Il-kalma u l-paċenzja huma essenzjali.

Rythymic Pattern

Birżebbuġa

Huwa rakkomandat ukoll li s-sessjoni tal-istudju tinkludi varjetà ta’ eżerċizzji minn Scales, tone-building exercises, melodiji u etudes. Il-varjetà ta’ eżerċizzi fl-istudju tgħinek biex għal ftit mumenti twarrab minnek xi eżerċizzji intensivi u forsi wkoll frustranti li l-perfezzjonament fuqhom ma jkunx jista’ jsir f’ġurnata waħda.

86

L-imbukkatura (embouchure), jiġifieri l-mod li bih int tippożizzjona ħalqek mal-bukkin huwa wkoll kruċjali filproduzzjoni ta’ ħoss pulit. Din tiġi bil-prattika. Aktar ma’ wieħed jagħmel noti twal aktar jista’ jesperimenta bil-bukkin u bil-ħoss. Edukaturi f’dan il-qasam jirrakkomandaw ukoll eżerċizzji fir-reġistri għoljin tal-istrument. Importanti wkoll għall-mużiċist li jagħmel eżerċizzji ta’ note intervals, ilkapaċità tal-mużiċist li jaqbeż min-nota baxxa għal waħda ’l fuq ħafna (akuta) mingħajr ma jolqot dawk li jinsabu fin-nofs. Esperti ġieli jissuġġerixxu speċjalment għal dawk li għandom strument tal-qasba (woodwind) bħal klarinetti u Saxaphones biex jagħmlu eżerċizzji purament bil-mouthpiece biss. Din hija wkoll rakkomandata għal dawk li jdoqqu strument tarramm imma l-iktar għal dawk jdoqqu strument tal-injam. Din tgħin ħafna fil-kisba ta’ ħoss pulit. Huwa rakkomandat ukoll li mużiċisti żgħar iqattgħu ammont ta’ ħin jisimgħu artisti kbar idoqqu l-istrument li jkunu qed jistudjaw, b’hekk wieħed ikun jista’ jieħu idea tal-kwalità tal-ħoss li jiġi prodott minn dawn l-esperti. Dan li semmejt huwa biss il-bażiku tal-bażiku tal-prattika. L-istudju tal-istrument huwa vast u jitlob paċenzja u ħinijiet twal ta’ prattika u riflessjoni. Għall-mużiċisti li għadhom

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


SOUTHMARKET SUPPLIES LTD. CHARLES & PAUL MIFSUD 131/135, Tiger Store, St. Philip Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 2070 – Mob: 9947 5998 Stockists for all kinds of:

Food Stuffs, Detergents, Toiletries, Catering Items, etc... Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

87

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Kont taf li t-tagħlim tal-mużika, sia dak tal-prattika jew tat-Teorija jitniżżillek fl-School Profile Certificate ladarba tispiċċa mill-Form 5 (Year 11)? Anke meta tkun bandist, u tattendi b’mod regolari l-kunċerti u s-servizzi, dan is-sehem jitniżżillek fiċ-ċertifikat tiegħek. Ejja tgħallem magħna u idħol parti mill-Korp Bandistiku tas-Soċjetà tagħna.

nar

Rehearsing on the Mouthpiece (Trumpet Mouthpiece)

iktbilna fuq akkademja@birzebbugaband.org jew 79704943.

San Pietru

Jekk trid tiġi titgħallem fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà tagħna

Birżebbuġa

żgħar tajjeb jaraw liema aspetti tal-istrument jixtiequ jipperfezzjonaw waqt l-istudju tagħhom. Tajjeb ukoll li kull mużiċist jagħmel pjan ta’ fejn jixtieq li jasal. Aktar ma tkun żgħir fl-età aktar għandek ċans li tipperfezzjona, ġeneralment minħabba kwistjoni ta’ ħin u ambizzjoni. B’dan ma rridx infisser li għax tkun kbir fl-età ma tistax tavvanza imma aktar ma wieħed jikber, jista’ bla ma jrid ikollu inqas ċans għallistudju u l-prioritajiet jafu jinbidlu. L-istudju tal-istrument, bħal kull ħaġ’oħra jiġi kkundizzjonat ukoll minn sitwazzjonijiet differenti li jgħaddi minnhom kull bniedem. Bniedem li jkun għaddej minn provi differenti fil-ħajja ma jkunx jista’ jinvesti l-ħin u l-konċentrazzjoni totali tiegħu għall-istrument. Huwa għalhekk li s-Soċjetà tagħna tipprova tilħaq lill-istudenti u t-tfal żgħar ta’ Birżebbuġa, għax temmen li dan huwa l-aħjar perjodu li fih wieħed jista’ jitgħallem.


programm

Professjonalità Fit-Tagħlim tat-Teorija tal-Mużika Robert Magro L.Mus.L.C.M.

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

Diġà għaddew kważi sentejn minn mindu ġie varat ilproġett fit-tagħlim tat-teorija fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990. B’unur ngħidu li diġà qegħdin naħsdu l-frott minn dan il-proġett. F’Novembru 2015, l-istudenti resqu għall-eżamijiet tal-London College of Music, University of West London. Is-Soċjetà kburija li kollha kemm huma ġabu l-ogħla livell ta’ Distinction b’marki kollha ’l fuq minn 90. Is-Sistema li tintuża hi fuq bażi tal-attenzjoni Individwali: Aħna nemmnu li din hija l-aħjar sistema ta’ tagħlim peress li kull student jkun jista’ jimxi bil-pass tiegħu filwaqt li ma jaqgħax lura jekk ma jkunx jista’ jattendi għal xi lezzjoni kif sfortunatament jiġri meta s-sistema tkun ibbażata fuq il-kollettiv. Biex nassigraw li s-sistema tibqa’ sostenibbli, l-istudenti jħallsu miżata affordabbli li tkopri t-tagħlim kif ukoll il-materjal kollu li jinkludi l-kotba, l-manuskritt kif ukoll il-pastpapers. B’dan il-mod is-soċjetà qiegħda toffri l-aqwa valur għal tagħlim professjonali li jwassal għal ċertifikati rikonoxxuti internazzjonalment. Preżentament, il-klassi tat-teorija hija magħmula minn 11-il student. Huma kollha bdew mill-Preliminary Grade u llum waslu f’livelli differenti, saħansitra hemm min diġà wasal Grade 5 li hu ekkwivalenti ta’ O’Level. Il-progress jiddependi mill-età tal-istudent kif ukoll mill-ħin li jkun jista’ jiddedika lejn it-tagħlim. Kwalifiċi Rikonoxxuti Internazzjonalment: Kienet ixxewqa tas-soċjetà li l-lezzjonijiet tat-teorija jkunu jwasslu għall-eżamijiet li huma rikonoxxuti internazzjonlment. L-eżamijiet huma mportanti; l-ewwel nett għax jagħtu l-miri stabbiliti lill-għalliem u b’hekk ix-xogħol tiegħu jkun jista’ jiġi evalwat. It-tieni għax l-eżamijiet iservu ta’ motivazzjoni għall-istudenti biex jieħdu l-lezzjonijiet bis-serjetà u jassorbu dak kollu li jkunu qegħdin jitgħallmu. Finalment hemm irrikonoxximent fuq bażi akkademika. Kull grade minn 1 sa 8, kif ukoll kull livell ta’ diploma huwa rikonoxxut mill-Kunsill talKwalifiki. Dan it-tagħlim jista’ jwassal sad-diploma L.Mus.LCM li hi rikonoxxuta fuq livell ta’ QCF6, jiġifieri ekkwivalenti għallBaċellerat. Dan ir-rikonoxximent jagħti lill-istudent ċertifikati addizzjonali ma’ dawk akkademiċi li ’l quddiem jkunu jistgħu jintużaw anke jekk jagħżlu li jieħdu karriera mużikali.

Birżebbuġa

L-istudenti tagħna tat-Teorija flimkien ma’ Mro. Robert Magro. Kif qed taraw kulħadd jingħata attenzjoni individwali. Prosit lil dawn l-istudenti.

88

Mro. Robert Magro jingaħata rikonixximent għax-xogħol kbir li qed jagħti fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjetà tagħna, fil-qasam tat-Teorija.

It-Teorija tgħolli l-livell mużikali anke fid-daqq talistrument: Sfortunatament, f’Malta għad hawn il-mentalità żbaljata li m’hemmx bżonn tistudja t-teorija biex tkun iddoqq tajjeb! Meta student jistudja t-teorija, jkun qiegħed jistudja r-regoli kollha tal-mużika biex jifhem aħjar dak li huwa miktub u b’hekk ikun jista’ jdoqq aħjar. L-Examination Boards kollha jitolbu l-kwalifiki fit-teorija biex student ikun jista’ javvanza fleżamijiet tal-prattika. Jekk il-baned Maltin, jixtiequ li jkollhom mużiċisti tal-aqwa livell, hemm bżonn jaddottaw dan il-

Iċ-Ċertifikat ‘Distinction’ li ġabu l-istudenti kollha tagħna li qagħdu għalleżamijiet tat-Teorija.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Facebook Page Uffiċċjali tas-Soċjetà - http://www.facebook.com/BandaBirzebbuga/

Is-Sidien tal-BANKA TAL-LOTTU Nru 192 tas-SOÇJETÀ FILARMONIKA SAN PIETRU BIRÛEBBUÌA A.D. 1990 li tinsab f’26, Triq San Filippu, BirΩebbu©a jixtiequ lill-klijenti kollha u lill-poplu kollu ta’ BirΩebbu©a IL-FESTA T-TAJBA Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

89

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Sa mill-bidu nett li ġiet imwaqqfa s-Soċjetà, is-surmast direttur Michael Bugelli dejjem imbotta biex il-banda tagħna tieħu sehem fil-Gara Mużikali organizzata mill-Għaqda Każini tal-Banda. Il-banda tagħna, bis-saħħa ta’ numru tajjeb ta’ bandisti tal-post bdiet tieħu sehem sena wara l-oħra f’dan il-konkors. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li kemm-il darba kellna bandisti li jiġu l-ewwel fil-kategorija tagħhom imma peress li ma kellniex l-ammonti kbar ta’ bandisti li kellu ħaddieħor kienet diffiċli għalina li npoġġu jdejna fuq is-Shield prestiġjuża. Ma nafux il-għala din ilkompetizzjoni bejn il-baned ma baqgħetx issir. Is-Soċjetà tagħna minn dejjem baqgħet bit-tir li tirbaħ din il-kompetizzjoni. In-numru ta’ allievi u bandisti fil-banda tagħna baqa’ wieħed sodisfaċenti u ħafna minnhom minn dejjem kellhom potenzjal kbir fihom. Għaldaqstant is-Soċjetà baqgħet tagħmel pressjoni fuq l-Għaqda Każini tal-Banda biex terġa’ torganizza din il-kompetizzjoni u hekk sar. Intbagħat avviż lill-għaqdiet tal-banda ta’ Malta u Għawdex kollu. Sadanittant bdiet ħidma kbira min-naħa tas-Soċjetà tagħna biex jibdew isiru l-lezzjonijiet tat-Teorija u tal-Prattika. Iż-żmien wasal u l-bandisti flimkien mal-allievi kienu preparati u lesti. Kien għallħabta ta’ Jannar 2006 meta s-Soċjetà rċiviet l-aħbar li s-Soċjetà tagħna kienet l-iktar waħda li tellgħet punti minn dawk li pparteċipaw. L-għoti tas-Shield sar fi Programm konġunt mal-Għaqda Każini tal-Banda fis-Sala tal-iskola nhar it-18 ta’ Frar 2006. Kien programm speċjali u fuq skala ikbar minn dak li s-soltu jsir fil-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’. Kien programm memorabbli fejn fost oħrajn anke għaddejna l-‘Bolero’ ta’ Ravel bil-mużiċisti jitilgħu fuq il-palk wieħed wieħed meta jmisshom idoqqu! Dakinhar il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, is-Sur Lawrence V Farrugia għadda s-Shield f’idejn il-President tas-Soċjetà tagħna s-Sur Jason Vella fost l-applawż u l-ferħ tal-banda, tas-surmast direttur, l-għalliema u l-membri kollha tas-Soċjetà. Ħolma oħra kienet twettqet.

nar

10 Snin mir-Rebħ tas-Shield tal-Gara Mużikali (2006 – 2016)

San Pietru

l-istudji tiegħu f’xi strument partikolari. Fil-fatt, fil-klassi tatteorija għandna taħlita ta’ mużiċisti u studenti tal-Banda Birżebbuġa kif ukoll studenti oħra li jdoqqu strumenti fuq bażi individwali mhux mal-Banda. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jibdew jibgħatu lil uliedhom jitgħallmu, kulma għandhom jagħmlu hu li jikkuntattjaw lill-Akkademja Mużikali fuq 79704903 jew jibgħatu email fuq akkademja@birzebbugaband.org

Birżebbuġa

kunċett u jħajjru lill-mużiċisti tagħhom ikomplu jistudjaw kemm it-teorija kif ukoll il-prattika bl-eżamijiet. It-teorija tagħti wkoll l-għodda u l-bażi li dawk il-mużiċisti li ‘ l quddiem ikunu jixtiequ jibdew jikkomponu l-mużika. X’għandhom jagħmlu l-ġenituri li jixtiequ t-tfal tagħhom jibdew jitgħallmu t-teorija? Is-servizz li qed toffri s-soċjetà ma jingħatax biss lill-mużiċisti li jdoqqu malBanda Birżebbuġa iżda lil kull min jixtieq jikkumplimenta


• Crane & Lifting Specialists • Skips Hire & Scrap Dealers • 24 Hour Towing & Lifting Services Tal-Barrani Road, Żejtun ZTN 9023 Tel: 2169 7766 • Fax: 2166 1449 Mob: 9949 4545, 9949 2829 e-mail: rocago@maltanet.net

Directors: V. Micallef & Sons


LA SPIAGGIA Bar • Restaurant • Pizzeria • Take Away

Tel: 21 651528 – Mob: 9947 2907 izzas P f o s d in k ll a in s e Specializ Pizza r u o y r T d n A e m o C while enjoying a Beautiful Sea View


Direttriċi Kor Xmun Pietru

programm

Il-Ġenituri jridu jimbuttaw lil Uliedhom biex Jistudjaw Felicienne Paris

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar

Il-mużika kapaċi tagħmel ħafna affarijiet fosthom tqanqal emozzjonijiet u memorji. Meta persuna tisma’ l-mużika taf tħossha ferħana jew imdejqa u b’mod naturali n-nies jirrelataw il-mużika mal-esperjenzi talħajja. Bħalma meta nisimgħu biċċa mużika jerġgħu jiġu lura f’moħħna stampi mill-passat u tiġi affettwata l-burdata tagħna, meta nitgħallmu ndoqqu xi strument ninbidlu kemm mużiklament kif ukoll soċjalment. Meta t-tfal jibdew jitgħallmu xi strument, importanti li l-esperjenza tkun waħda li ttihom gost. Iridu jitgħallmu jsibu bilanċ fejn jidħol studju u jużaw il-ħin tal-istudju tajjeb. Il-ġenituri wkoll jistgħu jgħinu lil uliedhom f’dan ir-rigward billi: • Jaraw li jistudjaw ftit ħin kuljum (biżżejjed ħmistax-il minuta darbtejn kuljum). • Jispirawhom u jqattgħu ftit ħin magħhom jaraw tfal talistess età tagħhom idoqqu l-istrument li jkunu qed jitgħallmu huma. Dan jgħin lit-tfal ma jaqtgħux qalbhom meta jibdew jaħsbu li hu impossibbli għalihom li jitgħallmu. • Jitgħallmu mingħand it-tfal għax meta t-tfal jgħallmu lil min hu akbar minnhom iħossuhom esperti u jkunu jridu jitgħallmu aktar biex ikomplu jgħallmu jew jitkellmu dwar is-suġġett.

San Pietru Birżebbuġa

Minkejja kull sforz li jagħmlu l-ġenituri biex jgħinu lit-tfal jitgħallmu, minn żmien għal żmien it-tfal isibu xi skuża jew oħra biex ma jistudjawx. Tajjeb inżommu f’moħħna li l-ebda skuża mhi raġuni tajba biżżejjed biex ma jistudjawx. U xi skużi jistgħu joħorġu bihom it-tfal? U X’jistgħu jwieġbu lit-tfal tagħhom il-ġenituri? • “Għax jien indoqq meta mmur għal-lezzjoni” - dak mhux studju u mhux biżżejjed biex jgħinek tagħmel progress. L-għalliem tiegħek mhux qiegħed hemm biex jisimgħek tistudja imma biex itik għodod biex int issir l-aqwa għalliem tiegħek innifsek.

• “Imma jien l-aħjar li ndoqq mit-tfal kollha li jkun hemm” - int trid tipprova tkun l-aħjar li tista’ tkun int u mhux tqabbel lilek innifsek mal-oħrajn għax jekk tibqa’ tirraġuna hekk taf ma tibqax l-aħjar. • “Dak li kelli x’nistudja diġà nafu” - jekk hu hekk allura ipprova xi ħaġa ġdida! Ftakar li inti l-aqwa għalliem tiegħek innifsek. • “Niddejjaq” - dan ifisser li għandek bżonn attitudni aħjar. Li titgħallem huwa gost, il-mużika hija gost, u li tkun tajjeb f’xi ħaġa huwa gost. • “M’għandix ħin” - possibbli m’għandekx 30 minuta kuljum? Insomma jekk veru tiġi xi ġurnata meta jkollok ħafna x’tagħmel patti għaliha l-ġimgħa ta’ wara. • “Għax ma nafhiex” - staqsi lil xi ħadd akbar minnek jew fittex xi recording. Jekk ma jirnexxilikx issib studja xi ħaġa oħra u meta tmur għal-lezzjoni li jmiss staqsi lil min jgħallmek biex jerġa’ jurik. Fl-aħħar nett kelma lill-istudenti li wara kollox huma dawk li se jistudjaw. Tinsewx, intom l-aqwa għalliema tagħkom infuskom. Intom biss tistgħu tagħmlu minnkom infuskom persuni aħjar. • Waqt li qed tistudjaw kunu moħħkom hemm u titgħallmu ħafna aktar malajr. • Meta tiltaqgħu ma’ xi diffikultà studjawha bil-mod sakemm iġġibuha tajba għax inkella tkomplu tirrepetu l-istess żbalji. • Ippruvaw li tistudjaw kuljum. Sibu ħin tajjeb għalikom u żommuh. • Studjaw f’post fejn tisgħu tikkonċentraw, post fejn ma jkunx hemm affarijiet oħra li jtellfukom. • Kunu paċenzjużi magħkom infuskom. Li tistudjaw strument mużikali huwa proġett li jieħu fit-tul.

Il-Membri huma mħeġġa li jżommu ruħhom aġġornati mas-Servizzi mużikali li jkollha l-Banda Filarmonika tas-Soċjetà. Il-Kumitat jixtieq li l-membri tas-Soċjetà jattendu bi ħġarhom għall-Kunċerti sbieħ li ttellgħa l-Banda kemm fil-Milied, kemm fil-Programm ta’ Frar, kemm f’dak tal-Ġimgħa Mqaddsa u anke f’dak tal-Festa. Il-Kumitat jemfasizza l-importanza li nġibu lit-tfal tagħna għal dawn il-kunċerti. B’hekk biss inkunu nistgħu nħajjruhom jitgħallmu l-mużika. Imbuttaw kemm tifilħu lilluliedkom u lin-neputijiet tagħkom biex jitgħallmu l-mużika u jingħaqdu mal-Korp Bandistiku tas-Soċjetà.

92

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


10 Snin mid-debutt tal-Kor Xmun Pietru fil-Programm tal-Għoti tas-Shield tal-Gara Mużikali Lejn l-aħħar tas-sena 2005, Mro. Felicienne Paris ġiet avviċinata biex is-Soċjetà toħloq kor li seta’ jakkumpanja l-banda b’kant liriku jew popolari. Hija aċċettat mill-qalb u minnufih saret għajta għal min xtaq jieħu sehem. L-ewwel laqgħa għall-membri tal-kor saret fit-8 ta’ Jannar 2006. Dik il-ħabta konna għadna kif irċiivejna l-aħbar li l-banda tasSoċjetà kienet għadha kif rebħet is-Shield tal-Gara Mużikali. Sabiex tiċċelebra dan l-unur is-Soċjetà kellha l-ħsieb li ttella’ programm mużikali b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini talBanda li matulu tingħata s-Shield lis-Soċjetà. Deher evidenti li l-Kor kellu jiddebbutta f’dan il-kunċert. Dan il-kunċert sar nhar it-18 ta’ Frar 2006. Il-kor iddebbutta bil-kant tal-Innu Popolari lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace. Eżatt wara kanta fis-silta ‘Fantasia Operistica’ li fiha kien hemm biċċiet mil-Lucia di Lammermoor u Guglielmo Tell. L-ewwel kor li kanta matul din is-serata kien kompost minn dawn in-nies: Johan Briffa, Michael Schembri, Mario Chircop, Annabel Gatt, Rachel Galea, Rita Portelli, Maria Bonnici, Henry Bonnici, Silvio Scerri, Amy Briffa, Silvana Mercieca, Emma Bonnici, Miren Grixti, Sarah Mariah Briffa, Valentina Desira, Daniela Chircop, Berta Bonnici, Phyllis Muscat. Minn dakinhar ’l hawn il-Kor qatt ma ħares lura. Il-Kor ħareġ cd bil-kant tal-innijiet tal-banda tagħna u akkumpanja l-banda tagħna fil-ġita li għamilna f’Ruma fejn kanta quddiem il-Papa Benedittu XVI u kanta f’quddiesa fil-‘Cappella del Coro’ ġewwa l-Vatikan. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

93

Banda nar

Din is-sena l-Kor Xmun Pietru ħa sehem fil-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa Virgini Perdolenti’ u se jieħu sehem ukoll fil-Programm tal-festa. Il-Kor huwa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Felicienne Paris.

San Pietru

Specialising in Hair Extensions Tel: 2701 9299

Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Michael Schembri, Bernadette Demanuele, Mro. Felicienne Paris, Silvana Mercieca, Vanessa Desira. Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Anna Scicluna, Josephine Spiteri, Annabel Gatt

Birżebbuġa

Opening Hours Mon: Closed Tues - Sat: 9.00am till 7.00pm Wed: till 1.00pm

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL

programm

Il-Kor Xmun Pietru


Angolina Snack Bar - Pizzeria Take Away Jawguraw il-Festa t-Tajba lill-Birżebbuġin kollha Mob: 7927 8288, 7904 6930


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

96

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Sezzjoni Banda Birżebbuġa

Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Peterpaul Caruana, Brian Abdilla. Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Claudia Chircop, Mario Chircop, Andy Mifsud.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

97

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

Attivitajiet Mużikali Hekk kif spiċċat il-festa tal2015, is-Soċjetà għamlet diversi

servizzi barra mir-raħal. Il-Banda Birżebbuġa ġiet mistiedna biex tagħmel Marċ Brijuż nhar it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu 2015 għall-Festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Gudja; Program Mużikali nhar is-Sibt, 22 ta’ Awwissu 2015 għall-Festa ta’ Stella Maris ġewwa tas-Sliema; Marċ Brijuż nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2015 kif ukoll Programm Mużikali nhar l-Ħadd, 30 ta’ Awwissu għall-Festa ta’ San Pawl ġewwa Ħal Safi. Il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda San Pietru ħadet sehem fin-Novena tal-Milied li saret fl-20 Diċembru, 2015 filKnisja Parrokkjali. Wara l-Banda ħadet sehem f’attività mtellgħa mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa blisem ‘Joys of Gospel’. Għal dawn l-aħħar snin il-Banda Birżebbuġa bdiet torganizza kunċert tal-Milied fis-sede tas-Soċjetà, fis-Sala ‘Anthony Camilleri’, fejn tindaqq mużika tal-Milied mill-allievi akkumpanjati millbandisti. Dan isir biex l-allievi jidraw idoqqu flimkien bħala grupp, kif ukoll quddiem udjenza żgħira, u b’hekk jibdew jiżviluppaw kunfidenza fihom infushom u fil-kapaċità tagħhom bħala mużiċisti. Dan il-kunċert ikun miftuħ għal kulħadd speċjalment għall-ġenituri, qraba u ħbieb tal-allievi. Din is-sena dan sar it-Tlieta, 22 ta’ Diċembru 2015, fejn flimkien mal-bandisti u allievi ngħaqdet ilkantanta brava Riona Degiorgio li saħħret lil kulħadd preżenti bil-vuċi tagħha. Hekk il-Banda spiċċat is-sena mużikali tagħha għas-sena 2015. Wara nuqqas ta’ sena, minħabba l-25 Sena Anniversarju, is-Soċjetà reġgħet għal darb’oħra tellgħet il-program mużikali ‘MillBandisti għall-Membri’. Dan sar is-Sibt, 20 ta’ Frar 2016 fis-Sala tal-Iskola Primarja Birżebbuġa bis-sehem talkantanti Riona Degiorgio u Clarissa Cauchi. Waqt dan ilProgramm, is-Soċjetà tat apprezzament lill-Bandisti talPost tal-ħidma tagħhom matul l-aħħar sena u ippreżentat ċertifikat lil dawk l-Bandisti tal-Post li attendew l-aktar kunċerti fl-aħħar sena.

San Pietru

Wara li s-sena l-oħra s-Soċjetà kienet qiegħda tiċċelebra l-25 Sena mit-twaqqif tagħha, u wara l-attivitajiet li dan l-avveniment ġab miegħu, nistgħu ngħidu li bħala servizzi mużikali ġejna lura għarritmu normali li kull sena jkollna, biss dejjem ikun hemm xi ħaġa differenti. La qed insemmu l-25 Sena Anniversarju, tajjeb li ngħidu li waqt il-Program Mużikali tal-Festa 2015 ġew irregalati sett Congas mingħand is-Sur Mario Calleja li żżanżnu proprju dakinhar stess waqt il-Program, mal-mużika Arabian Dances ta’ Brian Balmages li ġiet irregalata minn Josef Schembri. Minn hawn nirringrazjawhom ħafna.

Birżebbuġa

Andy Mifsud

EDITORJAL

programm

Niżviluppaw il-Banda Tagħna


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar

Ippreżentat ukoll ċertifikat lil dawk l-istudenti li ftit xhur qabel għamlu l-eżamijiet tal-’London College of Music’ u għaddew b’marki għoljin ħafna. Għaż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, il-Banda tas-Soċjetà tellgħet Programm ta’ Marċi Funebri ġewwa l-Knisja tad-Duluri li qiegħda tiġi restawrata. Dan ilProgram sar it-Tlieta, 22 ta’ Marzu, 2016. Din kienet it-tieni sena li dan sar fil-Knisja tad-Duluri. L-ewwel servizz mużikali li s-Soċjetà għamlet barra mir-raħal din is-sena kien propju filBelt Valletta fejn is-Soċjetà giet mistiedna għall-ewwel darba ddoqq fil-festa ta’ Santu Wistin nhar is-Sibt, 14 ta’ Mejju 2016. Għas-sitt sena konsekuttiva, is-Soċjetà ġiet ukoll mistiedna tieħu sehem f’attività mtellgħa mill-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop f’Festa Komunità 2016. Hawn il-Bandisti tal-Post tasSoċjetà tagħna flimkien ma’ Bandisti tal-Post oħra ta’ Baned oħra tal-istess reġjun, ingħaqdu f’Mass Band u ferħu lil dawk preżenti b’diversi marċi popolari. Is-Soċjetà ħadet sehem ukoll f’Mass Band komposta minn bandisti ta’ soċjetajiet mużikali li jġibu l-kulur aħdar. Dan il-marċ sar Ħal Qormi nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Lulju 2016 u kien organizzat mill-Banda San Bastjan ta’ Ħal Qormi għall-Festa ta’ San Bastjan. Hekk kif tgħaddi l-festa, il-Banda Birżebbuġa għandha diversi servizzi barra mir-raħal. Ser tagħmel marċ brijuż ġewwa l-Gudja għall-festa ta’ Santa Marija nhar il-Ħamis, 11 t’Awwissu, kif ukoll Programm Mużikali l-Ħadd, 30 t’Awwissu għall-Festa ta’ San Pawl ġewwa Ħal Safi. Imma dak mhux kollox, għax f’Ottubru li ġej is-Soċjetà ser tkun ambaxxatriċi ta’ Malta hekk kif il-Banda tas-Soċjetà ser iddoqq ġewwa Riposto fi Sqallija f’ġemellaġġ mas-Società Filarmonica Ionica Etnea di Riposto, Soċjetà li wkoll twaqqfet fl-1990. Hawn il-Banda ser tagħmel marċ ‘Veneziano’ mal-Banda ta’ Riposto u tesegwixxi Programm Mużikali fil-pjazza ewlenija ta’ Riposto nhar isSibt 15 t’Ottubru 2016. F’dan il-programm aħna ser indoqqu kompożizzjonijiet Maltin biex inxerrdu l-arti mużikali Maltija ġewwa pajjiż ieħor. Din ser tkun it-tielet darba li s-Soċjetà tkun ħarġet barra minn xtutna u ġġib unur kemm lil pajjiżna kif ukoll lis-Soċjetà. L-ewwel darba kien fl-2004 fit-Tuneżija. Hawn il-Banda daqqet għal żmien il-Karnival. It-tieni darba kien fl2010 ġewwa Ruma. Bħalma wieħed jista’ jinnota l-Programm

Mużikali għal din is-sena xorta huwa wieħed kbir u jinvolvi ħafna xogħol, biss aħna noħorġu ferm sodisfatti meta naraw li dak li nagħmlu jiġi milqugħ tajjeb. Ħidma tas-Sezzjoni Matul is-sena is-sezzjoni tieħu ħsieb tipprepara l-mużika li jkun hemm bżonn biex tindaqq matul id-diversi attivitajiet mużikali li jkollha; tara li l-istrumenti mużikali kif ukoll il-mużika jkunu miżmuma sew u tieħu ħsieb il-Bandisti tal-Post. Matul is-sena wkoll is-Soċjetà tiġi mistiedna għal diversi laqgħat mal-Għaqda Każini tal-Baned fejn flimkien ma’ Baned oħra ta’ Malta niddiskutu s-sitwazzjoni tal-baned u flimkien naraw x’jista jsir biex il-baned jitjiebu u jmorru ’l quddiem. Lezzjonijiet tal-Mużika Is-Soċjetà tiprovdi lezzjonijiet lil persuni ta’ kull età sabiex jitgħallmu l-mużika, kif ukoll tipprovdi, mingħajr ħlas, strument mużikali lill-individwu biex ikun jista’ jipprattika fuqu. Min jitgħallem strument mużikali jista’ jwassal għal karriera sabiħa fil-qasam tal-mużika, kif ukoll jgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ jintegraw ma’ nies oħra fl-istess qasam waqt l-iżvilupp tagħhom. L-Allievi li jitgħallmu strument mużikali, wara li jkunu pprattikaw u tjiebu, jkunu jistgħu jingħaqadu ma’ bandisti oħra waqt il-marċi u l-programmi kemm mas-Soċjetà li jkunu qed jitgħallmu magħha, kif ukoll ma’ Soċjetàjiet oħra barra mir-raħal fejn jibdew jitħallsu għas-servizz li jkunu qed jagħmlu. Dan iwassal biex dan id-delizzju tal-mużika jrendi xi ħaġa żgħira tal-flus magħtul iż-żmien tas-Sajf. Din is-sena

San Pietru Birżebbuġa

Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fi Strada Repubblica l-Belt Valletta Lejlet il-Festa ta’ Santu Wistin fejn akkumpankat ir-relikwija tal-qaddis Santu Wistin mill-Knisja tal-Franġiskani għal dik Parrokkjali ta’ Santu Wistin u wara għamlet marċ alternat mal-Banda Konti Ruġġieru minn fejn it-Teatru l-imwaqqa’ sa fejn il-Qorti.

98

Sett Congas, irregalati mis-Sur Mario Calleja fil-Programm tal-Festa tas-sena li għaddiet 2015. L-istrumentatura tas-Soċjetà qiegħda dejjem tiżdied u tikber.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Animazzjoni tan-Novena tal-Milied u Daqq ta’ Carols fit-Toroq. Programm Annwali tal-Milied fis-Sede tas-Soċjetà. Ittella’ l-Programm Annwali ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ fis-Sala tal-Iskola. Programm ta’ Marċi Funebri ‘Virgini Perdolenti’ fil-Knisja tad-Duluri. Sehem f’Mass Band f’Festa Komunità tal-Iskola Sekondarja S.Benedittu. Innijiet mar-relikwija ta’ S.Wistin u Marċ Alternat mal-Banda K. Ruġġieru Sehem f’Mass Band fil-festa ta’ San Bastjan bil-Bandisti tal-Post tagħna. Insellmu lil San Pietru fuq iz-Zuntier tal-Knisja u wara Marċ kbir. Marċ mill-Banda Birżebbuġa li jibda miż-żona tal-Qajjenza. Marċ mill-Banda Birżebbuġa li se jgħaddi minn diversi żoni ta’ B’Buġa. Dimostrazzjoni u Marċ Kbir bl-Istatwa ta’ San Pietru tas-Soċjetà. Marċ Gala. Wara jsir il-Programm Annwali tal-Festa fuq il-Planċier. Isir il-Marċ ta’ Filgħodu jew aktar Popolari l-Marċ il-Kbir tal-Iljun. Isir il-Marċ tan-Nar jew kif inhu magħruf ukoll il-Marċ tar-Reffiegħa. Marċ il-Gudja għall-Festa ta’ Santa Marija fuq stedina tal-Parroċċa. Programm li fih ser indoqqu l-Innu l-Kbir ‘Is-Sejħa’ ta’ Ray Sciberras

programm EDITORJAL

Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Kirkop Valletta Qormi Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Birżebbuġa Gudja Ħal Safi

Mużiċisti tal-Post Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (Surmast Direttur): Michael Bugelli A.T.C.L.; (Assistent Surmast): Charles Wallace Suda; (Flute): Reyhan Vella; (Eb Clarinet): Rebecca Abdilla; (Bb Clarinet): Stephanie Buhagiar, Clare Baldacchino, Andy Mifsud, Claudia Chircop, Daniela Chircop, Matthew Caruana, Michela Chircop; Shaun Cardona; (Eb Alto Sax): Aaron Abdilla; Andrè Vella; (Bb Tenor Sax): Yasmine Carabott; (Bb Trumpets): Kevin Barun, Josef Schembri, Matthias Agius, Francesco Barbara, Etienne Żahra, Gianluca Lia; (Bb Flugelhorn): Josef Schembri; (Tenor Trombone): Kristian Cassar; (Percussion & Auxiliaries): Lee Ryan Dermanin, Raffaella Baldacchino, Peter Paul Caruana, Joe Gatt, Jana Agius, Alexander Caruana, Jonathan Bonnici, Neil Schembri. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

99

Birżebbuġa

San Pietru

nar

20 ta’ Diċembru 2015 22 ta’ Diċembru 2015 20 ta’ Frar 2016 22 ta’ Marzu 2016 13 ta’ Mejju 2016 14 ta’ Mejju 2016 13 ta’ Lulju 2016 01 t’Awwissu 2016 02 t’Awwissu 2016 04 t’Awwissu 2016 05 t’Awwissu 2016 06 t’Awwissu 2016 07 t’Awwissu 2016 07 t’Awwissu 2016 11 t’Awwissu 2016 28 t’Awwissu 2016

AMMINISTRAZZJONI

Servizzi 2015-2016

Ordinarju (O Level) kif ukoll Livell Avvanzat (A Level) filMużika. Inħeġġeg biex min ikun jixtieq jitgħallem xi strument mużikali jew jissieħeb mas-Sezzjoni tal-Banda jikkuntattjana fuq akkademja@birzebbugaband.org jew iċempel inkella jibgħat messaġġ fuq 79704943. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nawgura l-Festa t-Tajba lil Kulħadd.

Banda

ser naraw tliet allievi jingħaqdu mal-Banda bħala bandisti ġodda; Reyan Vella bil-Flute, Yasmin Carabott bit-Tenor Sax u Shaun Cardona bil-Bb Clarinet. Minn hawn nawgurawlhom. Min jieħu l-istudju tal-mużika bis-serjetá jista’ jagħżel biex jagħmel l-eżamijiet tal-mużika kemm tat-teorija kif ukoll talprattika. Dawn l-eżamijiet jistgħu jwasslu biex jinkiseb Livell


programm

Remastering tal-Ewwel Sett ta’ Marċi Brijużi 1990 Dan ir-remastering tal-ewwel sett marċi li ħarġet il-banda tagħna fl-1990 qed jinbiegħ għall-prezz ta’ 6 Ewro. Avviċinaw lil Andy Mifsud. Is-sett inqaleb minn cassette għal fuq CD.

Editorjal Amministrazzjoni

Is-Soċjetà għamlet diversi recordings ta’ prestiġju f’dawn l-aħħar 26 Sena. L-għan tagħna huwa li nkomplu niddokumentaw dak li l-banda tagħna daqqet u għad trid iddoqq. M’hemmx ħaġa isbaħ għall-ammiraturi veru tal-Banda u tas-Soċjetà li jkollhom is-Cds l-Oriġinali bil-konfezzjoni li tkun ħarġithom b’mod uffiċċjali s-Soċjetà. Ikkuntattjaw lis-Sur Andy Mifsud membru tal-Kumitat għal aktar għajnuna u pariri. Akkwistaw ir-recordings uffiċċjali u Oriġinali tas-Soċjetà.

R. J. BONNICI For Fresh Poultry

Banda

Wings & Breast Whole Chicken Whole Legs Drum Sticks Gizzards Necks Liver Phone for your order Tel: 21651402 • Mob: 7991 4183

nar

Free Delivery

San Pietru

Pick ‘N’ Pay The Discount store with the Best Value for your Money

Birżebbuġa

Triq F.M. Ferretti, BirΩebbu©a Tel: 21650647 Mob: 99446304 100

MCS fabrications Specialists in Stainless Steel Work No 3 Industrial Estate Tarxien Road Gudja Tel - 00356 21 894777 Mob - 00356 79798599

email - info@mcsfabrications.com web - www.mcsfabrications.com

Il-Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista Birżebbuġa jawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Il-Bar ikun miftuħ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu għal atmosfera familjari, drinks ġenwini u appetizers. Facebook: Partit Nazzjonalista - Birzebbuga Mobile: 7984 2585 Email: pnbirzebbuga@gmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ 2016 Il-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ din is-sena sar nhar is-Sibt 20 ta’ Frar 2016 fis-Sala tal-iskola ta’ Birżebbuġa. Din is-sena fakkarna l-20 sena minn mindu dan il-programm ġie introdott għall-ewwel darba fis-sena 1996. F’dawn l-għoxrin sena kienu biss 4 darbiet l-okkażjonijiet li fih ma sarx: fis-sena 2000 meta daqqejna l-Università biex infakkru l-10 snin mill-fondazzjoni tas-Soċjetà; fis-sena 2005 meta konna tellgħajna programm iktar speċjali mis-soltu biex infakkru l-15-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà; fl-2006 meta s-Soċjetà tellgħet programm konġunt mal-Għaqda Każini

AMMINISTRAZZJONI Banda

Matul din is-serata rajna wkoll il-parteċipazzjoni ta’ 2 guest singers ġodda u żgħar fl-età: Riona Degiorgio u Clarissa

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

101

nar

Din is-sena, wara sentejn erġajna ssoktajna bil-Programm tant mistenni ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ programm li minn dejjem ġibed udjenza sabiħa u numeruża fis-Sala tal-iskola. L-għan prinċipali ta’ dan il-programm jibqa dejjem li nagħtu spazju lill-bandisti tagħna biex jesebixxu t-talenti tagħhom. Għall-grazzja t’Alla tul dawn is-26 sena, il-banda tagħna rnexxiela tibni nukleu ta’ bandisti promettenti. Din is-sena kellna lill-bandist Francesco Barbara bħala solista fuq ilkurunetta. Huwa interpreta s-silta Debonair for Trumpet, silta li titlob impenn, teknika u ħoss. Francesco interpreta s-silta b’mod eċċellenti u l-eżekuzzjoni tiegħu ntlaqgħet b’ċapċip kbir.

San Pietru

Din is-sena l-banda eżegwiet diversi siltiet interessanti. Qisha daħlet drawwa li f’dan il-programm indoqqu dejjem isSinfonia Pastorale ta’ Emanuel Galea li matula kellna solisti lil Rebecca Abdilla fuq il-Kwartin u lil Francesco Barbara fuq il-Kurunetta. Għal dan il-programm kellna lill-kantanta żagħżugħa Riona Degiorgio li kantat il-kanzunetta famuża ‘O Holy Night’ fuq arranġament ta’ Ian Macpherson. Il-kantanta kienet akkumpanjata minn passaġġ solo fuq il-flugelhorn eżegwit mill-bandist tal-post Josef Schembri. Tassew prosit lil din il-kantanta żagħżugħa, lill-bandisti tal-post u lill-bandisti solisti. Tajjeb li ngħidu li l-allievi fuq l-istrument tar-ramm daqqew waħidhom il-carol ‘Away in a Manger’ filwaqt dawk tal-injam daqqew ‘While Sheperds Watched’. Imbagħad l-allievi kollha flimkien daqqew ‘Once in Royal David City’. Ilpreżentazzjoni saret mill-allieva grazzjuża Reyhan Vella. Flaħħar tal-Programm kien hemm ukoll riċeviment miftuħ għal dawk kollha li attendew.

tal-Banda u fiha saret iċ-ċerimonja tal-għoti tas-Shield talGara Mużikali; kif ukoll is-sena li għaddiet, jiġifieri 2015 meta tellgħajna l-Akkademja Mużikali Sagra fil-Knisja biex infakkru l-25 Sena mill-Fundazzjoni tas-Soċjetà.

Birżebbuġa

Il-Kunċert tal-Milied għas-Sena 2015 Il-kunċert tal-Milied sar nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2015 fis-Sala Prinċipali tas-Sede ‘Anthony Camilleri’, programm li għalih ġew mistiedna l-membri kollha speċjalment il-ġenituri u l-qraba tal-bandisti u l-allievi tal-banda. L-għan ta’ dan il-kunċert huwa li nagħtu ċans lill-allievi li jgħaddu minn esperjenza li jdoqqu f’tim. Madankollu, is-Surmast direttur flimkien ma’ xi bandisti tal-post dejjem jaraw kif se jvarjaw dan il-programm b’mużika tal-Milied. Tajjeb ngħidu li fil-maġġor parti tagħha l-banda dejjem tkun magħmula mill-bandisti talpost bi żieda ta’ ftit barranin.

EDITORJAL

Josef Schembri

programm

Ħarsa lejn it-Tliet Programmi Mużikali Annwali


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda

Cauchi. Riona interpretat is-silta Memory mill-Musical ‘Cats’ ta’ Andrew Lloyd Webber fuq arranġament tas-surmast Anthony Chircop, filwaqt li Clarissa Cauchi interpretat Think of Me mill-musical ‘Phantom of the Opera’ ta’ Andrew Lloyd Webber fuq arranġament tas-surmast Ray Cremona. Nistgħu ngħidu li l-interpretazzjoni tagħhom issodisfat mhux ftit l-udjenza preżenti. Tajjeb ngħidu wkoll li waqt dan ilprogramm daqqejna marċ fuq stil Spanjol miktub minn Simon Farrugia biex fih infakkru l-memorja ta’ Lewis Cutajar minn Birżebbuġa li kien miet f’inċident sfortunat ħafna fuq il-lant tax-xogħol. Il-familja tiegħu hija u għadha attiva u qrib ħafna tas-Soċjetà tagħna. Ta’ dan nirringrazzjawhom ħafna. Dan ilmarċ kien ġie kkummissjonat fuq xewqa tal-Kaxxier Walter Pace. Matul dan il-Programm tħabbru l-ewwel riżultati talistudenti tagħna li qed jitgħallmu t-Teorija tal-Mużika fl-iskola tal-Mużika tagħna mill-għalliem Mro. Robert Magro. Dawn l-istudenti għaddew kollha b’riżultati għoljin ħafna u f’din isserata ngħataw ukoll ċertifikat ta’ rikonoxximent mis-Soċjetà kif ukoll ittieħed ritratt tal-okkażjoni. Waqt l-intervall ġew rikonoxxuti wkoll dawk il-bandisti li attendew l-iktar servizzi, kunċerti u rehearsals. Is-Shield intrebħet minn Raffaella Baldacchino (Percussion). Fit-Tieni Post ġie Matthew Caruana (Klarinett) filwaqt li fit-Tielet Post ġew PeterPaul Caruana (Percussion), Joe Gatt (Percussion) u Matthias Agius (Kurunetta) li ġabu kollha l-istess ammont ta’ punti. Lil dawn ngħidulhom prosit. Inħeġġuhom jibqgħu attivi malbanda, u jħeġġu lill-ħaddieħor jagħmel l-istess. Waqt dan ilprogramm il-Kav. John Taylor ippreżenta bandiera ġdida talMadonna biex tittella’ mal-arblu prinċipali tas-Soċjetà, filwaqt li l-Kumitat ta tifkira ta’ rikonxximent lil Mikiel Schembri li ilu jaħdem nar kbir u ta’ kwalità senza interessi għas-Soċjetà

nar San Pietru Birżebbuġa

102

tagħna minn mindu din twaqqfet jiġifieri mill-1990, 25 sena sħaħ. Ta’ min jgħid li t-tazzi u l-mementos li ngħataw f’dan il-programm ġew sponsorjati kollha kemm huma mit-Teżorier Walter Pace u l-mara tiegħu Sue Pace. Il-Programm ġie ppreżentat b’abbiltà kbira mis-Sinjura Laura Cunningham, li ta’ dan nirringrazzjawha ħafna. Wara l-programm kien hemm ukoll riċeviment miftuħ għal kull min attenda. Il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa ‘Virgini Perdolenti’ għas-Sena 2016 Is-Soċjetà tagħna għandha tista’ tgħid tradizzjoni konsistenti għall-Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan sar l-ewwel darba fl-istorja tas-Soċjetà nhar it-12 t’April 1992 f’Misraħ il-Knisja meta kien iżżanżan l-ewwel librett ta’ marċi funebri tas-Soċjetà. Minn dakinhar ’l hawn, minkejja l-ispejjeż kbar li jkollha Soċjetà żagħżugħa li għadha tibda u għadha qed issib saqajha, dejjem ippruvat b’xi mod jew ieħor li tiċċelebra dawn il-ġranet qaddisa, fosthom anke bilbanda mużikali tagħha. Il-banda issa ilha snin twal ittellgħa programmi differenti tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dawn l-aħħar tliet snin, erġajna bdejna ntellgħu dan il-programm bi ftit aktar sollennità u b’iktar importanza. L-amministrazzjoni preżenti temmen li dan il-programm ikun sabiħ u interessanti skont kemm aħna stess nuru interess u inizjattiva. In-nies jattendu skont kemm aħna nagħmluh interessanti u sabiħ. Huwa fl-interess tal-banda u tas-Soċjetà li programm ta’ dan ittip ikompli jittellgħa sena wara sena għax permezz tiegħu l-banda tkun tista’ tesebixxi lilha nnifisha u anke biex tkompli twessgħa r-repertorju ta’ mużika sinonimu ma’ dawn iżżminijiet qaddisa. X’jiswa għas-Soċjetà li jkollha skola ta’ mużika tajba jekk imbagħad ma tesebixxiex il-korp bandistiku tagħha u ma tagħtix ċans lill-mużiċisti residenti tal-banda tagħna li jdoqqu l-mużika flimkien? Is-Soċjetà, għajr l-ispejjeż talbandisti barranin, kulma għandha huwa x’tirbaħ minn dan ilprogramm, kemm bil-mużika li qed tiġi regalata mill-membri u mill-bandisti u kemm għall-udjenza li qed tiġi u ssegwi dan ilprogramm sabiħ, udjenza li qiegħda dejjem tiżdied fin-numru. Ħafna huma dawk il-mużiċisti stabbiliti li jsostnu li huma kienu tħajru jibdew l-istudju mużikali tagħhom meta darba fi ċkunithom kienu semgħu l-banda tar-raħal tagħhom iddoqq il-marċi funebri, ewlieni fosthom il-bravu surmast Malti Mro. Ray Sciberras. Aħna dejjem nittamaw li min jiġi għal dawn il-programmi li ntellgħu aħna bħala banda, dak li jkun ikaxkar miegħu tfal u żgħażagħ biex forsi anke huma jitħajjru jibdew jitgħallmu l-mużika mas-Soċjetà tagħna. Din is-sena l-Programm ‘Virgini Perdolenti’ tellajnieh nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016 u għat-tieni sena erġajna għamilnieh fil-Proto Parroċċa, fil-knisja tad-Duluri. Din lilna tagħtina aktar kuraġġ, għax barra li qed indoqqu f’maqdes storiku, qegħdin indoqqu mużika tal-Ġimgħa l-Kbira fi knisja li hija appuntu ddedikata lil Ommna Marija Addolorata, li hija nistgħu ngħidu l-Kon-Patruna ta’ Birżebbuġa wara San Pietru Appostlu, u l-ewwel protettriċi tal-poplu ta’ Birżebbuġa. Inħossu li bil-figura ta’ Marija Addolorata bħala l-ewwel patruna ta’ Birżebbuġa, aħna n-nies ta’ Birżebbuġa għandna

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm

fatt daqqejna dan l-istess marċ bil-parteċipazzjoni tal-Kor ‘Xmun Pietru’ li aċċetta mill-ewwel l-istedina b’entużjażmu kbir. Il-Kor li kien taħt il-parteċipazzjoni ta’ Mro. Felicienne Paris kanta dan il-marċ fuq versi ta’ Alexander Caruana stess, marċ li ntlaqa’ verament tajjeb mill-udjenza preżenti.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

103

Banda nar

Għeluq u Ringrazzjamenti Ġenerali Tajjeb ngħidu li l-organizzazzjoni għal dawn il-programm tkun waħda intensiva għall-aħħar. Ħafna drabi l-udjenza tara biss il-prodott finali u x-xogħol ta’ wara l-kwinti jibqa’ mistur. Għal min hu involut jaf kemm il-ħin tal-preparazzjoni huwa bil-ferm ikbar u itwal mill-ħin tal-prodott aħħari. Tajjeb nibdew nirringrazzjaw lin-nies u s-setturi differenti li jaħdmu biex programmi u attivitajiet bħal dawn jirnexxu. Grazzi tmur lill-Kumitat u lill-uffiċċjali li jieħdu ħsieb il-permessi neċessarji speċjalment tal-post fejn se tkun se ssir l-attività jew il-programm mużikali. Grazzi speċjali tmur għall-Kaxxier tas-Soċjetà Walter Pace u l-mara tiegħu Sue Pace li jirsistu ħafna biex il-kunċerti jkunu sussidjati minn kumpaniji lokali, speċjalment il-Programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’. Grazzi kbira tmur għas-Sezzjoni Banda li tieħu ħsieb il-fotokopji tal-partijiet, il-kopertini, il-leġiji u s-siġġijiet tal-bandisti. IsSezzjoni banda taħdem ukoll id f’id ma’ bosta volontarji oħra li għandha s-Soċjetà biex flimkien iġorru l-istrumentatura goffa u l-leġiji minn lok għal ieħor. Nirringrazzjaw lil Brian Farrugia u lil Mario Chircop mis-Sezzjoni Banda tax-xogħol li jieħdu biex

San Pietru

Nistgħu ngħidu li ħriġna verament sodisfatti minn dan il-Programm. Tajjeb ngħidu li matul dan il-programm rajna preżentazzjoni awdjoviżiva preparata mill-bandist tal-Post Josef Schembri, preżentazzjoni li għenet mhux ftit biex innies jifhmu aħjar is-sinjifikat tal-mużika li daqqejna u daħlet lil kulħadd fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Tajjeb li nirrimarkaw li fil-bidu tal-Programm sellimna l-memorja ta’ Mons. Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca li kien għadu kif miet. Fakkarna wkoll il-memorja tal-vittmi li ntlaqtu fl-attakk terroristiku filBelġju, attakk li sar dakinhar filgħodu ta’ dan il-Kunċert. Nirringrazzjaw fost nies oħrajn lill-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura mhux biss tal-permess li jagħtina li ndoqqu f’din il-Knisja iżda wkoll tal-attendenza tiegħu f’dan il-Kunċert, attendenza li aħna napprezzaw ferm. Grazzi wkoll lil dawk il-membri numerużi li attendew bi ħġarhom għal dan il-programm. Il-Programm ġie ppreżentat b’mod tajjeb ħafna mis-Sinjura Laura Cunningham.

Birżebbuġa

Il-Kunċert kien wieħed tassew interessanti. Il-banda din is-sena armajniha fil-kursija, kemm minħabba dehra u anke minħabba akustika. Il-banda daqqet siltiet verament interessanti, fosthom marċ Spanjol ‘Mater Mea’ ta’ Ricardo Janiero Dorado u ieħor Taljan mit-tradizzjoni ‘Pugliese’ tassurmast Onorarju ġdid tal-Banda tagħna Mro. Gennaro Sibilano bl-isem ‘Gli Otto Santi’. Sabiex niċċelebraw il-100 sena minn mindu ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba l-ANZAC day daqqejna marċ funebru militari bl-isem ‘Fernleaf Headstones’ ta’ Dwayne Bloomfield li kien indaqq għall-ewwel darba mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ New Zealand fis-sena 2004, wara li ġie kkummissjonat mill-Gvern ta’ New Zealand biex jinawgura monument ġdid għal dawk is-suldati maqtula matul iż-żewġ gwerer u li baqgħu ma ġewx identifikati, monument magħruf bħala ‘Tomb of the Unkown Warrior’. Tajjeb li ngħidu li matul dan il-marċ, il-perkussjonista brava tagħna Raffaella Baldacchino kellha parti solista u impenjattiva ħafna fuq is-Snare Drum (tambur). Din tat performance impekkabbli ħafna u għenet biex ħarġet il-karattru militari ta’ dan il-marċ. Prosit Raffaella. Kemm il-marċ ‘Gli Otto Santi’ u ‘Fernleaf Headstones’ indaqqu għall-ewwel darba f’Malta mill-Banda tagħna matul dan il-Programm. Tajjeb ngħidu wkoll li matul dan il-programm is-Surmast direttur tal-Banda tagħna żanżan it-tieni marċ funebru tiegħu b’dedika lil missieru u ftaħna l-programm bih. Waqt dan il-programm daqqejna wkoll marċ funebru ġdid tas-Surmast Mro. Robert Magro, marċ bl-isem ‘Golgota’, l-istess isem li ta lill-ewwel CD ta’ marċi funebri li ħareġ proprju din is-sena f’ismu stess. Il-marċ ‘Golgota’ jifforma parti mill-11-il marċ li nsibu f’din l-istess CD ġdida. In-novità f’dan il-marċ kienet il-parteċipazzjoni talbandist tal-post tagħna Peter-Paul Caruana li bil-vjolin daqq l-iktar passaġġi melodjużi u saljenti ta’ dan il-marċ sabiħ. Il-Programm għalaqnieh bil-marċ ‘Virgini Perdolenti: A Mio Padre Carmelo Caruana’, marċ ideat mill-President attwali tas-Soċjetà is-Sur Alexander Caruana u rranġat minn Mro. Simon Farrugia. Dan il-marċ konna daqqejnieh għall-ewwel darba s-sena li għaddiet imma din is-sena ridna nagħmlu xi ħaġa interessanti bih. Fil-fatt xtaqna li nerġgħu nirrijevokaw ittradizzjoni antika tal-marċi funebri bil-kant, tradizzjoni antika li għodha nqatgħet minn Malta u preservata biss f’xi rħula bħalma huma r-Rabat ta’ Malta u Ħal Qormi. Din is-sena fil-

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL

tassew raġuni valida sabiex niċċelebraw din il-festa bl-istess entużjażmu fejn hemm purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa.


programm Editorjal

jarmaw ix-xenarju għall-Programm tal-Milied. Grazzi tmur ukoll lis-surmast Direttur u l-arkivisti li jagħżlu liema mużika hija l-iktar addattata għall-programmi li nkunu se ndoqqu. Mhux l-ewwel darba li jkollna min idaħħal idu fil-but u jixtri mużika ta’ livell għall-banda tagħna. Grazzi tmur ukoll għal Sue Pace u l-kumplament tat-tim ‘Helpers Nisa Birżebbuġin’ tax-xogħol li jieħdu fil-preparazzjoni u t-tqassim tal-ikel meta jsiru r-riċevimenti wara l-Programmi mużikali, speċjalment dak tal-Milied u l-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’. Grazzi kbira tmur ukoll lill-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pamphlets li joħorġu għal kull programm mużikali li ndoqqu b’mod speċjali lil Andy Mifsud. Ma’ dawn wieħed

irid jirringrazzja wkoll lil dawk li jiktbu l-iscript tal-Programm li jitlob ħin twil ta’ riċerka u kitba li tolqot lin-nies. Grazzi wkoll lill-preżentaturi differenti li jkollna għall-programmi differenti li ntellgħu. Din is-sena kellna lil Ms. Laura Cunningham. Grazzi kbira tmur lill-bandisti tal-post li jieħdu sehem fir-rehearsals li jsiru. M’hemmx għalfejn nirrepetu imma tajjeb li tkunu tafu li l-Banda hija magħmula mill-Bandisti tal-Post. Mingħajrhom ma teżisti l-ebda banda b’identità jew b’karattru. Il-Banda jagħmluha l-bandisti tal-Post mhux il-barranin. Grazzi wkoll lilkom li tattendu u bil-preżenza tagħkom tagħmlulna aktar kuraġġ biex inkomplu nipperfezzjonaw u ntejbu r-rendiment tagħna.

Premjazzjoni Annwali tal-Bandisti tal-Post

Amministrazzjoni

Waqt l-intervall tal-Programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ ġew rikonoxxuti wkoll dawk il-bandisti li attendew l-iktar servizzi, kunċerti u rehearsals. Is-Shield intrebħet minn Raffaella Baldacchino (Percussion). Fit-Tieni Post ġie Matthew Caruana (Klarinett) filwaqt li fit-Tielet Post ġew PeterPaul Caruana (Percussion), Joe Gatt (Percussion) u Matthias Agius (Kurunetta) li ġabu kollha l-istess ammont ta’ punti. Lil dawn ngħidulhom prosit.

Banda

L-Ewwel fil-Premjazzjoni - Raffaella Baldacchino

nar

It-Tieni fil-Premjazzjoni - Matthew Caruana

It-Tielet fil-Premjazzjoni - Joe Gatt

San Pietru Birżebbuġa

It-Tielet fil-Premjazzjoni - Matthias Agius

It-Tielet Fil-Premjazzjoni - Peterpaul Caruana

104

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm

Dettalji tar-Repertorju Mużikali tal-Programm tal-Festa Josef Schembri

The Prayer (Popular Song as performed by Celine Dion and Andrea Bocelli) D.Foster, C.Bayer Sager, A.Testa, T.Renis arranged for Band by Mro. Ray Sciberras “The Prayer” hija kanzunetta popolari miktuba minn David Foster, Carole Bayer Sager, Alberto Testa u Tony Renis. Hija magħrufa wkoll bħala dwett bejn il-kantanta rinomata

Silhouette Original Concert Piece Mro. Ray Sciberras Din hija concert piece miktuba għall-banda fis-sena 2009. F’dan ix-xogħol il-kompożitur jippreżenta l-mottiv prinċipali millewwel billi jintroduċi figura rittmika bħala oġġett viżibbli mżejna b’aċċent mużikali prominenti biex jirrapreżenta l-parti skura ta’ barra (Silhouette). Dan il-mottiiv jinbidel u jevolvi billi jittawwal, jitqassar isir melodiku u jerġa jieħu l-forma rittmika tal-bidu. Il-metrika mużikali wkoll tilgħab parti importanti fit-tħaddim ta’ dan il-mottiv. Fil-fatt insibu tibdil ta’ tempijiet mużikali xi kultant anke ta’ spiss sabiex l-effett

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

105

nar San Pietru

Kanadiża Celine Dion u t-tenur ċelebri Taljan Andrea Bocelli. Din il-kanzunetta nsibuha rrekordjata fl-album ta’ Andrea Bocelli ‘Sogno’ maħruġ fl-1999. Dan l-album kien għamel suċċess kbir u huwa kkalkulat li nbiegħu ’l fuq minn 10 miljun kopja. Din il-kanzunetta rebħet il-Golden Globe Award for Best Original Song mill-film tal-1998 ‘Quest for Camelot’. Insibuha wkoll tagħmel parti minn The Collector’s Series, Volume One u My Love: Ultimate Essential Collection ta’ Celine Dion. L-arranġament għall-banda li ser nisimgħu llejla sar minn Mro. Ray Sciberras u ser jitkanta mit-tenur Charles Vincenti u s-Sopran Karen Camilleri. Din is-silta qed tiġi rregalata minn Josef Schembri u l-familja tiegħu.

Birżebbuġa

Din hija fanfarra sinfonika fuq stil militari Ingliż. L-isem li ngħata ‘Eastney’ huwa l-isem ta’ raħal żgħir li jinsab finnofsinhar tal-Ingilterra viċin Portsmouth. Hawnhekk wieħed isib numru ta’ barracks għas-suldati u l-familji tagħhom, liema barracks bdew jintużaw għall-ewwel darba lejn l-1850. Għal din il-lokalità nkitbu diversi marċi. Din li kiteb il-kompożitur Sol Fenne hija waħda riċenti u kitibha b’dedika għal nannuh Bugle Major C.H. Weight li wkoll kien suldat. Din is-silta żżanżnet fil-Mountbatten Festival of Music fir-Royal Albert Hall fl-2006. Nafu wkoll li fl-istess sena ndaqqet matul ilHorseguards Parade, ġewwa Londra biex timmarka għeluq it-85 mit-twelid tal-Prinċep Philip. Din kienet indaqqet minnumru kbir ta’ baned flimkien tar-Royal Marines Ingliżi. Din is-sena ġiet fostna probabilment għall-aħħar darba r-Reġina Ingliża Eliżabetta II. Għalhekk bħalma għamilna fil-Kunċert tal-festa tal-1992, is-sena li fiha kienet ġiet f’Malta wkoll irReġina Eliżabetta II, ħassejna li kien xieraq li għal darb’oħra nippreżentawlkom xi ħaġa mir-repertorju militari Ingliż. Ilbanda tagħna se tkun waħda mill-ewwel baned li ħa ddoqq din l-Opening fanfarre. Ringrazzjament dovut imur għal Josef Schembri u l-familja tiegħu li rregalaw din is-silta.

Banda

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL

Eastney (Opening fanfarre) Sol Fenne


programm

rittmiku li semmejt aktar ’l fuq ikun aktar effettiv. Fil-parti ċentrali l-andament jinbidel u jsir wieħed kalm u espressiv. Id-densità tonqos u l-ħoss jerġa jibda jinbena gradwalment sakemm jintlaħaq il-qofol (climax). Dan joħloq bilanċ tajjeb bejn dak li jkun għadda u t-tmiem qawwi u strumentalment mimli li jkun għadu ġej. Din is-silta qed tiġi rregalata minn Josef Schembri u l-familja tiegħu. (Id-deskrizzjoni ta’ din issilta ngħatat minn Mro. Ray Sciberras innifsu).

Editorjal

I Dreamed A Dream (Excerpt from ‘Les Miserables’) Claude-Michel Schönberg arr. Michael Brown

Amministrazzjoni Banda nar

I Dreamed A Dream hija biss kanzunetta waħda li nsibu fil-Musical ‘Les Miserables’, musical li ttella’ għall-ewwel darba fl-1980 u li għandu mużika tal-kompożitur ClaudeMichel Schönberg. Din il-kanzunetta titkanta mill-karattru ‘Fantine’ f’mument kbir ta’ frustrazzjoni u diżappunt, hekk kif hi tiġi mkeċċija mix-xogħol tagħha ġo fabbrika u titwaddab ’il barra fit-triq bla skruplu ta’ xejn fiż-żmien meta fi Franza kienet waslet biex tfaqqa’ r-Rivoluzzjoni Franċiża. F’din ilkanzunetta Fantine titkellem b’nostalġija fuq il-ġranet sbieħ li għaddiet minnhom u tipprova tifhem il-għala l-ħajja kienet qed tagħtiha daqshekk bil-ħarta. Għal din is-serata, flimkien malBanda Birżebbuġa, il-karattru ta’ Fantine se jiġi interpretat mill-brava kantanta solista Riona Degiorgio. Din is-silta qed tiġi rregalata minn Josef Schembri u l-familja tiegħu.

Slave, li hija silta impenjattiva ħafna. Fil-bidu l-programm talfesta kien isir ix-xatt fejn il-pub magħruf bħala l-Hi-Ho, illum ‘La Spiaggia’. Biex infakkru dan l-anniversarju importanti qed nerġgħu nipproponulkom is-silta ‘Marche Slave’, din id-darba però biex nisimgħuha tindaqq u tirbombja f’din il-pjazza sabiħa, f’Misraħ il-Knisja. Tchiakowsky kkompona din ilbiċċa xogħol f’Ottubru tal-1876 u ndaqqet għall-ewwel darba x-xahar ta’ wara f’Moska fis-17 ta’ Novembru 1876. Dak iż-żmien is-Serbia kienet fi gwerra kontra t-Torok (l-Imperu Ottoman). Ir-Russja kienet qed tappoġġja bil-qawwa lisSerbja fil-gwerra tagħhom kontra l-Imperu Ottoman. Il-Marche Slave jew is-Serbo-Russian March kif kien iħobb isejħilha Tchaikowsky innifsu, kienet ġiet ikkummissjonata lilu mirRussian Musical Society biex tkun is-silta prinċipali f’kunċert li d-dħul tiegħu kellu jmur għall-bżonnijiet tal-midruba tal-front ta’ din il-gwerra. Selections from ‘The Phantom of the Opera’ Andrew Lloyd Webber Arr. Warren Barker Dan l-arranġament elaborat tal-Musical ‘Phantom of the Opera’, il-Banda Birżebbuġa kienet daqqitu l-aħħar fissena 2005 meta dakinhar ittella’ programm speċjali fis-Sala tal-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa biex infakkru l-15-il sena anniversarju mill-fundazzjoni tas-Soċjetà. Kien programm memorabbli bis-sehem ta’ kantanti stabbiliti. L-għażla kienet waqgħet fuq dan il-musical minħabba li f’Diċembru tal-2004 kien għadu kif ħareġ l-istess musical f’produzzjoni ċinematografika ġdida, film dirett minn Joel Schumacher. Fost is-siltiet li se nisimgħu minn dan il-Musical insibu Think Of Me; Angel Of Music; All I Ask Of You; The Music Of The Night u The Phantom Of The Opera. Dan il-musical ta’ Andrew Lloyd Webber ħareġ għall-ewwel darba fil-West End ta’ Londra fl-1986, jiġifieri din is-sena qed jagħlaq it-30 sena anniversarju tiegħu. Dan l-arranġament għall-banda sar tliet snin wara minn Warren Barker fl-1988 u għadu popolari sal-lum. Huwa arranġament elaborat u bħalma għamilna fl2005 se nerġgħu nipproponuhulkom bis-sehem tal-kantanti:

Marche Slave P. I. Tchaikowsky arr. Carmelo Caruana

San Pietru Birżebbuġa

Din is-sena qed infakkru l-25 sena minn mindu ġie introdott il-Programm Mużikali tal-festa mis-Soċjetà tagħna. Kienet it-tieni sena tas-Soċjetà. Urejna lil kulħadd li ma konnix kif kienu qed jgħidu xi 4 individwi, li aħna konna banda tal-marċi biss. Anzi konna l-ewwel banda minn Birżebbuġa li fil-festa daqqejna fuq planċier u mhux mal-art. Fost is-siltiet li l-Banda tagħna kienet għaddiet fl-1991 kien hemm il-Marche

106

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm nar

Your Beauty Is Our Creation St Angelo Street, Birżebbuġa

Koupέus Hair Design

San Pietru

Triq 31 ta’ Marzu, B’Bugia Tel: 21 650 943

Banda

Cabaret Music J. Kender & Lyrics by Fred Ebb arr. Ted Parson Cabaret huwa Musical li ħareġ fis-sena 1966 u qed jagħlaq 50 sena din is-sena. Il-mużika tiegħu nkitbet minn John Kander filwaqt li l-lirika tiegħu nkitbet minn Fred Ebb. Dan il-musical huwa bbażat fuq rumanz miktub minn Christopher Isherwood bit-titlu ‘Goodbye to Berlin’, ktieb maħruġ fis-sena li fih kienet faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, jiġifieri fl-1939. Il-musical huwa ambjentat fis-sena 1931 fil-Belt ta’ Berlin, meta n-Nazziżmu kien għaddej fl-aqwa żmien tiegħu, snin li fihom Hitler kien joħroġ liġijiet li kienu jpoġġu lil-Lhud f’sitwazzjonijiet dejjem aktar diffiċli. Il-musical idur mal-istorja ta’ Sally Bowles, tfajla ta’ 19-il sena li tkun ‘cabaret performer’ fin-Nightclub Kit Kat Klub. Hawnhekk hi tibda relazzjoni ta’

Dove’s Pet Shop

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

mħabba ma’ kittieb Amerikan bl-isem Cliff Bradshaw. Barra din l-istorja ta’ mħabba, il-musical jevolvi madwar storja oħra ta’ mħabba bejn mara Ġermaniża bl-isem ta’ Herr Schultz li kellha ‘boarding house’ tagħha u bejjiegħ tal-frott ta’ nisel Lhudi bl-isem ta’ Fräulein Schneider. Minħabba s-sitwazzjoni politika ta’ dawk is-snin, ir-relazzjoni ta’ mħabba ta’ dawn qatt ma setgħet tibqa’ fuq saqajha. Waqt l-iżvolġiment ta’ dan il-musical, il-Kit Kat Klub isir pjattaforma u mera metaforika tal-ħajja politika u kwotidjana tal-Ġermanja Nazzista. F’din is-silta se jieħdu sehem flimkien il-Kor Xmun Pietru u l-Kor Mirabitur.

by Duncan Paul Zammit Galea Hair Stylist & Colour Technician

t: 21658763 m: 79929473 koupeushairdesign@gmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

107

Birżebbuġa

it-tenur Charles Vincenti u s-Soprana Karen Camilleri. Dan il-musical huwa bbażat fuq ir-rumanz Le Fantôme de l’Opéra ta’ Gaston Leroux li nkiteb fl-1910. L-istorja ta’ dan il-musical hija bbażata fuq Eric, ir-raġel sfigurat minn wiċċu li jiġi ossessjonat mill-bravura u mis-sbuħija tas-Soprana Christine Daaé fit-Teatru ta’ Pariġi. Hu jagħmel minn kollox biex jiġbidha lejh u juriha li jħobbha. Jasal biex jagħmel atroċitajiet kbar sabiex jaraha fuq il-palk tkanta l-partijiet prinċipali. Jasal biex jisraqha u jeħodha miegħu fil-kantini tat-teatru. Christine mhijiex imbeżża’ mis-sitwazzjoni. Taf li Erik, il-fantasma talopra jħobbha. Erik, huwa ġenju mużikali u sakemm iddum miegħu fil-moħba taħt it-teatru jgħallimha sistemi ġodda biex tkanta aħjar. Erik il-fantasma, jaf li Christine kienet qed tkellem raġel ieħor, Raoul Vicomte De Chagny. Erik jagħmel minn kollox biex Christine titlaq lil Raoul u tiżżewweġ lilu, imma fl-aħħar Erik jinduna li Christine kienet tħobb lil Raoul u allura jħallihom jitilqu mill-kantina tat-teatru fejn kien qed iżommhom priġunieri. Għal Erik il-fantasma tal-opra ma kien fadal xejn ħlief uġigħ ta’ qalb, deżolazzjoni u solitudni. F’din is-silta se jieħdu sehem it-Tenur Charles Vincenti u s-Sopran Karen Camilleri.


programm

Kantanti u Korijiet li se jieħdu sehem fil-Kunċert tal-Festa Riona Degiorgio

Editorjal Amministrazzjoni

Riona Degiorgio għad għandha biss 10 snin, hija studenta tal-Akkademja La Voix taħt id-direzzjoni vokali u artistika ta’ Gillian Attard u titħarreġ ukoll fil-vuċi mill-Bariton Joseph Lia. Minkejja li żgħira fl-età u fi 3 snin bħala solista, diġà rebħet diversi festivals. F’Diċembru 2015 kellha x-xorti li għall-ewwel darba tkanta live mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbugia u interpretat ferm tajjeb Oh Holy Night. Fi Frar 2016 reġgħet ġiet mitluba mill-istess Soċjetà sabiex waqt il-kunċert annwali tinterpreta s-silta Memories mill-musical.

It-Tenur Charles Vincenti

Banda

Charles beda jistudja l-vuċi fl-iskola Johan Strauss malmezzo-sopran Claire Massa. Fis-Sajf tas-sena 200 huwa attendu l-iskola Codaly International School ġol Ingilterra u kien taħt il-gwida tas-Soprana Ungeriża Eva Andor. Filpreżent huwa jinsab taħt il-gwida ta’ Juliette Bisazza Zanni. F’Marzu 2007 u f’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel u Opera Laboratorio ta’ Palermo, Charles kanta fl-irwol ta’ Nemorino fl-Elisir d’Amore ta’ G. Donizetti fil-BOV Opera Festival. F’Awwissu 2002 kien mistieden minn National Youth Orchestra of Ireland biex ikanta fil-produzzjoni tal-Wagner Cycle ‘Der Ring des Nibelungen’ organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Jeunesse Musicales Internationale u f’Novembru 2006 kien mistieden mit-Teatru Nazzjonali ta’ Bastia f’Korsika biex ikanta fil-kunċert operistiku organizzat mir-Rencontres Musicales de Mediterranee. Fi Frar 2010, Charles kanta f’kunċert ġewwa Mumbai fl-lndja fuq stedina tal-Bombay Chamber Orchestra

nar

Is-Sopran Karen Camilleri

San Pietru Birżebbuġa

Hija bdiet tistudja l-vuċi fl-età żgħira ta` tnax-il sena mas-Sopran veterana Biċe Ciappara. Fl-istess żmien studjat ukoll il-pjanu u t-teorija tal-mużika. Hija ddebuttat fl-1987 f`kunċert tal-Istitut Kulturali Malti. Fl1996 hija kantat Stabat Mater ta’ Girolamo Abos. Kantat ukoll il-parti prinċipali fil-Musical The Belle of New York fit-Teatru Manoel. Hija ġiet mistiedna wkoll diversi drabi f’kunċerti fil-Palazz tal-President. Karen kantat fl-Italja u l-Olanda, fejn fl-Olanda ġiet mistiedna regolarment f’diversi lokalitajiet biex tkanta mal-aqwa Baritoni Olandiżi taħt it-tmexxija tas-Surmast Olandiż Bert Langeler. Dan l-istess surmast Olandiż kien ġie mistieden jiġi Malta fejn flimkien ma’ Karen tellgħu kunċerti ġewwa Malta u f’Għawdex. Karen kienet ġiet avviċinata mill-mibki Mro. Albert Borg OSA. biex tagħmel CD, li ġġib l-isem ‘Għanjiet b’Differenza’ interpretata kollha minnha stess. Karen kienet il-mistiedna speċjali biex tkanta dwetti, f’kunċert mat-Tenur Bulgaru ta’ fama mondjali, Kaludi Kaludov għall- okkażjoni ta’ ‘Celebrity Concert for Europe’ f’Ottubru 2007, f’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

www.birzebbugaband.org 108

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Il-Kor Mirabitur huwa attwalment taħt it-tmexxija ta’ Mro. Simone Attard u l-Assistent Direttur Mario Attard. Il-Kor twaqqaf uffiċjalment fis-sena 2002, l-istess kor kien ilu ta’ servizz għal diversi nies qabel din is-sena. Il-kor għandu natura versatili ħafna. Matul dawn is-snin huwa ħa sehem f’diversi funzjonijiet sagri kif ukoll f’okkażjonijiet profani. IlKor ħa sehem flimkien ma’ diversi orkestri u baned mużikali lokali. fuq CD. Il-Kor kellu l-opportunità li jinterpreta Stabat Mater ta’ Rossini, l-ewwel darba fl-2008 mal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta u f’April 2009 mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta. F’Mejju 2009, dan il-Kor ġie mistieden ikanta l-Oratorju San Paolo Evangelizza I Maltesi flimkien malOrkestra Nazzjonali ta’ Malta u s-Surmast Dun Ġwann Galea. Il-Kor ħa sehem ukoll fl-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Mons. Mario Grech kif ukoll fil-Quddiesa Solenni li Mons. Arqisqof Pawlu Cremona kien għamel fil-5 Anniversarju millBidu tal-Episkopat tiegħu. Okkażjoni mill-isbaħ li kellu dan il-Kor kienet l-akkumpanjament fil-Kunċert li għamel it-Tenur Internazzjonali Malti Joseph Calleja biex jiċċelebra l-ewwel 10 anniversarju mill-karriera tiegħu bħala Tenur. Il-Kor kemm-il darba ġie mistieden biex jinterpreta Oratorji mużikali tal-Kompożitur bravu Malti Raymond Sciberras. Ħafna minn dawn ixxogħlijiet ġew eżegwiti u rrekordjati minn numru ta’ Baned Maltin li jipposjedu xogħlijiet mużikali ta’ dan l-istess kompożitur. Dan tal-aħħar kien l-ewwel kor Malti li rebaħ il-Golden Diploma for Malta fil-Malta International Choir Competition and Festival li sar f’Novembru 2011. Din ir-rebħa intitulat l-istess kor biex jipparteċipa fi Champions Copetition kif ukoll fil-World Choir Games li kien sar fl-2012. Il-Programm tal-Festa se jsir nhar is-Sibt 6 t’Awwissu Lejlet il-Festa. L-għan prinċipali tas-Soċjetà jibqa’ dejjem dak talmużika, dak li naraw il-Banda tagħna tikber fil-livell, bis-sehem tal-Mużiċisti tal-Post. Sew jekk int membru żagħżugħ jew membru adult, sew jekk int tħobb in-nar, il-briju jew l-armar, aħna lilek infakkruk xorta waħda kemm huwa importanti għasSoċjetà tagħna li int tattendi għal dan il-Kunċert. Attendu għall-Programm u magħkom ġibu lill-uliedkom jew lin-neputijiet. B’hekk biss inkunu nistgħu nkabbru l-Banda Orkestrali tagħna.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

109

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar

Il-Kor Mirabitur

San Pietru

Il-Kor ‘Xmun Pietru’ huwa l-kor tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990. Ġie mwaqqaf f’Jannar tal-2006. Ftit xhur wara mill-fundazzjoni tiegħu, irrekordja sett ta’ innijiet li għandha s-Soċjetà, u f’Awwissu tal-istess sena ħa sehem għall-ewwel darba waqt ilprogramm tal-festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu. Fix-xahar ta’ Novembru, il-kor ikanta waqt il-quddiesa li s-Soċjetà tagħmel b’suffaġju għar-ruħ il-membri tagħha mejtin, waqt li fil-ġranet tal-Milied iżur xi sptar jew dar tal-anzjani biex iferraħ ir-residenti bil-kant tal-għanjiet tal-Milied. Fis-sena 2009, meta Birżebbuġa kienet qed tiċċelebra l-50 sena mill-miġja tal-vara Titularu preżenti ta’ San Pietru fil-Ktajjen, il-Kor kanta għall-ewwel darba l-innu ‘San Pietru fil-Glorja’ u fis-sena ta’ wara meta s-Soċjetà kienet qed tiċċelebra I-20 sena mittwaqqif tagħha, kanta l-Innu l-Kbir ‘Tu Es Petrus’ waqt il-Programm tal-festa. F’Lulju tal-2007, il-kor laqa’ lill-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona O.P. bil-kant ta’ ‘Sacerdos et Pontifex’ mal-wasla tiegħu fil-każin, fl-okkażjoni taż-żjara li l-Arċisqof għamel fil-każin tas-Soċjetà wara quddiesa fuq iz-zuntier fl-okkażjoni tal-ġimgħa tal-festa ta’ San Pietru. Bla dubju ta’ xejn l-akbar avveniment tagħhom kien meta fis-sena 2010 akkumpanja lill-Banda Birżebbuġa fil-belt ta’ Ruma u l-Vatikan. Hemmhekk il-Kor kanta waqt il-quddiesa li saret fil-‘Cappella del Coro’ tal-Bażilika ta’ San Pietru tal-Vatikan; ħa sehem fl-Akkademja Mużikali fil-Bażilika San Pietro in Vincoli f’Ruma u kanta flimkien mal-Banda Birzebbuġa fi Pjazza San Pietru tal-Vatikan waqt udjenza mal-Papa Benedittu XVI. Mit-twaqqif tiegħu sal-lum, il-Kor ‘Xmun Pietru’ baqa’ jagħti s-servizz tiegħu sena wara sena. Fl-14 ta’ Jannar tal-2015, fl-okkażjoni tal-25 sena mill-ġurnata tal-fondazzjoni tas-Soċjetà tagħna, il-kor kanta waqt quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Mons Pawlu Cremona O.P., fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa, akkumpanjat mill-Banda Birżebbuġa. Nhar il-21 ta’ Frar, 2015, il-Kor ħa sehem fl-Akkademja Vokali u Strumentali filKnisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa, Akkademja kbira u ta’ livell għoli li fih il-Kor Xmun Pietru flimkien mal-Kor Mirabitur taw interpretazzjoni ta’ siltiet ġodda u diffikultużi. Il-Kor ilu sa mill-bidu nett taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons); L.Mus.L.C.M; A.Mus.T.C.L; A.Mus.L.C.M.

Birżebbuġa

Il-Kor Xmun Pietru


programm

Kantanti Oħra li se Jieħdu sehem Magħna fil-Ġimgħa tal-Festa Mardy Farrugia

Editorjal Amministrazzjoni

Mardy Farrugia twieldet fis-26 ta’ Jannar 2003. Mardy minn dejjem kien jogħġobha l-kant u l-mużika u fl-2012 bdiet tmur titgħallem f’La Voix Accademy immexxija minn Gillian Attard. L-ewwel festival li kantat fih kien dak organizzat minn Erseb Productions fis-sena 2011, fejn kellha placing fit-Tielet post. Ħadet sehem l-Italja f’programm televiżiv bl-isem ‘Una Stella Sta Nascendo’ u f’Jannar 2016 marret tikkompeti fil-festival ‘Northern Lights’ fil-Finlandja fejn ġiet fl-ewwel post fil-kategorija tagħha. Ħadet sehem ukoll f’xi Musicals u ma’ korijiet lokali. Kellha wkoll l-okkażjoni li tkanta mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bħala solista, kif ukoll kantat fi dwett ma’ membru ieħor tal-Armata. Mardy tgħid li se tibqa rikonoxxenti ħafna lejn l-Armata għal din l-opportunità sabiħa li tawha. Ħadet sehem f’drama differenti bħal ’Ħidmietna’, ‘San Fillipu’ kif ukoll f’soap operas fuq it-tv bħal ‘Katrina’ u ‘Riflessi’. L-ikbar pjaċir tagħha huwa meta tkanta ma’ baned mużikali lokali għax il-baned tarahom xi ħaġa ħajja, differenti ħafna minn playback. F’Mejju 2016 ħadet sehem fl-Arpeggio li huwa festival internazzjonali organizzat minn Erseb production fejn ġiet mistiedna minn 3 membri tal-ġurija barranin biex tmur tkanta ġewwa Belarus u ġewwa Latvia. Minn festivals preċedenti hija kienet intgħażlet ukoll biex tkanta ġewwa Prague.

Clarissa Cauchi Banda nar

Clarissa Cauchi għandha 17-il sena u hija minn Ħal-Għaxaq. Hija tistudja għand Gillian Attard u Matt Muxu Mercieca. F’April tas-sena 2013 hija ħadet sehem f’Sanremo Junior’ li ġie mtella’ fit-’Teatro Ariston’. F’Lulju tal-istess sena hija ħadet sehem filKonkors ‘Kanzunetta Indipendenza’. F’Awwissu tal-2014 hija ħadet sehem f’festival ġewwa l-Macedonia. Hija Kantat kemm-il darba mal-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq inkluż din is-sena f’Ġunju li għadda. Clarissa kellha wkoll esperjenza sabiħa malBanda tas-Soċjetà tagħna meta fi Frar li għadda kantat silta tal-Kompożitur ċelebri Andrew Lloyd Webber waqt il-programm mużikali annwali ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’.

San Pietru

EASTERN STORE

Birżebbuġa

Discount Prices St. Catherine Street, BirΩebbu©a Tel: 21652887 Free Deliveries

110

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Kevin Meylaq Qbajjar Road, Marsalforn Bay, Gozo, Malta Tel: 2155 6309 Mob: 9982 3689 Bar • Restaurant • Pizzeria

E-mail: lanternrest@hotmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

111

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar San Pietru

Din is-sena qed infakkru l-25 Sena Anniversarju minn mindu bdejna nagħmlu l-Programm tal-Festa, programm li nagħtuh importanza kbira. Għalkemm qed niċċelebraw il25 Sena mill-introduzzjoni tiegħu, din mhijiex il-25 edizzjoni, għax fl-1995, minħabba l-kostruzzjoni tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, is-Soċjetà sabet ruħha f’posizzjoni li ġiegħlita tkun modesta fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa kif ukoll minħabba diffikultajiet loġistiċi bħal pereżempju biex insibu post adekwat fejn isiru l-provi. Għal xi raġuni, il-ġnien ta’ San Ġorġ ma setgħax jibqa’ jintuża. Fil-fatt is-sena 1995 kienet l-unika sena fl-istorja tas-Soċjetà li dan il-programm kontra qalbna kellu jinqabeż u minflok għamilna marċ mat-toroq ta’ Birżebbuġa. Nerġgħu mmorru lura għal dak l-ewwel programm li għamilna. Dakinhar konna daqqejna fuq planċier misluf lilna mill-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Taxien. Aħna konna l-ewwel banda f’Birżebbuġa li daqqejna fuq planċier. Aħna qatt m’għamilna Programm tal-Festa mal-art. Fis-snin ta’ wara issellifna l-planċier l-antik żgħir li kellha l-Banda San Pawl ta’ Ħal-Safi u aħna konna nirreċiprokaw billi nisilfulhom il-leġiju l-kbir artistiku li jidderieġi minn fuqu s-Surmast. Dan bqajna nisselfuh sakemm fissena 2000 żanżanna l-planċier tagħna. Il-Programm, fl-istorja tiegħu, biddel il-post fejn isir 4 darbiet: fil-bidu kien isir quddiem il-Hi-Ho Bar, illum ‘La Spiaggia’; imbagħad għal xi sena jew sentejn resaq għal dik il-kantuniera li tinsab eżatt quddiem ilBank HSBC imma wara dik id-darba reġà mar ħdejn il-Hi-Ho Bar. Fis-sena 1997 il-Programm beda jsir f’Misraħ il-Knisja ma’ dik in-naħa fejn insibu ċ-Ċentru tal-Anzjani imma iktar ’l hawn lejn il-każin tagħna. Fis-sena 2000 dan il-Programm beda jsir fejn qiegħed isir illum, jiġifieri maġenb iz-zuntier eżatt fejn St. Peter’s Garage, post komdu li ma jagħlaq l-ebda arterja tattraffiku. Mill-1999 il-programm mhux dejjem baqa’ jsir lejlet il-festa iżda beda jiġi alternat darba l-Ġimgħa l-Aħħar tat-Tridu u s-Sibt Lejlet il-festa. Dan minħabba xi ftehim li l-għaqdiet kienu għamlu mal-kappillan. Għal xi żmien il-banda tagħna għażlet li tagħmel il-Programm il-Ħamis minflok is-Sibt. Fl-1997 meta għamilnieh l-ewwel darba fil-pjazza, għall-ewwel darba malbanda ngħaqdu l-vuċijiet solisti ta’ tenur u sopran. Fil-programm tas-sena 2000 daqqejna għall-ewwel darba f’Birżebbuġa l-Innu l-Kbir tas-Soċjetà ‘Tu Es Petrus’ tas-surmast Ray Sciberras. Il-kwalità f’dan il-programm qiegħda dejjem tikber. Malbanda ingħaqdu diversi kantanti stabbiliti, insemmi fost oħrajn lil Chiara kif ukoll talenti oħra minn Birżebbuġa bħal Marthese Grech u Johan Briffa. Kellna wkoll is-sehem tal-bagpipes f’diversi okkażjonijiet u anke korijiet differenti. Mis-sena 2006 beda jieħu sehem b’mod regolari l-Kor tas-Soċjetà, il-Kor Xmun Pietru. Barra l-kantanti, f’dan il-programm ġieli rajna wkoll il-parteċipazzjoni ta’ solisti bravi, bil-maġġoranza tagħhom ikunu bandisti tal-post. Il-livell ta’ mużika li qed jindaqq qiegħed dejjem ikun ta’ livell għoli sena wara l-oħra. Dawn l-aħħar snin żdidna wkoll l-element awdjoviżiv waqt l-istess programm. Is-Soċjetà se tkompli tagħmel l-almu tagħha biex dan il-programm ikompli jikber fil-popolarità, fil-kwalità u anke fis-serjetà tiegħu. Din is-sena biex infakkru l-25 Sena mill-introduzzjoni tiegħu, se ndoqqu l-Marche Slave ta’ Tchaikowsky, silta li konna daqqejniha fl-Ewwel Programm tal-Festa fl-1991.

Birżebbuġa

25 Sena mill-Ewwel Programm tal-Festa Titulari (1991-2016)


programm

Wayne Grima: Kompożitur u Arranġatur Internazzjonali Iben is-Soċjetà Mużikali Tagħna Josef Schembri

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar

Introduzzjoni Wayne Grima twieled fil-25 t’Ottubru 1980. Huwa trabba u għex tfulitu u żgħożitu f’Birżebbuġa. Ta’ età żgħira beda jattendi l-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Wayne kien student kapaċissimu kemm fl-iskola imma anke fil-pjanu, liema strument beda jistudjah ta’ 6 snin. Wara li attenda l-iskola Sekondarja tas-Seminarju, kif ukoll isSixth Form, Wayne daħal l-Università ta’ Malta minn fejn gradwa B.A. (Hons) fil-Mużika fis-sena 2002. Hawnhekk hu studja fil-fond ħafna l-armonija, ilkuntrapunt u sistemi tekniċi tal-mużika kontemporanja tas-Seklu 20. Però l-ambizzjonijiet ta’ Wayne kienu akbar minn hekk. Huwa sab appoġġ mis-surmast bravu Malti Ray Sciberras. Aktar tard issokta bl-istudji tiegħu fl-Università prestiġjuża ta’ Royal Holloway ta’ Londra minn fejn ġab Masters fil-Komposizzjoni. Matul is-snin li fih Wayne kien qed jistudja ġewwa Londra, huwa kien daħal b’ruħu u b’ġismu f’arranġamenti mużikali għall-orkestra ta’ mużika għall-films. Wayne kien influwenzat bil-kbir minn ħinijiet twal jisma’ l-mużika ta’ kompożituri ċelebri u kbar bħalma huma John Williams u Hans Zimmer biex insemmu tnejn minn ħafna oħrajn. Skont kritiċi kbar filqasam mużikali, il-ħila ta’ Wayne qiegħda fil-kapaċità tiegħu li jgħaqqad l-istil mużikali ċinematografiku ta’ Hollywood malistil Klassiku tal-Orkestra Sinfonika, il-kapaċità li jgħaqqad il-ħoss tradizzjonali u melodrammatiku li kien jintuża fil-films tradizzjonali ta’ dari mat-teknika kontemporanja li qiegħda tintuża llum il-ġurnata.

San Pietru

Wayne Grima: wieħed mill-Ewwel Bandisti tal-Banda tagħna Wayne Grima kien wieħed mill-ewwel bandisti tal-banda

Birżebbuġa

Wayne Grima li ħareġ bandist ġdid tas-Soċjetà fis-Sena 1992. Wayne jidher bil-kurunetta bilqiegħda fl-estrem xellug tar-ritratt.

112

tagħna. Huwa ingħaqad mal-banda tas-Soċjetà għall-festa tal-1992, fl-età żgħira ta’ 12-il sena. Huwa dam bandist mal-banda tagħna sal-1994. Peress li kellu diġà formazzjoni mużikali tajba minħabba l-istudju li kellu fil-Pjanu, hu għadda direttament għat-tagħlim tas-solveġġ u wara xahrejn ingħata l-istrument tal-kurunetta. Dan l-istudju huwa ħadu mas-Surmast Michael Bugelli. Huwa għamel progress kbir fuq l-istrument u ma damx ma ħareġ idoqq mal-banda tagħna bil-kurunetta. Sakemm dam idoqq mal-banda tagħna, Wayne daqq f’diversi marċi u programmi li żgur tawh esperjenza pożittiva fil-professjoni kbira li għandu llum. Kompożitur u Arranġatur li ħadem fl-Isfera Internazzjonali L-ewwel opportunità kbira għal Wayne fuq livell Internazzjonali waslet fis-sena 2010 meta ġie mistieden jagħmel arranġamenti orkestrali tal-grupp ‘The Beatles’, spettaklu li kien iġib l-isem ‘The Beatles Philarmonic Tribute – 50th Anniversary Concert’. L-arranġamenti tiegħu ndaqqu xejn inqas mir-Royal Philarmonic Orchestra ġewwa Royal Albert Hall fil-qalba ta’ Londra. Nistgħu ngħidu li minn hawn ’il quddiem, Wayne sar protagonista ta’ diversi suċċessi kbar ta’ livell Nazzjonali u anke Internazzjonali. Is-sena 2012, laqqgħetu ma’ Robin Gibb u ibnu RJ Gibb li riedu joħolqu biċċa mużika biex ifakkru l-vittmi tal-Liner ‘Titanic’. Għal dan il-proġett bl-isem ‘The Titanic Requiem’ li sar ġewwa Central Hall, f’Westminster Londra fl-10 ta’ April 2012, Wayne ġie mistieden jagħmel arranġamenti orkestrali ta’ dawn is-siltiet: Nearer My God to Thee ta’ Charles Warren; Impromptu in Ab ta’ Franz Schubert; Asleep in the deep ta’ H. W. Petrie; In the Shadows ta’ Herman Finck; u For Those in Peril on the Sea ta’ John Bacchus Dykes. Fis-sena 2013, għall-kunċert nazzjonali prestiġjuż Rockestra li jsir ġewwa pajjiżna fl-MFCC, Wayne ġie mistieden jagħmel arranġament orkestrali tal-kanzunetta ‘Iron Man’ talgrupp Rock Black Sabbath. Fis-sena 2014 ġie mistieden mill-kompożitur Joseph Portelli, kantant Awstraljan imma ta’ dixxendenza Maltija biex jagħmel arranġament orkestrali li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta, silta li ġġib l-isem 1565. Nibqgħu fis-sena 2014 u fuq l-istess tema patrijottika, meta Wayne bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-35 sena minn

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Għeluq Aħna nawguraw ħafna lil Wayne Grima fil-karriera tiegħu. Jalla jkun hemm ħafna aktar żgħażagħ li jimxu fuq l-eżempju tajjeb ta’ Wayne. Aħna kburin ferm li konna parti mill-ħajja ta’ Wayne. Persważi li l-esperjenza li kellu mal-banda tagħna serviet ta’ ġid u żgur li se jibqa’ jġorrha miegħu u fil-karriera tiegħu. L-istorja ta’ Wayne hija konferma kemm il-baned Maltin jafu jagħtu kontribut siewi fil-qasam mużikali. Millbaned Maltin ħarġu diversi mużiċisti u kompożituri bravi. Għal din ir-raġuni biss, il-baned Maltin ħaqqhom ikunu aktar rikonoxxuti għall-ġid li qed jagħmlu. Aħna nawguraw ħafna lil Wayne u min jaf forsi xi darba jkollna ċ-ċans li nikkollaboraw flimkien.

Is-Soċjetà tawgura minn qalbha lil Wayne Grima fil-karriera mużikali professjonali li qabad u tawguralu l-aqwa suċċess fil-kamp mużikali internazzjonali. Aħna nħeġġu aktar tfal u ż-żgħażagħ biex jibdew it-tagħlim mużikali tagħhom mindu jkunu żgħar. Is-Soċjetà tagħna toffri dan is-servizz kemm fil-qasam tal-prattika u anke fil-qasam tat-teorija. Kull bniedem kbir filmużika beda mix-xejn. Huwa l-istudju u l-impenn li jagħmlek bniedem kapaċi. Ejjew tgħallmu l-mużika mas-Soċjetà tagħna. Ħafna mużiċisti u kompożituri kbar f’Malta bdew il-karriera tagħhom mill-każin tal-Banda tar-raħal tagħhom.

seca

De Fon

26, Pretty Bay, BirΩebbu©a Tel: 2165 1215 • Mob: 99846117 godmar@go.net.mt

Men’s & Ladies’ Footwear

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

programm EDITORJAL Birżebbuġa

The Right Spot

AMMINISTRAZZJONI

Arranġamenti ta’ mużika għall-films ta’ Wayne Grima qed jiġu interpretati mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, f’kunċert imtella’ mill-Malta Film Commission fl-okkażjoni tad-90 anniversarju minn meta Malta bdiet tintuża bħala ċentru Internazzjonali tal-films. Dan il-kunċert ittella’ fl-2015 f’Dar il-Mediterran.

Banda

‘Jum il-Ħelsien’ ġie mistieden jirrevedi u jorkestra mill-ġdid l-Innu li l-ex-Priministru Duminku Mintoff kien ikkummissjona lill-kompożitur famuż Grieg Mikies Theodorakis biex jibqa’ jfakkar u jiċċelebra dan il-Jum Nazzjonali Malti. Għall-kunċert sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, li kien ittellgħa fl-MCC nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2014, biex jonora tmiem l-uffiċċju tal-President George Abela, Wayne kien ġie mistieden biex jagħmel arranġament tal-kanzunetta ‘Tell Him’, kanzunetta sinonima mal-kantanti popolari Celine Dion u Barbra Streisand. Opportunità sabiħa oħra għal Wayne kienet dik meta fl-2014, il-grupp Rock Malti ‘Red Eletrik’ bis-saħħa tal-arranġament orkestrali li għamlilhom fuq il-korda tal-kanzunetta popolari tagħhom ‘Young Again’ rebħu l-Malta Music Awards fil-kategorija tagħhom bħala Best Band u Best Song. Fis-sena 2015, Wayne reġgħet ġietu l-okkażjoni li jerġa’ jieħu sehem fil-Kunċert famuż Nazzjonali Malti ‘Rockestra’. Din id-darba, Wayne ġietu l-okkażjoni li jaħdem spalla ma’ spalla ma’ Marc Storace, artist kbir Malti fil-panorama internazzjonali tal-mużika ‘Rock’. Fl-istess sena, jiġifieri fl2015, biex jitfakkkar id-90 Anniversarju minn meta Malta bdiet tintuża bħala ċentru Internazzjonali tal-films, l-awtoritajiet

nar

Wayne Grima mal-Leader tal-Grupp Rock Svizzeru KROKUS Mark Storace (2015)

San Pietru

Maltin b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tellgħu Kunċert ta’ mużika tal-films li nħadmu Malta fosthom ‘Midnight Express Theme’ li l-arranġament tagħha sar minn Wayne Grima. Din ma kinitx l-ewwel darba li Wayne għamel arranġamenti għall-orkestra ta’ mużika tal-films, tant hu hekk li fis-snin preċedenti għall-Kunċert Nazzjonali magħruf bħala ‘Movie Spectacular’ li jittella’ wkoll mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, Wayne kien ġie mistieden jagħmel arranġament tassiltiet ‘Chevalier de Sangreal’ mill-film ‘The Da Vinci Code’ ta’ Hans Zimmer u ‘Arpeggio Theme’ mill-film August Rush ta’ Mark Mancina.

113


jawg a l-F ta t-Tajba lill-BirĹźebbuÄĄin k ha


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

116

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Bilwieqfa Mix-Xellug għal-Lemin: Michael Schembri, Thaddeus Agius, Josef Marsh Bilqiegħda Mix-xellug għal-Lemin: Peter Caruana, Matthias Celeste, Eman Farrugia, Luke Portelli, Victor Schembri

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

117

EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

u tant ngħożżu b’eżempju għal ħajjitna. Għalina huwa privileġġ u ta’ unur li nsellmu lil San Pietru, hekk meta dan jiċċaqlaq minn fuq il-bradella tiegħu biex jagħmel id-dawra tradizzjonali u devota mat-toroq tar-raħal għażiż tagħna Birżebbuġa. Kollox idur ma’ San Pietru. Xejn b’egoiżmu. Dak li nagħmlu, nagħmluh bl-imħabba tagħna lejn Alla u b’imħabba lejn San Pietru. Din is-sena fejn jidħol logħob u manifattura tan-nar nistgħu ngħidu li kienet waħda kbira. Hija sena li fiha l-grupp tagħna ġie rikonoxxut diversi drabi għall-kapaċità tiegħu fix-xogħol tan-nar. Intennu u ma niddejqu xejn nirrepetu li fin-nar tal-ajru qed nagħmlu eżebizzjonijiet ta’ kwalità kbira ħafna minkejja l-limitazzjonijiet bħala riżorsi u finnar tal-art qed niġu rikonoxxuti mhux biss fil-mekkanika imma anke fil-prodot. Dan kollu grazzi għall-kapaċità ta’ nies bravi li jaħdmu mat-tim tal-Għaqda tagħna, nies li għexu u trabbew f’Birżebbuġa. Imma dan ma jkun jiswa xejn, jekk ma ngħidilkomx li din is-sena ġejna saħansitra mistiedna biex intellgħu spettaklu sħiħ ta’ nar tal-Art għall-parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Kapitali Valletta. Barra minn hekk ġejna wkoll rikonoxxuti fis-Simposju tan-Nar tal-Art u tal-Ajru li sar fis-Siġġiewi s-Sibt 2 t’April, biex imbagħad ilġimgħa ta’ wara l-Għaqda tagħna ġiet għal darb’oħra magħżula biex tkun kandidata għall-kompetizzjoni Nazzjonali fil-Festival tan-Nar tal-Art fuq il-fosos tal-Furjana. Dawn kienu 2 okkażjonijiet fejn il-ħila u l-bravura talpirotekniċi tagħna dehret fil-kwalità tal-prodott li offrejna lin-nies. Fil-Festival tan-Nar tal-Art tal-Furjana kellna l-opportunità li niltaqgħu ma’ bosta nies oħra f’Malta li bħalna jaħdmu fl-arti

Banda

Għeżież ammiraturi u dilettanti. F’isem l-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar insellmilkom u nagħtikom merħba fil-festa ħelwa tagħna ta’ San Pietru f’Birżebbuġa. Din reġgħet kienet sena mimlija sodisfazzjonijiet għall-għaqda tagħna li taħdem dejjem fid-dell tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990. Nista’ ngħidilkom minn issa li għall-festa ser jerġa’ jkollna programm ta’ nar mimli daqs bajda. Bħal kull festa oħra, aħna li naħdmu fl-arti piroteknika, nhux biss naħdmu b’maestrija u forsi wkoll bi ftit kompetizzjoni imma naħdmu b’devozzjoni kbira li għandna lejn San Pietru. Jekk wieħed jistudja l-mod li bih naħarqu n-nar, malajr jinduna li ħafna drabi n-nar jinħaraq waqt xi funzjoni reliġjuża jew purċissjoni. Għalkemm aħna artisti tal-logħob tan-nar, aħna devoti kbar tal-qaddis patrun tagħna San Pietru u dak li nagħmlu, nagħmluh biss bil-qalb u b’imħabba lejn dan il-qaddis li tgħammidna taħtu

nar

Luke Portelli

San Pietru

25 Sena mill-Ewwel Spettaklu tan-Nar Tal-Art

Birżebbuġa

Nagħtukom Pjaċir bl-Arti tal-Logħob tan-Nar

programm

L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, Birżebbuġa


L-Onor.

Luciano Busuttil

jixtieq jawgura

l-Festa t-Tajba

lill-Birżebbuġin kollha 201606 Angel Gifts Summer 2016.indd 1

ANGEL BATTERY BANK

BBQ DINING CUTLERY SET

BBQ COOKING UTENSILS SET

Available from all Leading Hair Salons

with Argan Oil

Angel Summer Sun Protection Pack

with every

SUMMER GIFTS

Free

22/03/2016 6:48 PM

Trade Enquiries: Extremes Trading, Triq it-Taghlim, Fgura - Tel: 2166 0795 E-mail: info@salonuser.com - Website: www.salonuser.com


Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.

Ċempel Żur Mur

2380 2380 hsbc.com.mt fl-eqreb fergħa

Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444.


programm Editorjal

Parti Min-Nar tal-Ajru 2015

Amministrazzjoni L-Għaqda tagħna ħarqet fl-ewwel stedina tagħha uffiċċjali barra r-raħal, fil-Belt Kapitali Valletta għall-festa ta’ Santu Wistin f’Mejju li għadda 2016.

Parti Min-Nar tal-Art 2015

Banda nar Il-ħarqa nar li kienet mitluba mill-Għaqda tan-Nar tagħna għas-Simposju ġewwa s-Siġġiewi għal din is-sena 2016.

San Pietru

Victor jagħmel l-iskrataċ tal-kaxxa tal-kulur. Ġunju 2016.

Birżebbuġa

Iż-żewġ irdieden kbar li bihom ipparteċipajna għall-Festival Nazzjonali tal-Art tal-Furjana 2016

120

Mikiel Schembri jaħdem fuq ilqasmiet tal-beraq. Ġunju 2016.

Piroteknika. Iċ-ċertifikati tagħna bqajna nuruhom billi erġajna ġejna mistiedna mill-Parroċċa tal-Pietà u tal-Fgura biex nagħmlulhom il-famuża ‘waterfall’ partikolarment fil-Pietà fejn din tinħaraq fuq il-baħar u tagħmel effett verament sabiħ. Ma nistax nagħlaq mingħajr ma ngħid xi ħaġa fuq in-nar li se naħarqu fil-festa tagħna. Niggaranthielkom li għandna spettaklu sabiħ ta’ nar kemm tal-ajru u kemm tal-art. Lejlet il-festa għanda spettaklu sabiħ ta’ nar tal-ajru, ibbażżat ħafna fuq logħob bil-beraq, kif ukoll murtali tal-kulur, eżebizzjoni li se tagħlaq b’kaxxa nfernali tal-kulur varjata. Imbagħad wara l-programm mużikali mill-Banda tagħna fil-pjazza nagħtu bidu

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm EDITORJAL nar

Banda

Mikiel Schembri jippostja l-beraq Matthias Celeste jinkolla l-funtuni waħda ħdejn l-oħra. Ftit jirrealizzaw wara li jkunu ntrabtu. Ġunju 2016. kemm delikat u ta’ paċenzja dan ix-xogħol. Ġunju 2016.

Dan kien l-ewwel spettaklu tan-nar tal-art minn Soċjetà mużikali f’Birżebbuġa. Imbagħad mal-ħruġ tal-purċissjoni se nsellmu l-Ħruġ tal-Vara u r-Relikwija Qaddisa ta’ San Pietru b’kaxxa sabiħa varjata b’murtali tal-logħob. It-tislima tagħna lil San Pietru tkompli bi ħruq ta’ murtali kbar bil-logħob tul il-Purċissjoni kollu xogħol il-ħila ta’ nies mill-Għaqda tagħna, kollha nies imweldin Birżebbuġa. Ix-xogħol ta’ preparazzjoni huwa kbir u tremend. Dan ixxogħol ma jsirx f’ġimgħa waħda. Isir ħafna xogħol ta’ brim filkarti u minn hawn nirringrazzjaw lil bosta dilettanti li jgħinuna. Ikun qisu għall-ħabta ta’ Ottubru meta niltaqgħu fuq mejda u nfasslu l-programm flimkien, u nistipulaw kemm se nkunu qed naħarqu. Sabiex qatt ma nkunu ta’ piż fuq is-Soċjetà naraw li niġbru l-finanzi kollha aħna stess. Dan nagħmluh billi niġu niġbru bieb bieb u billi ntellgħu attivitajiet bħal ikliet u lotteriji. Tajjeb ukoll li tkunu tafu li aħna ġieli noħorġu somom kbar ta’ flus minn butna biex nagħmlu tajjeb għall-ispejjeż kbar li jkollna. Għaldaqstant nitolbukom tkunu ġenerużi magħna imqar meta niġu nħabbtulkom bieb bieb. Ftakru fl-ispettakli li qed noffrulkom f’Birżebbuġa. Ftakru wkoll fis-sagrifiċċji kbar li qed nagħmlu matul is-sena. Nagħlaq hawn billi nagħmel ir-ringrazzjamenti tas-soltu. Grazzi lill-Kumitat tal-koperazzjoni li dejjem sibna min-naħa tiegħu; lill-Korp tal-Pulizija u lill-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura. Ringrazzjament ieħor imur għall-Kamra tanNar Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja mmexxija mil-Licencee

AMMINISTRAZZJONI

għal spettaklu kbir ta’ Nar tal-Art, spettaklu li qed jiġbed bosta dilettanti minn Malta kollha. Din is-sena ser nerġgħu nżanżnu rdieden mekkanizzati ġodda. Tajjeb ngħidulkom li din is-sena qed infakkru l-25 sena minn mindu s-Soċjetà tagħna tellgħet għall-ewwel darba spettaklu tan-Nar tal-Art f’Birżebbuġa.

Luke Portelli jorbot sew il-funtuni flimkien.

San Pietru

Grupp ta’ ħbieb li jgħinu ħafna lill-Membri tal-Għaqda tan-Nar jgħinu u jiċċelebraw ix-xogħol tagħhom fl-ingranaġġi. Fir-ritratt naraw lil Luke Sestito, Keith Demanuele, Francesco Barbara, Peter Caruana, Rodney Jones, Eric McKay.

Raddiena Kbira kollha ngranaġġi u mekkanika qed tiġi armata għallispettaklu kbir li kull sena nagħmlu fil-pjazza Lejlet il-festa.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

121

Birżebbuġa

Eman Farrugia jorbot il-funtuni mal- Peter Caruana, jiwweldja l-ħadid tal-irdieden kbar li jkollna. Jgħinu irdieden. Ġunju 2016. f’dan ix-xogħol ikun hemm Josef Marsh.


Julian and Tina would like to wish everyone a fantastic Feast and welcome you all to Bar Nineteen Ninety at the Lions Band Club. We will be open all day from 7am and have 4 bars working for you. During the Feast we have some great events on together with the Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 and following the festa we will be back to our Schedule of Live Music on all weekends from Karaoke through to Live singers, with One of the Top Elvis Impersonators in Malta Aaron Barbara, Buġibba Blues Brothers, Marisa D’Amato and many more. Together with this we have ALL the Premiership games, La Liga, Serie A and Bundesliga on the football side, F1 season, MotoGP and loads more sports for your entertainment. https://www.facebook.com/bar1990malta/ where you can go to the Events section and subscribe to get all the Events sent through to you.

During St. Mary’s Feast we will be having a weekend of Music, Friday 12th Fabian Spiteri brings the Open Mic Karaoke Night, Saturday 13th Elvis Live & Sunday, eve of the Feast, we have Rick O’Shey singing all the great songs of the Sixties, Seventies and Eighties.

Later this year we will be moving to our new premises at the Parish Square and will continue to enjoy serving you all then

Come along and Enjoy lots of Free appetizers and Genuine Cheap Drinks Have a Superb Festa San Pietru


Mr Whippy 8, Pretty Bay, Birżebbuġa BBG 1758 Call Vince: 2165 1442, 9949 9430

DE PIERO CAFETERIA & BAR

Golden Chicken Opening Daily from 8.00-13,00 & from 17.00 till late Free appetizers are being served For further information kindly call on 7940 1500


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar

anwel M garage

San Pietru

Ûejtun Road BirΩebbu©a

Garage: 2166 0167 Mobile: 9947 3095

Birżebbuġa

• Panel Beater • Towing Services • Sprayer 124

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Kien ilu jinħass li l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa taddotta emblema li biha niddistingwi ruħna minn għaqdiet pirotekniċi oħra madwar Malta u b’hekk tinżamm u tiġi rispettata wkoll l-identità tagħna, għax anke aħna bħala għaqda għandna l-karatteristiċi tagħna li jagħmluna speċjali minn għaqdiet oħra. Dan il-logo jeħodna lura għas-sena 2014 meta x-xewqa bdiet issir iktar importanti. Aħna bħala għaqda tan-nar għandna tista’ tgħid kollox: għandna Innumarċ sabiħ li ġie kompost mis-surmast Bugelli 25 sena ilu eżatt; ninsabu rappreżentati b’mod tajjeb fuq l-Internet permezz ta’ Blog, Social Networks u Youtube Channel u allura kulma kien jonqos hija l-arma li nkunu nistgħu inġorruha magħna kullimkien. L-idea tagħna kienet li mmorru għal xi ħaġa sempliċi ħafna imma simbolika fl-istess ħin. Iddeċidejna li jkollna emblema fuq stil modern. Għal din il-biċċa xogħol sibna lil Neil Dermanin, żagħżugħ minn Birżebbuġa stess. Għal din il-biċċa xogħol daħal jgħin ukoll Jonathan Bonnici. Dan il-logo ġie mżanżan għall-ewwel darba fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art tal-Furjana tal-2015, fejn l-Għaqda tagħna għamlet preżenza qawwija. Sabiex inżanżnu dan il-logo konna preparajna wkoll hoodies suwed bil-logo l-ġdid fuq wara. Fil-logo insibu żewġ affarijiet essenzjali fil-logħob tan-nar: ilmurtal li jirrapreżenta n-Nar tal-Ajru u l-ingranaġġi li flimkien mal-imqass jirrapreżentaw in-Nar tal-Art li jinħadmu minn din l-għaqda. Din il-logo ġie rregalat lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa mis-Sur Eman Farrugia.

programm EDITORJAL

Il-Logo tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa

AMMINISTRAZZJONI

inħossu li għandna ngħidu grazzi lil Alla li reġa’ tana din l-opportunità li nagħtu pjaċir lin-nies bit-talenti pirotekniċi tagħna. Ringrazzjament imur ukoll għall-Patrun tagħna San Pietru. Aħna ċerti li jidħol għalina quddiem Alla biex ibiegħdna minn kull periklu ikrah waqt il-ħidma tan-nar. Minn qalbna nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd. San Pietru Patrun Tagħna, idħol għalina quddiem Alla ħalli jżomm idejh fuqna d-Dilettanti Birżebbuġin.

Banda

is-Sur Marlon Mangion talli għal sen’oħra reġgħu laqgħuna biex stajna naħdmu dan in-nar. Ringrazzjamnet mistħoqq imur għal Emanuel Ciantar (id-Dilajder) u lis-Sinjura Marija Farrugia talli għoġobhom jisilfuna I-għelieqi tagħhom sabiex naħarqu n-nar taI-ajru. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk in-nies li jisilfuna l-garaxxijiet u I-inġenji personali tagħhom. Grazzi kbira oħra tmur għall-familji kollha tagħna talpaċenzja li jieħdu bina matul is-sena kollha. U fl-aħħar

Rikonoxximent lil Michael Schembri (Kelinu)

Birżebbuġa

Grazzi Kbira lill-Inġiniera Pirotekniċi tas-Soċjetà tagħna. Bravi u Prosit!

San Pietru

nar

B’ġest ta’ ringrazzjament, is-Soċjetà tat tifkira lis-Sur Michael Schembri (Kelinu) fl-intervall tal-Programm ‘MillBandisti Għall-Membri’ li sar nhar l-20 ta’ Frar 2016. Mikiel ilu sa mill-bidu nett jaħdem in-nar fi ħdan is-Soċjetà tagħna, jiġifieri għalaq 25 Sena jaħdem għalina. Kelinu ilu jaħdem in-nar minn mindu kien żgħir. Hu dejjem ħadem minn qalbu kemm għal Bengħisa u kemm għall-Birżebbuġa. Meta twaqqfet is-Soċjetà tagħna fl-1990, inkiteb mill-ewwel bħala membru u daħal jifforma parti mill-Kummissjon nar li snin wara saret l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

125


Dr Hermann

SCHIAVONE DEJJEM QRIBEK... DEJJEM LEALI

jawgura CMYK l-Festa t-Tajba lil kulħadd hermann schiavone

9996 5800

Dr Hermann

SCHIAVONE DEJJEM QRIBEK... DEJJEM LEALI PANTONE 2 col

Zaren Dalli Street, Birżebbuga Tel: 2165 8754 • Mob: 7959 1927 Wide selection of Mobile Phones LCD TVs, Hi-Fi, Sport Cameras & Accessories GO Services, Mobile Repairs & much more


Riflessjoni Mill-Kappillan programm

Noti ta’ Ħniena

Kanonku Dun Anton Galea Scannura

Editorjal Amministrazzjoni

Kull sena l-baned tagħna joħolqu ambjent fir-raħal fil-jiem tal-festa. Il-mużika li tindaqq tgħinna nħossuna parti minn familja ikbar, minn grupp ta’ nies fejn aħna parti minn komunità. In-noti li jindaqqu jqanqlu fina sentimenti, emozzjonijiet, iġibu memorji u jqawwu ħolm għall-futur. L-ebda mużika ma tħallik indifferenti. Bħalma jeżistu marċi ta’ briju, jeżistu marċi ta’ niket, marċi funebri, marċi li jesprimu kompassjoni, mogħdrija mal-bniedem fil-mixja tal-ħajja u t-tmiem tagħha. Din is-sena ddedikata lill-ħniena xtaqt nitkellem fuq ilmużika tal-ħniena u n-noti tagħha. Il-ħniena hi marbuta malmużika li tindaqq fil-Ġimgħa l-Kbira – mużika li tishar ħdejn Kristu fil-misteru tal-mewt u turi lill-bniedem li jiskopri d-dgħufija tiegħu u anki li l-ħajja għandha tmiem. Però l-mużika talħniena hija wkoll il-mużika tal-ferħ, il-ferħ li bniedem jaqsam mal-ieħor, meta int il-ferħ tiegħek ma żżommux għalik imma

Il-Kappillan Kan Anton Galea Scannura jbierek il-Ftuħ tal-Wirja talĠimgħa Mqaddsa 2016 tas-Soċjetà.

Banda

taqsmu mal-oħrajn. Allura x’mużika hi dil-mużika tal-ħniena? Hija l-mużika li tiftaħlek qalbek għal dak li hu pożittiv fil-ħajja. Mużika li f’qalbek tqegħedlek apprezzament għall-ħajja. Flistorja tal-bnedmin kellna nies li għamlu użu mill-mużika biex joħolqu xewqa ta’ qerda biex isaħħu ambjent ta’ firda, aħna u intom, aħna kontra xi ħadd. Din mhix mużika ta’ ħniena. Mużika ta’ ħniena tgħinek tara t-tajjeb tiegħek, tgħożżu bħala teżor biex taqsmu mal-oħrajn u anki tifraħ bit-tajjeb tal-oħrajn. Mużika ta’ ħniena hija mużika ġeneruża. Fil-fatt naħseb li ħadd ma jikteb mużika biex joqgħod igawdiha waħdu f’xi kamra magħluqa u moħbija. Il-mużika minnha nfisha hija ġeneruża, trid li tinqasam mal-oħrajn, titgawda minn oħrajn. Mela f’dak li nagħmlu bħala baned inkunu ġenerużi. M’aħniex hawn biex innaqqsu l-ferħ lil xi ħadd imma biex naqsmu l-ferħ tagħna ma’ xulxin. Mużika ta’ ħniena hija mużika li fiha noti għolja u noti baxxi. Hija mużika b’toni differenti, b’ħafna lħna u lwien.

nar San Pietru Birżebbuġa

L-Istatwa ta’ San Pietru mingħajr il-Pedestall waqt li dan kien qiegħed għall-Induratura. Ritratt Meħud fil-festa tal-Katedra fi Frar 2016.

128

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

Waħda millAntifoni antiki bin-Noti u bil-kliem bilLatin ‘Solve Jubente Deo’ li hija l-Antifona Proprja talFesta tagħna ta’ San Pietru fil-Ktajjen.


Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2016, is-Soċjetà tagħna attendiet għall-quddiesa ta’ ringrazzjament tas-servizz li l-Viċi-parroku Rev. Roderick Camilleri ta lill-Parroċċa tagħna fiż-żmien qasir li għamel magħna. Fr. Roderick Camilleri, minn ĦażŻabbar ġie msejjaħ biex ikun Kappillan tal-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn. Kemm dam magħna, hu rebaħ is-simpatija ta’ kulħadd. Delegazzjoni mill-Kumitat Eżekuttiv attendiet għall-aħħar quddiesa tiegħu bħala Viċi f’Birżebbuġa u attendiet ukoll għall-qsim tal-kejk fuq iz-zuntier. Il-President, flimkien mas-Segretarju, mal-Kaxxier u ma’ xi membri oħra tal-Kumitat Eżekuttiv tawh bħala rigal stola li fuqha Fr. Roderick jingħata stola mis-Soċjetà tagħna bħala rigal ta’ hemm irrakkmata l-emblema tas-Sena tal-Fidi. Nawguraw ringrazzjament tas-servizz li ta lil dan il-poplu ta’ Birżebbuġa. lil Fr. Roderick ħidma kbira u ta’ fejda f’Wied il-Għajn u nirringrazzjawh ta’ dak kollu li għamel magħna.

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

Ringrazzjament lill-Ex-Viċi Kappillan tal-Parroċċa tagħna Rev. Roderick Camilleri

Banda

kapaċi li tgħaddi l-mużika tiegħu imma kemm kapaċi jaħdem mal-oħrajn, japprezza n-noti tagħhom. Mużika ta’ ħniena tmiss il-qalb. Ma tmissx il-qalb minħabba n-noti għolja imma għax kapaċi ġġib sentimenti tassew umani f’min jismagħha. Kapaċi toħroġ mill-qalb ta’ min jismagħha xewqat ta’ paċi, ta’ għaqda, ta’ ftehim. Mużika ta’ ħniena hija mużika dejjem miftuħa għall-bidla. Taf li xejn mhu assolut fil-ħajja u ma tfittixx drittijiet tagħha. Il-mużika ma tispirax bid-drittijiet imma bl-umiltà ta’ leħen li jrid ikun protagonist tat-tiswir tal-qalb tal-bniedem u allura tar-raħal u tas-soċjetà. L-unika ħaġa assoluta hija l-għaqda li suppost toħloq il-mużika tagħna. Mużika li ma ġġibx għaqda u armonija mhi mużika xejn imma noti li jċajpru flok isebbħu l-ħajja tar-raħal tagħna. F’idejna x’mużika ndoqqu! Nawgura li f’din il-festa nagħżlu l-mużika tal-ħniena, tal-għaqda, mużika li tgħaqqadna bħala ħbieb imħarsa mill-Patrun tagħna San Pietru! Nirringrazzja lill-President, Segretarju u membri u nawgura lil kulħadd ilfesta t-tajba.

nar

Ma nistgħux ikollna mużika sabiħa b’nota waħda. Allura rridu mużika li tinvolvi ħafna nies, ħafna karattri. Ma teżistix ilbanda tiegħi jew il-festa tiegħi imma l-festa u l-banda tagħna. Ejjew nagħrfu li kull ċelebrazzjoni, kull mużika tiftħilna qalbna għad-diversità u ma nippretendux li kulħadd idoqq nota waħda, forsi n-nota li jiddeċiedi xi ħadd. Mużika ta’ ħniena hija mużika li ġġib bidla għat-tajjeb. Il-ħniena kapaċi tara t-tajjeb f’kull sitwazzjoni u qatt ma taqta’ qalbha li l-affarijiet jinbidlu għall-aħjar. Dejjem tfittex li tiskopri x’possibiltajiet hemm f’kull sitwazzjoni. Bidla għat-tajjeb ma tfissirx bilfors bidla faċli, anzi ħafna drabi bidla għat-tajjeb tinvolvi sagrifiċċju u xi drabi li ċċedi l-iżjed affarijiet għal qalbek. Mużika ta’ ħniena hija mużika li tindaqq mal-oħrajn. Mhix mużika ta’ solista. Mużika ta’ ħniena tindaqq minn mużiċisti differenti, kulħadd bil-kwalitajiet u l-fehmiet tiegħu imma b’xewqa li jdoqq f’armonija mal-oħrajn. Mhix mużika imposta imma mużika li wieħed jiftiehem dwarha mal-ieħor, jaqsmu l-ideat u jfittxu modi ġodda kif jesprimu ruħhom. Mhix mużika fejn wieħed irid juri kemm jaf u kemm

Ringrazzjament lil Fr. Carlo Calleja

Fr. Carlo Calleja jingħata rigal mis-Segretarju tas-Soċjetà tagħna wara l-quddiesa ta’ Radd il-Ħajr il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

129

Birżebbuġa

San Pietru

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016, is-Soċjetà tagħna attendiet għall-quddiesa ta’ ringrazzjament tas-servizz li Rev. Carlo Calleja ta lill-Parroċċa tagħna fiż-żmien qasir li għamel magħna. Fr. Carlo Calleja, oriġinarjament mill-Parroċċa ta’ tas-Sliema ‘Stella Maris’ se jtemm il-ħidma tiegħu fostna biex ikompli bl-istudji tiegħu fl-Istati Uniti. Aħna nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu. Il-quddiesa ta’ ringrazzjament ħabtet malewwel anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.


programm

Ir-Restawr tal-Pedestall tal-Vara Titulari Conrad D’Amato

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

Is-sena l-oħra ktibt artiklu dwar ir-restawr u l-induratura mill-ġdid tal-pedestall tal-vara titulari li kien se jibda minn wara l-festa. Għaddiet sena u f’dan l-artiklu se nagħti rendikont ta’ kif mexa x-xogħol sabiex fil-festa ta’ din is-sena ser naraw il-pedestall lura fosta mill-ġdid. Hekk kif għaddiet il-festa mill-ewwel bdew il-preparamenti sabiex il-pedestall jittieħed għand l-induratur John Orlando. Għalhekk nhar il-Ħamis 13 ta’ Awwissu 2015, grupp ta’ voluntiera ħadu ħsieb sabiex il-pedestall ġie żarmat minn taħt il-vara. Kienet biċċa xogħol delikata għall-aħħar kemm minħabba t-toqol tal-vara, kif ukoll minħabba l-fatt li kellhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ma ssirx ħsara fuq il-vara. Hekk kif wasal għand l-induratur, dan minnufih beda jqaxxar l-induratura l-antika sabiex il-pedestall reġa inġieb fuq l-injam. Hekk kif inkixef l-injam ġie stabbilit li l-pedestall hu kollu maħdum mill-injam tat-tip pinus cembra. Ġie deċiż li l-ġibs tal-uċuħ tal-anġli li jinsabu f’kull faċċata ma jintmessx sabiex b’hekk ikkonservajna l-arti li ħareġ l-iskultur li ħadmu. Biss sfortunatament minħabba l-istat li kien fih ma stajna nikkonservaw xejn aktar u għalhekk il-kumplament talpedestall kellu jiġi mnaddaf minn kollox sabiex jingħata l-ġibs kompletament mill-ġdid. Sal-bidu ta’ Diċembru l-pedestall kien kollu fuq l-injam, għalhekk inġieb lura f’Birżebbuġa fejn hemm sar xogħol ta’ nfurzar f’waħda mit-traversi ta’ ġewwa li kienet maqsuma u ma setgħetx tinbidel. Wara li tlesta dan ix-xogħol, il-pedestall tpoġġa għall-wiri fil-knisja parrokkjali għal żmien l-ewwel tassena fejn il-parruċċani setgħu jaraw ix-xogħol fejn kien wasal. Imbagħad nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar 2016 il-pedestall ittieħed għall-iffumugar. Hawn il-pedestall tpoġġa ġo chamber għal madwar ġimgħa fejn tul dan il-perjodu ngħata trattament sabiex jiġi meqrud kull tip ta’ mard li seta` kellu l-injam. Dan it-trattament ingħata kollu mingħajr ħlas, għalhekk grazzi kbira tmur lis-Sur Ramon Camilleri tal-inizjattiva u l-interess tiegħu f’dan il-proġett. Wara l-pedestall reġa` ttieħed għand l-induratur sabiex beda l-proċess tal-ġibs. Hawn ta’ min jinnota li l-isfond tal-gwarniċun tal-faċċata ta’ quddiem (fejn hemm l-arma ta’ San Pietru) kellu diversi dettalji li ma kinux jinsabu fit-tliet faċċati l-oħra. Din hi xi ħaġa komuni f’vari maħduma barra minn Malta, infatti meta fl-1974 ġiet indurata l-vara, il-mantell ta’ wara kien ġie skolpit fid-detall minħabba li kien wisq sempliċi meta kkumparat mal-istil barokk tal-vara. Għalhekk din id-darba wkoll ħassejna li kellna nimxu fuq dak li għamlu ta’ qabilna u t-tliet faċċati l-oħra tal-pedestall ġew irfinuti u skolpiti sabiex b’hekk ġew pariġġ il-faċċata ta’ quddiem. Hekk kif tlesta x-xogħol tal-irfinar tat-trattizzi, ingħata t-tafal u f’Ġunju beda l-proċess tat-tqegħid tad-deheb, xogħol delikat u ta’ paċenzja kbira minħabba l-fatt li l-iskultura kollha ta’ dan il-pedestall ma tinqalax. Sal-festa dan il-pedestall se jkun lest u se jitqiegħed f’postu fil-ħin sabiex jiġi inawgurat

130

f’jum il-ħruġ tal-vara min-niċċa, nhar it-Tnejn l-1 t’Awwissu. Sakemm kien qed isir dan ix-xogħol, bdejna nistudjaw l-alternattivi kollha possibbli sabiex il-vara tkun etikament irrestawrata kif jixraq u tiġi tikkumplimenta mal-pedestall. Għalhekk inġiebu diversi artisti u esperti tar-restawr sabiex jaraw il-vara u jagħtu l-opinjoni u l-istimi tagħhom għaddiversi alternattivi ta’ restawr possibbli. Ġie deċiż li l-vara tkun imnaddfa u ndurata fejn meħtieġ sabiex b’hekk id-dehra talvara tibqa kif inhi, filwaqt li l-ispiża tkun waħda fil-parametri ta’ dak li tiflaħ il-parroċċa tagħna. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2016 sar ir-rikors sabiex isir ir-restawr fuq il-vara, liema restawr se jsir mill-artist Aaron Camilleri Cauchi mgħejjun minn missieru Alfred. Sa dan it-tant jeħtieġ li jsir xi xogħol fin-niċċa sabiex b’hekk niżguraw li l-vara ma ssirilix ħsara matul is-sena. Tpoġġa strument li jkejjel l-umdità fejn wara sena nkunu nistgħu nanalizzaw ir-riżultati u niżguraw li ma jkunx hemm varjazzjoni drastika immedjata li tagħmel ħsara lill-induratura. Il-ġbir għall-pedestall miexi ġmielu u sa meta qed jinkiteb dan l-artiklu għad fadal madwar € 3,000 x’jinġabru sabiex il-pedestall ikun kopert. Fiduċjużi li sal-festa dawn jinġabru sabiex b’hekk inkomplu naħdmu u tinġabar is-somma meħtieġa għall-vara li se tlaħħaq madwar €10,000. Minn dawn il-linji nixtiequ nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha li taw sehemhom sabiex wasalna s’hawn. Isimhom żgur li se jibqa’ tifkira sabiħa tas-sehem tagħhom, liema tifkira se tinżamm fl-arkivju parrokkjali għal finijiet ta’ storja. Għad fadal ħafna dilettanti tal-festa li għadhom ma tawx sehemhom, nittamaw li isimhom jidħol fl-istorja wkoll. Mhux importanti kemm tagħti, imma li jgħodd hu s-sehem ta’ kulħadd sabiex b’hekk ilparroċċa tagħmel kuraġġ għal proġetti oħra fil-futur. Nirringrazzjaw lil diversi voluntiera li taw sehemhom flikliet li saru b’risq dan il-proġett. Grazzi wkoll lill-Kummissjoni Arti Sagra fi ħdan il-Kurja tal-koperazzjoni tagħhom, lisSur Peter Camilleri (il-Pajju) talli dejjem kien pront sabiex ġarr il-pedestall bit-trakk, lil Jurgen Camilleri (il-Baksi) tal-

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lill-Kappillan Rev. Kan Dun Anton Galea Scannura talli ma ħela l-ebda żmien biex iressaq quddiem il-Kurja t-talba tal-parruċċani ta’ Birżebbuġa biex il-vara u l-pedestall ta’ San Pietru jiġu restawrati, wara li ġarrbu ħsarat estensivi matul is-snin, ħsarat li ġew injorati fis-snin li għaddew. Grazzi tmur ukoll lil dawk il-volontarji li qed jaħdmu fuq dan il-proġett. Aħna nħeġġu lill-Poplu ta’ Birżebbuġa, lid-devoti kollha, u lil dawk li tgħammdu taħt ismu biex jikkontribwixxu finanzjarjament ħalli wara l-pedestall, nirrestawraw il-ġojjel ta’ Vara Titulari li għandna tant biex inkunu kburin biha, bla dubju waħda mill-isbaħ u mill-ifjen vari li nsibu f’pajjiżna.

programm EDITORJAL

minnu nnifsu hu kimika qerrieda għall-induratura. Dak li ħafna parruċċani ħolmu fil-passat riċenti, issa qed iseħħ realtà u din is-sena ser naraw il-pedestall lura fostna isbaħ minn qatt qabel. Wara nittamaw li l-vara tiġi rrestawrata kif meħtieġ sabiex b’hekk nerġgħu naraw din il-vara fil-glorja artistika tagħha. B’hekk dak li ħadmu għalih b’tant sagrifiċċji missirijietna nkunu ħadna ħsiebu sabiex niżguraw li jibqa` jiġi gawdut mill-ġenerazzjonijiet futuri. Għalhekk nistiednu sabiex kull min għandu għal qalbu l-festa u l-parroċċa jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu. Bil-ftit mingħand kulħadd proġett bħal dan li bħalu ilna is-snin ma naraw f’raħalna, jkun possibbli. Aħna qed nafdaw fil-qalb ġeneruża tal-parruċċani tagħna, għalhekk grazzi mill-qalb. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

AMMINISTRAZZJONI

entużjażmu u l-għajnuna fil-ġbir tad-donazzjonijiet, kif ukoll lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom b’diversi modi. Infakkru li kull min jixtieq jagħti xi donazzjoni jista’ javviċina lill-Kappillan, lil Jurgen Camilleri jew lili u jingħata rċevuta. Importanti li navżaw li mhux isir ġbir mid-djar għal dan ilgħan. Minn żmien għal żmien il-paġna fuq is-sit elettroniku ta’ facebook bl-isem “Birżebbuġa Tirrestawra l-vara titulari” ġiet aġġornata sabiex il-parruċċani u nies oħra setgħu jaraw l-iżvilupp tax-xogħol. Inħeġġu lil min qed jaqra biex ifittex din il-paġna sabiex tkunu iktar aġġornati. Hu mportanti li dan irrestawr iservi kemm jista` jkun fit-tul. Dan kollu jiddependi minna llkoll li nibżgħu għall-vara billi ma nitfgħux karti fuqha u naċċertaw ruħna li ma jaqax fdal tal-logħob tan-nar fuqha, li

AUTO REPAIR & VALETING For Nuptial AUTO REPA I RWeddings, & VA LETING Masses, Social Gatherings & Gala Dinner

nar

9982 8388, 9987 0345

Banda

Contact

New Street, off Tal-Barrani Road, Ûejtun Tel: 2166 4432 or 9944 0599 e-mail: kan@onvol.net • www.kanmalta.com

AUTO

We

• Servicing • VRT Inspection • Clutches • Gearboxes • Engine Changes REPAIR & VALETING • Petrol & Diesel Engines • Engine Cleaning • Car Polishing

bring your car back to life!

AUTO REPAIR & VALETING

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

131

Birżebbuġa

San Pietru

A U T O R E P“KIKKRA” AIR & VALETING AUTO REPAIR & VALETING


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

132

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Il-Kelma tad-Direttur Spiritwali

Liberation of Saint Peter - Juan de Valdés Leal (1663)

Household Goods and gifts 44E, BirΩebbu©a Rd., BirΩebbu©a Mob 9965 5586 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

AMMINISTRAZZJONI Birżebbuġa

Is-Soċjetà tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jattendu għas-servizzi reliġjużi tal-festa fil-Knisja Parrokkjali b’mod speċjali t-Translazzjoni Solenni, kif ukoll l-Ewwel Għasar (Primi Vespri) ta’ Lejlet il-Festa li wara tant snin se jerġa’ jsir fil-forma sollenni u separata. Is-Soċjetà tirrakkomanda wkoll biex il-Ħadd filgħodu f’Jum il-Festa, kulħadd jattendi għall-Konċelebrazzjoni Sollenni, bil-Paniġierku li se jsir minn Dun Deo Debono, il-kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin. Is-Soċjetà tinkoraġixxi l-membri tagħha biex jersqu għas-Sagrament tal-Qrar u t-Tqarbin. Grazzi mill-qalb lill-Kappillan Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura tal-ħidma tiegħu fil-liturġija tal-Parroċċa tagħna.

Banda

L-insara kienu qed jitolbu bil-ħerqa għal Pietru. U jidher li Alla malajr sema’ t-talb tagħhom. Min jaf kemm-il darba Alla sema’ t-talb tagħna jew tal-oħrajn għalina u bagħtilna xi anġlu, anġlu li bla ma nkunu nistennew joħroġna minn xi saram li nkunu dħalna fih. Jekk inħarsu ftit fil-fond, jekk inħarsu blgħajnejn tal-fidi, bl-umiltà, bla ma naħsbu li għax qed ngħixu f’din l-era teknoloġika lħaqna s-sema, kapaċi nindunaw li kienet id Alla li ħatfitna minn ħalq il-mewt, litteralment jew metaforikament, id Alla li ħelsitna minn id dak li jixtiqilna l-akbar deni. Il-komunikazzjoni ma’ Alla, it-talb tagħna u għalina, jgħinna naraw liema hi t-triq it-tajba. Alla, fil-mumenti kwieti miegħu, kapaċi jimlina b’tama ġdida u jikkunslana meta qalbna tingħafas minn xi diżappunt jew telfa. Alla permezz tal-Anġlu qajjem min-ngħas lil Pietru filħabs u hekk kapaċi jqajjem lilna min-ngħas tal-ħolm fieraħ, min-nagħas tal-illużjoni li lil Alla ma neħtiġuhx aktar, għax kbirna u issa nafu kollox. Alla, lil Pietru wrieh b’mod ċar li ma kienx waħdu imma li miegħu kellu lil tant insara oħra, moħħhom fih fit-talb lejn Alla għall-ħelsien tiegħu. U lilna Alla wkoll qed jgħidilna li waħedna m’aħniex se nkunu għax aħna parti mill-familja t’Alla li twennisna meta nkunu mtaqqla b’xi salib, tgħinna bit-talb li jissarraf f’għajnuna konkreta għal dak li jkun meħtieġ f’dak il-mument ta’ ferħ jew toqol fil-ħajja tagħna. L-insara tal-bidu li għenu lil Pietru waqt li kien qed ibati, huma mera għalina ta’ kif aħna għandna nġibu ruħna, ngħinu lill-imsejknin u l-batuti fostna, mhux bil-kliem biss iżda b’għemejjel ta’ ħniena u mogħdrija. L-anġli li Alla jibagħtilna jieħdu diversi forom: ġenituri jew nies oħra li jgħaddulna kliem siewi, xi ħsieb tajjeb li jaqa’ f’moħħna għal għemil tajjeb, li jiġina waqt it-talb, waqt il-quddiesa, waqt is-smiegħ tal-kelma ta’ Alla. Ma nitraskurawx l-anġli li Alla jibagħtilna minn żmien għal żmien biex jgħinuna nilħqu l-għan aħħari tal-ħajja ta’ dejjem.

nar

Imma tgħid għaliex l-Isqof Mauro Caruana għażel lil San Pietru fil-Ktajjen bħala l-Patrun tal-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa? Kellu għalfejn iżid fil-ktajjen? Ma nafx jekk qatt xi ħadd staqsiehx lil dan l-imbierek Isqof għaliex proprju filKtajjen? Forsi kienet laqtitu l-knisja ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Ruma tant li ried xi ħaġa li tfakkru fiha? Xi sens ta’ nostalġija għal xi inċident li ġara f’żogħżitu fl-inħawi ta’ din il-knisja? Jew fittex ispirazzjoni billi fetaħ il-Kotba Mqaddsa u ġie eżatt filparti meta l-anġlu ħareġ lil Pietru mill-ħabs minkejja l-ktajjen? Ġara x’ġara, lilna ħalliena b’San Pietru għal dejjem marbut bil-ktajjen. Imsieken mhux aħna, imma Pietru! Meno male li aħna tajnihom lagħqa fidda ħa ntaffu l-ħruxija. ‘Pietru ...kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen u kien hemm għases oħra mal-bieb tal-ħabs. F’daqqa waħda deher Anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta daqqa lil Pietru fuq ġenbu ... U l-ktajjen waqgħu minn ma’ jdejh.’ (Atti 12: 6-7).

San Pietru

Rev. Charles Carabott

EDITORJAL

programm

Alla Jeħles mill-Ktajjen lil dawk li Jfittxuh u Jisimgħuh

133


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

134

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Iċ-Ċurkett ta’ Papa Franġisku fil-fidda ddisinjat minn Enrico Manfrini

Iċ-Ċurkett fil-Bibbja Iċ-ċurkett huwa ornament sabiex jiddekora lill-bniedem partikularment l-idejn tiegħu. Il-kelma ebrajka hija ‘tabba’ath’ li tfisser ‘tegħreq’ għaliex iċ-ċurkett tas-siġilli kien jegħreq fixxema’ biex iħalli l-marka u s-siġill tiegħu. Kien jintlibes mirrejiet u mill-imperaturi. Il-kelma griega ‘daktulis’ turi ċurkett ta’ awtorità jew ‘chrusodaktulis’ jiġifieri ċurkett tad-deheb u tas-sinjuri. Jintuża bħala siġill kif naraw f’Ġenesi 38:18 flepisodju ta’ Ġuda u Tamar: “Is-siġill tiegħek, u l-qafla tiegħek

Biblijografija Corti, G., Il Papa vicario di Pietro. Contributo alla storia dell’idea papale, I, Dal Nuovo Testamento a Leone Magno, Brescia 1966. Cullmann, O., “Petros, Kéfas”, in TWNT 6 (1956) 99–112. Grogan, G., “New Testament Christology or New Testament Christologies?”, in Themelios 25, 60-73. Govier, G., “Biblical Archaeology’s top ten discoveries of 2013”, in Christianity Today (December) 2013. Hengel, M., Saint Peter: the underestimated apostle, Grand Rapids (MI) 2010. Lurker, M., Dizionario delle Immagini e dei Simboli Biblici, Cinisello Balsamo (Milano) 1990. Rudman, D., “The significance of the phrase ‘fishers of men’ in the synoptic gospels”, in Irish Biblical Studies 26 (2005) 106-118. Strickert, F., “Why the fishing town Bethsaida is not found along the shore of the Sea of Galilee”, in The Bible and Interpretation (2011) 1-20.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

135

AMMINISTRAZZJONI Banda

Is-Simboliżmu Il-forma ċirkulari hija s-simbolu tal-eternità. Fl-orjent iċ-ċrieket maġiċi kienu jipproteġu mis-saħta u mill-mard. Fil-kultura Griega ċ-ċurkett kien ifisser bniedem liberu. Irrumani kienu jipprattikaw ir-rit tal-għoti taċ-ċrieket fiż-żwiġijiet liema prattika daħlet fil-kulturi kollha. Il-qassisin tal-alla pagan Ġupiter kienu jilbsu ċrieket tad-deheb. Hemm issimboliżmu tal-poter, kontroll u ‘status’ marbut maċ-ċurkett. Fil-kristjaneżmu, iċ-ċurkett irid ifisser il-fedeltà dejjiema tażżwieġ, fejn il-forma ċirkulari taċ-ċurkett m’għandhiex punt ta’ tmiem, hekk ukoll l-imħabba fiż-żwieġ. Iċ-ċurkett li jingħata lir-reliġjużi huwa simbolu tar-rabta tagħhom ma’ Kristu bħalma ġara lil Santa Katerina ta’ Lixandra fil-viżjoni li kellha. Iċ-ċurkett tal-isqof ifisser ukoll ir-rabta tiegħu mal-Knisja ‘signaculum fidei’. B’hekk tajna ħarsa ħafifa lejn iċ-ċurkett filbibbja u s-simboliżmu kollu marbut miegħu li jilħaq il-qofol fiċċurkett tal-Papa li marbut fuq kollox ma’ San Pietru l-Ewwel Papa.

nar

u l-ħatar li għandek f’idek”. Fil-Malti għandna wkoll il-kelma ‘ħatem’ li tfisser ċurkett jew siġill. Fuq kollox juri awtorità kif insibu f’Ġenesi 41:12 fejn il-Fargħun libbes iċ-ċurkett lil Ġużeppi u għamlu Viċi-Re tal-Eġittu wara li fisser il-ħolm u fuq kollox jagħti dinjità kif naraw fil-parabbola tal-Iben il-Ħali fejn il-missier ilibbes iċ-ċurkett lil ibnu li kien mitluf u reġa’ ġie lura d-dar u għamillu festa (ara Luqa 15:22). Iċ-ċrieket kien ikollhom ħaġra prezzjuża jew l-isem tal-persuna li tilbsu (ara Eżodu 28:11). Iċ-ċurkett fuq kollox kien juri r-rabta taż-żwieġ u l-fedeltà dejjiema fejn iċ-cirku ma jurix tmiem u kien jilbsu r-raġel u l-mara fil-festa tat-tieġ li kienet ġrajja importanti filħajja tal-poplu Lhudi. Iċ-ċurkett juri fedeltà tal-patt u jirrifletti l-patt tal-melħ li nsibu fil-Ktieb tan-Numri 18:19.

San Pietru

Iċ-Ċurkett tal-Papa Dan huwa ċ-ċurkett li jilbes il-Papa u jissejjaħ bil-latin ‘annulus piscatoris’ jew ‘iċ-ċurkett tas-sajjied’ għal San Pietru li kien sajjied fil-baħar tal-Galilleja u wkoll sajjied talbnedmin. Infatti ċ-ċurkett tal-Papa Franġisku fih l-immaġni ta’ San Pietru Papa biċ-ċwievet f’idejh. Tal-Papa Benedittu XVI kien bl-immaġni ta’ Pietru bħala sajjied jitfa’ x-xibka għall-ħut (ara Luqa 5:1-11). Proprjament iċ-ċurkett tal-Papa Franġisku kien magħmul mill-iskultur Enrico Manfrini għall-Papa Beatu Pawlu VI imma qatt ma ġie irrealizzat fil-metall għaliex Pawlu VI kien libes iċ-ċurkett marbut mal-Konċilju Vatikan II. Manfrini miet fl-2004 u kien ħadem oġġetti reliġjużi għall-Papa Piju XII, Pawlu VI u għal San Ġwanni Pawlu II. Il-forma taċ-ċurkett ta’ Manfrini għaddiet l-ewwel għand is-segretarju ta’ Pawlu VI, Mons. Arċisqof Pasquale Macchi mbagħad għal għand Mons. Ettore Malnati kappillan tal-Parroċċa ‘Nostra Signora della Provvidenza e di Sion’ fi Trieste. Fl-2007 xi żingari daħlu jisirqu f’din il-parroċċa imma dan iċ-ċurkett baqa’ bla mittiefes. Dan iċ-ċurkett huwa tal-fidda.

Birżebbuġa

Fr. Charles Buttigieg

EDITORJAL

programm

Iċ-Ċurkett ta’ San Pietru Appostlu


programm Editorjal

TONI’S

Amministrazzjoni

wines & spirits Tony Grixti

Managing Director

Triq il-Qaliet, Marsascala Tel.Fax. +356 2163 2652 Mob. +356 9942 3868 E-mail: info@tonisws.com

Banda nar San Pietru Birżebbuġa

136

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


L-Obelisk u waħda mill-Funtani li nsibu fi Piazza San Pietro fil-Vatikan

L-Antifona Proprja tal-Festa ta’ San Pietru ‘Ad Vincula’:

Solve Jubente Deo, Terrarum Petre, Catenas: Qui Facis Ut Pateant Coelestia Regna Beatis. Alleluia

Francis Caruana (Gozo) Ltd. Showroom & Office: Fortunato Mizzi Street, Victoria, Gozo Tel: 2155 2413 • Fax: 2156 0179 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

137

AMMINISTRAZZJONI Banda nar

metru u 1.6 metru wiesgħa. Fuq il-kollonat nsibu 140 statwa, kollha magħmulin minn Bernini u mill-istudenti tiegħu. Huma juru xbiehat ta’ Papiet, martri, evanġelisti u figuri reliġjużi oħra. Fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-obelisk li hemm fiċ-ċentru tal-pjazza hemm sinjali li jindikaw id-direzzjoni. Meta wieħed ikun fuq dawn is-sinjali magħmula mill-irħam jkollu l-illużjoni li hemm filliera waħda biss ta’ kolonni minflok erbgħa. L-obelisk Eġizzjan li jinsab fin-nofs tal-pjazza hu għoli 25 metru, 41 metru jekk ninkludu wkoll il-pedestal. Dan l-obelisk kien jinsab f’Heliopolis l-Eġittu u kien nbena minn Kornelju Gallus. Fis-sena 37 Caligula ddeċieda li jieħu dan l-obelisk lejn Ruma permezz ta’ vapur maħdum apposta. Meta waslu Ruma, dan tpoġġa f’post li ġie msemmi Cirku Caligula, u li aktar tard sar magħruf bħala Cirku ta’ Neruni, il-post fejn illum hemm il-Vatikan Fl-1585 Papa Sistu V ddeċieda li jmexxi l-obelisk fil-post hemm jinsab ilum, 300 metru quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru, li f’dak iż-żmien kienet għadha qed tinbena. Dak iżżmien ħafna kienu xettiċi kif kien ser jiċċaqlaq dan l-obelisk, saħansitra anke Mikelangelo. Madankollu Sistu V kien determinat u qabbad lil Domenico Fontana biex jieħu ħsieb ittrasport tal-obelisk. F’din l-operazzjoni ħadu sehem 900 raġel u 140 żiemel u l-obelisk ġie mmexxi fl-10 ta’ Settembru 1586 wara ħames xhur ta’ pjanar u xogħlijiet. Fl-1613 ġiet installata funtana ddisinjata minn Carlo Maderno. Din tpoġġiet fuq il-lemin tal-obelisk u biex ikun hemm simetrija, Bernini ddeċieda li jagħmel funtana oħra fuq in-naħa tax-xellug. Din it-tieni funtana ġiet kreata minn Carlo Fontana fl-1677. Il-pjazza toffri daħla għall-Bażilika ta’ San Pietru li nbniet bejn l-1506 u l-1626, l-ikbar bażilika fid-dinja. F’okkażjonijiet speċjali, bħal meta jkun hemm Papa ġdid, din il-pjazza tiflaħ madwar 400,000 ruħ.

San Pietru

Ftit wara li Alessandru VII ġie elett Papa f’April 1655, hu stess ikkommissjona lill-iskultur u lill-arkitett Gian Lorenzo Bernini biex ifassal pjazza ġdida quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru. Wara li segwa l-istruzzjonijiet tal-Papa, Bernini fassal pjazza 240 metru wiesgħa u 196 metru twila. Ix-xogħol nbeda fl-1656 u tlesta ħdax-il sena wara, fl-1667. Il-pjazza hi mdawwra b’kolonnat tond, li skont Bernini jissimbolizza l-idejn tal-Knisja li jilqgħu lid-dinja. Il-kolonni nbnew fl-1660 u hemm erba’ fillieri ta’ kolonni għal total ta’ 284 kolonna dorika u 88 pilastru. Kull kolonna hi għolja 20

Birżebbuġa

Godwin Borg

EDITORJAL

programm

Dettalji Artistiċi li nsibu fi ‘Piazza San Pietro’ tal-Vatikan


programm

Motor Repairs and Service, Diagnostic Repairs, Service for Fuel Injection, Overhauling of Engine/Gearbox and Mechanical Restoration

Editorjal

Garage Manager: Renato Buttigieg Head Mechanic: Mark Agius

25th November Avenue, Żejtun ZTN 2011 Tel: 2180 6207 • Mob: 9947 4511 • Email: renautogarage@gmail.com

Amministrazzjoni

Anthony Azzopardi

Banda

Mob: 9985 3254, 9923 0255

Florist for all occasions Importer of fresh flowers and plants Free Delivery

nar

jarma quddiem id-daħla taċ-ċimiterju tan-naħa t’isfel

San Pietru Birżebbuġa

Gardjola Gate, Mimosa Street (St. Luke’s Road), G’Mangia PTA 1045 Tel: 2122 6020-3 Fax: 2124 2644

138

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Għaddew is-snin u waqt li kont qed inżarmahom din issena, wara l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù, erġajt ftakart fihom. Iċċekkjajt dak li kont ktibt fuq il-pedestall bit-tama li nerġa’ nfittex xi ħaġa. Il-kitba tgħid “Alessandro Mallia, Statuario, Casal Curmi, Malta”, u bi ftit tidwir fuq l-internet sibt li Xandru Mallia kien iben Karmnu Mallia – il-missier magħruf bħala l-Lhudi, li kienu l-konservaturi tal-maskri jew forom tal-uċuħ ta’ Karlu Darmanin. Mhux ta’ b’xejn li l-anġli jkellmuk!

programm Banda

Fil-festa ta’ San Pietru nfakkru l-ġrajja ta’ meta l-Patrun tagħna kien fil-ħabs f’Ġerusalemm u nħeles permezz talanġlu. Iżda donnu dan l-anġlu kien xi ftit żvinturat għax filknisja tar-raħal ma jidher kważi mkien. Jidher ftit fil-panew ta’ quddiem tal-bankun iżda hawn ukoll ma sabx xortih, għax sew fin-niċċa, kif ukoll meta jkun armat fil-knisja, spiss jinħeba min-nies. Forsi kien xi ftit mistħi għax lil San Pietru dehrlu billejl. Iżda għalkemm lil dan l-anġlu warrabnieh u m’għamilnilux festa bħalma jagħmlulu tal-Lunzjata jew tal-Ġilju, għandna fostna żewġ anġli sħabu li xtaqt naqsam magħkom xi ħsibijiet dwarhom. Qed nirreferi għall-anġli li narmaw filknisja għall-festi tas-Sagrament. Bħal ħafna knejjes oħra, dawn il-par jintramaw fuq il-presbiterju tal-artal maġġur filġranet tal-Kwaranturi kif ukoll fuq l-artal tar-repożizzjoni, aktar magħruf bħala s-‘Sepulkru’, għall-Viżti tal-Ġimgħa Mqaddsa. Id-differenza hi li filwaqt li f’ħafna postijiet jintużaw anġli bil-wieqfa, li bosta drabi jkunu saru prinċipalment biex jintramaw għall-festa esterna, fil-każ tagħna għandna par għarkupptejhom jiġifieri magħmulin speċifikament għallAdorazzjoni.

EDITORJAL

Perit Michael Schembri

AMMINISTRAZZJONI

L-Anġli tas-Sepulkru u tal-Kwaranturi li nsibu f’Birżebbuġa

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

139

San Pietru

Jien minn dejjem inġbidt mis-sbuħija tagħhom. U billi jsemmu kemm huma sbieħ l-anġli ta’ Karlu Darmanin, kont nara nilmaħx xi xebħ ma’ xi anġli attribwiti lilu. Darba kont fil-Knisja tal-Kapuċċini tal-Furjana u nzerta kien hemm par simili għalihom. Iżda ma sibt lil ħadd jgħidli dwarhom. Ġara li meta nbena ċ-Ċentru Parrokkjali ta’ mal-Knisja, kien hawn min ħaseb li l-armar tal-Knisja ma fadallux skop tant li wżaw il-kolonni tal-anġli biex fuqhom iqiegħdu l-fallakki sabiex ikunu jistgħu jbajdu. Tistgħu taħsbu x’ kien fadal minnhom. Intant meta tlestiet is-sala, naddafnihom u sewwejnihom kif stajna u nnutajt li kien hemm xi timbri. Jien kont pront erġajt ktibt dak li stajt naqra b’tipa akbar bit-tama li xi darba nkun naf aktar dwarhom.

Birżebbuġa

L-Anġli antiki mas-Sepulkru ta’ Birżebbuġa.

Bħas-soltu, informazzjoni oħra dwarhom m’għandniex. L-anzjani kienu qaluli li dawn kienu fil-knisja l-qadima u mingħalihom ġieli kienu jintramaw għall-festa tad-Duluri. S’issa qatt ma nzertajna xi ritratt biex nikkonfermaw dan. Intant fiż-żmien li Dun Evan kien viċi, kien ħadhom għażżebgħa, tiswija, induratura u rħamar, kif ukoll biddel ilfurketta tal-brazz ma’ linfa. Niftakar kont għedtlu biex ma nerfgħuhomx fuq għax sakemm jitilgħu u jinżlu faċli jintlaqtu. Dan is-suġġeriment ma ntgħoġobx għax intqal li fuq ikunu merfugħin aktar fiċ-ċert li ma jintlaqtux matul is-sena u hekk sar. Meta qorob iż-żmien li jinżlu staqsejt min se jniżżilhomli. Intbaħt li ta’ darba jtellgħuhom iżda mbagħad kulħadd jiddejjaq jibqa’ jintriga kull darba. Jien għedtilhom li waħdi ma nista’ nagħmel xejn u li kieku nipprova nsib lil xi ħadd jgħinni u jintlaqtu, malajr jingħad li lqattnihom apposta. U dik iddarba baqgħu fuq u ma niżlux għall-Kwaranturi. Għas-sena ta’ wara, fakkarthom kmieni u ġew iniżżluhom. Xħin lestew ġew jgħiduli bit-tbissima li tajru seba’ ta’ wieħed minnhom. Jien ħadthom biż-żufjett sakemm ġejt biex narmahom u nsib li hekk kien. U minn dakinhar baqgħu fil-maħżen tas-sular t’ isfel. Kellu bżonn nagħrfu napprezzaw aħjar l-affarijiet li saru minn ta’ qabilna, nieħdu ħsiebhom u ngħadduhom lil ta’

nar

It-Timbri li nstabu fuq il-kolonni tal-Anġli. Il-kolonni ġew ikkummissjonati flimkien mal-Anġli. It-timbri jaqraw hekk: ALESSANDRO MALLIA, STATUARIO, CASAL CURMI, MALTA.


programm Editorjal

L-iskultur Xandru Mallia jidher fl-estrem lemin ta-ritratt bin-nuċċali. Ftit li xejn jeżistu ritratti ta’ Xandru Mallia għalhekk dan jista’ jitqies ritratt rari ħafna. Dan ir-ritratt qed jinġieb bil-kortesija ta’ Angelo Schembri, riċerkatur u storiku. Huwa ltaqa’ ma’ dan ir-ritratt per każu meta f’April li għadda l-vara ta’ San Ġorġ inħarġet proċessjonalment u niżlet fix-xaqliba ta’ San Bastjan. Huwa fil-fatt iltaqa’ ma’ dan l-inkwadru f’waħda mid-djar talparroċċa Bastjaniża. Meta staqsa dwaru lil sid id-dar qallu li dak ir-ritratt għandu 70 sena, u li dik l-istatwa li tidher fir-ritratt saret għal Għawdex u li r-raġel li jidher fuq il-lemin bis-sidrija u n-nuċċali huwa dak li ħadmu: l-istatwarju Xandru Mallia. Din il-vara żżanżnet 70 sena ilu, 28 t’April 1946. Din il-vara ta’ San Ġorġ inħadmet qrib l-Għassa tal-Puluzija ta’ Ħal Qormi u kien tqil immens. Maż-żmien twarrab biex inħadem San Ġorġ ieħor ġdid mill-istatwarju Wistin Camilleri. Meta bdew ikissru din il-vara ta’ San Ġorġ, sabu li minn ġewwa kien vojt, iżda mimli b’kull xorta ta’ mbarazz fosthom kaxxi tal-birra, li kienu sinonimi ma’ Xandru Mallia. Fost ix-xogħlijiet oħra li ħadem insibu l-istatwa tad-Duluri ta’ Settembru tanNaxxar u l-istatwa tal-marċ l-antika ta’ San Ġużepp ta’ Ħal-Kirkop.

Amministrazzjoni

warajna fi stat xieraq. Kellu bżonn ukoll ikun hemm min jinteressa ruħu meta jsir l-armar ta’ affarijiet tqal u delikati. Ħafna drabi jkollna nserrħu fuq dawk li jinzertaw għallQuddiesa ta’ filgħaxija li kulma jmur qegħdin jikbru fl-età u jonqsu fin-numru.

Banda

Is-Soċjetà tirringrazzja minn qalbha lil dawk li jaħdmu fl-armar u fil-kura tat-Tempju tagħna ddedikat lil San Pietru Appostlu fil-Ktajjen (Ad Vincula). Ringrazzjament xieraq imur għall-Perit Michael Schembri li jaħdem lejl u nhar biex it-tempju tagħna jkun veru denju ta’ post qaddis fejn tingħata qima lil Alla. Nafu li fil-jiem talfesta jkun hemm min imur u jagħtih daqqa t’id fl-armar tal-festa Titulari. Flimkien mal-Perit Schembri, lil dawn nirringrazzjawhom ukoll minn qalbna tax-xogħol kbir li qed jagħmlu. Grazzi ħafna.

nar San Pietru Birżebbuġa

Kelly Industries

140

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Grazzi lill-Membri

tal-Għaqda tal-Armar 1 t’Awwissu


programm

Il-Festa: Komunikazzjoni Paralingwali u Enċiklopedija Siekta Christopher Bonnici B.A. (Hons); M.A.

Editorjal Amministrazzjoni Banda

Reġgħet waslet il-festa! Jaqaw wasal San Pietru? Hekk hawn min jgħid hekk kif jibda dieħel Lulju. Għax mhux kulħadd ikunu jolqtuh l-istess affarijiet; min iħobb iktar l-isports, min il-festi, u min affarijiet oħra. Min m’għandux xi mħabba speċjali lejn il-festi tal-lokalitajiet tagħna jintebaħ hekk kif madwar xahar qabel jibda jara l-antaljoli tilgħin fixxatt, fil-pjazza u fit-toroq tal-madwar. Minn dawn in-nies nifhem dak illi qatt ma għaddieli minn moħħi qabel: il-festi huma forma ta’ komunikazzjoni paralingwali: ma titkellimx, imma tikkomunika ma’ kulħadd. L-istess fejn jidħol l-armar tal-knisja: malli jintrama t-tużell, il-lampier u jibda jiddendel id-damask u jinkixfu l-linef, millewwel min jidħol f’dik id-Dar ta’ Alla jintebaħ illi qed tilbes libsa speċjali. Għax meta niċċelebraw xi ħaġa speċjali, irridu nippreparaw minn kmieni. Bħal meta, ngħidu aħna nistiednu lill-għeżież tagħna fi djarna għal xi ikla speċjali. Hekk ukoll kif nisimgħu l-ewwel ħarqa ta’ murtal, speċjalment jekk ma nkunux nafu x’qed jiġi ċċelebrat f’dik illokalità partikolari. Pereżempju nisimgħu ħoss ta’ murtal ġej min-naħa taż-Żurrieq u nistaqsu: “X’hemm illum iż-Żurrieq?

nar San Pietru Birżebbuġa

Waħda mill-bandalori tal-Pjazza tagħna bil-pittura tal-Papa Pio XI impittra fl-2011 minn Manuel Farrugia. Din il-pittura tfakkarna fil-konnessjoni li l-Parroċċa tagħna għandha mal-kult Petrin; mar-rispett u l-ubbidejnza lejn il-Papa dato li l-Patrun tagħna San Pietru kien l-ewwel Papa.

142

mhux soltu!” Semmejt iż-Żurrieq għax viċin tagħna. Mhix komunikazzjoni din? Bla ma titkellem! Minn mindu ċkejken, mal-ġenituri bdejt niffrekwenta diversi festi, ħaġa li żdiedet awtomatikament kif bdejt indoqq f’diversi knejjes u ma’ diversi baned. U nħares lejn dak illi jkollhom armat: pereżempju fi Pjazza San Franġisk, Ħal Qormi – ilpost fejn qed noqgħod - innutajt xi armi ta’ parroċċi, uħud fuq il-pavaljuni, oħrajn fuq il-bandalori. Naturalment - għandhom raġun iqabbluni ma’ San Tumas – għax ma waqaftx billi għedt “kemm huma sbieħ”, imma staqsejt għaliex. It-tweġiba kienet illi dawk huma l-parroċċi li ħarġu millparroċċa matriċi ta’ San Ġorġ jew li ħarġu mill-parroċċa li kienet ħarġet minn San Ġorġ. Li kont naf kemm hija antika l-parroċċa Ġorġjana huwa fatt, imma qatt ma kont bsart illi mhux talli hija omm, imma anke nanna, u f’ċerti każijiet, jekk m’iniex niżbalja, bħall-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun u Marija Reġina tal-Marsa, anke bużnanna! Tgħallimt ukoll b’sorpriża li l-Belt Valletta ħarġet totalment minn Ħal Qormi: San Duminku ħareġ minn Ħal Qormi fl1570, San Pawl ħareġ minn San Duminku fl-1571, Santu Wistin ħareġ minn San Duminku fl-1968. Mixja ta’ iktar minn 400 sena! “L-Assedju l-Kbir Ħal Qormi sar” qalli darba Qormi Ġorġjan. Dan kollu permezz tal-armar! Nismagħhom isemmu wkoll lil Santa Margerita Verġni u Martri. Fil-fatt, f’Ħal Qormi jarmaw statwa tagħha wkoll. Hemm diversi qaddisin martri, imma għaliex din? Staqsi ’l hemm u fittex ’l hawn, fuq is-sit tal-Kappelli Maltin sibt irraġunijiet. Waħda minnhom hija li jingħad illi waqt li kienet il-ħabs kien deherilha x-xitan f’forma ta’ dragun li belgħalha s-Salib li dejjem kienet iġġorr magħha. Mod ieħor kif l-armar iwassal messaġġ huwa pereżempju f’festi fejn jivveneraw lil San Ġużepp tara ġeneralment statwi ta’ Profeti, fosthom tal-Profeta David minħabba li Ġużeppi kien ġej mill-familja tas-Sultan David. Hekk ukoll lil Ommna Marija, f’festi tagħha naraw xi statwi ta’ “qaddisin” nisa, fosthom ta’ Ġuditta – xebħ naturali bejniethom: hekk kif Ġuditta qatgħet ras Oliferne, Ommna Marija saħqet ras is-Serp Infernali. Hekk ukoll f’bosta parroċċi fejn jiċċelebraw festi tal-Appostli. Pereżempju Ħal Luqa tara statwi tal-Evanġelisti, minħabba li Sant’Andrija kien Appostlu u l-Appostli jissemmew flEvanġelji. Tiltaqa’ wkoll ma’ statwa ta’ San Pietru Appostlu... wara kollox kienu aħwa. Fuq il-bandalori tal-pjazza ta’ Birżebbuġa tara bosta pitturi ta’ Papiet. Min ma jkunx jaf u jistaqsi għaliex jieħu t-tweġiba li mill-knisja toħroġ l-istatwa tal-Ewwel Kap tal-Knisja Kattolika, u għalhekk, bħal donnu l-Papiet, imdendlin mal-antaljoli, qegħdin isellmu lill-ewwel wieħed fosthom.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Is-Soċjetà tagħna tirringrazzja lill-Voluntiera kollha tal-Għaqda tal-Armar tal-Parroċċa tax-xogħol kbir li qed jagħmlu għall-festa tal-Parroċċa. Dawn l-aħħar sentejn din l-Għaqda żviluppat għodda ġdida u innovattiva biex l-armar jintrama, jiżżarma u jinħażen mingħajr ma jkun hemm tbatija eċċessiva. Fost affarijiet oħra din is-sena din l-għaqda żiedet fil-liedna, kompliet il-pittura u l-isfumar fuq il-bandalori, u anke se toħroġ armar antik flinjam, wara li dan sarlu r-restawr li kien hemm bżonn. Grazzi ħafna tas-sagrifiċċji li qed tagħmlu. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

143

Banda

il-festi enċiklopedija u mezz ta’ komunikazzjoni. Fis-skiet tagħhom jgħidu ħafna; fis-skiet tagħhom jgħallmuna; fis-skiet tagħhom iġibuna konxji ta’ affarijiet oħra. Fl-imgħoddi ma kellhomx internet u kotba bħalma għandna llum, u għalhekk xi disinn fuq xi pavaljun, xi pittura fuq xi bandalora, xi skudett, xi statwa jew disinn fuq xi pedestall kien jgħid ġrajja sħiħa. Sa ċertu punt, biex titgħallem fuq il-qaddis patrun kont trid tmur il-prietki fil-knisja, li kienu jkunu ferm itwal mil-lum, bosta drabi bit-Taljan u għalhekk rarament kienu jinftiehmu, inkella tara l-armar, u fis-skiet tiegħu tifhem u tapprezza l-istorja talqaddis, tal-lokal u tar-rabtiet tal-qaddis partikolari mal-lokal u ma’ qaddisin oħra. Nispera li dan l-artiklu għoġobkom. Ippruvajt norbot daqsxejn il-festa Maltija billi tingħata sens sħiħ u li jinftiehem f’kull festa. Awguri għall-festa t-tajba lill-Birżebbuġjani kollha, minn tarf sa tarf. Tislima speċjali lil dawk kollha li jaħdmu minn qalbhom u bl-aktar mod diżinteressat sabiex raħalna jiċċelebra festa dinjituża f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, San Pietru. Viva San Pietru ta’ Birżebbuġa; Viva Birżebbuġa ta’ San Pietru!

nar

F’raħalna ma jonqsux l-istatwi tal-Appostli San Pawl u Sant’Andrija. Pawlu kien l-Appostlu tal-Ġnus, u bħal Pietru huwa mogħti d-dinjità ta’ Prinċep tal-Appostli, u barra minn hekk, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tagħhom bi grad ta’ Solennità nhar id-29 ta’ Ġunju. Indri kien ħu Pietru, l-Ewwel Appostlu li kif tgħidilna l-Iskrittura laqqa’ lil ħuh ma’ Kristu Sidna u sieħbu fil-martirju, għax bħalu u bħal Sidu ssallab fuq salib. Każ ieħor huwa f’Ħal Lija: it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Quddiem il-knisja parrokkjali jarmaw tliet statwi uniċi: San Pietru, San Ġakbu u San Ġwann. Jinsabu f’pożizzjoni kurjuża: jistagħġbu. Meta wieħed jara l-kuntest għaliex huma hekk, jinnota li l-istatwa titulari fiha lil Kristu Salvatur maġenb Mose` u Elija. B’ħarsa lejn l-Evanġelji, jgħidulna li lbies is-Salvatur saru jgħammxu, u għalhekk wieħed jista’ jifhem aħjar għaliex dawn it-tliet statwi jintramaw b’dan il-mod. Hawn min jgħid ukoll illi oriġinarjament dawn l-istatwi jew oħrajn li jirraffiguraw lil dawn it-tliet Appostli kellhom ikunu mal-vara titulari. Dan kollu mhux forma ta’ komunikazzjoni ma’ min iżur irraħal partikolari? Mhux mezz ta’ tagħlim? Għalhekk sejjaħt

San Pietru

L-istatwa tal-kartapesta tal-Appostlu Sant’Andrija maħduma fl-2000 mill-iskultur lokali tagħna u membru tas-Soċjetà tagħna Joe Caruana. Hija vara li tfakkarna li San Pietru kellu ħuh, u li kien Sant’Andrija li introduċa lil San Pietru ma’ Ġesù għall-ewwel darba fix-Xatt tal-Galilija.

Birżebbuġa

L-istatwa tal-kartapesta tal-Appostlu San Pawl maħduma fl-1998 milliskultur lokali tagħna u membru tas-Soċjetà tagħna Joe Caruana. Hija vara li twasslilna l-messaġġ li ma’ San Pietru, it-tieni kolonna tal-Knisja huwa San Pawl.


Triq il-Qaliet, Marsascala Opening Hours Mon – closed Tues – Fri: from 9.00am – 6.00pm Sat – From 8.00am – 5.00pm Contact: Alexia 2720 0204 144

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


L-Awgurju tas-Sindku

programm

Il-Festa tibqa’ l-iktar Attività Popolari f’Raħalna Kevin Barun

Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

Għeżież ħbieb Birżebbuġin. Għattieni sena bi pjaċir erġajt ingħatajt l-opportunità li nindirizzakom fuq din ir-rivista bħala Sindku. Nibda billi nirringrazzja lilkom il-Birżebbuġin kollha tas-sapport u s-sostenn li turu kontinwament magħna l-membri u l-istaff tal-Kunsill Lokali. Dan jimlina b’kuraġġ u b’entużjażmu sabiex naffrontaw u ngħelbu kull sfida li tiġi quddiemna. Aħna u intom flimkien inkomplu naħdmu għalina l-Birżebbuġin u għall-ġid komuni tar-raħal sabiħ tagħna. Jien dejjem emmint li aħna r-residenti ħaqqna Birżebbuġa li tixirqilna u għalkemm għaddew ħmistax-il xahar biss minn dan il-kunsill, inbena pedament sod biex inkunu nistgħu inwettqu l-għanijiet tagħna għat-tgawdija ta’ kulħadd. F’dawn ix-xhur konna impenjati kif irristrutturajna l-istaff u l-kuntratti biex inwasslu servizz aħjar b’anqas spejjeż. Żdiedu l-attivitajiet kulturali, kif ukoll applikajna b’suċċess għal fondi għal proġetti li ser jitwettqu dalwaqt. Fl-istess waqt komplejna wkoll ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tindif madwar ir-raħal, it-tindif tat-toroq mill-ħaxix ħażin u programm estensiv ta’ ‘patching’ tat-toroq fejn kien hemm bżonn. Ħdimna wkoll aktar biex nippruvaw inġibu fondi mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Ċentrali sabiex ikollna aktar finanzi biex insebbħu u ntejbu l-ambjent u l-infrastruttura tar-raħal tagħna. Saret Tourist trail b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Storja u Kultura kif ukoll twaħħlu Mapep biex ikollna pakkett turistiku aktar attraenti. Madankollu, l-aktar okkażjoni f’moħħ u f’qalb dan il-Kunsill u li kkunsmat ħafna mill-enerġija f’dawn l-aħħar jiem, kienet bla ebda dubju l-festa tal-Patrun tagħna San Pietru. Sabiex tiġi organizzata din l-akbar attività, mistennija mhux biss millBirżebbuġin, iżda wkoll mill-Maltin u qrabatna l-emigranti li jiġu apposta jżuruna f’dawn il-ġranet ta’ ferħ u festa, ikun rikjest ħafna ħin, ħafna xogħol u ħafna sagrifiċċju minn diversi persuni u għaqdiet volontarji sabiex iva, ikollna festa millaqwa! Minn hawn, f’isem il-kunsilliera sħabi u l-istaff kollu, nixtieq nirringrazzja lill-għaqdiet kollha tal-festa, tax-xogħol siewi li żgur mingħajr l-għajnuna tagħhom, il-festa tagħna

ma tkunx dik li hi. Dawn huma persuni li jaħdmu għall-festa kontinwament u matul is-sena kollha. Meta aħna nkunu qegħdin miġburin u ngawdu l-familji tagħna jew forsi niddevertu ma’ ħbiebna, l-membri ta’ dawn l-għaqdiet ikunu qegħdin iħabirku, iduru bieb bieb jiġbru d-donazzjonijiet tagħkom u aktar minn hekk jorganizzaw u jippreparaw għal kull eventwalità li tista’ tinqala’. Ħaqqhom verament prosit u ringrazzjament mill-qalb. Nassigurakom li l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qiegħed jagħti sehmu bi sħiħ sabiex anke din is-sena, il-festa tagħna l-Birżebbuġin kull sena tkun aħjar minn ta’ qabilha. Il-Kunsill għat-tielet sena wkoll qed jgħin biex saret il-mawra tal-Imnarja fin-Nadur fis-26 ta’ Ġunju, kif ukoll se nkunu qed nilqgħu lil dawn sħabna fostna matul din il-ġimgħa wkoll. Nemmen bi sħiħ li l-Kunsill Lokali, l-ewwel u qabel kollox irid iżomm kuntatt dirett u pożittiv mal-għaqdiet kollha ħalli verament ikun jaf fejn hu l-polz tal-poplu. Dan jiena nemmnu bi sħiħ u ser nibqa’ nsostnieh. Żgur li ma nistax ma nirringrazzjax lill-mexxej tal-Parroċċa l-Kanonku Dun Anton Galea Scannura li dejjem jimxi b’għaqal sabiex tabilħaq ikollna festa ta’ livell u raħal magħqud. Konvint, li għalkemm ser naċċerta ruħi u nenfasizza li tinżamm iddistinzjoni bejn Knisja u Stat, bejn Parroċċa u Kunsill Lokali, jien bħala s-Sindku ta’ Birżebbuġa u l-Kappillan bħala l-mexxej spiritwali tal-Parroċċa ser nimxu id f’id għall-ġid tarraħal u għall-ġid tagħna l-Birżebbuġin. L-għaqda bejnietna hija indispensabbli sabiex naslu għal kull suċċess li nistgħu nimmiraw għalih, kemm fuq livell individwali, kif ukoll fuq livell aktar estiż ta’ parroċċa jew Kunsill Lokali. Nappella sabiex f’dan iż-żmien ta’ festa lkoll ninsew id-differenzi li jista’ jkun hemm bejnietna u niġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-komunità tagħna. Konvint li ser inkunu poplu wieħed, poplu magħqud, poplu li wara kollox jimxi fuq l-eżempju tal-Patrun tagħna San Pietru. Magħqudin flimkien, naslu! Il-Festa t-Tajba ħbieb. Viva San Pietru fil-Ktajjen! Tislijiet mill-qalb, Kevin Barun.

Birżebbuġa

JESMOND GRIMA 24 Hour Mini Bus Services 2165 9019 • 9942 6880

146

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Frida u John E Grech fid-Dar tagħhom f’Birżebbuġa.

Missier John kien uffiċċjal imlaħħaq fl-isptar jew aħjar fiżżewġ sptarijiet li kien hemm l-Ingieret: dak tax-xjuħ u dak tallebbrużi. John jgħid li dak tal-lebbrużi kien magħruf bħala St. Bartholomew’s Hospital u aktar tard ġie msemmi RB, li għalliskantament tiegħi iżda wkoll loġikament kienu l-inizjali tattabib poeta dermatologu Rużar Briffa, li kien imur jimmedika l-pazjenti lebbrużi f’dan l-istess sptar. Tajjeb li ngħidu però li apparti li kien jimmedikahom, Rużar Briffa kien qabeż ħafna għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ dawk affettwati mil-lebbra u

Madankollu kif ser ikollna ċans ngħidu fid-dettal, John qattgħa ħafna mill-ġranet tiegħu tas-Sajf ġewwa Birżebbuġa flimkien mal-familja tiegħu f’post ġewwa Żebra Street. Ta’ min jgħid li kien bis-saħħa tal-villeġġjatura tiegħu f’Birżebbuġa li rnexxielu jiltaqa’ ma’ martu Frida Busuttil. Huwa ilu jgħix Birżebbuġa għal dawn l-aħħar qisu 30 sena b’mod permanenti. Nistgħu ngħidu li s-Sur John Grech huwa enċiklopedija miftuħa fuq ħafna affarijiet storiċi li jirrigwardaw Birżebbuġa u anke Malta inġenerali. Is-Sur John E. Grech għandu għal qalbu ħafna l-arti, fil-fatt meta kien żgħir kien ta’ spiss jikkopja inċiżjonijiet ‘freehand’ ta’ kompożituri, drammaturgi u artisti li kellu fuq wieħed mill-kotba tal-iskola ta’ ħuh Edwin. Dawn it-taħżiżiet artistiċi John għamilhom f’inkwadri żgħar u waħħalhom mal-ħajt tal-kċina. Madankollu, il-passatemp favorit ta’ John fil-preżent huwa l-interzjar flinjam. Dan huwa delizzju ta’ paċenzja kbira, li John tgħallem jagħmel waħdu. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar iħoss li qed jirfina fil-prodott li jagħmel. Interessanti li wieħed jgħid li John għandu bosta xeni interzjati ta’ Birżebbuġa tal-imgħoddi. Minkejja l-età li għandu, għall-grazzja t’Alla, John xorta għadu jsib is-saħħa u l-enerġija biex jesebixxi l-artiġjanat tiegħu kemm f’esebizzjonijiet Nazzjonali bħal dik tal-Premju f’Ġieħ l-Artiġjanat Malti, premju li rnexxielu jirbaħ fl-2012. Huwa għadu sal-lum jieħu sehem kull sena bl-artiġjanat tiegħu fis-serati li jkollu l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, bħal dik ta’ ‘Inġeddu Tfulitna’ li ssir fil-Bajja s-Sabiħa.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

147

San Pietru

L-Isptar tal-Lebbrużi fl-Ingieret.

nar

Banda

AMMINISTRAZZJONI

għamel minn kollox biex titbiddel il-liġi tal-‘internament sfurzat’ fl-isptar tal-lebbrużi. Dan kien żmien fejn it-tobba bdew jagħrfu li l-marda tal-lebbra ma kinitx daqshekk infettiva jekk tingħata attenzjoni xierqa u n-numru ta’ nies lebbrużi kulma jmur kien beda dejjem jonqos. Meta tbiddlet il-liġi tal-lebbrużi, in-numru tant kemm kien laħaq niżel li trasferew il-pazjenti kollha lejn ir-residenza ta’ f’Ħal-Ferħa f’Ħal Għargħur.

Birżebbuġa

John Grech Is-Sur John Grech twieled l-Ingieret Ħal Luqa fit-23 ta’ Ġunju 1932. Hu trabba u għex l-Ingieret għax missieru kien protection officer taż-żewġ sptarijiet tal-Ingieret. F’każijiet bħal dawn il-gvern kien jipprovdi alloġġ lill-familji li kienu jkopru rwoli importanti. Huwa dam jgħix l-ingieret sakemm iżżewweġ fl-età ta’ 27 sena u mar jgħix flimkien ma’ martu ġewwa Raħal Ġdid.

programm

Kitba ta’ Josef Schembri

EDITORJAL

Memorji ta’ Birżebbuġa fl-Imgħoddi mis-Sur John E. Grech


Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd Therese Comodini Cachia Membru tal-Parlament Ewropew

get your new BOV Card and you can be a winner Whether you are travelling, shopping or dining, a BOV Card gives you the convenience and flexibility you need so that you can make the most of life and take the stress out of your spending.

talk to us today your success is our goal

BOV CARDS

New BOV Cardholders can win one of ten sets of BOV MasterCard Prepaid Cards worth €375 each. Terms and conditions apply.

2131 2020 I bov.com

A5 LANDSCAPE.indd 4

Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130

16/06/2016 1:26 PM


Kurad Fenech Street, Birżebbuġa • Tel: 2750 4113 www.facebook.com/6till9

great convenience bigger choice


programm Editorjal

John E Grech jirċievi l-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti tal-2012.

Amministrazzjoni Banda

Triq iż-Żebra John jirrakkonta li Birżebbuġa fl-antik kienet tkun mimlija bil-Ħal-Luqin fis-Sajf. L-Ingieret huwa wkoll parti minn ĦalLuqa. Il-konnessjoni ta’ John ma’ Birżebbuġa tmur lura fissnin meta kien għadu żgħir u flimkien mal-familja tiegħu kellhom post villeġġatura fi Triq iż-Żibra fil-mezzanini 43/44 proprjetà ta’ Dun Pawl tas-Siġġiewi. Però qabel ma trasferew ruħhom f’dan il-mezzanin, il-familja ta’ John kienet toqgħod fil-mezzanin numru 16, liema mezzanin wara ġie okkupat mill-familja Farrugia, fejn il-missier kien jaħdem baħħar manNavy Ingliża. John jgħid li wieħed mill-ulied ta’ din il-familja kien l-ekonomista Malti Karm Farrugia li għadu ħaj sal-lum u kemm-il darba jiġi intervistat fuq il-mezzi tax-xandir. Żebra Street kienet sewwasew waħda mit-toroq ta’ villeġġanti kbar u mill-iktar sinjuri.

in-naħa tat-triq kien poġġha żebra tal-ġebel li Alla jbierek meta dawn l-aħħar snin saru xi alterazzjonijet fuq din l-istess binja, din iż-Żebra tal-ġebel ma reġgħetx tpoġġiet u b’hekk Birżebbuġa tilfet ‘landmark’ ieħor popolari, speċjalment aħna li għadna niftakruha. Hija ħasra li min ġej warajna mhux se jkollu din l-istess opportunità li jiftakarha. Dan l-aħħar mezzanin li fuqha kien hemm din iż-żebra tal-ġebel, aktar kienet qisha maħżen li fiha Toni ż-‘Żibra’ kien idaħħal l-opri tal-baħar tiegħu. Dawn il-mezzanini li kienu kollha ta’ sular wieħed, lil Toni ż-‘Żibra’ kienu ġewh jiswew madwar 50 Lira kull wieħed biex jibnihom filwaqt li dik il-villa li kienet tinsab f’tarf Triq iż-Żebra kantuniera ma’ Triq San Ġwann, li fiha kien jgħix it-tabib Prof. Vincenti, skont John dik il-proprjetà ġiet tiswa mal-500 Lira Maltin biex inbniet. Illum, ħafna millmezzannini li kellu Toni ż-‘Żebra’ twaqqgħu u reġgħu nbnew mill-ġdid bħala djar privati. Il-Villa ta’ Prof. Vincenti wara għaddiet f’idejn il-familja Attard-Bezzina li xi membri minn tagħha kienu appuntati biex jaħdmu fil-korp diplomatiku ta’ Malta.

Il-Villa tat-Tabib Vincenti fil-kantuniera u Triq iż-Żibra.

nar Iż-Żebra tal-Ġebel li xi darba konna naraw f’Żebra Street. X’sar minnha?

San Pietru Birżebbuġa

Skont John, Żebra Street kont taqsamha fi tnejn. Immaġina li int dieħel għal Żebra Street min-naħa tal-Bajja s-Sabiħa; fuq in-naħa tax-xellug kellek mezzanini li kienu proprjetà ta’ Ċertu Toni magħruf bħala ‘Żibra’, mentri fuq innaħa tal-lemin kellek il-mezzanini ta’ Dun Pawl mis-Siġġiewi. John jgħid li dan Toni ż-Żibra kien sinjurun mill-kbar. Toni ż-‘Żibra’ kunjomu Scicluna, kien jiġi ħu n-nanna ta’ John jew biex inpoġġuha differenti, iz-ziju tal-Papà tiegħu. Toni ż-‘Żibra’ kien iżżewweġ 4 darbiet u hu kien joqgħod f’Żebra Street kantuniera mal-Bajja s-Sabiħa. Hu kellu wkoll l-‘iskola’, l-istess post fejn illum insibu s-Seabreeze Hotel. Il-mezzanini kollha tan-naħa tax-xellug, int u dieħel f’din it-triq mill-Bajja s-Sabiħa kienu kollha tiegħu. Fuq l-aħħar binja li kellu f’din

150

Fl-aħħar mezzanin tan-naħa tax-xellug ta’ Triq iż-Żibra kien jiġi joqgħod għas-Sajf missier il-politikanta Evelyn Bonaci, li kien ministru. Fil-mezzanin numru 15 fuq in-naħa tal-lemin int u dieħel minn Pretty Bay, kont issib il-familja tal-Perit tal-Public Works Pace-Bonell. Pace-Bonello kien miżżewweġ hawn isfel f’Birżebbuġa u wieħed minn uliedu kien sar Spettur tal-Pulizija u kien iservi l-iktar fiż-Żurrieq. F’Żebra Street, fuq in-naħa tal-mezzanini ta’ Dun Pawl, John jiftakar ukoll lill-familja Frendo, il-familja tal-ex ministru u ex-Speaker tal-Parlament Malti, partikolarment lil missieru. John jiftakar ukoll li ġirien magħhom, fil-mezzanin 41/42 kien joqgħod tabib. Semmejna li nofs Żebra Street, partikolarment dik tan-naħa tal-lemin, int u dieħel mill-Bajja s-Sabiħa, kont issib ħafna mezzanini proprjetà ta’ Dun Pawl mis-Siġġiewi. In-neputi ta’ Dun Pawl, għadu sal-lum il-ġurnata joqgħod Birżebbuġa fl-istess triq. Dan kien iżżewweġ lil ċerta Doris. Dan kien interessat li jieħu lura l-mezzanin tal-familja ta’ John, peress li kienu wirt ta’ Dun Pawl. Tajjeb li ngħidu però li r-residenza li l-familja ta’ John kellha fl-Ingieret ma kinitx proprjetà tagħhom imma tal-Gvern, tant hu hekk li meta missier John spiċċa mill-Ingieret tefgħuhom ’il barra, u kien għalhekk li fis-snin ta’ qabel, omm John kienet tinsisti ma’ missier John biex jixtri xi biċċa proprjetà.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI nar

Villa Pisana jew aħjar ... ic-Cherries Waħda mill-isbaħ vilel li b’xorti tajba għadha wieqfa u imponenti sal-lum tiddomina l-Bajja ta’ Birżebbuġa hija dik li xi darba kienet tappartjeni lill-Familja Pisani, tant hu hekk li għadhek tara l-isem ‘Villa Pisana’ mal-faċċata tagħha. Aħna llum insibuha bl-isem tal-pub u tad-diskoteka li hemm fiha, jiġifieri ‘Cherries’. Din kienet familja sinjuruna mill-kbar tant hu hekk li John jgħid li dawn kienu saħansitra l-proprjetarji tal-Casino tad-Dragonara. Dawn ‘Pisani’ kienu jiġu wkoll mill-familja Scicluna ta’ Toni ż-Żibra. Meta Gheddafi ġie Birżebbuġa fuq stedina ta’ Mintoff biex jagħmel ‘Meeting’ filpjazza tal-Venda, tant kemm kienet għoġbitu lil Gheddafi din il-Villa li kien saqsa lill-Perit Mintoff jekk setgħax jixtriha għassomma ta’ 100,000 Liri Maltin. Ġo l-istess villa kien għal xi żmien jgħix ukoll ċertu Prof Griffiths li kien tabib fuq l-iżvilupp tat-tfal ta’ fama kbira. Dak iż-żmien din il-Villa kellha żewġ siġar kbar tal-Awrikarja. Kienet Villa sabiħa u pittoreska.

Banda

Żebra Street u x-Xatt minn Fuq.

Il-Villa ta’ Caruana John isemmi wkoll il-Villa ta’ Caruana li tinsab fil-pjazza tal-Venda, villa sabiħa, b’faċċata dejqa li għadek taraha sal-lum. John jgħid li dik il-villa għalkemm b’faċċata dejqa, hija villa fonda ħafna. Caruana kien għamel żmien ministru u kien għamel diversi proġetti ta’ toroq f’Birżebbuġa. Fost dawn il-proġett, John isemmi l-promenade l-antika li konna naraw qabel f’Wied il-Buni, kif ukoll il-moll bil-fanal iteptep li sa ftit snin ilu konna naraw sħiħ quddiem dak li fl-antik konna nsibu s-Southend Guest House (Illum ‘Water Edge Hotel’). Il-moll u l-fanal kienu importanti ħafna, għax kienu jipproteġu d-dgħajjes mill-qilla tal-mewġ, qabel mal-Bajja s-Sabiħa żidulha r-ramel fil-bidu tad-disgħinijiet. Hija veru ħasra li dan il-fanal tħalla jitkisser biċċiet. Veru traskuraġni kbira. Minkejja x-xogħol kbir li kien għamel f’Birżebbuġa, ma nistgħux ngħidu li l-ministru Caruana kien xi persunaġġ maħbub man-nies lokali. Il-villa ta’ Caruana għadha f’idejn il-familjari tiegħu, illum fi stat verament tal-biki. Sa ftit snin ilu kull meta kont tgħaddi minn ħdejha kont titkaża bl-ammont kbir ta’ ħmieġ ta’ dawk il-bravi li kif jieklu t-Take Away jarmu kull xorta ta’ kontenituri u boroż fil-parapett ta’ din il-villa, bil-ġrieden jiġru qalb l-istess żibel! Issa dawn l-aħħar snin, il-parapett talistess villa ġie mkisser biċċiet, forsi bl-iskop li jiġi mnaddaf mill-ħmieġ li kien qed jinġema? John jgħid li tajjeb li kieku din il-villa tinxtara mill-gvern u sservi bħala Dar tal-Anzjani jew għall-inqas ‘Night Shelter’ għal min huwa anzjan u ma jkunx jista’ jqatta’ l-lejl waħdu.

Il-Villa tal-Ex-Ministru Caruana.

Il-Ħmar tat-telgħa tal-‘Geru’ Il-familji villeġġanti kienu jiġu għall-ħabta ta’ April u Mejju u ħafna drabi huma u neżlin min-niżla tal-Geru, jiġifieri n-niżla ta’ Għar Dalam, it-tfal kienu joqogħdu attenti għal razzett li mal-ħajt tiegħu, Gejtu, is-sid, kien ipinġi ħmar kbir iswed li malli jilmħuh, l-għors tagħhom kien li jagħjtu bid-daħqa fuq wiċċhom ‘Ara ġa żebagħhulna, ġa żebagħhulna, ġa wasal is-Sajf!’. Dan ir-razzett kien x’imkien fuq in-naħa ta’ fuq, tannaħa l-oħra tal-wied, x’imkien qrib Borġ in-Nadur.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

151

Birżebbuġa

Il-Perit Ġuże D’Amato u ‘Villa Overhills’ Persunaġġi oħra kienu l-familja D’Amato tal-Perit Ġużè D’Amato. Filwaqt li l-Perit Ġużè D’Amato kellu dik il-Villa ta’ quddiem Għar Dalam, li llum insibuha l-Overhills, Pierre D’Amato li kien jiġi ħu l-Perit Ġużè D’Amato kellu dik id-dar fejn illum insibu l-każin tal-Partit Nazzjonalista.

San Pietru

Villa Overhills li kienet proprjetà tal-Perit Ġużè D’Amato.


Triq Birżebbuġa (Bajja ta’ San Ġorġ) Birżebbuġa • Tel: 2165 3436 Open Daily from 6am till 9pm


Il-Familja ‘Bonnici’ Familja oħra ta’ ċertu importanza f’dawn is-snin ta’ qabel u wara t-Tieni Gwerra Dinjija residenti Birżebbuġa, kienet dik ta’ Bonnici. Dawn kienu joqogħdu fl-istess fond fejn illum insibu l-berġa tal-gvern fil-pjazza tal-Venda (Misraħ is-Summit), ftit ’il fuq mill-Villa tal-ex ministru Caruana. Fost l-iżgħar fost l-ulied ta’ din il-familja nsibu lil Josef Bonnici, ex-Ministru tal-finanzi mal-PN kif ukoll aktar riċenti, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Josef Bonnici fil-fatt twieled f’Birżebbuġa stess. Anke z-ziju ta’ Josef Bonnici kien jgħix f’Birżebbuġa. Dan

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

153

Banda

L-Għassa tal-Pulizija l-Antika u l-Protection Officer L-għassa tal-Pulizija mhux dejjem kienet fejn tinsab illum, jiġifieri fix-xatt imma dari din kienet tinsab fi Triq iż-Żurrieq, kantuniera ma’ New Street (illum Triq Prof Tabone). Ħdejn din l-għassa kien hemm l-imħażen Ta’ Tira li kienu jiġu minn Ta’ Petroni u Ta’ Paris. Illum, insibu l-ħanut tal-merċa ‘Ta’ Nardu’. Il-post fejn illum insibu l-Għassa tal-Pulizija, xi darba kienet ir-residenza tal-Protection Officer. Dak iż-żmien ilProtection Officer ta’ Birżebbuġa ma kienx ħlief iz-ziju ta’ John Grech stess, iz-ziju Ġieżu, ħu ommu. Wara li temm il-kariga tiegħu ta’ Protection Officer, Ġużi Mifsud Bonnici kien imħlaħħaq il-Kap tal-Iskola ta’ Birżebbuġa, dik li kienet tinsab maġenb il-Claridge Hotel (Southend Guest House). IlProtection Officer kien jgħix fis-sular ta’ fuq ta’ dan il-post, filwaqt li isfel kien hemm l-Uffiċċju tar-Ration, li kien jaqa’ wkoll taħt ir-responsabbiltà tal-Protection Officer. Meta l-għassa tal-Pulizija ma baqgħetx f’Żurrieq Road, u niżlet ix-xatt fil-post fejn għadna nsibuha sal-lum, id-dar u l-uffiċċju tal-Protection Officer imxew għal waħda mid-djar ta’ faċċata tal-baħar li jinsabu bejn Żebra Street u New Street (Prof Tobone Street), fid-dar ta’ maġenb De Piero Cafeteria & Bar, fid-dar li fiha kien jgħix Effie, il-bambin jagħtih il-glorja tal-ġenna. Tajjeb ngħidu li dak iż-żmien il-Protection Officer, iz-ziju ta’ John, iz-ziju Ġieżu, kellu bħala segretarja miegħu lil omm Dun Danjel Farrugia, li kien viċi-kappillan f’Birżebbuġa bejn 1975 u l-1978, qabel ma emigra lejn il-Libja bħala missjunarju. Fi ftit kliem, f’dik il-biċċa fejn illum hemm is-Seeds TakeAway, fil-kantuniera ma’ Żebra Street, hemmhekk konna

nar

Il-Familja ta’ Prof. Vella ‘Ta’ Bulbu’ fil-Qajjenza John isemmi l-membri tal-familja ta’ Prof. Vella magħruf bħala l-‘Bulbu’ li kellu villa li kienet tinsab eżatt wara Batterija Ferretti, fil-pjazza ta’ quddiem id-Dowdal Hotel. Illum sfortunatament din il-villa ta’ Prof. Vella m’għadhiex teżisti. Dan il-‘Bulbu’ kellu 2 itfal: Professoressa Elsa Vella u Patrick Vella li mbagħad laħaq Imħallef. Anke d-Dowdal Hotel, illum kulma għadek tara minnu ħitan biss iħarsu lejn il-baħar.

L-Għassa l-Antika fejn l-Imħażen ‘Ta’ Tira’ fi Triq iż-Żurrieq, kantuniera ma’ New Street (Illum Prof. Anton Tabone Street)

San Pietru

Il-Kamra tal-Għawm tal-Lebbrużi fil-Qajjenza John jagħmel referenza wkoll għal meta missieru li kien jaħdem fl-isptar San Bartilmew (aktar tard RB), għall-ġranet tas-Sajf kienu jġibu xi lebbrużi f’kamra mibnija bil-ġebel tażŻonqor li kienet tinsab fil-Qajjenza x’imkien fejn illum hemm itTankijiet tal-Fuel. John jgħid li din il-kamra nbniet b’insistenza ta’ missieru stess meta rnexxielu jġib xi fondi min-Navy Ingliża. Dak iż-żmien il-Qajjenza kien qisu deżert ħlief għal xi mogħdija li kienet tagħti għal dawk l-għelieqi qrib il-Forti San Luċjan. Illum din il-kamra m’għadhiex teżisti. Irridu ngħidu li din ma kinitx kamra komuni, imma kamra li fiha kien hemm bħal banjijiet imħaffrin fil-blat fejn l-ilma baħar kien jidħol ġewwa fiha b’permess ta’ gandott li jagħti direttament għallbaħar. Din il-kamra, li biex tidħol fiha ridt tgħaddi minn rixtellu magħluq b’muftieħ, il-lebbrużi setgħu jinżlu jgħumu mingħajr ma jesponu l-effetti koroh li l-marda kattiva tal-lebbra kienet ħalliet fuq ġisimhom.

kien jismu Salvu Bonnici. Dan Salvu Bonnici kellu mezzanin eżattament fejn illum insibu l-CountryStyle. Maġenbu kont issib il-mezzanin tal-familja Portelli, missier Dr. Frank Portelli, ex-deputat u ex-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Ħdejn dawn iż-żewġ mezzanini kont issib tnejn oħra. Il-familja Bonnici kellha diversi artijiet dak iż-żmien. Insemmu Triq San Franġisk Saverju u l-inħawi fejn illum insibu ċ-Ċentru r-Ragħaj it-Tajjeb. Ħafna kienu dawk li kienu akkwistaw biċċa art mingħandhom. Għal xi żmien l-artijiet ta’ din il-familja kienu f’idejn saċerdot tal-istess familja li kien joqgħod Għawdex. Dan ma tantx kellu rieda li jbiegħhom imma meta miet dawn l-artijiet wirithom Salvu Bonnici, iz-ziju ta’ Josef Bonnici. Dan kien biegħ ħafna mill-artijiet li kellhom.

Birżebbuġa

Il-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann u s-saqqijiet f’Ta’ Nagħaġ Matul April u Mejju, il-villeġġanti kienu jibdew jippreparaw il-mezzanin tagħhom biex jiġu joqogħdu fih matul il-ġranet tas-Sajf. John jgħid li l-isbaħ żmien kien dak meta jkun qed joqrob l-24 ta’ Ġunju. John jirrakkonta li ħafna mill-villeġġanti kienu jduru dawra mal-għamara u mas-saqqijiet li kien ikollhom fil-post u meta jaraw li dawn iddeterjoraw minħabba użu fit-tul jew minħabba l-umdità kienu joħorġuhom gozz barra jew f’Wied il-Buni jew inkella fil-Ponta magħrufa bħala Ta’ Nagħaġ fil-Bajja s-Sabiħa biex jagħmlu minnhom ilĦuġġieġa ta’ San Ġwann. Iż-żona ‘Ta’ Nagħaġ’ hija dik fejn illum insibu l-Pitch tal-Waterpolo. Skont John, din iż-żona ‘Ta’ Nagħaġ’ ħadet isimha mill-fatt li meta l-villeġġanti kienu jiġu Birżebbuġa u jduru dawra mas-saqqijiet li kien ikollhom, li ħafna drabi kienu magħmula mis-suf tan-nagħaġ, jekk dawn kienu jsibuhom maħmuġin, kienu joħduhom f’din iż-żona, jaħsluhom bl-ilma baħar u jħalluhom jinxfu għax-xemx fuq ilblat tal-istess post.


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru

(Mix-Xellug għal-Lemin) Ir-residenza ta’ Toni ż-Żibra, ta’ Dun Pawl tasSiġġiewi, tal-Protection Officer u l-kantuniera ta’ Mary Paris.

Id-Dar tal-Familja Tabone. Innutaw li qabel fl-antik il-bini kien joħroġ ’il barra. (Circa 1960s)(Arkivji Nazzjonali)

nsibu r-residenza ta’ Toni ż-‘Żebra’, imbagħad maġenbu, dejjem faċċata tal-baħar konna nsibu d-dar ta’ Dun Pawl tas-Siġġiewi li kellu l-mezzanini għall-kiri ta’ Triq iż-Żibra. Illum din id-dar ġiet maqsuma f’żewġ proprjetajiet. Filwaqt li isfel bħalissa iservi ta’ post kummerċjali ta’ ‘Take Away’ u Restaurant bl-isem’Seeds’, il-parti l-oħra hija okkupata mill-familja Cassar, fejn toqgħod il-Mezzo-Sopran Lucienne Cassar. Imbagħad maġend din id-dar kont issib id-dar ta’ Dun Pawl tas-Siġġiewi, u maġenb ta’ Dun Pawl tas-Siġġiewi kont issib id-dar tal-Protection Officer, li llum hija okkupata millarmla ta’ Effie. Imbagħad fil-kantuniera ma’ New Street (Illum Triq Prof. Tabone), fejn illum hemm id-De Piero Cafeteria & Bar, dik darba kien forma ta’ mezzanin proprjetà tas-Sinjura Mary Paris, li għandha parentela ma’ Aimee Briffa (tasSheriff) u s-Sur Pierre Cutajar. Għal xi żmien, f’dan l-istess post, qisu lejn tmiem it-tmeninijet, konna nsibu l-każin ‘talLabour iż-żgħir’.

l-emarġinati speċjalment l-immigrati rregolari. Tarcisio Tabone daħal fl-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini fejn għamel il-Vestizzjoni u beda n-Novizzjat fil-31 ta’ Diċembru 1939 filKunvent t’Għawdex. Ħuh Peppin iżżewweġ u bena dik id-dar kbira li naraw illum wara r-roundabout ta’ quddiem il-knisja, dik id-dar li tinsab bejn Triq Żaren Dalli u Triq Birżebbuġa. Ħuhom Anton kien laħaq tabib u meta żżewweġ mar joqgħod iż-Żejtun. Salvinu baqa’ jgħix f’Birżebbuġa m’ommu sakemm ġietu vokazzjoni u daħal patri kapuċċin bħal ħuh. Id-dar li postha ħadu l-każin tas-Soċjetà tagħna oriġinarjament kienet dar li kienet ġiet irranġata għall-kumdità tal-familja Tabone. L-alterazzjoni fil-binja kien sar fuq inizjattiva tat-tifel il-kbir ta’ Vitorin, jiġifieri minn Tarcisio. Kulħadd jaf li Peppi, kellu spiżerija u ħafna jassumu wkoll li din l-ispiżerija kienet dik li konna naraw qabel biswit il-każin tagħna. Imma fil-verità l-ewwel spiżerija li kellu Peppi kienet eżatt fil-kantuniera, fejn illum insibu d-dar tas-Suldat, eżatt maġenb il-post li s-Soċjetà għadha kif akkwistat. Din l-ispiżerija, skont John kien jisimha ‘Ruggier’s Pharmacy’ u n-nies kienu jirreferu għaliha bħala ‘Ta’ Ruġġier’. Kellu jkun biss wara xi ftit snin li l-ispiżerija tas-Sur Peppin ġiet trasferita eżattament maġenb id-dar talfamilja Tabone. Nistħajjilkom issaqsuni: ‘Mela fiż-żmien li Peppi kien iservi fl-ispiżerija ‘Ta’ Ruġġier’, x’kien hemm filpost ta’ maġenb id-dar tal-Familja Tabone?’ Fil-post fejn qabel kien hemm ‘Martin’s Pharmacy’, proprjetà li xtrat mis-Soċjetà tagħna biex biha ġie estiż il-bottegin tas-Soċjetà, qabel flantik kienet tgħix xebba jisimha ‘Edith’. Din Edith kienet taħdem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala skrivana fil-Belt

Is-Sorijiet tal-Karità fi Triq il-Kurat Fenech John Grech jgħid li għal xi żmien is-sorijiet tal-Karità li llum għandhom il-kunvent tagħhom wara l-Knisja, dawn għamlu żmien joqogħdu maġenb il-knisja Parrokkjali fi Triq il-Kurat Fenech, dar li hekk kif telqu minnha s-sorijiet spiċċat f’idejn is-sagristan. Din id-dar kienet twaqqgħet u reġgħet ittellgħet mill-ġdid.

Birżebbuġa

Id-dar tal-Familja Tabone u l-Ispiżerija ta’ ħuh Peppi! Minflok is-Sede tas-Soċjetà tagħna fi Triq Birżebbuġa, qabel kont issib dar antika u sabiħa li kienet tappartjeni lillfamilja Tabone minn Bormla. Din il-familja kienet tikkonsisti fil-Missier li jismu Leone Tabone, l-Omm li jisimha Victoria xebba Licari, u l-erba’ wliedha subien: Tarcisio li aktar tard isir wieħed mill-aktar Patrijiet magħrufa f’Malta, Patri Leopoldu; Anton it-tabib; Peppi l-ispiżjar u Salvinu, li kif ser naraw, Patri Leopoldo Tabone dan bħal ħuh daħal Patri wkoll bl- (Tarcisio Tabone). Huwa isem ta’ Fra Krispin, patri li bħal ħuh miet 10 snin ilu, nhar għamel isem għall-ħidma tiegħu fost l-Erbgħa 7 ta’ Ġunju 2006.

154

L-ispiżerija ‘Ta’ Ruġġier’ 1960s (Arkivji Nazzjonali)

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Għeluq F’isem is-Soċjetà nirringrazzja minn qalbi lis-Sur John E. Grech ta’ din l-informazzjoni u nħarsu ’l quddiem sabiex filfutur qrib ikollna aktar okkażjonijiet li matulhom inkunu nistgħu nisiltu aktar informazzjoni fuq il-ħajja soċjali, demografika u komunitarja ta’ Birżebbuġa tal-imgħoddi.

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lill-Kunsill Lokali u lill-Għaqda Storja Storja u Kultura Birżebbuġa tal-Heritage Trail li għamlu flimkien f’dawk il-postijiet storiċi li bihom hija tassew mogħnija l-lokalità tagħna. J’Alla jkun hawn aktar tfal u żgħażagħ minn Birżebbuġa li jieħdu ħsieb u jkattru l-interess tagħhom f’dawn il-postijiet storiċi li għandna f’Birżebbuġa.

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Il-Ġrajja ta’ Salvinu Tabone ... Fra Krispin Is-Sur John Grech jirrakkonta li Peppi l-ispiżjar kien fetaħ negozju lil ħuh iż-żgħir Salvinu, xi forma ta’ ‘Perfumery’ f’kamra żgħira eżatt fejn illum insibu l-Banka tal-Lottu talKażin tal-Banda San Pietru quddiem il-Knisja. Skont is-Sur John Grech, ommhom, is-Sinjura Tabone, li kienet mara mill-aħjar kienet ta’ spiss tmur għand ħabiba tagħha membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. ġewwa ż-Żejtun. Dan Salvinu, li kien l-iżgħar fost ħutu kien ta’ spiss imur iwassal lil ommu bil-karozza tiegħu Wolkswagen sewda, imma ma kienx jinżel magħha u jidħol għand din ħabibitha s-Superjura. Minflok, kien jiftiehem ħin m’ommu u jmur dawra bil-karozza sakemm isir il-ħin. Darba minnhom, is-Superjura tal-M.U.S.E.U.M. ġietha kurżità u saqsiet lis-Sinjura Tabone min hu dak li kellu dik il-paċenzja kollha li joqgħod iwassalha kull ġimgħa għandha biex jgħidu żewġ kelmiet? Din qaltilha li kien binha stess li kien joqgħod iwassalha imma qaltilha wkoll li ma

nar

Valletta. John jgħid li dawn ma baqgħux jgħixu Birżebbuġa imma marru l-Ħamrun, fix-xaqliba ta’ Blata l-Bajda f’wieħed mill-flats tal-Gvern. Din il-proprjetà mbagħad ħadha Peppin u niffidha mad-dar li kellhom eżattament maġenba u għamel minnha l-ispiżerija, spiżerija li eventwalment is-Soċjetà tagħna xtrat mingħand l-armla tas-Sur Peppin. Is-Sur John Grech isostni li quddiem il-bieb tad-dar l-antika, illum il-bieb tas-Sede tas-Soċjetà tagħna għad hemm shelter li x’aktarx jinfed għal ħdejn il-bidu ta’ Triq Santa Katarina, fejn illum hemm Caruana Ironmongery.

San Pietru

Id-Dar ta’ Peppi Tabone l-Ispiżjar

kienx ikun irid jidħol. Is-Sur Grech jgħid li darba fost l-oħrajn is-Superjura insistiet mas-Sinjura Tabone biex iddaħħal lil binha Salvinu għal kikkra tè. Għall-ewwel ma riedx imma meta ra lillommu tinsisti miegħu aċċetta li jidħol. Is-Sur Grech jgħid li malli lemħitu u introduċiet ruħha miegħu qaltlu kelma li kellha tibdillu ħajtu. Qisu bħal premonizzjoni, din issuperjura tal-M.U.S.E.U.M. qaltlu “Dak li għandek tagħmel, għamlu issa qabel għada”. Jingħad li l-għada stess malli sebaħ, dan Patri Krispin Tabone (Salvu Salvinu ddeċieda li jieqaf Tabone). Patri Krispin Tabone miet riċentament, fid-19 t’Ottubru 2015. min-negozju li kellu u mar biċ-ċwievet dritt għand ħuh Peppinu biex iroddlu lura l-proprjetà li kien jeħodlu ħsieb. Għalxejn ipprova jipperswadieh biex jibqa’. Salvinu qallu li matul dak il-lejl ma setgħax jagħlaq għajn m’għajn u kien ħa deċiżjoni li jidħol Patri Franġiskan bħal ħuh Leopoldu. Għallewwel Peppin beda jieħdu b’ċajta imma fil-verità din l-għażla kienet ilha ttambar ġo moħħ Salvinu. Salvinu eventwalment daħal Patri Franġiskan bl-isem ta’ Fra Krispin. Is-Sur Grech jgħid li meta Salvinu kien għadu ġuvni kien anke attenda t-tieġ tiegħu. B’hekk il-familja Tabone, barra t-tabib u l-ispiżjar kellhom ukoll żewġ patrijiet. Patri Krispin Tabone miet riċentament, fid-19 t’Ottubru 2015 u baqa’ magħruf ħafna għall-missjoni li għamel fost in-nies fl-Afrika meta kien għadu żgħir. Meta ġie lura ħadem kemm felaħ mal-immigrati Afrikani li bdew jiġu Malta fuq id-dinghies.

Minibus & Airport Transfer Service: 7945 9187 Furnished Flats for long or short lets Prop: Joe Spiteri 7944 1116 Garage: Brisugo, Triq il-Witja, Tarxien Tel: 2169 3275, 2769 3275 e-mail: bsgrentacar@onvol.net

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

155

Birżebbuġa

B.S.G. Rent-a-car


programm Editorjal Amministrazzjoni Banda nar San Pietru Birżebbuġa

156

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Tfulitu Mikiel Abela twieled fiżŻejtun l-għada ta’ Santa Marija fis-16 ta’ Awwissu 1920. Ommu kienet iżżewġet tliet darbiet u hu kien iż-żgħir fost żewġt aħwa mill-aħħar żwieġ. Ħuh mill-istess żwieġ kien jismu Ġużeppi. Missieru kien raġel mibni, ruxxan, għajnejh koħol u kellu l-laqam ta’ Bambinu, liema laqam imbagħad wirtu anke Mikiel. Huma kienu jgħixu ġo razzett bejn il-Qajjenza u Marsaxlokk taħt ir-riħ tal-Marnisi. Missieru kien bniedem ta’ dixxiplina u lil uliedu kollha tahom l-edukazzjoni. Il-ħajja fir-razzett kienet ħajja sempliċi, ta’ familja miġbura li taqla’ l-għajxien tagħha minn frott l-uċuh tar-raba u mill-bhejjem li minn dejjem baqgħu l-għaxqa ta’ Mikiel, anke meta kiber.

Iħobb il-bhejjem u ż-żiemel ‘Pizu’ Marija rrakkuntatli b’ċerta nostalġija kif missierha, minħabba li għex dejjem fir-razzett, minn dejjem kellu l-annimali. Kellu tiġieġ, mogħoż, fniek kif ukoll barri tar-razza pura Maltija. Min jaf kemm-il darba kien jieħdu miegħu għallwirja tal-Imnarja fil-Buskett, imbagħad ipoġġih f’xi stalla ta’ xi ħbieb Rabtin sakemm jerġa’ jinżel il-Buskett għall-

Żwieġ u familja Kien iżżewweġ lil ċerta Ġużeppa li kien iltaqa’ magħha meta kienet taħdem f’dar viċin fejn kien joqgħod. Kellha Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

programm Birżebbuġa

Kellu diversi Impjiegi Matul ħajtu, Mikiel kellu ħafna xogħlijiet. Ġieli kien ibigħ l-inbid, kien bil-laħam, bil-ħaxix, idur bil-mogħoż ibigħ il-ħalib, kien armat bil-pitrolju, ġieli għamilha ta’ mastrudaxxa, kellu lukanda żgħira u għamel żmien ukoll gwardjan mad-Dockyard Police. Kien saħansitra ttanta xortih fl-Awstralja fi żminijiet meta l-emigrazzjoni kienet komuni ħafna. Hemmhekk għamel biss xi sena iżda reġa’ ġie lura lejn ir-razzett ta’ qalbu.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

EDITORJAL

ħmistax-il sena meta żżewġet u Mikiel kien ħames snin akbar minnha. Miż-żwieg tagħhom kellhom ħames ulied; tlett ibniet u żewġ subien. Waħda mill-bniet li kien jisimha Marija kienet mietet ċkejkna ħafna u t-tifla li ġiet wara, Marija li qiegħed nintervista jien, issemmiet għaliha. Il-mewt, iżda, ħasdet f’qasir ilgħomor lil Ġużeppa fis-17 ta’ Settembru 1968 meta kellha l-età ta’ 43 sena, tlett ijiem biss wara li żżewġet Marija. Mikiel ħassha ħafna l-mewt ta’ martu u wara li għamel erbatax-il xahar bogħod mill-għana ddedikalha għanja sabiħa bl-isem ta’ “Il-Firda Eterna” fejn fiha jirrakkonta l-isbaħ mumenti fil-kumpanija tagħha, ittrobbija tal-familja u d-destin kiefer li firidhom.

San Pietru

Introduzzjoni Fi żminijiet mgħoddija, in-nuqqas ta’ trasport u komunikazzjoni kienu aktar joftmu pajjiż minn ieħor. Kien ikun hemm anqas taħlit ta’ ilsna, ta’ drawwiet u ta’ kulturi. Għalhekk l-espressjoni kienet aktar tingħaraf li hi marbuta ma’ ġens milli ma’ ġens ieħor. It-tifsir tal-ferħ, in-niket, l-umoriżmu, il-lament u kull xorta ta’ emozzjoni oħra li jgħix il-bniedem kienu aktar awtentiċi u jixhdu r-ruħ tal-poplu u l-wirt tal-lokal. U f’pajjiż gżira bħalma hi Malta, il-bixra folkloristika setgħet biss tiġi influwenzata mill-pajjiżi ġirien permezz tal-baħħara, li xorta, iżda, kienet tirrifletti ħajja, xogħol u twemmin qarib. Il-għana ta’ pajjiżna hija mod kif missirijietna kienu jiddevertu, kienu jaqsmu d-dieqa, kif ukoll kif kienu jtarrfu lil uliedhom il-leġġendi, ħrejjef jew fatti talimgħoddi. Wieħed li żgur kien magħruf għall-għana żgur li kien Mikiel Abela magħruf bhala l-Bambinu.

AMMINISTRAZZJONI

Joe Julian Farrugia

Banda

(1920-1991) 25 Sena minn Mewtu

nar

Mikiel Abela l-Bambinu, il-Qajjenza u Birżebbuġa

157


programm Editorjal Amministrazzjoni

GARY GRECH

Managing Director

G09 • New Industrial Park, Valletta Road • G˙axaq GXQ 2245 T: 2788 3388 M: 7777 3388 E: gary@unitech.com.mt www.unitech.com.mt

Banda

Fire • CCTV • Intruder • PABX • EAS • Intercoms • Networks

nar

20, Tarxien Road, Gudja GDJ1907

San Pietru

Tel: 2169 0578 Mob: 7965 8505 Email: sales@mgmalta.com

Birżebbuġa

www.mgmalta.com

158

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Beda jgħanni ta’ 35 Sena ! Mikiel ma kienx beda jgħanni żgħir ħafna. Kien beda meta kellu madwar 35 sena. Kien jgħanni ħafna xorti ta’ għana; mill-ispirtu pront sal-għana tal-fatt. Iżda, skont Marija, l-aktar għana li kienet tiġbed in-nies, u forsi din kienet ir-raġuni għala ħafna nies kienet tiġri warajh, kienet l-għana umoristika. Mikiel kien bniedem ċajtier u jieħu kollox biċ-ċajt. Dan kien rifless ħafna fl-għanjiet tiegħu. Kien jgħanni għanjiet ħelwin mingħajr ħafna tgħajjir żejjed. In-nies kienu jiftakruhom blisem u jitolbuhomlu kull fejn ikun qiegħed jgħanni. Kien jieħu sehem f’ħafna xalati tal-għannejja li dak iż-żmien kienu popolari ħafna u llum x’uħud minnhom intemmu fix-xejn. Kienu jmorru l-Mellieħa fil-Vitorja, għal San Mattew talMaqluba fil-Qrendi, taħt it-torri fejn illum hemm il-klabb talfutbol f’Marsaxlokk nhar San Girgor, minbarra naturalment

Jien għannej, nikteb l-istejjer; Hawn għannejja jagħmlu bħali: La tgħidux li domt niftaħar, Għax jiena m’inix speċjali. Għidtilkom kollox fil-qosor Dak li għadda mingħalija; Kull suġġett li semmejtilkom, Nagħmel l-isbaħ poeżija!

Is-Soċjetà tifraħ lill-Kunsill Lokali tal-inizjattiva li ħa biex bis-saħħa ta’ xi għaqdiet u żgħażagħ minn Birżebbuġa għamlu ‘mural’ sabiħ fi Triq Żaren Dalli mal-ħajt tal-Iskola ta’ Birżebbuġa. Fid-disinn jidher l-isports u jidher ukoll il-Logħob tan-Nar kemm tal-Ajru u anke tal-Art, xi ħaġa li għalihom Birżebbuġa saret veru sinonima. Aħna nħeġġu aktar attivitajiet minn dawn, speċjalment meta fihom jidħlu elementi marbutin mal-festa titulari tagħna. B’hekk inkunu qed niżirgħu fit-tfal tagħna l-imħabba lejn il-lokalità tagħna u l-festa tar-raħal iddedikata lil San Pietru Appostlu. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

159

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda

Għeluq Mikiel miet fl-età ta’ 70 sena f’jum San Pawl, l-10 ta’ Frar 1991. Huwa ħalla wirt kbir lill-kultura Maltija. Kien xieraq għalhekk li sarlu monument fid-daħla ta’ raħal twelidu, iżŻejtun, li hu kien jiddiskrivieh bħala l-benniena tal-għannejja. Minkejja li l-ġenerazzjoni ta’ llum ma tistax tgawdih jgħanni u jagħti pjaċir, żgur li għal kull min għandu l-għana għal qalbu, l-isem ta’ Mikiel Abela l-Bambinu ma jmut qatt. Dan għaliex minkejja li kien għannej imfittex, dejjem baqa’ umli fi kliemu u fi ħsibijietu. Kien bniedem li għex fir-raba u qatt ma ħalla l-ebda unur jew fama jagħmluh b’xi mod imkabbar. Inħoss li għandi nagħlaq b’żewġ strofi minn tiegħu, versi ħfief, li jifhimhom kulħadd u li jixhdu pero` l-ġenwinità fi kliemu.

nar

L-Għana fil-Qajjenza Fis-sajf, iżda l-għors tiegħu kienet l-għana għall-arja friska tal-baħar. Wara li filgħodu kienu jiltaqgħu daqqa f’xi ħanut u daqqa f’ieħor, għal xi t-tlieta jew l-erbgħa kien jerħilha lejn il-kamra li kellu l-Qajjenza, fejn kienu jiltaqgħu d-daqqaqa, l-għannejja u d-dilettanti biex jgħaddu sigħat twal iqabblu, jieħdu u jagħtu pjaċir. Dak iż-żmien il-Qajjenza ma kienx hemm bini u ħafna nies kienu jfittxuha biex filwaqt li joqogħdu jgħumu, jitpaxxew bi ftit għana mill-aqwa esponenti ta’ dak iż-żmien. Kienu jieqfu biss meta jidlam u kulħadd jinġabar lejn daru.

L-Ewwel Għannej fuq il-Media Il-Bambinu kien ħareġ xejn inqas minn 21 diska. Kien l-ewwel wieħed li għanna fuq ir-Rediffusion, l-uniku mezz radjofoniku ta’ żmienu u fuq it-televiżjoni Maltija. Ma għanniex, iżda f’pajjiżna biss. Għanna lil ħutna Maltin fil-Kanada u l-Awstralja, fil-Festival ta’ Agrigento fi Sqallija, fl-Ingilterra, ilĠermanja, il-Libja u l-Italja. Fi żmien kien jagħmel parti millgrupp folkloristiku Viva Malta flimkien ma’ Tony Camilleri. U skont bintu Marija, kienet propju ma’ Tony Camilleri l-aħħar għanja li għanna waqt serata tal-Iljieli Mediterranji ġewwa l-ġonna tal-Argotti u kienu għannew l-aktar għana li kien għal qalb il-Bambinu, l-għana umoristika.

San Pietru

Ammiratur ta’ Diversi Kantanti Minkejja li l-Bambinu kien għannej prim, ma kienx dilettant tal-għana biss. Kien iħobb ħafna l-mużika Taljana. Kien jitgħaxxaq bil-vuċijiet ta’ Beniamino Gigli u Claudio Villa. Kien jogħġbu wkoll il-ksur f’leħen Iva Zanicchi, il-kanzunetti ta’ Sergio Endrigo u t-tarantelli Naplitani. Lejn l-aħħar, kienet togħġbu wkoll Jennifer Rush. F’Malta l-favorita tiegħu kienet Mary Spiteri, dik li kien iħobb isejħilha r-reġina tal-kanzunetta Maltija. Ma tantx kien dilettant tal-festi. Lanqas ma kien iħobb ix-xorb, għalkemm għanna f’ħafna ħwienet tax-xorb, kien jordna biss xi te` jew kafe` bla ħalib biex ibill griżmejh ħa jkun jista’ jgħanni aktar. Kien iħobb ukoll l-isport, għalkemm Marija qatt ma tiftakru jipprattikah. Kien iżomm mat-Taljani fil-futbol u kien iħobb ukoll it-tlielaq taż-żwiemel. Fix-xitwa, infatti, kien iqatta’ l-Ħdud wara nofsinhar il-Marsa jara dak l-isport.

l-Imnarja fil-Buskett. L-Imnarja ma kinitx bħalma nafuha llum. U Marija tiftakar lil missierha jgħid kemm kienet isbaħ qabel. Ma kienx jintrama l-palk u ma kellhom l-ebda teknoloġija u mikrofoni. Kienu jintefgħu ħdejn it-taraġ tal-misraħ li hemm f’nofs il-Buskett u ħallihom hemm jgħannu minn xħin jidlam sakemm terġa’ titfaċċa x-xemx. Ma kinux jarmaw bħal-lum bil-burgers u kull xorta ta’ ikel li mportajna minn barra. Kienu jsajru l-fniek, jixorbu l-inbid, għalkemm Mikiel kien joqgħod bogħod minnu, u jieklu xi maqrut sħun. Wara, din il-festa bdiet tiġi organizzata mod ieħor, daħlu l-kompetizzjonijiet u Mikiel kien rebaħ ħafna minnhom. Iżda xorta waħda kien jippreferi l-Imnarja ta’ qabel.

Birżebbuġa

kompetizzjoni tal-għana. Kellu żiemel partikolari. Kien jismu Pizu. Tant kien jobdi li kien jieħdu miegħu kullimkien. Darba anke tellgħu f’gallarija fiż-Żejtun. Dan Pizu donnu kien ħass l-għali bħal sidu meta mietet Ġużeppa u miet fl-istess żmien ukoll.


programm

It-Tfal ta’ Birżebbuġa jirbħu x-Shield (Kategorija B) tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien Alex Azzopardi

Editorjal Amministrazzjoni Banda

Ġejna mistiedna mill-Bord Editorjali ta’ ‘Minn Qalb l-Iljuni’ biex għal darb’oħra nwasslulkom storja ta’ suċċess. Suċċess miksub mill-Klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa bit-tfal ta’ Birżebbuġa. Għall-istaġun tar-Regatta 2016, il-kumitat dehrlu li għandu jagħmel ċertu tibdiliet fuq dak preċedenti, u dawk il-qaddiefa li kienu l-awturi tal-unur f’Jum il-Ħelsien 2015, ġew kollha mislufin ma’ distretti oħra. Ħafna kienu diżappuntati b’dan il-pass, iżda l-Kumitat kellu pjan ieħor u viżjoni ċara ta’ fejn irid jasal. L-istrateġija kienet dik li tingħata priorità lill-qaddiefa prodott tal-Klabb. Bi qbil bejn il-qaddiefa u l-kumitat ġie deċiż li nagħżlu u niffukaw kollox fuq il-Kategorija B. Wara xhur ta’ taħriġ intensiv waslet il-ġurnata tal-31 ta’ Marzu 2016. Ilqaddiefa Birżebbuġin għamlu ħames tiġrijiet meraviljużi, li żgur ser jibqgħu stampati fil-memorja ta’ dawk kollha preżenti. Bi tliet paljijiet tal-Ewwel u tnejn tat-Tieni, Birżebbuġa tellgħet total ta’ 72 punt u għamlet ċert mir-rebħ tax-Shield, segwiti mill-Marsa bi 42 punt, Bormla 32 punt, l-Isla 26 punt, filwaqt li Birgu, Kalkara u Marsamxett ma kisbu l-ebda punt. Għattieni sena konsekuttiva, Shield tar-Regatta sabet triqitha lejn Birżebbuġa fost il-ferħ tad-dilettanti. Tajjeb ngħidu wkoll li f’tellieqa li saret nhar is-7 ta’ Ġunju 2016 fil-Port il-Kbir flokkażjoni tal-Festival ‘Pageant of the Seas’, il-Klabb Regatta Birżebbuġa daħal fit-Tieni Post.

Tiġrija għad-Dgħajjes Tal-Pass b’Żewġ Imqadef: Birżebbuġa rebħet din it-Tiġrija b’mod konvinċenti, segwita mill-Isla u l-Marsa u b’hekk akkwistat l-ewwel 20 punt. Il-crew kien iffurmat minn Emman Joe Borg u Manuel Magro fid-Dgħajsa ‘22 ta’ Frar’.

Tiġrija tal-Kajjikki: Birżebbuġa rebħet 12-il punt ieħor meta ġiet l-ewwel bil-Kajjik ‘San Pietru’. It-Tieni ġew Bormla u t-Tielet l-Isla. Din kienet l-ewwel darba li Birżebbuġa rebħet it-Tiġrija tal-Kajjikki fl-istorja tagħha. Il-qaddiefa li ġabu dan is-suċċess kienu Damien Attard u Russel Bugeja.

nar San Pietru Birżebbuġa

Tiġrija għad-Dgħajjes Tal-Pass b’erba’ Mqadef: Id-Distrett ta’ Birżebbuġa ried biss placing minn din it-tiġrija biex jassigura r-rebħ tax-Shield. Kienet tiġrija mill-isbaħ fejn Bormla ġew l-ewwel, Birżebbuġa t-tieni u l-Marsa t-tielet. Il-Qaddiefa ta’ Birżebbuġa, fid-dgħajsa ‘22 ta’ Frar’, kienu Damien Attard, Emman Joe Borg, Manuel Magro u Russell Bugeja.

Tiġrija għad-Dgħajjes Tal-Midalji: Wara taqtigħa ras’imb’ras mal-Marsa, tal-Midalji ta’ Birżebbuġa ‘Maria Carmela II’ ikkuntentat bit-Tieni post, bl-Isla jispiċċaw it-tielet. L-ekwipaġġ ta’ Birżebbuġa li rebaħ dawn it-12-il punt kien iffurmat minn Dirk Attard, Glenn Żammit, Russell Bugeja u Sean Schembri

Preżentazzjoni tax-Shield: Is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Christ Agius jippreżenta x-Shield lil Ian Farrugia (President) u t-Trofew lil Simon Micallef (Segretarju), fost ċelebrazzjonijiet kbar tal-Birżebbuġin li kienu preżenti fil-Port il-Kbir.

Tiġrija tal-Frejgatini: Birżebbuġa jikkonfermaw il-qawwa tagħhom f’din il-korsa u bil-Frejgatina ‘Tereża’ ġew fl-ewwel post u dan fisser 12-il punt ieħor mirbuħ. Marsa spiċċaw it-tieni u l-Isla it-tielet. Il-Crew kien iffurmat mit-tewmin, Dirk Attard u Damian Attard, biċ-ċkejken Meod Ciantar bħala timunier.

160

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Ħames Qaddiefa tal-Klabb Regatta Birżebbuġa jiklassifikaw fl-Ogħla Postijiet fin-National Indoor Rowing Competition

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lil Russell Buġeja, atleta qaddief imwieled Birżebbuġa tan-nominazzjoni tiegħu biex ikun wieħed minn grupp ta’ tlieta li ntagħżel biex imur jikkompeti fil-European lndoor Rowing Championship f’Gyflr, l-Ungerija. Dan huwa l-ewwel kontinġent Malti li qatt tela’ biex jikkompeti European Indoor Rowing - Maximilar Mamo (Bormla) Thomas Farrugia f’kompetizzjoni bħal din. Russell Buġeja, qaddief affiljat mal- (STRAMAX Club) Russell Bugeja (Buga Club) Club tar-Regatta ta’ Birzebbuġa, li għad għandu biss sittax-il sena ħa sehem fil-kategorija taż-żgħażagħ U19. L-atleti ġew magħżula skont ir-riżultati li nkisbu fl-ewwel Indoor Rowing National Champonship li ġew organizzati mill-Għaqda Regatta Nazzjonali f’Noxembru li għadda fit-Topaz Hotel, San Pawl il-Baħar, fejn kien hemm aktar atleti minn Birżebbuġa li ħadu sehem u ġew klassifikati fl-ogħla pożizzjonijet. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

161

programm San Pietru

Russell Bugeja minn Birżebbuġa fil-European Indoor Rowing Championship

Birżebbuġa

National Indoor Rowing Championship - 2015 (Romina Bugeja, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Manwel Magro u Clifford Bugeja. Fir-ritratt jidher ukoll Mel Magro)

nar

Banda

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lil ħames qaddiefa tal-Klabb Regatta Birżebbuġa (Romina Buġeja, Glenn Żammit, Russell Buġeja, Manwel Magro u Clifford Bugeja) li ġew ikklassifikati fl-ogħla pożizzjonijiet f’din il-kompetizzjoni. Fosthom naraw ukoll is-sehem ta’ qaddiefa mara: Romina Bugeja li klassifikat l-ewwel fost il-qaddiefa nisa kollha. Lodevoli wkoll il-prestazzjoni ta’ Glenn Zammit li rebaħ il-Kategorija Male Lightweight b’ħin eċċellenti ta’ 1:33.6 li poġġietu mal-aqwa 10 tad-Dinja fil-Kategorija tiegħu. Wara din il-kompetizzjoni, Russell Bugeja intagħżel biex jikkompeti fil-European Indoor Rowing Championship.

EDITORJAL

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lil dawn iż-żewġ żgħażagħ qaddiefa imweldin Birżebbuġa li ħadu sehem fir-Regatta Internazzjonali ‘Coppa Europa e Europa in Voga a Reno di Leggiuno’ fl-Italja fejn kisbu riżultati mill-aktar pożittivi f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Il-crews Maltin ġew l-ewwel fittiġrijet kollha tal-‘gozzo’ (tal-U18 u tal-kbar). Huma spiċċaw ukoll it-tielet fil-European Cup tal-Jole, tiġrija li kienet kombattuta ħafna. Il-Crew tal-Under 18 li ħa l-ewwel post kien kompost miż-żewġ qaddiefa Birżebbuġin, it-tewmin Dirk u Damien Attard, flimkien ma’ Francesco Paris u Antoine Brignone. Glenn Brincat kien coxwain. Dirk u Damien kienu Dirk u Damien jiġu milqugħa mill-Klabb Regatta Birżebbuġa. fost kontinġent kbir ta’ 24 qaddief Malti li ħa sehem għallewwel darba f’Regatta barra minn xtutna. Ta’ min jgħid li xahar qabel din l-esperjenza Dirk Attard u Damian Attard, rebħu t-tiġrija tal-Frejgatini tal-Kategorija B fir-Regatta tal-Vitorja 2015.

AMMINISTRAZZJONI

Dirk u Damian Attard fir-Regatta Internazzjonali ‘Coppa Europa’ e ‘Europa in Voga a Reno di Leggiuno’ fl-Italja


programm

Ir-Referi Birżebbuġi Trustin Farrugia Cann jingħata l-Fifa Badge

Editorjal

Fl-edizzjoni ‘Minn Qalb L-Iljuni’ tal-festa 2006, konna tajna tagħrif dwar ir-referi żagħżugħ Trustin Farrugia Cann wara li dan kien qed jagħmel suċċess fil-linja li kien għażel. Trustin huwa żagħżugħ minn Birżebbuġa u kien referi ieħor minn Birżebbuġa stess li ħajru jaqbad din il-linja, is-Sur Christ Lautier. Din is-sena, għaxar snin wara li konna fraħnilu l-ewwel darba qegħdin nerġgħu nifirħulu għax Trustin reġa’ għamel qabża fil-kwalità, tant li issa ġie elevat bħala Referi fuq il-Panel tal-Fifa, pożizzjoni prestiġjuża mmens. Huwa ngħata l-Fifa Badge f’Diċembru li għadda. Trustin huwa wkoll inġinier gradwat mill-Università ta’ Malta. Dan l-aħħar ġie anke intervistat fuq stazzjon lokali tat-TV fuq l-użu ta’ LEDs bħala sors aktar nadif u aktar sostenibbli ta’ illuminazzjoni fit-toroq tagħna. Trustin huwa ammiratur kbir tasSoċjetà tagħna u fil-festa ma jonqos qatt li jiġi jifraħ ma’ sħabu d-dilettanti fis-Sede tagħna.

Amministrazzjoni

Dr. Angelo Chetcuti minn Birżebbuġa jiġi onorat mill-UEFA Il-Viċi President ta’ Birżebbuġa St. Peter’s FC, Dr. Angelo Chetcuti ġie mogħti ċertifikat fil-Football Management mingħand il-UEFA u l-Università ta’ Lausanne ġewwa Ruma fit-18 ta’ Marzu li għadda. Nifirħu lil Dr. Chetcuti għal dan l-unur li ġie mogħti lilu.

Banda

Dr. Angelo Chetcuti (Lemin) flimkien mad-Diriġent Taljan u ex-Parma AC Michele Uva fiċ-Ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikat lil Dr. Chetcuti.

Paul Camilleri, minn Birżebbuġa jagħlaq il-karriera tiegħu bħala futboler

nar San Pietru

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lill-plejer lokali Paul Camilleri imwieled Birżebbuġa, classe 1979 tal-karriera twila mimlija suċċessi li kellu fil-qasam tal-futbol bħala plejer. Paul lagħab ma’ diversi timijiet Maltin: Ħal Lija, Ħal Tarxien, Ħal Qormi u Birgu. Paul beda jilgħab il-futbol b’mod uffiċċjali fl-istaġun 1993-1994. Kien magħżul mat-tim nazzjonali talAmateurs fejn kien Captain u ħa sehem f’żewġ tournaments internazzjonali tar-Regions Cup. Rebaħ 3 promotions għallPremier; oħra mit-Third Division għas-Second Division u oħra mis-Second Division għall-First Division kif ukoll rebħa f’Knock-out tal-First Division. Huwa rebaħ ukoll xi unuri personali. Pawlu lagħab xejn inqas minn 258 logħba mal-Klabb li trabba fih, Birżebbuġa St. Peter’s FC. L-aħħar logħba li lagħab kienet kontra Żurrieq FC fit-22 t’April li għadda. B’hekk huwa temm il-karriera mal-istess klabb li tah l-ewwel opportunitajiet, jiġifieri Birżebbuġa St. Peter’s FC.

Birżebbuġa

• Is-Soċjetà tifraħ lill-Klabb Regatta Birżebbuġa għal 2 suċċessi oħra: dik tat-tiġrija tal-Pageant of the Seas fis-7 ta’ Ġunju li għadda u dik tar-Regatta taż-Żgħażagħ (U-18) li saret fil-Kalkara fid-9 ta’ Lulju fejn ikkwalifikaw it-Tieni overall b’52 punt. F’din il-kompetizzjoni ġew l-1 post fil-Frejgatini, fit-2 post f’ta’ bit-Tnejn, fl-1 post bil-Kajjik, u fit-2 post f’talErbgħa. Prosit tassew. Suċċess kbir għal dawn it-tfal imweldin Birżebbuġa f’Klabb li ilu biss ftit snin imwaqqaf. • Is-Soċjetà tixtieq tifraħ ukoll lill-brava Jamie Farrugia ta’ 17-il sena minn Birżebbuġa li rebħet il-Malta Junior Championships taċ-Ċess. B’hekk issa se titla tikkompeti mat-Tim Nazzjonali tan-Nisa fl-Olimpijadi taċ-Ċess li se jsir Settembru li ġej. Brava Jamie u Awguri!

162

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


EDITORJAL

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lill-Birżebbuġa Windmills għarrebħ tat-Tieni League Konsekuttiv fil-Kategorija U17 Section D. Huma rebħu dan it-titlu f’logħba kontra t-tim U17 ta’ Għaxaq FC nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2016, fil-futbol Pitch ta’ Ħal Għaxaq stess. Nifirħu lill-plejers kollha, lill-amministrazzjoni ta’ dan it-tim, u lil dawk il-ġenituri li b’passjoni kbira jmorru jissapportjaw lill-uliedhom u lir-raħal tagħna.

programm

Birżebbuġa Windmills għat-Tieni Darba konsekuttiva jirbħu l-U17 League Section D

AMMINISTRAZZJONI

Is-Soċjetà tagħna tifraħ lil tliet atleti minn Birżebbuġa li ħadu sehem fl-Special Olympics

Brandon Spiteri mwieled Birżebbuġa, ġie rikonoxxut għar-riċerka tajba li għamel fuq mezzi alternattivi ta’ trasport li jistgħu jiġu implimentati hawn Malta biex titnaqqas il-konġestjoni kbira tat-traffiku, pjaga kbira għal dan il-pajjiż. Ir-riċerka tiegħu ġiet saħanistra diskussa fil-bullettini tal-aħbarijiet prinċipali ta’ pajjiżna u sarulu anke diversi intervisti f’Ottubru li għadda (2015). Ir-riċerka tiegħu titratta kif jaħdmu sistemi ta’ ferroviji fil-Ġermanja u l-Ġappun, sistema li ħa tkun qed tiġi implimentata fil-ġejjieni qrib u li meta ġie intervistat, huwa ppropona li din tista’ tkun alternattiva ta’ transport ġewwa Malta. B’din ir-riċerka, Brandon ġab il-Baċċelerrat tiegħu flInġinerija mill-Università ta’ Malta. Brandon huwa ammiratur kbir tas-Soċjetà tagħna. Huwa għamel żmien qasir ħafna fil-Kumitat Eżekuttiv u anke għamel żmien jitgħallem l-Euphonium mas-Soċjetà. Is-Soċjetà tifraħlu ħafna għal din ir-riċerka u tixtieqlu kull suċċess fil-karriera tiegħu.

Motto ta’ Birżebbuġa: Pax Et Salus Que Omnibus (Paċi u Saħħa lil Kulħadd) Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

163

San Pietru

Brandon Spiteri minn Birżebbuġa, gradwat fl-inġinerija, rikonoxxut għar-riċerka fuq Mezzi ta’ Trasporti Alternattivi għal Malta

Birżebbuġa

Jean Paul u Peter - Special Olympics

nar

Banda

Gareth Borg, Peter Fenech u Jean-Paul, tliet żgħażagħ minn Birżebbuġa għadhom kif ġew friski minn suċċess kbir fl-Special Olympics li saru April li għadda ġewwa Ċipru. Gareth Borg ħa sehem fiċ-ċikliżmu mentri Jean-Paul u Peter ħadu sehem fl-għawm. Ninsabu infurmati li ċ-ċiklista Gareth Gareth Borg - Special Olympics Borg, għall-ewwel darba fl-istorja taċ-ċikliżmu, huwa l-ewwel Malti li rnexxielu jirbaħ 2 medalji tal-fidda, waħda fil-500m u l-oħra fil-5km f’daqqa. Tajjeb li wieħed isemmi li Gareth ma kellux il-faċilità li juża r-rota tiegħu bħalma kellhom iċċiklisti l-oħra. Barra minn hekk, fit-tellieqa tal-5km huwa ħa ‘puncture’ imma b’determinazzjoni kbira Gareth kompla jaqdef u għall-iskantament ta’ kulħadd irnexxielu jagħmel unur lilu, lill-grupp u lil pajjiżna. Prosit lil dawn it-tliet atleti bravi.


programm

Chinese Rose

Editorjal Amministrazzjoni

Bar & Restaurant St. George’s Street Birżebbuġa

Tel: 2165 2084 Mob: 9942 2084

Banda nar

Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor. Prof. Edward Scicluna

San Pietru

jawgura l-festa t-tajba lin-nies ta’ Birżebbuġa.

Birżebbuġa

164

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Banda Birżebbuġa

Nawguraw lill-Birżebbuġin kollha l-Festa t-Tajba f’Ġieħ San Pietru Appostlu ‘In Vinculis’

nar

Is-Soċjetà tifraħ ħafna lill-Kavallier John Taylor O.E.S.S.G. fl-okkażjoni tal-investitura tiegħu ta’ Kavallier tal-Ordni Ekwestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalem, ordni li huwa rikonoxxut mill-Knisja Kattolika. Dan l-Ordni ġie mwaqqaf fl-1099 imma ġie rikonoxxut fis-sena 1113 b’digriet mill-Papa Paskal II u mill-Papa Kallistu II fl-1122. Huwa wieħed mill-ftit Ordnijiet li għandu għeruq mal-Kruċjati. Dan huwa wkoll Ordni Internazzjonali u huwa l-iktar wieħed influwenti wara l-Ordni Sovran, Militari u Ospidallier ta’ San Ġwann. Kemm l-Ordni ta’ San Ġwann u l-Ordni tas-Santu Sepulkru huma l-uniċi tnejn li għandhom għeruq medjevali u li qatt ma ġew xolti. L-Ordni ta’ San Ġwann u l-Ordni tas-Santu Sepulkru huma l-uniċi żewġ Ordnijiet li huma rikonoxxuti u protetti mill-Knisja Kattolika. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Ordni huwa dak li jżomm sħiħ il-preżenza Kattolika fl-Art Imqaddsa. Chev. John Taylor twieled fis-17 ta’ Frar 1981. Huwa minn dejjem kellu ammirazzjoni u interess fl-Ordnijiet reliġjużi Kavallereski. Maż-żmien John tgħallem li l-posizzjoni ta’ Kavallier mhijiex biss ta’ lbies pulit, unur u armaturi jleqqu imma tinkorpora fiha wegħdiet ta’ mġiba tajba, eżemplari u awto-dixxiplina msejsa fuq prinċipji Kattoliċi. Tassew li l-pożizzjoni ta’ Kavallier iġġib magħha responsabbiltajiet u doveri kbar. John ħa l-investitura ta’ Kavallier f’quddiesa u f’ċerimonja li saru fid-9 u l-10 t’Ottubru 2015 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja tal-investitura saret mill-Isqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona u l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna kif ukoll tal-Gran Mastru tal-Ordni l-Emminenza tiegħu l-Kardinal Frederick O’Brien. Il-Kavallieri huma marbutin li jagħmlu att ta’ Karità u jipprovdu għajnuniet biex il-Knisja Kattolika żżomm il-mezzi u l-preżenza tagħha fl-Art Imqaddsa. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 temmen li John għandu l-kwalitajiet kollha għal din il-pożizzjoni u tifraħlu mill-ġdid għal din ir-responsabbiltà.

San Pietru

Kav. John Taylor O.E.S.S.G., isir l-ewwel Kavallier imwieled Birżebbuġa

AMMINISTRAZZJONI

EDITORJAL

Fil-bidu ta’ Settembru tas-sena li għaddiet 2015, Andrew Gafà minn Birżebbuġa li kien qed iservi bħala prefett fil-Qasam tal-M.U.S.E.U.M. ta’ Wied il-Għajn ġie fdat bir-responsabbiltà kbira ta’ Superjur għaċ-Ċentru tal-M.U.S.E.U.M. ta’ Marsaxlokk. Il-Prefett Andrew Gafà għamel żmien twil iservi fil-qasam tarraħal tagħna ta’ Birżebbuġa qabel ma ntbagħat jaħdem fil-qasam ta’ Wied il-Għajn. Is-Superjur Andrew Gafà għandu għal qalbu ħafna l-festa ta’ Birżebbuġa u huwa devot kbir tal-Patrun tagħna San Pietru Appostlu. Aħna nwegħduh it-talb tagħna u nagħmlulu kuraġġ għar-responsabbiltà kbira li ġie msejjaħ għaliha, dik li jaħdem fl-għalqa tal-Mulej u jressaq aktar żgħażagħ u tfal lejn Andrew Gafa, it-Tieni mix-xellug. Alla. Barka u Sliem.

programm

Nifirħu lil Andrew Gafà minn Birżebbuġa bħala Superjur Ġdid Għal Marsaxlokk

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

165


programm

That special place for your pictures & frames Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: 21657192 leonardo@onvol.net

Editorjal

Large selection of various sizes of frames. Importers of fine art prints. Original oil on canvas & acrylic. Prints on cotton. Lamination

Amministrazzjoni

DCF Home & Decor Triq il-Kurat Fenech, Birżebbuġa

Oman’s Fruit & Veg. 9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery

Stefy’s Nail Studio By Stephanie

Banda nar

For more information call 2765 4048 • 9904 1534

7, Birżebbuġa Rd, Birżebbuġa stefysnailstudio@gmail.com Mob: 7991 9745

San Pietru

Arthur Zammit Aluminium Works

Birżebbuġa

Mob: 7992 3804 166

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


Ħutna Birżebbuġin li ħallewna minn Awwissu 2015 sal-lum Inżommuhom dejjem fit-talb tagħna

Angela Bonnici, Ġanna Mizzi, Miriam Borg, Dorotea Mifsud, Antonia Caruana, Feliċita Aquilina, Stanley Berr, Connie Vella, Edgar Galea, Mary Anne Mangion, Carmela Debattista, Anthony Pulis, Lorenzo Galea, Phyllis Rizzo, Carmelo Cassar, Lilian Josephine Cini, Rosina Bonello, Conċetta Camilleri, Jude Thaddeus Schembri, Luiga Schembri, Stella Vella, George Zerafa, Cynthia Cachia, Emanuela Carabott, Thelma Mary Attard, Mary Stella Cutajar, Mary Duca, Victor Vella, Anthony Scicluna, Theresa Darmanin, Evanġelista Camilleri, Frank Bonnici, Carmelo Briffa, Rita Agius, Emanuele Asciak, Maria Bonnici, Mario Cassar, Ġużeppa Farrugia, Grezzju Bugeja, Carmelo Zammit, Anthony Muscat, Joseph Cutajar, Maria Pia Azzopardi, Domenica Calleja, Joseph Mifsud, Joseph Debono, Anna Chircop, Paul Pace, Francesca Saveria Schembri, Dolores Gouder, Mary Grech, Carmelo Briffa, Mary Purshouse, Nazzarena Curmi, Josephine Theuma, Liberata Ellul, Katarina Adams, Catherine Grima, Vincent Farrugia, Loreta Polidano, Tessie Incorvaja. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016

167

programm EDITORJAL AMMINISTRAZZJONI Banda nar

jgħejja jisma’ l-banda ddoqq imma mbagħad baqa’ msaħħar bl-eżekuzzjoni tal-Banda Birżebbuġa tant li baqa’ hemm salaħħar sekonda. Min qatt kien jgħidlu li ftit wara kellu jħalli lil din id-dinja. Leli Axiaq, miet fil-31 ta’ Jannar 2016, fl-età ta’ 79 sena. Is-Soċjetà tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-familjari ta’ Leli Axiaq u tirringrazzjahom ta’ dak kollu li għamlu masSoċjetà. Silvio Cacciattolo kien wieħed minnies li ta għajnuna lis-Soċjetà tagħna. Kull darba li kien jiġi avviċinat mill-kaxxier tas-Soċjetà tagħna Walter Pace qatt ma rrifjuta li jagħti l-għajnuna lis-Soċjetà tagħna. Huwa ħalla din id-dinja fl-4 ta’ Ġunju 2016 fl-età ta’ 56 sena. Is-Soċjetà tingħaqad fis-sogħba mal-familjari u turi simpatija magħhom għat-telfa tal-ħabib tagħna Silvio. Salvu Bugelli Is-sena li għaddiet b’sogħba kbira ħabbarnhielkom il-mewt għall-għarrieda ta’ Ġużeppi Bugelli, missier is-Surmast Direttur tagħna li seħħet nhar id-29 ta’ Settembru 2014. Din is-sena sfortunatament qegħdin inħabbru l-mewt ta’ ħu s-surmast, li huwa Salvu Bugelli. Salvu Bugelli li huwa wkoll tewmi massurmast tagħna, kien idoqq il-Kornu u kien bandist regolari ħafna magħna speċjalment fl-ewwel snin tas-Soċjetà. Salvu kien jirrikonoxxi l-abiltajiet tas-surmast tagħna u minn dejjem tah appoġġ kbir f’dak li kien jagħmel mas-Soċjetà tagħna. It-tifel ta’ Salvu, Horace Bugelli wiret innamra għall-mużika ta’ missieru u zijuh u fil-fatt kemm-il darba ġie mitlub jagħti servizz bid-daqq tal-Ewfonju mal-banda tasSoċjetà tagħna. Il-mewt ta’ Salvu li seħħet fl-4 t’April 2016 ħasdet lil kulħadd għax ma kinitx mistennija. Huwa kelli 56 Sena. Is-Soċjetà għal darb’oħra turi s-solidarjetà u tagħti kondoljanzi sinċiera mal-familja tas-surmast tagħna Michael Bugelli.

San Pietru

Charlie Briffa (Iż-żiffa / żafżofa) kien raġel sew ħafna u tal-familja. Għal xi żmien Charlie u l-familja tiegħu kienu ħadu l-bottegin tas-Soċjetà tagħna. Dak iż-żmien niftakar li konna qegħdin nirranġaw il-bar tal-każin u niftakar li konna qed nagħmlu l-pilastri tal-ġebel mal-ħitan biex il-bar jieħu dehra aktar sabiħa. Ma’ dawn konna għamilna wkoll il-madum il-ġdid. Minħabba f’hekk konna qlajnilu ħafna trabijiet u abra kullimkien. Ma kinitx faċli għal Charlie li jaħdem f’dawk iċ-ċirkustanzi. Imma lill-ħaddiema, Charlie kien iħallihom għaddejjin b’xogħlhom. Mill-familja tas-Sur Charlie Briffa ħarġu bosta dilettanti talfesta u tas-Soċjetà tagħna. Insemmu fost oħrajn lil Steve Briffa li jiġi iben Charlie. Steve huwa dilettant kbir u jagħti ħafna għajnuna fil-festa kollha kif ukoll lil Anthony Briffa li jiġi n-neputi tiegħu. Is-Sur Charlie Briffa għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar l-20 ta’ Jannar 2016. Is-Soċjetà turi s-sogħba u s-simpatija tagħha mal-familja Briffa għal din it-telfa kbira. Leli Axiaq li mal-ħbieb tiegħu kien magħruf bħala l-holly, kien tassew iħobb il-festa u lil San Pietru. Fis-sittinijiet, Leli Axiaq kien jaħdem xi nar flimkien ma’ Anthony Camilleri, Nenu Camilleri, u Frenċ Gażuba. Fis-sena 1990, hu kien favur ħafna li titwaqqaf Soċjetà ġdida f’Birżebbuġa u mill-ewwel inkiteb bħala tesserat tas-Soċjetà. Imbagħad meta kien se jsir il-Kumitat Proviżorju tas-Soċjetà f’Diċembru tal-1989, huwa ġie avviċinat minn Anthony Camilleri biex ikun il-viċi tiegħu, liema kariga huwa aċċetta u baqa’ jżomm anke meta l-Kumitat Proviżorju sar il-Kumitat Eżekuttiv. Kemm dam filKumitat Eżekuttiv, Leli qatt ma falla seduta. Aparti l-festa, Leli kien ukoll iħobb il-kaċċa. Leli tgħidx kemm feraħ dakinhar li s-Soċjetà tagħna għaddietlu l-invit biex jattendi l-Akkademja Mużikali li għamilna fil-Knisja biex niċċelebraw il-25 Sena Anniversarju mit-twaqqif tagħna. Fil-bidu ħaseb li kien ser

Birżebbuġa

Niftakru f’Ħutna Birżebbuġin li Għaddew Għall-Ħajja ta’ Dejjem


Lista tar-Reklami Body Bliss............................ inside front Al Fresco...........................................55 Angolina.............................................94 Animal Crackers................................53 Anthony Azzopardi...........................138 Arthur & Sons Bakery & Confectionery...............inside back Arthur Zammit..................................166 Audio Images...................................126 Auto Electrical Repairs & Battery Sales..............................84 Auto Technics................... outside back Automax............................................58 B.S.G. Rent-a-car............................155 B2M...................................................11 Banka tal-Lottu Nru 192.....................89 Bernice..............................................93 Best Print Co. Ltd..............................90 Bibas................................................134 Birzebbugia Filling Station.................44 BOV.................................................148 Bozoz tal-Ħġieġ.................................11 Building Construction Ltd...................24 Cardiff Butcher...................................30 Caruana Ellul.....................................81 Cassiopea..........................................57 Casual 78..........................................78 Catherine’s........................................77 Celeste Video Rentals.......................74 Charlie’s Ironmongery.......................70 Charlie’s Motoring School..................24 Charms............................................165 Cherrie’s Take Away..........................38 Chinese Rose..................................164 Christian Services..............................81 COX Sports Bar.................................81 D Nail Bar..........................................12 DCF Home & Décor.........................166 De Piero .........................................123 DJ Engineering..................................22 Dove’s Pet Shop..............................107 Duraprint............................................28 Eastern Store...................................110 Edric Micallef (Perit)..........................55 Edward Scicluna..............................164 Eighty Eight Automotive...................119 Envy Bar..........................................132 Extremes Trading............................118

168

Ferretti...............................................90 Francis Caruana (Gozo) Ltd............137 Fruit-Ella Grocer & Green Grocer......12 Gasparell Baling Co. Ltd....................35 Gasparell Baling Plant Co. Ltd..........34 GIB - Global Insurance Brokers Ltd...39 Gold Lady Jewellery..........................54 Goldcut............................................144 Hair Stories........................................26 Ħassu Upholsterer...........................152 Herman Schiavone..........................126 Horace Enterprises..........................144 Horace Spiteri Funeral Services........43 HSBC...............................................119 Insieme............................................133 J. Caruana.........................................46 J.J. Ironmongery & Household........116 Jason Cutajar..................................122 Jesmond Grima...............................146 Jo Jo’s Bar.........................................28 Joe & Jerry Pace Furniture Ltd..........95 Joe tal-Fjuri........................................22 KAN.................................................131 KC Turnkey Projects..........................22 Kelly Industries................................140 Knights Pipes & Drums....................131 Koupeus Hair Design.......................107 Krismar Towing Service.....................41 Kunsill Lokali Birzebbugia..................95 La Spiaggia........................................91 Lantern............................................ 111 Leonardo.........................................166 Liftman Malta...................................134 Light & Shade....................................91 London Butcher...............................125 Luciano Busuttil...............................118 Manwel Garage...............................124 Maria Ferrando (Hairoscope)..........156 Mario Calleja....................................123 Mario’s Super Market........................15 Marlene Farrugia...............................75 MCS Fabrications............................100 Metlec Services.................................78 MG Creative Factory.......................158 Montebello Group............................136 Mr Whippy.......................................123 Music Link..........................................70 Newwes Garage (Weddings).............42

Nineteen Ninety Bar........................122 Oman’s Fruit & Veg.........................166 Partit Nazzjonalista Birzebbugia......100 Paulson..............................................96 Peppin Transport.............................156 Pick ‘n’ Pay......................................100 Power Bar........................................124 Pure Collections................................57 Qajjenza Mini Market.........................74 R. J. Bonnici....................................100 Rainbow Stationery...........................45 Renauto Garage..............................138 Roc-A-Go Crane Services.................90 Roderick Cachia..............................114 Seabreeze Hotel................................47 Six Till Nine Mini Markets................149 Southmarket Supplies Ltd.................87 Southvale...........................................12 St Mary Butcher.................................81 Stefan Zrinzo Azzopardi....................16 Stefy’s Nail Studio...........................166 Styling Station....................................53 Superstar Butcher..............................60 Ta’ Maurice Bakery............................66 Ta’ Nardu Mini-Market.......................94 Tarcisio Caruana Limited...................50 Tasty Take Away................................26 The Bubble Shop...............................38 The Cathedral Group Ltd.................138 The Convenience Shop...................152 The Discount Place...........................51 The Right Spot.................................113 The Secret Fashion & Beauty............15 Therese Comodini Cachia...............148 Tony Digby & Sons International Funeral Services..20/21 Toni Bezzina (Perit)...........................51 Toni’s Wines & Spirits......................136 Tony Muscat Caterers Limited...........53 Top Styles..........................................49 TRMC Boats......................................78 Unitech............................................158 Usefull Discount Store.......................53 Whippy’s Chicken Hut.......................50 Xtreme Fishing................................149 Zucchero..........................................132

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 27 – Festa 2016


AUTO TECHNICS

by Peter Cachia

VRT Station Motor Repairs & Services Towing Service A/C Repairs & Services EOBD Diagnostic Testing LPG Conversion

Melsons HSE, Hamrun Bypass, Marsa Tel: +356 21497193 Mob: +356 99445252 Email: info@autotechnicsmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Min Qalb L-Iljuni 2016 by Banda Birzebbuga A.D. 1990 - Issuu