Skip to main content

Malta Missjunarja Lulju 2021

Page 6

NEWSPAPER POST LULJU 2021 SENA 89

90

sena ħidma għall‑missjoni

02 Il-Knisja Kattolika Titlef 3 Maltin Missjunarji Kbar  08 Inħobbu Lil Kulħadd 14 Ir‑Raħal Ta’ Bla Rġiel  32 Dehriet Tal‑Madonna għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL – CLAUDIA CINI

Lulju 2021

Il-Knisja Kattolika Titlef 3 Maltin Missjunarji Kbar

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana

Ritratt: jesuit.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 14 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Messaġġ mill-Papa għall-Ġurnata Missjunarja 2021 28 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Ritratt tal‑Isqof Emeritu Walter Ebejer O.P. (1929 - 2021) meħud fl‑okkazjoni tas‑60 anniversarju mill‑ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. 2

P

atri Anthony Micallef SJ, li qatta’ ħafna minn ħajtu bħala missjunarju fl‑Indja miet is‑Sibt 22 ta’ Mejju, wara nofsinhar. Huwa kien magħruf ma’ ħafna għall‑ġenerożità tiegħu mal‑batut. Meta ġie lura Malta huwa ddedika ħafna mill‑enerġija u mix‑xogħol pastorali tiegħu lill‑benefatturi tal‑Ġiżwiti, filwaqt li ta’ kull xahar kien jaqsam lejn Għawdex biex iqassam il‑fuljetti tal‑Ġiżwiti: Lil Ħbiebna u r‑RM2000. Riċentament huwa kien mar jgħix Dar Loyola fin‑Naxxar. Il‑funeral tiegħu sar fil‑Knisja Parrokjali tan‑Naxxar nhar il‑25 ta’ Mejju. 


Ritratt:netnews.com.mt

Lulju 2021

F

tit tal‑ġimagħtejn ilu, miet bastun missjunarji ieħor għall‑komunità fil‑Brażil: Patri Ġwann Xerri. Huwa kellu 74 sena u kien ilu jgħix is‑sejħa missjunarja tiegħu fil‑Brażil għal 47 sena. Patri Ġwann li qatta’ snin twal jgħix u jaħdem fost il‑foqra, miet waqt li kien pożittiv għall‑COVID‑19, fil‑Brażil. Matul ħajtu huwa kien marbut mill‑qrib mal‑movimenti tal‑ġustizzja soċjali. Ried jgħixha bl‑impenn għall‑ġustizzja, bit‑tibdil fl‑istituzzjonijiet, bl‑involviment mal‑movimenti soċjali u bl‑appoġġ għall‑politiċi, kienu fejn kienu, li jaħdmu għall‑ġustizzja. Kuba kienet wieħed biss mill‑pajjiżi li żar kemm‑il darba minħabba x‑xogħol tiegħu favur il‑ġustizzja. Il‑ġlieda għall‑ġustizzja bdiet

mill‑parroċċi Brażiljani fejn qabel l‑elezzjoni kien jorganizza liż‑żgħażagħ biex bil‑lejl joħorġu jwaħħlu l‑powsters tal‑kandidati tal‑Partit tal‑Ħaddiema. Aktar ma kiber, l‑Ordni Dumnikan li kien iħaddan, afdalu xogħol marbut mal‑ġlieda għall‑ġustizzja; ġlieda li ħabbitu ma’ wħud mill‑akbar rivoluzzjonarji ta’ żmienna. Ħadem kontra l‑inġustizzji fil‑fora tan‑Nazzjonijiet Magħquda, kien fuq quddiem fil‑ġlieda kontra l‑apartheid, kien spalla ma’ spalla man‑nies ta’ East Timor u kien forċina għall‑Palestinjani. L‑appoġġ ta’ Patri Ġwann għall‑Partit tal‑Ħaddiema fil‑Brażil kien imqanqal biss mit‑twemmin sod tiegħu li dan ma kienx fil‑but tan‑nies tal‑flus il‑kbar u allura hu biss seta’ jgħin lill‑fqar. Patri Ġwann kien bniedem ta’ moħħ fin b’kapaċitajiet analitiċi. Fuq kollox kellu qalbu kbira. Aktar tard Patri Ġwann sar ambaxxatur. Din il‑ħidma għall‑ġustizzja ta’ Patri Ġwann kienet estenzjoni naturali u radikali tas‑saċerdozju tiegħu. L‑imħabba ta’ Kristu lejn il‑fqir u l‑vulnerabbli kienet issuq lil Patri Ġwann. Il‑vanġelu u t‑teoloġija tal‑liberazzjoni kienu l‑programm politiku tiegħu, u xejn aktar. (Sors Times of Malta) 

N

har il‑Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, tħabbret il‑mewt tal‑Isqof Malti fil‑Brażil, Monsinjur Walter Michael Ebejer fl‑età ta’ 91 sena. Il‑kundizzjoni ta’ saħħtu marret lura tant li kellu jiddaħħal l‑isptar. Mons. Ebejer, li jigi ħu l‑kittieb Francis Ebejer, kien membru tal‑Ordni Dumnikan. Fi stqarrija, il‑Kurja qalet li Mons. Ebejer kien l‑iżjed isqof Malti anzjan. Huwa serva bħala isqof għal aktar minn 40 sena, qabel 10 snin ilu rtira bl‑età. Hu għamel ’il fuq minn 60 sena missjunarju fil‑Brażil, fejn mar fl‑1957. Fl‑1976 Papa San Pawlu VI innominah l‑ewwel Isqof ta’ União da Vitória, u kien ikkonsagrat sena wara. L‑Isqof Ebejer twieled Ħad‑Dingli nhar it‑3 ta’ Awwissu 1929. Ordna saċerdot fl‑1954 u kien membru tal‑Ordni tal‑Predikaturi. Tliet snin wara beda l‑ħidma missjunarja l‑Brażil fejn kien ilu 64 sena; 44 sena minnhom bħala isqof. Irtira mit‑tmexxija tad‑Djoċesi ta’ Uniao da Vitoria, li tagħha kien l‑ewwel isqof, f ’Jannar tal‑2007 meta kellu 77 sena, u baqa’ jgħix hemmhekk bħala Isqof Emeritu. L‑aħħar li żar Malta kien f ’Jannar tal‑2017. Fl‑aħħar intervista tiegħu ma’ TVM kien stqarr: “Jien wara dan kollu, wara li ddedikajt ħajti għal Kristu, nixtieq narah. Għalija biżżejjed ikolli daqsxejn ta’ daħla żgħira fil‑bieb tas‑sema.”  3


Lulju 2021

L

L-Għaref Kliemu Meqjus

‑ilsien, imqabbel mal‑kumplament ta’ ġisimna, huwa tassew żgħir, imma l‑qawwa tiegħu tgħaddi lil ġisimna kollu. San Ġakbu, fl‑ittra tiegħu jgħidilna li: “Bastimenti, għad li jkunu kbar u jimxu mal‑irjieħ qawwija, naqra ta’ tmun idawwarhom fejn irid it‑tmunier. Hekk ukoll l‑ilsien: biċċa ċkejkna fil‑ġisem, imma jista’ jiftaħar li jagħmel ħwejjeġ kbar.” (3:4‑5) Għalhekk jeħtieġ li flimkien mas‑salmista nitgħallmu

4

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

kuljum nitolbu lil Alla: “Iqiegħed ilġiem fuq fommi, agħmilli l‑għassa ma’ bieb xufftejja.” (Salm 141:3) L‑ilsien m’għandux għadam fih, iżda minkejja dan, kapaċi jaqsam il‑qalb tal‑oħrajn. Il‑kelma li toħroġ mill‑fomm tista’ malajr tiftaħ ġerħa fil‑qalb tal‑ieħor li mhux lakemm tfiq. L‑ilsien tant hu setgħan li fih hemm: ‘il‑mewt u l‑ħajja’. (Prov. 18:21) Dan jitfa’ fuqna ħafna u ħafna responsabbiltà biex nitgħallmu nikkontrollawh tajjeb, speċjalment meta

nisbħu burdata ħażina. Għaliex il‑burdata tista’ tibdilha f’ħin jew ieħor, iżda l‑kliem li tkun għedt diffiċli ħafna biex tibdlu. Ġesù stess iwissina biex noqogħdu attenti ħafna kif nużaw ilsienna għaliex: “F’jum il‑ħaqq għad irridu nagħtu kont ta’ kull kelma fiergħa li nkunu għedna, għax minn


B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.

fost il‑membri ta’ ġisimna.” (3:6) San Pietru jiftħilna għajnejna u jgħidilna li: “Min irid iħobb ’il ħajtu u jara jiem hienja, ħa jħares ilsienu mill‑ħażen u xufftejh mill‑qerq.” (1Pt. 3:10) Ġieli ssib min jgħid: “Għax jien hekk magħmul, kelma ma nafx inżommha. Jien ta’ żaqqi f’fommi.” Naħseb li ħadd minna li jkollu xi difett ma jifraħ, iżda nagħmlu minn kollox biex nippruvaw neliminawh. Bniedem li ma jafx irażżan lilu nnifsu huwa: “Bħal belt miftuħa u bla ħitan,” (Prov. 25:28) u fl‑istess Kemm inkwiet nistgħu waqt ikun qiegħed jidħak bih nevitaw fil‑familji tagħna jekk innifsu. San Ġakbu jgħidilna ikollna kontroll fuq ilsienna! li: “Jekk xi ħadd jidhirlu li hu Ħafna drabi l‑inkwiet jibda tajjeb, u lsienu ma jrażżnux u b’daqsxejn ta’ kelma li ntqalet jqarraq b’qalbu, fiergħa hija b’nuqqas ta’ ħsieb, imma t‑tjieba tiegħu.” (1:26) “Jekk fl‑istess waqt kienet kapaċi ilsienek hu itwal minnek, tixgħel ġigġifogu sħiħ u itlob kuljum lill‑Ispirtu t’Alla jkollha konsegwenzi kbar. jgħinek ħalli timmansah.” San Ġakbu jgħallimna li: (Ġak. 3:8) Żgur li talba “Ftit nar jista’ jqabbadlek bħal din tkun mismugħa u foresta sħiħa, u l‑ilsien huwa milqugħa minn Alla l‑Missier nar, huwa dinja ta’ ħażen tagħna. 

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

kliemek tkun iġġustifikat u minn kliemek tkun ikkundannat.” (Mt. 12:36) L‑ilsien jikxef min tassew int għaliex kliemek juri l‑karattru tassew tiegħek għax: “Min għandu tassew l‑għerf, kliemu meqjus, min għandu l‑għaqal moħħu kalm. Lill‑iblah, ukoll jekk jiskot, jaħsbuh għaref u b’għaqli jgħodduh, jekk iżomm fommu sieket,” (Prov. 17:27‑8) u jkompli: “Il‑ħażin jinqabad mill‑qerq ta’ kliemu, imma l‑ġust jeħles mill‑għawġ.” (12:13)

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Lulju 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Lulju 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Lulju 2021 innifsu u għall‑bnedmin kollha. Iżda mhux kulħadd jagħraf l‑importanza ta’ “Nitolbu sabiex dawn il‑ħbiberiji soċjali, f’sitwazzjonijiet anzi xi kultant bnedmin soċjali, ekonomiċi u iħarsu lejn xulxin bħala għedewwa, u għalhekk politiċi ta’ kunflitt jippruvaw iwarrbu lil xulxin. inkunu kuraġġużi Din żgur mhix ix‑xewqa u bennejja mħeġġa t’Alla għall‑bniedem. Alla ta’ djalogu u jrid li l‑bnedmin kollha ħbiberija.” jgħixu fis‑sliem u fil‑paċi. Din il‑paċi għandha tkun “No man is an island.” fil‑familja, fil‑komunità u Il‑bniedem ma jgħixx waħdu, fid‑dinja. Fuq kollox, bħala imma għandu l‑bżonn Nsara ngħixu din il‑paċi ta’ ħaddieħor. Għalhekk, fil‑quddiesa. Fil‑quddiesa il‑bniedem bħala kreatura ngħixu l‑paċi li hija fuq soċjali jidħol f ’relazzjonijiet kollox il‑paċi ta’ Kristu u mal‑oħrajn. Dawn qiegħda tinżel fil‑ġemgħa ir‑relazzjonijiet mal‑bnedmin liturġika miġbura u l‑oħra għandhom iservu magħquda diġà flimkien. għall‑ġid tal‑bniedem L‑ewwel Insara bħala sinjal Intenzjoni Universali – Ħbiberija Soċjali.

6

ta’ paċi kienu jagħtu l‑bewsa tal‑paċi lil xulxin kif juri San Ġustinu martri fis‑sena 150 A.D. fl‑‘Ewwel Apoloġija’, ir‑Ragħaj ta’ Hermas u fit‑‘Tradizzjoni Appostolika’ fis‑sena 235 A.D. Irridu niftakru l‑ewwel nett li l‑bewsa għandha sinifikat importanti fil‑kultura Biblika. Hija espressjoni ta’ fedeltà, ta’ ħbiberija, ta’ rispett u tal‑komunikazzjoni tal‑verità bejn żewġ persuni. Dan huwa kkonfermat mill‑Eżortazzjoni Post Sinodali ‘Sacramentum Caritatis’ ta’ Papa Benedittu XVI fin‑numru 49 fejn jgħid: “By its nature the Eucharist is the sacrament of peace which is exemplified


Lulju 2021

in the sign of peace.” Hekk jgħidilna San Pawl f ’Efesin 2:14: “Kristu hu s‑sliem tagħna, hu li minna t‑tnejn għamel poplu wieħed billi ġarraf il‑ħajt li kien jifridna; il‑mibegħda ta’ bejnietna u ħassar bis‑sagrifiċċju ta’ ġismu.” Fl‑2014, il‑Konferenza tal‑Isqfijiet kollha fl‑Ittra Ċirkulari ‘On the ritual expression of the Gift of Peace at Mass’, isostnu li l‑paċi li nagħtu lil xulxin fil‑quddiesa hija l‑paċi ta’ Kristu li ġab bil‑qawmien tiegħu. Għalhekk hija l‑paċi tal‑Ispirtu li nefaħ Kristu fuq l‑appostli, hija l‑bewsa paskwali ta’ Kristu kif naraw f ’Ġwanni 20:21‑22: “Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is‑sliem għalikom! Kif il‑Missier

bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l‑Ispirtu s‑Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom

ikunu maħfura u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.” Dan l‑episodju tal‑Pentekoste ġovanneja li nsibu f ’San Ġwann

ifakkarulna s‑saċerdot proprju qabel ir‑rit tal‑paċi nnifsu: “Mulej Ġesu’ Kristu, li għedt lill‑appostli tiegħek, inħallilkom is‑sliem, nagħtikom is‑sliem tiegħi.” U għalhekk, proprju qabel ma nirċievu lil Ġesù s‑Sultan tal‑Paċi f ’qalbna, nircievu l‑paċi tal‑Ħaruf t’Alla sabiex ngħadduha lil xulxin kif jgħidilna s‑saċerdot f ’isem Ġesù: “Agħtu l‑paċi lil xulxin.” Ejjew mela nkomplu nitolbu sabiex inkunu bennejja mħeġġa għal din il‑paċi li jixtieq minna Alla. U fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija. 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Lulju 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

L‑Arti Li Tħobb – It-Tieni Parti Inħobbu Lil Kulħadd “Imma jiena ngħidilkom: ħobbu (anki) lill‑għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis‑smewwiet; għax hu jtella’ x‑xemx tiegħu sew fuq il‑ħżiena u sew fuq it‑tajbin, u jniżżel ix‑xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex.” (Mt. 5:44‑45) L‑ewwel kwalità tal‑imħabba Nisranija hija li tħobb lil kulħadd. Din l‑arti ta’ mħabba trid li aħna, kif jagħmel Alla, inħobbu lil kulħadd, ikun min ikun. 8

Ma tridx toqgħod tagħżel bejn min hu simpatiku jew antipatiku, xiħ jew żagħżugħ, minn pajjiżek jew barrani, abjad, iswed jew isfar, Ewropew jew Amerikan, Afrikan jew Asjatiku, Nisrani jew Lhudi, Musulman jew Induwista. Jekk nużaw lingwaġġ li mdorrijin nużaw

illum, nistgħu ngħidu li l‑imħabba ma tagħraf l‑ebda forma ta’ diskriminazzjoni’. Billi l‑imħabba sopranaturali tagħmel sehem mill‑imħabba nnifisha li tinsab f ’Alla, li hi Alla, hija differenti b’ħafna u ħafna modi mill‑imħabba umana. Imma l‑akbar differenza hija li l‑imħabba


Lulju 2021

umana tagħmel distinzjoni bejn bniedem u ieħor, hija mħabba parzjali, tħobb lil ċerti bnedmin, bħal pereżempju ’l dawk tal‑istess demm tagħna jew lil min hu studjuż jew għani jew sabiħ jew onorat jew b’saħħtu jew żagħżugħ, lil dawk ta’ ċerta razza jew kategorija, u ma tħobbx jew għall‑inqas mhux bl‑istess mod, lill‑oħrajn. Filwaqt li l‑imħabba divina tħobb lil kulħadd, hija universali. Qabel kollox jeħtieġ li ħarsitna nitfgħuha dejjem fuq il‑Missier waħdieni ta’ ħafna wlied. Imbagħad inħarsu lejn il‑ħlejjaq kollha bħala wlied tal‑istess Missier. Irridu mmoru dejjem lil hinn, bil‑ħsieb u bil‑qalb, minn kull limitu li jiġi minn ħajja sempliċement umana u nidraw inħarsu l‑ħin kollu lejn il‑bnedmin kollha bħala aħwa ta’ xulxin f ’Missier wieħed, li hu Alla. Ġesù, il‑mudell tagħna, għallimna żewġ affarijiet li huma ħaġa waħda; li nkunu wlied ta’ Missier wieħed u li nkunu aħwa ta’ xulxin. Jeħtieġ niftħu qalbna beraħ, negħlbu kull tfixkil u niżirgħu f ’qalbna l‑imħabba għal ħutna l‑bnedmin kollha; jiena ngħix għal ħuti l‑bnedmin kollha! Jekk aħna lkoll aħwa ta’ xulxin, jeħtieġ li nħobbu lil kulħadd.

Tidher ħaġa żgħira, imma ġġib bidla mill‑qiegħ! Jekk bejnietna nkunu lkoll aħwa ninħelsu minn kull jasar, għax aħna lsiera tal‑firda bejn min hu fqir u min hu

fil‑veru sens tal‑kelma, naraw li huma jistgħu jkunu kandidati għall‑unità m’Alla u għall‑unità bejniethom. Bħala Nsara, aħna msejħa nagħtu sehemna biex iseħħ

sinjur, bejn ġenerazzjoni u oħra; missirijiet u wlied, bejn bojod u suwed, bejn razez u bejn nazzjonijiet. Aħna lsiera, nikkritikaw lil xulxin, bnejna ħitan bejnietna, ħloqna firdiet bejnietna.

l‑‘ut omnes’ (jiġifieri biex iseħħ dak li Ġesù talab lill‑Missier fl‑aħħar ċena: “Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija Missier, u jiena fik.” Ġw. 17:21). Għalhekk, qabel kollox, irridu nqawwu l‑fidi fina li kull bniedem hu msejjaħ għall‑unità, għax Alla jħobb lil kulħadd. Mela ma

Le, jeħtieġ ninħallu minn kull jasar u fil‑bnedmin kollha, fihom kollha,

9


Lulju 2021

noqogħdux inġibu skużi: “Dak qatt ma jista’ jifhem,” “dak żgħir wisq biex jifhem,” “dak jiġi minni u jiena nafu tajjeb, marbut wisq mal‑affarijiet tal‑art,” “dak jemmen fl‑ispiritiżmu,” “dak għandu fidi oħra,” jew “dak xiħ wisq biex jinbidel”. Le, m’għandniex nagħmlu dawn il‑ġudizzji. Alla lil kulħadd iħobb u lil kulħadd jistenna. Irridu nħobbu lil kulħadd, u biex dan iseħħ irridu nħobbu ’l‑proxxmu. Imma min hu l‑proxxmu? Aħna nafu li m’għandniex għalfejn immorru ’l bogħod; il‑proxxmu huwa dik il‑persuna li tgħaddi minn ħdejna fil‑mument preżenti tal‑ħajja. Biex inkunu Nsara, jeħtiġilna nħobbu ’l‑proxxmu tagħna issa, dan il‑ħin. Imma mhux b’imħabba fis‑sħab, mhux b’imħabba ideali, imma b’imħabba konkreta. Jeħtieġ inħobbu mhux b’mod astratt u futur, imma b’mod konkret u preżenti, issa. Fit‑Tieni Gwerra Dinjija, meta ma sħabi konna ninżlu 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

fix‑xelter, konna naqraw il‑Vanġelu. Dan jgħid: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek (Mt. 19:19). U konna nistaqsu: Il‑proxxmu; fejn hu l‑proxxmu? Kien qiegħed hemm maġenbna. Kien f ’dik ix‑xwejħa li kull darba, bilkemm kien jirnexxilha tkaxkar saqajha

sax‑xelter. Kien jeħtiġilna nħobbuha bħalna nfusna, meta kull darba ngħinuha u nwiżnuha. Il‑proxxmu kien jinsab f ’dawk il‑ħamest itfal żgħar imwerwrin maġenb ommhom. Kien jeħtiġilna nerfgħuhom fi ħdanna u nwassluhom lura d‑dar. Il‑proxxmu kien qiegħed f ’dak il‑marid li ma setax jinżel mis‑sodda, fil‑bżonn ta’ kura u bla ebda ċans

li jistkenn mill‑bombi. Kien jeħtigilna mmorru ħdejh, neħdulu l‑mediċina u ngħinuh. Jeħtiġilna nwessgħu qalbna fuq il‑kejl tal‑qalb ta’ Ġesù. Kemm xogħol! Imma dan hu l‑uniku xogħol li rridu nagħmlu. Jekk nagħmluh, inkunu għamilna kollox. Hemm bżonn inħobbu lil kull min jiġi qrib tagħna kif iħobbu Alla. Peress li aħna kkundizzjonati miż‑żmien, għandna nħobbu ’l‑proxxmu wieħed wieħed, mingħajr ma nżommu f ’qalbna ebda mħabba sentimentali lejn il‑persuna li nkunu ltqajna magħha minuta qabel. Wara kollox, hu l‑istess Ġesù li qegħdin inħobbu f ’kulħadd. Imma jekk jifdal ftit sentiment ifisser li lil ħuna ta’ qabel ħabbejnieh għalina nfusna jew għalih u mhux għal Ġesù. Hawn qiegħed l‑inkwiet. L‑ikbar biċċa xogħol tagħna hija li nibqgħu fis‑safa t’Alla. Jiġifieri li nżommu f ’qalbna l‑imħabba kif iħobb Ġesù. Mela biex


Lulju 2021

inkunu safja m’għandniex għalfejn inċaħħdu ’l qalbna u ma nħalluhiex tħobb. Jeħtieġ inwessgħuha fuq il‑kejl tal‑qalb ta’ Ġesù u nħobbu ’l kulħadd. Issa kif ostja mqaddsa, waħda mill‑eluf ta’ miljuni ta’ ostji fuq din l‑art, hija biżżejjed biex nitrejqu b’Alla, biex nitqarbnu bl‑umanità li hija Ġesù mistiku, biżżejjed bniedem wieħed, dak li r‑rieda t’Alla tpoġġilna maġenbna. Il‑komunjoni ma’ ħuna hija t‑tieni kmandament li jiġi eżatt wara l‑imħabba t’Alla u hija espressjoni tagħha. Ejjew inħobbu ’l ħutna. Ħutna huma l‑okkażjoni l‑kbira tagħna. M’għandna nitilfu l‑ebda okkażjoni biex inħobbu matul il‑jum. Inħobbu lil dawk li aħna mdorrijin nagħtu kashom, għax narawhom fiżikament ħdejna. Inħobbu ’l dawk li forsi jaħarbulna minn moħħna, pereżempju ’l dawk li nkunu qed nitkellmu fuqhom jew li jkunu fuq fomm kulħadd, li niftakru fihom jew li nitolbu għalihom, ’il dawk li nsiru nafuhom permezz ta’ xi aħbar fuq il‑gazzetta jew fuq it‑televixin, ’il dawk li jiktbulna jew li niktbulhom aħna u ’l dawk li naħdmu għalihom kuljum. Inħobbu lil ħajjin u ’l dawk li m’għadhomx aktar magħna.

ħadd, li tħoss ftit imħabba jew tagħti daqsxejn karità. Il‑Kristjaneżmu jitlob ħafna minna; huwa l‑milja tal‑ħajja. Ejjew nagħmlu dan il‑proponiment; ma’ kull proxxmu li niltaqa’ u ma’ dawk li naħdem għalihom, inġib ruħi bħallikieku kont ommhom.

Tħobb ifisser taqdi lill‑oħrajn. Ġesù stess tana l‑eżempju tal‑qadi. Ibda biex, meta miet fuq is‑salib hu qeda lill‑bnedmin kollha fiż‑żmien t’issa, li kien u li għad irid jiġi. Imma mbagħad dan għamlu wkoll meta ħasel saqajn l‑appostli. Kien Alla u ħasel saqajn il‑bnedmin, mela aħna wkoll nistgħu naħslu saqajn ħutna. Mhux nistgħu, imma għandna naħsluhomlhom. Dan hu l‑Kristjaneżmu; naqdu lill‑oħrajn, naqdu lil kulħadd u naraw f ’kulħadd is‑sid tagħna. Jekk aħna nkunu qaddejja, l‑oħrajn huma sidien. Naqdu u naqdu. Nagħmlu dak li l‑Vanġelu jitlob minna, iva, imma billi naqdu lil kulħadd. Qadi; din hija l‑idea li tista’ tbiddel għal kollox id‑dinja. Il‑Kristjaneżmu mhuwiex xi ċajta, il‑Kristjaneżmu huwa ħaġa serja, mhuwiex xi kisja ħafifa tal‑lostru jew li tiġik ħasra minn xi

L‑omm tilqa’ dejjem, tgħin dejjem, tittama dejjem, kollox tgħatti. L‑omm taħfer kollox lil binha, ukoll jekk ikun delinkwenti jew terrorist. Infatti l‑imħabba tal‑omm tixbah ħafna lill‑imħabba ta’ Kristu li fuqha jitkellem San Pawl (1Kor. 13:1‑13). Jekk aħna jkollna qalb t’omm jew iktar preċiżament, jekk nagħmlu proponiment li jkollna l‑qalb tal‑omm per eċċellenza; Marija, inkunu lesti nħobbu lill‑oħrajn f ’kull ċirkostanza. Imbagħad inħobbu lil kulhadd u mhux biss lil dawk li huma tat‑twemmin tagħna, imma wkoll dawk ta’ twemmin ieħor. Mhux lill‑Insara biss, imma wkoll lill‑Musulmani, lill‑Buddisti, lill‑Induwisti... u lill‑bnedmin ta’ rieda tajba. Anki lil kull bniedem li jgħix fuq din l‑art, għax il‑maternità ta’ Marija hija universali, kif universali kienet il‑fidwa tagħna. “Ħobbu lill‑għedewwa tagħkom.” (Mt. 5:44) Dan 11


Lulju 2021

tassew jaqleb ta’ taħt fuq il‑mod kif naħsbu u jġiegħel lil kulħadd jiddritta t‑tmun ta’ ħajtu. Għax m’għandniex għalfejn ninħbew wara subgħajna; xi għadu, żgħir jew kbir, kulħadd għandu. L‑għadu tagħna jinsab hemmhekk wara l‑bieb tal‑appartament ta’ ħdejna jew f ’dik is‑sinjura antipatika u li tħobb tindaħal, li jiena nipprova naħrabha kull darba li jkun hemm il‑periklu li ninzerta magħha fil‑lift. L‑għadu qiegħed f ’dak li jiġi minni u li tletin sena ilu kien offenda lil missieri, u li jiena ma bqajtx insellimlu. Jinsab fuq il‑bank tal‑iskola u li qatt aktar ma ħarist f ’wiċċu minn dakinhar li kien irrappurtani lill‑għalliem. Hija dik it‑tfajla li kienet ħabiba tiegħi u mbagħad ippreferiet lil ħaddieħor. L‑għadu huwa dak is‑sid tal‑ħanut li darba kien seraqni. Huma dawk li fil‑politka jaħsbuha differenti minni, għalhekk jiena nqishom bħala għedewwa tiegħi. Saħansitra llum hemm min jara għadu tiegħu lill‑istat 12

u juża l‑vjolenza ma’ dawk li jistgħu jirrappreżentawh. Hemm min, kif dejjem kien hemm, li għalih l‑għedewwa huma s‑saċerdoti u jobgħod lill‑Knisja. Lil dawn kollha u ’l ħafna oħrajn, li aħna nsejħulhom għedewwa, irridu nħobbuhom. Iva, irridu nħobbuhom! Din għalik hija xi ħaġa gravi?

Tnikktek? Ma tħallikx torqod bil‑lejl inti u taħseb fuqha? Agħmel il‑qalb, din mhix l‑aħħar tad‑dinja; nagħmlu sforz żgħir aħna, imbagħad id‑disgħa u disgħin fil‑mija l‑oħra jagħmilhom Alla, u qalbna timtela bil‑ferħ. Hemm bżonn noħolqu dinja ġdida, li fiha kulħadd jinħabb. Dan hu li Alla jrid, u minn x’imkien irridu nibdew.

Dan huwa l‑punt ċentrali għall‑Insara: li jkunu minn tal‑ewwel biex iħobbu għax huma, li huma maħbubin minn Alla, jafu jħobbu anki lill‑għedewwa. Infatti l‑Insara għandhom ħila partikolari li jegħlbu d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fit‑twettiq tal‑imħabba, għax l‑imħabba tagħhom hija qawwija. Dan għax bħala wlied Alla, jagħmlu parti mill‑istess imħabba t’Alla, t’Alla li hu Mħabba. Illum mhux biżżejjed li ma jsirux gwerer. Il‑paċi titlob li titneħħa l‑kategorija tal‑għedewwa, ta’ kull għadu, anzi titlob li wieħed iħobb lill‑għadu tiegħu. Dan jistgħu jagħmluh id‑dixxipli ta’ Kristu. Imma peress li l‑imħabba tħabbat f ’qalb kull bniedem, dan huwa possibbli wkoll għal dawk li m’għandhomx fidi reliġjuża, forsi taħt it‑titolu ta’ filantropija, solidarjetà non‑vjolenza. Kif ukoll għal dawk ta’ twemmin ieħor li l‑fidi tagħhom titlobhom biex jirrispettaw u jħobbu lill‑proxxmu tagħhom.


Lulju 2021

L‑imħabba lejn kulħadd tħalli ħafna frott. Hija l‑esperjenza ta’ ħafna, li huwa biżżejjed tgħix biss dan l‑aspett tal‑imħabba, jiġifieri tal‑imħabba vera, dik li ġejja minn Alla, biex tagħmel rivoluzzjoni madwarek. Ibda mill‑post fejn tgħix: rivoluzzjoni Nisranija, dik li l‑ewwel Insara kienu wasslu fid‑dinja ta’ żmienhom. Inħobbu ’l ħutna wieħed wieħed u lkoll flimkien: inħobbu mela l‑proxxmu tagħna wieħed wieħed u nġibu l‑akbar rispett lejn kull poplu. Minn dan titwieled bidla sħiħa fil‑mentalità, titwieled

ħajja ġdida li tbiddel kollox. Kieku kulħadd kellu jagħmel hekk, kieku d‑dinja ssir Ġenna minn issa. Il‑fidi fl‑imħabba li Alla għandu lejn il‑ħlejjaq tiegħu, li hija tipika tagħna l‑Insara, sibnieha f ’bosta minn ħutna ta’ reliġjonijiet oħra, ibda minn dik ta’ Abraham. Dawn jisħqu fuq l‑għaqda bejn il‑bnedmin, fuq il‑kura li Alla għandu għall‑bnedmin kollha u fuq id‑dmir ta’ kull kreatura umana li ġġib ruħha bħall‑Ħallieq, bi ħniena kbira lejn kulħadd. Proverbju Musulman jgħid hekk: “Alla jaħfer

mitt darba, imma jerfa’ l‑ikbar ħniena għal dak li l‑ħniena tiegħu tkun salvat l‑aktar ħlejqa ċkejkna.” U xi ngħidu fuq il‑ħniena bla tarf għal kull ħlejqa, li nsibu fit‑tagħlim ta’ Buddha? Hu kien jgħid lill‑ewwel dixxipli tiegħu: “Għeżież patrijiet, għandkom taħdmu għall‑ġid tal‑ħafna, imqanqlin mill‑ħniena għad‑dinja u għall‑ġid tal‑bnedmin.” Inħobbu lil kulħadd mela. Dan hu prinċipju universali li nħass minn kull bniedem ta’ kull żmien u f ’kull rokna tad‑dinja. Chiara Lubich 

Debbie’s Baby Centre

Your one stop shop!

Sole agents of

Beauty ‑ Nails ‑ Tanning

Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net

John F. Marks Street, SAN ĠWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183 13


SAN PIETRU APPOSTLU

Lulju 2021

Ittri mill‑Missjoni Dearest Msgr Valentino, Greetings! The Idahaya Multi Media Centre Hall (IMMC Hall) at our seminary has been completed. We gratefully acknowledge your generous and noble contribution which enabled us to complete the project. The photographs before the completion of the renovation and after the completion of the renovation, the plaque and the statement of accounts are attached. We always remain grateful to you and all our benefactors for your generous contribution. We pray for our benefactors, everyday, and offer the Eucharist on every Tuesday for their intentions. May the Good Lord bless you, the people of Malta and Missio Malta in abundance. We request your prayers and blessings. Thanking you; your brother, Fr Joseph Felix Michael Rector - Sacred Heart Seminary.

14


Lulju 2021

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja: Dear Msgr Valent, I am pleased to report that we have finally finished the restoration work on Cecilia’s house. We have taken a long time because works were delayed by the rains. Cecilia is very grateful that now she has a decent house. We are really grateful to the benefactor, to you personally and to Missio Malta. May the Good Lord repay the benefactor, yourself and Missio Malta for your kindness. Cecilia has experienced God’s merciful love in a very concrete way. I took a video of her expressing her gratitude. I will send it as soon as possible. I was glad to read in the news that in Malta the churches have been opened for public masses. I wish you the blessings of the Risen Lord. Rev. Fr Joseph Moloka Sikwese Bishop and Pastoral Secretary Diocese of Karonga, Malawi.

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa - €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa - €36 • Paga ta’ għalliem fis-Seminarju għall-formazzjoni tas-seminaristi - €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem - €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda - €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 15


SANTA INFANZJA

Lulju 2021

Ir-Raħal ta’ Bla Rġiel jipproteġu lilha u lil nisa oħra minn żwiġijiethom, ħadd m’għinhom; kulħadd tahom daru!

K

ontu tafu li fil‑Kenja hemm raħal fejn l‑ebda raġel ma jgħix fih? Hekk hu! F’nofs deżert issib ir‑raħal ta’ Umuja, mibni u mwaqqaf minn Rebecca Lolosoli aktar minn 30 sena ilu. Hawn nisa biss huma permessi li jidħlu. Meta żżewġet, Rebecca kienet fi żwieġ abbużiv. Kienet tkun imsawta u stmata daqs annimal. Malajr intebħet li mhux hi biss kienet għaddejja minn dik is‑sitwazzjoni, imma tista’ tgħid li n‑nisa kollha ta’ raħal twelidha kienu qed ikunu mmaltrattati. Kien normali li n‑nisa jkunu msawta, abbużati sesswalment, imġiegħla jiżżewġu f ’età żgħira ħafna u saħansitra jkollhom il‑partijiet privati tagħhom maqtugħa u mutilati (ċirkonċiżjoni femminili). Fil‑kultura Samburu, hija tradizzjoni li tifla tkun ċirkonċiża meta tkun lesta għaż‑żwieġ. Tant hija xi ħaġa normali li meta Rebecca għamlet il‑kuraġġ u talbet lill‑awtoritajiet 16

Għalhekk, jum wieħed Rebecca, flimkien ma’ grupp ta’ erbatax‑il mara oħra, iddeċidew li joħolqu dinja ġdida għalihom infushom. Qalu li wara kollox, huma ma kellhomx bżonn l‑irġiel għaliex kienu kapaċi jfendu għal rashom. L‑irġiel kollha ħasbu li dan kien impossibbli u li żgur li n‑nisa qatt ma setgħu jfendu waħedhom, għaliex kienu nisa u għalhekk dgħajfin. Imma Rebecca u sħabha ppruvaw lil kulħadd li huma żbaljati. Sabu biċċa art u semmewha Umuja, li tfisser ‘għaqda’, u b’idejhom stess bnew kollox; għerejjex tat‑tajn u l‑ħaxix, ġojjellerija li minnha jbigħu lit‑turisti u saħansitra waqqfu skola biex jgħallmu lil uliedhom stess. Lill‑bniet jgħallmuhom li għandhom jemmnu fihom infushom bħala nisa, u lis‑subien li għandhom jirrispettaw lin‑nisa. F’dan ir‑raħal, in‑nisa jiżfnu, ikantaw u jrabbu lil uliedhom fil‑paċi kompletament mingħajr il‑preżenza tal‑irġiel, għaliex l‑ebda raġel mhu permess jidħol f ’Umuja. Saħansitra

lanqas is‑sieħeb tagħhom ma jista’ jidħol f ’dan ir‑raħal! Meta l‑ulied subien jikbru u jagħlqu tmintax‑il sena, jingħataw għażla; jew jitilqu jew jibqgħu jgħixu magħhom u jirrispettaw ir‑regoli tal‑mexxejja nisa. Fil‑bidu, xi rġiel kienu għajjurin għan‑nisa u għalhekk bnew l‑irħula tagħhom qrib Umuja sabiex iwaqqfu lit‑turisti milli jgħaddu qrib ir‑raħal tan‑nisa u jixtru l‑ġojjelli tagħhom, li kien l‑uniku dħul finanzjarju tan‑nisa. Xi rġiel, saħansitra daħħlu f ’Umuja u attakkaw lin‑nisa, iżda Rebecca u n‑nisa l‑oħra kollha żammew sod u faddlu biżżejjed flus biex xtraw l‑irħula kollha li l‑irġiel kienu bnew. Illum il‑ġurnata f ’Umuja jgħixu mal‑100 mara kuraġġuża, li kull waħda minnhom għandha storja ta’ suċċess. Dan li jiġri meta n‑nisa jingħataw iċ‑ċans; huma kapaċi jibnu soċjetà, imexxu, jibnu negozji u fuq kollox jirnexxu. Imma sfortunatament, f ’ħafna sitwazzjonijiet in‑nisa lanqas biss jingħataw iċ‑ċans sabiex jippruvaw lilhom infushom. Għal Rebecca u sħabha l‑bidu ma kienx faċli; kienu ffastidjati, imsawta u mġiegħla jitilqu minn


Lulju 2021

raħalhom, imma żammew sod u rnexxielhom. Hemm bżonn li l‑gvernijiet ta’ diversi pajjiżi tat‑Tielet

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

Dinja jipproteġu u jagħtu aktar opportunitajiet lin‑nisa u jedukaw lis‑subien kif jirrispettaw lin‑nisa sabiex

€ 25 Ikla sustanzjuża għal

€ 60 6 xhur terapija kontra

€ 200 Xiri ta’ ħames

€ 2,500 Mutur għal katekist

25 tifel u tifla

€ 104 Lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl

xi darba mhux Umuja biss, imma d‑dinja kollha tkun post fejn in‑nisa jistgħu jagħmlu suċċess. 

nagħġiet għal razzett

t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

sabiex jilħaq nies f’żoni remoti

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 17


X’qed tistenna?

Lulju 2021

Kellimna issa biex tippjana s-safra għas‑sajf li ġej b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u prezzijiet għall‑but ta’ kulħadd. Bari, l‑Italja ‑ Mill‑Erbgħa 7 sal‑Ħadd 11 ta’ Lulju Se nżuru l‑belt sabiħa ta’ Bari fuq il‑Baħar Adrijatiku. Belt b’karatteristiċi uniċi, differenti minn ħafna bliet oħra, anke fl‑Italja stess. Postijiet sbieħ fil‑qrib li ser inżuru huma: Polignano a Mare, il‑belt ta’ Domenico Modugno bil‑monument sabiħ tiegħu, Alberobello, belt b’aktar minn elfejn dar imsejħin Trulli, li ma tara bħalhom imkien, Matera, belt storika li ġiet magħżula bħala Belt Kapitali tal‑Kultura 2019, l‑għerien ta’ Castellana u l‑katidral tal‑belt bl‑istatwa u l‑ġisem ta’ San Nikola ta’ Bari, patrun tas‑Siġġiewi. Ħafna ħwienet żgħar li jbigħu l‑prodotti tal‑post, toroq u pjazez sbieħ, u ikel u xorb galor! Prezz ‑ €485 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Il‑Maċedonja tan‑Nord ‑ Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju Il‑pajjiż tal‑maħbuba Santa Madre Tereża. Pajjiż qrib tagħna, imma li għadna ma nafuhx u li fih l‑ikbar numru ta’ qċaċet tal‑muntanji fid‑dinja ‑ Il‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, il‑Monasteru ta’ St Naum, Vevcani, Struga, Trpejca, il‑Mużew tal‑Għadam fuq il‑baħar u l‑Kantini tal‑Inbid ta’ Popova Kula fejn ser nieklu ikla tradizzjonali. Bliet li fihom ħafna x’tara għax għandhom storja ta’ fdalijiet sa minn qabel il‑Griegi ta’ 3,000 sena ilu, imma li issa aġġornaw rwieħhom ħalli jidħlu fl‑industrija tat‑turiżmu u saru destinazzjoni turistika importanti. Natura mill‑isbaħ b’muntanji, foresti, għadajjar u canyons pittoreski. Nesperjenzaw swieq u snajja’ tal‑post, u t-togħma tal‑ikel u tal‑inbid lokali. Prezz ‑ €795 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board.

Il‑Ġermanja ‑ Mill‑Ħadd 8 sal‑Ħadd 15 t’Awwissu Tfal, Żgħażagħ u Kbar f ’Safra ta’ Allegrija. Inkunu noqogħdu fl‑ibliet kbar u sbieħ ta’ Cologne u Dusseldorf. Immorru Dortmund fejn inżuru l‑grawnd tal‑futbol ta’ Borussia Dortmund u Cochem, fejn nirkbu ‘chairlift’ f ’għoli ta’ 155 metru. Inżuru ‘Waterpark’ jismu Aqualand u ‘Theme Park’ li jismu Phantasialand, birreriji, kastelli u nesperjenzaw dawra fuq ix‑xmara storika Rhine. Ġungla, pagodi u ‘rollercoasters’ mill‑aqwa, iż‑‘zoo’ ta’ Cologne mimli annimali u għasafar donnhom minn dinja ta’ barra minn hawn. Safra ġdida mimlija bl‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment għalik u għal uliedek li fiha kulħadd jerġa’ jħossu żagħżugħ. Safra li togħġob kemm liż‑żgħar u kemm lill‑kbar. Prezz ‑ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.

YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta 18


Lulju 2021

YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!

Minn Belgrad għal Budapest – Mill‑Ġimgħa 20 sal‑Ġimgħa 27 t’Awwissu Dak li jagħmel dawn iż‑żewġt ibliet ta’ min iżurhom huwa l‑fatt li għadhom mhux magħrufa ħafna, u għalhekk tkun tista’ tgawdi l‑vaganza tiegħek mingħajr folol kbar madwarek. Jekk qatt ma kont il‑Balkani u trid tibda tesplora r‑reġjun, dan żgur huwa bidu tajjeb. Ser inżuru: Belgrad, il‑Park Nazzjonali ta’ Derdap, Novi Sad, Subotica u l‑Katidral ta’ Santa Tereża t’Avila, u fl‑aħħar u mhux l‑inqas Budapest, kemm in‑naħa ta’ Buda kif ukoll Pest. Ġita mimlija storja, kultura u bini storiku, bħal: fortizzi, arkitettura sagra u skulturi monumentali. Ser nesperjenzaw pranzu romantiku fuq id‑Danubju, għawm fil‑banjijiet termali u n‑‘night‑life’ ta’ Budapest. Insomma, festa ta’ affarijiet differenti li żgur jolqtu l‑gosti ta’ kulħadd. Prezz ta’ €995 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast. Il‑Bulgarija – Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Għalkemm qiegħda fl‑Ewropa, il‑Bulgarija hija pajjiż eżotiku differenti mill‑oħrajn kollha. Toffrilna ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. Ser inżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Nessebar, Plovdiv u ħafna postijiet oħra. Mhux biss avventuri fil‑beraħ, imma toffrilna wkoll garanzija ta’ arti, storja u ambjent naturali li jsaħħrek; toffri bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ preġju u kull għamla ta’ sport. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed: ir‑riserva naturali Cape Kaliakra, il‑belt żgħira Balchik u r-riżort tal‑Golden Sands. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half‑Board. Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura li huwa mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja fejn inżuru ċ‑Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk. Immorru fl‑isbaħ minjiera tal‑melħ fl‑Ewropa; Wielizka, fil‑kampijiet ta’ konċentrament ta’ Auschwitz u Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑Santwarju ta’ Jasna Gora u s‑Santwarju tal‑Ħniena Divina. Minn Zakopane, nitilgħu fuq il‑muntanji Tatras u fl‑aħħar u mhux l‑inqas l‑belt kapitali tal‑ Polonja, Varsavja, li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ f ’arja nadifa u ambjent mill‑aktar pittoresk. Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040

SMS: 7979 2040

Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt 19


Lulju 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


Lulju 2021

“Gidba ma ssirx verità, il‑ħażin ma jsirx tajjeb u l‑vendetta ma ssirx maħfra sempliċiment għax hija aċċettata mill‑maġġoranza.” Booker T. Washington

Booker T. Washington (1856 ‑ 1915) kien edukatur Amerikan, awtur, oratur u konsulent ta’ diversi presidenti tal‑Istati Uniti. Għal xi żmien kien mexxej dominanti fil‑komunità Afro‑Amerikana u tal‑klassi għolja sewda kontemporanja. Huwa kien mill‑aħħar ġenerazzjoni ta’ mexxejja Amerikani suwed imwielda fl‑iskjavitù u sar il‑vuċi ewlenija tal‑eks skjavi u d‑dixxendenti tagħhom. Kien miżżewweġ tliet darbiet, romol darbtejn u kellu 3 itfal. 21


Lulju 2021

A

Beata Alessandra Sabattini

lessandra (Sandra) Sabattini twieldet fid‑19 t’Awwissu 1961, f ’Riċċone, f ’Rimini l‑Italja. Minn età żgħira dejjem xtaqet tgħix ħajja ta’ qdusija. Meta kellha 10 snin bdiet tikteb xi riflessjonijiet fuq karti żgħar u tħallihom f ’xi kotba tal‑iskola, twaħħalhom fuq xi djarji jew fuq kartolini li qatt ma ntbagħtu. Fl‑1974 iltaqgħet mas‑serv t’Alla l‑Beatu Dun Oreste Benzi, fundatur tal‑Komunità Papa Ġwanni XXIII; komunità li tgħin nies fil‑bżonn. Dik is‑sena għaddiet is‑sajf tgħin nies b’diżabilità f ’Dar Madonna delle Vetta f ’Canazei. Din l‑esperjenza ħalliet impatt kbir fuqha, tant li lil ommha kienet tgħidilha li huma l‑voluntiera kienu jaħdmu sakemm jogħtru, imma ma kienu ser jaqtgħu qalbhom qatt. Bħala adoloxxenti, Sandra kienet iffukata biex tgħin l‑aktar nies vulnerabbli fis‑soċjetà u kienet tuża l‑‘pocket money’ tagħha kollu biex tgħin nies fil‑bżonn li kienu tant qrib qalbha. Daħlet l‑Università 22

IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

ta’ Bologna fl‑1980 biex tistudja l‑mediċina. Kienet il‑ħolma tagħha li tkun tabiba u tmur missjunarja fl‑Afrika biex tieħu ħsieb dawk li ma kellhom lil ħadd. Waqt li kienet f ’laqgħa tal‑komunità ltaqgħet ma’ żagħżugħ jismu Guido Rossi u saru jinħabbu. It‑tnejn li huma kellhom l‑istess ideal u kienu jaħdmu favur nies fil‑bżonn u daqshekk qrib

qalbhom. Sandra u Guido tgħarrsu biex jiżżewġu, imma baqgħu attivi u jaħdmu mill‑qalb għan‑nies fil‑bżonn. It‑tfajla kienet kuljum tqum kmieni titlob fis‑skiet għarkupptejha mal‑art tgħaddi l‑ħin biss ma’ Ġesù f ’kappella żgħira qrib fejn kienet toqgħod. Ġara li f ’April tal‑1984, waqt li kienet fi triqitha għal waħda mil‑laqgħat tal‑komunità,

ipparkjat il‑karozza tagħha, niżlet minnha u sfat imtajra minn karrozza oħra. Mietet fit‑2 ta’ Mejju 1984 fl‑Isptar Bellaria f ’Bologna, fl‑età ta’ 22 sena. Il‑ħajja tagħha ispirat ħafna żgħażagħ minħabba l‑imħabba tagħha għall‑fqir u l‑batut. F’Settembru tal‑2006, l‑isqof ta’ Rimini, Mons. Mariano De Nicolò beda l‑kawża tal‑kanonizzazzjoni tagħha. Fit‑2 t’Ottubru 2019, Papa Franġisku approva miraklu bl‑interċessjoni ta’ Sandra. Il‑beatifikazzjoni kellha ssir fl‑14 ta’ Ġunju 2020, imma minħabba l‑pandemija ġiet posposta għall‑24 t’Ottubru 2021. Sandra Sabattini għadha preżenti fil‑Knisja fejn tibqa’ ħajja fix‑xhieda tagħha tal‑imħabba. Hija ser tkun magħrufa bħala ‘l‑ewwel qaddisa għarusa’. “Il‑karità hija s‑sinteżi tal‑kontemplazzjoni u l‑azzjoni, hija l‑punt li fih is‑sema tingħaqad mal‑art, fejn il‑bnedmin jingħaqdu m’Alla.” Alessandra Sabattini. 


Lulju 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


Lulju 2021

MESSAĠĠ MILL-PAPA GĦALL-ĠURNATA MISSJUNARJA 2021

“Ma Nistgħux Ma Nitkellmux Fuq Dak Li Rajna u Smajna” (Atti 4:20)

Għ

eżież ħuti, meta nesperjenzaw il‑qawwa tal‑imħabba t’Alla, u meta nagħrfu l‑preżenza tiegħu bħala Missier fil‑ħajja personali u komunitarja tagħna, ma nistgħux ma nħabbrux u naqsmu mal‑oħrajn dak li rajna u smajna. Ir‑relazzjoni ta’ Ġesù mad‑dixxipli tiegħu, l‑umanità tiegħu li hija rivelata lilna fil‑misteru tal‑Inkarnazzjoni, fil‑Vanġelu tiegħu u fl‑Għid tiegħu, juruna sa fejn wasal Alla biex iħobb l‑umanità tagħna u jagħmel tiegħu il‑ferħ u t‑tbatijiet tagħna, ix‑xewqat tagħna u l‑ansjetajiet tagħna (ara l‑Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni

24

Pastorali Gaudium et Spes, 22). Kollox ifakkarna kemm Kristu jaf sew lid‑dinja li ngħixu fiha u l‑ħtieġa tagħha biex tkun salvata. Hu jsejħilna wkoll biex nieħdu sehem attiv f ’din il‑missjoni: “Morru f ’salib it‑toroq u sejħu lil kull min issibu”. (Mt. 22:9) Ħadd mhu barrani, ħadd m’għandu jħoss ruħu barrani jew ’il bogħod minn din l‑imħabba ta’ kompassjoni.

L‑Esperjenza tal‑Appostli L‑istorja tal‑evanġelizzazzjoni tibda billi l‑Mulej innifsu jsejjaħ bi mħabba kbira, u jrid jistabbilixxi djalogu ta’ ħbiberija ma’ kull persuna tkun fejn tkun (ara Ġw. 15:12‑17) L‑appostli huma l‑ewwel nies li jgħidulna dan, għax huma wkoll jiftakru l‑ġurnata u l‑ħin meta ltaqgħu miegħu: “Kienu l‑erbgħa ta’ waranofsinhar”. (Ġw. 1:39) Il‑ħbiberija mal‑Mulej, meta tarah ifejjaq lill‑morda, jiekol mal‑midinbin, jitma’ lil dawk bil‑ġuħ, jersaq lejn l‑imwarrbin, imiss lill‑impuri,

jidentifika ruħu mal‑batut, jipproponi l‑beatitudnijiet, u jgħallem b’mod ġdid u b’awtorità, dan kollu jħalli marka li ma titħassarx, u kapaċi jġib f’dak li jkun sens ta’ stagħġib u ferħ li ma tistax iżżommu. Kif kien qal il‑profeta Ġeremija, din l‑esperjenza hija bħal nar jaqbad f’qalbna, in‑nar tal‑preżenza tiegħu f’qalbna li timbuttana lejn il‑missjoni, minkejja li jkun hemm sagrifiċċji jew kultant ma nifhmux biżżejjed (ara Ġer. 20:9). L‑imħabba dejjem tmexxina u tqanqalna biex naqsmu mal‑oħrajn l‑isbaħ messaġġ li hu wkoll messaġġ mimli tama: “Sibna l‑Messija”. (Ġw. 1:41)


Lulju 2021

Ma’ Ġesù rajna, smajna u missejna b’idejna li l‑affarijiet jistgħu jkunu mod ieħor. Huwa nieda, minn issa stess, iż‑żminijiet li ġejjin, billi fakkarna f’dimensjoni essenzjali tal‑umanità tagħna li aħna spiss ninsew li: “aħna ġejna maħluqa għall‑milja li tintlaħaq biss fl‑imħabba”. (Enċiklika Fratelli Tutti, 68) Dawn huma żminijiet ġodda li jispiraw fidi li kapaċi tagħti spinta lill‑inizjattivi u ssawwar il‑komunitajiet, ta’ rġiel u nisa, li filwaqt li jitgħallmu jaċċettaw id‑dgħufija tagħhom stess u tal‑oħrajn, jippromwovu l‑fraternità u l‑ħbiberija soċjali. (ara ibid., 67) Il‑komunità ekkleżjali turi s‑sbuħija tagħha kull darba li tiftakar bi gratitudni li l‑Mulej ħabbna l‑ewwel. (ara 1 Ġw. 4:19) Il‑“mod kif iħobbna l‑Mulej lilna jissorprendina, u dan l‑istagħġib ma nistgħux inżommuh għalina. B’dan il‑mod biss jista’ jwarrad il‑miraklu tal‑ġenerożità, li nagħti b’ġenerożità lili nnifsi. Anki ż‑żelu missjunarju qatt ma jista’ jinkiseb billi noqogħdu nirraġunaw jekk nikkalkulaw. Li tpoġġi lilek innifsek ‘fi stat ta’ missjoni’ huwa sinjal ta’ gratitudni. (Messaġġ lis‑Soċjetajiet

Missjunarji Pontifiċi, 21 ta’ Mejju 2020) Madankollu, iż‑żminijiet ma kinux faċli; l‑ewwel Insara bdew jgħixu l‑ħajja ta’ fidi tagħhom f ’ambjent ostili u diffiċli. Kienu mwarrbin u mitfugħin il‑ħabs. Barra minn hekk kien hemm ukoll reżistenzi kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, li dehru jikkontradixxu u saħansitra jiċħdu dak li huma raw u semgħu. Iżda huma f ’dan kollu ma rawx id‑diffikulatjiet u t‑tfixkil, u minflok ma ngħalqu fihom infushom, dawn l‑esperjenzi bidluhom f ’opportunitajiet ta’ missjoni. Il‑limitazzjonijiet u t‑tfixkil saru għalihom il‑post privileġġjat biex jimlew kollox u ’l kulħadd bl‑Ispirtu tal‑Mulej. Xejn u ħadd ma seta’ jibqa’ ’l barra minn din il‑bxara ta’ ħelsien. Għandna x‑xhieda ħajja ta’ dan kollu fl‑Atti tal‑Appostli, ktieb li d‑dixxipli missjunarji dejjem iżommu qrib tagħhom. Huwa l‑ktieb li jirrakkonta kif ir‑riħa tal‑Vanġelu nfirxet, u kif il‑Vanġelu qajjem dak il‑ferħ li l‑Ispirtu biss jista’ jagħtina. Il‑ktieb tal‑Atti tal‑Appostli jgħallimna ngħixu l‑provi billi niggranfaw ma’ Kristu,

sabiex niżviluppaw fina l‑‘konvinzjoni li Alla jista’ jaħdem f’kull ċirkostanza, anke f’nofs fallimenti ċari’, u ċ‑ċertezza li “kull min joffri lilu nnifsu u jagħti lilu nnifsu lil Alla għall‑imħabba, żgur li se jħalli l‑frott”. (ara Ġw. 15:5) (Eżortazzjoni Appostolika Evangelii gaudium, 279). Hekk ukoll aħna: lanqas iż‑żmien tal‑lum mhu xejn faċli. Is‑sitwazzjoni tal‑pandemija kixfet u żiedet it‑tbatija, is‑solitudni, il‑faqar u l‑inġustizzji li ħafna diġà sofrew. Kixfet ukoll is‑sens ta’ sigurtà falza tagħna. Kixfet il‑firdiet u l‑polarizzazzjoni li bil‑mod qed jifirduna bejnietna. Min hu l‑iktar dgħajjef u vulnerabbli beda jħossu li hu iktar dgħajjef u vulnerabbli minn qatt qabel. Għexna l‑qtigħ il‑qalb, id‑diżillużjoni u l‑għeja; u madankollu kellna wkoll sens ta’ negattività li joqtol kull tama. Aħna, iżda: “Għax aħna ’l Ġesù l‑Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna m’aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f’Ġesù Kristu”. (2 Kor. 4:5) Huwa għalhekk li nisimgħu tidwi fil‑komunitajiet tagħna u fil‑familji tagħna l‑Kelma

25


Lulju 2021

tal‑Ħajja li tidwi f ’qalbna u li tgħidilna: “Mhuwiex hawn, imma qam” (Lq. 24:6); kelma ta’ tama li tkisser kull determiniżmu u, lil dawk li jħallu din il‑kelma tmisshom, tagħtihom il‑libertà u l‑kuraġġ meħtieġa biex iqumu fuq saqajhom, u jfittxu b’mod kreattiv il‑modi kollha possibbli biex jgħixu l‑kompassjoni, li hija ‘sinjal’ ta’ kemm Alla hu qrib tagħna u li ma jabbanduna lil ħadd fil‑ġenb tat‑triq. F’dan iż‑żmien ta’ pandemija, quddiem it‑tentazzjoni li naħbu u niġġustifikaw l‑indifferenza u l‑apatija minħabba d‑distanza soċjali, hija urġenti l‑‘missjoni ta’ kompassjoni’ li kapaċi tagħmel mid‑distanza li jeħtieġ inżommu, mument ta’ laqgħa, ta’ kura u promozzjoni. “Dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Il‑ħniena li ġiet użata magħna, trid tinbidel f ’punt ta’ referenza u ta’ kredibilità li tippermettilna nirkupraw mill‑ġdid il‑passjoni tagħna lkoll li noħolqu “komunità ta’ appartenenza u ta’ solidarjetà, li għaliha niddedikaw ħin, impenn u ġid”. (Enċiklika Fratelli tutti,

26

MESSAĠĠ MILL-PAPA GĦALL-ĠURNATA MISSJUNARJA 2021

36) Il‑kelma tiegħu kuljum tifdina u ssalvana mill‑iskużi li jistgħu jwassluna biex negħrqu fl‑agħar għamla ta’ xettiċiżmu: “qatt ma jinbidel xejn, dejjem l‑istess”. U quddiem il‑mistoqsija: “għaliex għandi niċċaħħad mis‑sigurtà, il‑kumdità u l‑pjaċir tiegħi jekk m’iniex nara riżultati importanti?” It‑tweġiba dejjem tibqa’ l‑istess: “Ġesù Kristu rebaħ fuq id‑dnub u l‑mewt, u huwa dak li jista’ kollox. Ġesù Kristu hu ħaj tassew” (ara Eżortazzjoni Appostolika Evangelii gaudium, 275), u jrid li aħna wkoll inkunu ħajjin, li ngħixu ta’ aħwa, u li nkunu kapaċi naqsmu din it‑tama. Fil‑kuntest attwali, hemm il‑ħtieġa urġenti għal missjunarji tat‑tama li, midlukin mill‑Mulej, kapaċi jfakkruna b’mod profetiku li ħadd ma jista’ jsalva waħdu. Bħall‑appostli u l‑ewwel Insara, aħna wkoll ngħidu bil‑qawwa kollha tagħna: “Ma nistgħux ma nitkellmux dwar dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20) Dak kollu li rċevejna, dak kollu li l‑Mulej uriena bil‑mod il‑mod, tahulna sabiex inkunu nistgħu ngħixuh u nagħtuh b’xejn lill‑oħrajn.

Bħall‑appostli li raw, semgħu u messew mas‑salvazzjoni ta’ Ġesù (ara 1 Ġw. 1:1‑4), anke aħna llum nistgħu nmissu l‑ġisem ibati u glorjuż ta’ Kristu fl‑istorja ta’ kuljum, u nsibu l‑kuraġġ li naqsmu ma’ kulħadd destin ta’ tama, għax aħna m’għandna l‑ebda dubju li aħna nafu li aħna akkumpanjati mill‑Mulej. Bħala Nsara ma nistgħux inżommu l‑Mulej għalina nfusna: il‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal‑Knisja tesprimi l‑valur integrali u pubbliku tagħha fit‑trasformazzjoni tad‑dinja u fil‑kura tal‑ħolqien.

Stedina lil kull wieħed u waħda minna It‑tema tal‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena: “Ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna” (Atti 4:20), hija stedina lil kull wieħed u waħda minna biex ‘nieħdu ħsieb’ u nwasslu lill‑oħrajn dak li aħna għandna f’qalbna. Din il‑missjoni hija u dejjem kienet l‑identità tal‑Knisja: “teżisti sabiex tevanġelizza” (Papa San Pawlu VI, fl‑Eżortazzjoni Appostolika Evangelii nuntiandi, 14). Il‑ħajja tal‑fidi tagħna tiddgħajjef,


Lulju 2021

titlef il‑profezija u l‑kapaċità tal‑istagħġib u l‑gratitudni meta niżolaw ruħna jew meta ningħalqu fi gruppi żgħar. Għax min‑natura tagħha stess, il‑ħajja tal‑fidi titlob minna li nkunu dejjem iktar miftuħin, u li nkunu kapaċi nħaddnu u nilħqu lil kulħadd, kullimkien. L‑ewwel Insara ma kinux iċedu għat‑tentazzjoni li jsiru xi grupp elitista, kienu dejjem ispirati mill‑Mulej u mill‑ħajja ġdida li Hu offra biex imorru fost il‑popli u jagħtu xhieda ta’ dak li huma raw u semgħu: jiġifieri li s‑saltna t’Alla hija fil‑qrib. Dan għamluh b’ġenerożità, bi gratitudni u b’qalb kbira għax jafu li dak li qed jiżirgħu huma, se jkun ħaddieħor li se jgawdi l‑frott tas‑sagrifiċċju u tax‑xogħol tagħhom. Għalhekk inħobb naħseb li “imqar l‑iżjed dgħajfin, limitati u miġruħa jistgħu jkunu missjunarji bil‑mod tagħhom, għax it‑tajjeb dejjem għandna nħalluh jasal, anki jekk qed jgħix spalla ma’ spalla mad‑dgħufija”. (Christus Vivit, 239) Fil‑Ġurnata Missjunarja, li tiġi ċċelebrata kull sena fl‑aħħar Ħadd t’Ottubru,

niftakru bi gratitudni fin‑nies kollha li, bix‑xhieda ta’ ħajjithom, jgħinuna nġeddu l‑impenn tal‑magħmudija tagħna biex inkunu appostli ġenerużi u ferħanin tal‑Evanġelju. Niftakru b’mod speċjali f ’dawk li kienu kapaċi jmorru, iħallu pajjiżhom u l‑familja tagħhom, sabiex l‑Evanġelju jkun jista’ jasal, mingħajr dewmien u mingħajr biża’, f’kull rokna tad‑dinja u tal‑ibliet, fejn tant persuni huma għatxana għal dan il‑messaġġ ta’ barka. Meta naħsbu fuq ix‑xhieda missjunarja tagħhom, din tqanqalna biex inkunu kuraġġużi u biex nitolbu b’mod insistenti “lil Sid il‑ħsad, biex jibgħat ħaddiema għall‑ħsad tiegħu” (Lq.10:2); fil‑fatt aħna nafu li l‑vokazzjoni għall‑missjoni mhix xi ħaġa tal‑passat jew xi tifkira sabiħa ta’ żminijiet oħra. Illum, Ġesù għandu bżonn qlub li kapaċi jgħixu l‑vokazzjoni tagħhom bħala storja ta’ mħabba vera, li ġġagħalhom imorru fil‑periferija tad‑dinja, u jsiru messaġġiera u strumenti ta’ kompassjoni. Din hija sejħa li Hu jagħmel lil kulħadd, għalkemm mhux bl‑istess mod. Niftakru kemm hemm

periferiji li huma qrib tagħna, fiċ‑ċentru tal‑belt jew raħal tagħna jew fil‑familja tagħna stess. Il‑ftuħ universali tal‑imħabba m’għandux dimensjoni ġeografika, imma eżistenzjali. Dejjem, imma speċjalment f’dan iż‑żmien ta’ pandemija, huwa importanti li nwessgħu ċ‑ċirku tagħna, biex nilħqu lil dawk li ma nħossuhomx li huma parti mid‑“dinja tal‑interessi tiegħi”. (Fratelli Tutti, 97) Li ngħix il‑missjoni hu li nissogra li nrawwem fija l‑istess sentimenti ta’ Kristu Ġesù u li nemmen bħalu li kull min hu ħdejja huwa wkoll ħija jew oħti. Jalla l‑imħabba ħanina tiegħu tqajjem ukoll lil qalbna u tagħmilna lkoll dixxipli missjunarji. Jalla Marija, l‑ewwel dixxiplu missjunarju, tkabbar ix‑xewqa fl‑imgħammdin kollha, li jkunu melħ u dawl fil‑pajjiżi tagħna. (ara Mt. 5:13‑14)

San Ġwann fil‑Lateran, Ruma, 6 ta’ Jannar 2021, Solennità tal‑Epifanija tal‑Mulej. Franġisku Miġjub mit‑Taljan għall‑Malti minn Fr Roy Galdes. 

27


90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

Lulju 2021

MALTA MISSJUNARJA – IR‑4 PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

M

alta Missjunarja (1937‑41): Matul l‑1940 dehru aktar poeżiji: ‘Il‑Missjunarju lil Ommu’ (Sena VIII, Jan.1940, nru1 p.9), taħt il‑psewdonimu Fog, bi 11‑il strofa ottonarja u rima abċb; ‘Ħenn Għalihom!’ (l‑istess ħarġa p.17) b’sitt strofi u ‘Kollox tal‑Għaġeb [sa dik it‑taqtira]’ (Sena VIII, Mar.1940, nru3, pp.70‑1) bi 11‑il strofa,

it‑tnejn bil‑vers kwinarju doppju u rima abċb,

tal‑Għarawri Karm Sant (1876‑1958), b’din

Kategorija: Poeżija Isem

Psewdonimu

Isem

Psewdonimu

01 Maqtab u Żbir1

Amba

12 Horas non numero nisi serenas (2) Felicitas

02 Ifrid il‑Qalb

Abeo

13 L‑Għeġubijiet ta’ Ġesù Kristu

P. Franc. Galea SJ

03 Meta Nfridt Minnek

Malta Missjunarja

14 Stedina

Imħeġġeġ

04 Dehra ta’ Missjunarju

Ommi

15 Lis‑Sultana tal‑Missjoni

Imsieħba X.T.I.M.N.

05 Il‑Glorja tal‑Missjunarju

Missieri

16 Sejħa

Musarum

06 Ġesù Għadu Jsejjaħ

Et Ibant

17 Fidwa2

Iade

07 Rieda Sħiħa 08 Ħajjiet Mirbuħa

18 Dmir Tama

09 F’Ħajja ta’ Mħabba 10 Tliet Allat (1)

Melitensis Militens

11 Il‑Missjunarju

Ħieles

19 Lill‑Mulej

Jell

20 L‑Ogħna Sejħa3

Franġisku Saverju

21 Is‑Sejħa Missjunarja

Edw. Muscat

Poeżija bil-vers ħieles ta’ Amante Buontempo (1920-2004). Il-versi tiegħu huma ta’ xeħta reliġjuża, (Sena IX, Ġunju-Lulju 1941, nri 6-7, p. 109) 2 Poeżija ta’ K. Ellul Galea (1914-2007) b’disa’ strofi endekasillabi u rima abċb, imqassmin fi gruppi kif ġej: 5-3-1. Il-poeżiji u xogħlijiet oħra letterarji jmissu mas-suġġett tal-ambjent u d-dinja tax-xogħol. (Sena IX, Ġunju-Lulju 1941, nri 6-7, pp. 113-4) 3 Poeżija ta’ Ġ. Pesci (1892-1960) b’disa’ strofi endekasillabi u rima abċb, imqassmin fi gruppi kif ġej: 2-23-2. Kittieb ta’ novelli u poeżija, b’uħud mitbugħin fil-Pronostku Malti. (Sena IX, Ġunju-Lulju 1941, nri 6-7, p. 112) 1

28


Lulju 2021

Fil‑kategorija tan‑novelli kien hemm erba’ rebbieħa (bl‑isfar u numru ħdejhom ta’ kif ġew) u sebgħa oħrajn li ssemmew b’tifħir (bl‑oranġjo). Tliet xogħlijiet għandhom l‑istess psewdonimu u allura setgħu ħarġu mill‑istess pinna:

Kategorija: Novella Isem

Psewdonimu

01 Qalb ta’ Missjunarju (1)

Psewdonimu

14 Fil-Qasam tal-Bniedem4

Zanthe

02 Fl-aħħar Mumenti tal-Ħajja Luiga

15 Qarraq Bih

Ħieles

03 Fuq Sodda fil-Missjoni5

S.S.P.

16 Tkun Magħmula r-Rieda Tiegħek Student

04 Afdaw f’Alla

Jeanette

17 Issalva Ruħ u Tmut (4)

Spama

05 Poeta tal-Missjoni7

Vox

18 Il-Mewt ta’ Patri Anġ

***

19 Nirien u Dmija

Father Damien

20 Kif Ġużeppi Sar Nisrani

George De Brincat

6

06 Xewqa Mitmuma 07 Żewġ Ħajjiet

***

Isem

Student

08 Il-Missjunarju fil-Bosk

Walter J. Ebejer

21 Telfa u Rebħa

Salmar

09 Is-Sejħa ta’ Alla

Voccas

22 Il-Gandlieri taċ-Ċomb (3)

Barka

10 Atumokra (2)

Ta’ Pitanu

23 Ġrajja ta’ Toninu8

?

11 Id-Dorbies Ħeleshielu9

Arquebus

24 It-Triq

Eyben

12 Fi Ħdan il-Mulej

C.A.A.

25 Il-Gabilotti

?

13 Dak ix-Xalatur

Japh

26 Ruħ Mirbuħa10

Veritas

tal‑aħħar tittratta ġmiel in‑natura, fejn saħansitra jsemmi n‑naħal li kien magħruf sew għat‑trobbija tagħhom; ‘Wasal Mejju’ (Sena VIII, Mej.1940, nru5, p.113), bi tmien strofi dekasillabi u rima abċb, ‘Lil Marija (f ’jum it‑twelid tagħha)’ (Sena VIII, Sett.1940, nru9, p.183), b’seba’ strofi ta’ sitt vrus kull waħda, u ‘Ħsieb fuq il‑Gwerra’ (Sena VIII, Ott.1940, nru10, p.197), it‑tlieta ta’ Chco. V.D. Ciappara; ‘.. In Terra Pax ..’ Ma ġietx ippubblikata fil-MM. Idem. 6 Idem. 7 Idem.

(Sena VIII, Diċ.1940, nru12, p.245), bil‑vers ħieles ta’ J.D.C. Fl‑1941 ukoll, dehru xi poeżiji: ‘Lil Marija’ (Sena IX, Mej.1941, nru5, p.75), tal‑kjeriku V.D. Ciappara u ‘Ġesù Mwieled’ (l‑istess ħarġa, p.96), tal‑patri Dumnikan Pawlu Galea (1913‑2006)– kittieb prolifiku b’tema storiko‑soċjali, b’seba’ strofi dekasillabi u bis‑soltu rima. Il‑Konkors Letterarju Missjunarju: Fil‑ħarġa ta’ Frar 1941 (Sena IX,

nru2) deher avviż li fih id‑direzzjoni ta’ MM nediet it‑tieni konkors letterarju tagħha fil‑ktieb ta’ poeżiji u novelli. Skont nota li dehret f ’paġna 26 tal‑istess rivista, il‑konkors kellu l‑għan li jkabbar l‑ideal missjunarju u fl‑istess ħin jiġbed kittieba oħrajn ta’ dehen u mgħarrfin f ’pajjiżna li għalihom il‑paġni tar‑rivista ‘Malta Missjunarja’ kienet dejjem lesta li tilqa’ xi kitba minn tagħhom. Id‑direzzjoni xtaqet li għalih jidħlu ħafna kittieba tajbin, mhux biss

Idem. Idem. 10 Idem.

4

8

5

9

29


Lulju 2021

għal ġieħ l‑ilsien Malti, imma wkoll tal‑Knisja Maltija; konkors simili, reliġjuż u missjunarju, kien jitnieda minnha biss. Kemm‑il darba jirnexxi, id‑direzzjoni kellha ħsieb li tniedi ieħor fuq d‑dramm jew rumanz missjunarju. Dwar tqassim ta’ premji, hija wiegħdet li kollox kellu jsir b’ġustizzja, u li x‑xogħlijiet kellhom jiġu mwieżna u mgħarblin mill‑aħjar poeti u skritturi tal‑ilsien Malti ta’ dak iż‑żmien. 30

Għal dan il‑konkors daħlu 21 poeżija u 26 novella. Fl‑ewwel tabella jidhru l‑ismijiet tagħhom bl‑isem tal‑awtur mibdul. Id‑direzzjoni ta’ MM kienet wiegħdet lill‑qarrejja li l‑għadd ta’ Ġunju kellu jkun wieħed speċjali li fih se jinġiebu x‑xogħlijiet rebbieħa. Fih dehret ukoll il‑kritika li taw l‑eżaminaturi dwar il‑konkors għas‑sodisfazzjon ta’ kulħadd. Iż‑żewġ xogħlijiet rebbieħa huma mmarkati

bl‑isfar, b’numru warajhom ta’ kif ġew; it‑tielet u r‑raba’ premjijiet ma ngħatawx. Tliet xogħlijiet oħrajn (immarkati bl‑oranġjo) issemmew b’tifħir. Żewġ kittieba partikolari bil‑psewdonimi Tama u Jell, bejniethom daħħlu tliet u żewġ xogħlijiet kull wieħed rispettivament. Fil‑każ ta’ poeżija nru15, għandha mnejn inkitbet minn xi ġuvnott fi ħdan ix‑Xirka tal‑Malti għat‑Tfal (Fergħa Naxxar): 


Lulju 2021

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com

384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm

www.raysjewellerymalta.com

31


Lulju 2021

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja It‑Tieni Parti

Id‑Dehriet tal‑Madonna huma mod ieħor sabiħ kif Marija tgħaqqadna ma’ Binha Ġesù. Waqt li kienet fuq l‑art, il‑ministeru tagħha kien iddedikat kompletament biex jirrifletti l‑Imħabba, l‑Ferħ u l‑Paċi li jiġu meta nsegwu lil Binha, u dak il‑ministeru ma waqafx meta hi ġiet Imtellgħa fis‑Sema, iżda tkompla matul iż‑żminijiet kollha. Ħafna qaddisin tkellmu dwar l‑ħila tal‑Omm Imbierka tagħna li tiggwidana lejn Ġesù, u d‑dehriet tagħha 32

huma wieħed mill‑modi intimi li bihom Marija tgħinna nsibu lill‑Mulej, u niltaqgħu magħhom it‑tnejn fis‑Sema. Irridu nħarsu lejn id‑Dehriet u r‑Rivelazzjonijiet Marjani approvati mill‑Knisja bħala sejħiet diretti mill‑Madonna biex nidħlu aktar fil‑fond fil‑Fidi, u nużaw il‑pariri tagħha biex insaħħu r‑relazzjoni tagħna mhux biss ma’ Binha, imma wkoll ma’ ħutna l‑bnedmin kollha.

Id‑Dehra tal‑Madonna f’La Salette B’differenza mill‑ħafna dehriet oħra Marjani, id‑dehra tal‑Madonna f ’La Salette, fi Franza, seħħet darba biss. La Salette kien raħal żgħir mhux magħruf f ’nofs il‑muntanji kbar tal‑Alpi Franċizi. Is‑Sibt waranofsinhar tad‑19 ta’ Settembru 1846, żewġt itfal fqar, Maximin Giraud ta’ ħdax‑il sena u Mélanie Calvat ta’ erbatax‑il sena, kienu fuq l‑għoljiet tal‑Muntanja Sous‑Les Baisses jirgħu l‑baqar. Waqt li kienu hemm, qrib xmara żgħira qalb il‑ġebel kbir, raw globu tan‑nar, bħallikieku, fi kliem it‑tfal: “Ix‑xemx kienet waqgħet hemm”. Id‑dawl iddawwar u kiber fid‑daqs, u meta fetaħ, żvela ġo fih mara bilqiegħda, rasha f ’idejha, minkbejha fuq irkopptejha, imnikkta u tibki. Qamet bil‑mod. “Is‑Sinjura sabiħa,” kif sejħulha t‑tfal kienet twila. Kienet liebsa bħan‑nisa tar‑reġjun b’libsa twila bajda, fardal isfar kważi twil daqs il‑libsa, xalla taqsam minn fuq sidirha u marbuta minn wara, u kappa bħal dawk li


Lulju 2021

jintlibsu min‑nisa bdiewa. Fuq spallejha kienet tidher katina tqila u ma’ katina iżgħar tad‑deheb kien hemm imdendel kurċifiss tad‑deheb, b’martell u msiemer fuq naħa, u tnalja fuq in‑naħa l‑oħra tas‑salib. Fuq rasha kellha kuruna tal‑ward u s‑sandli tagħha kien imdawwar kollu bil‑ward. Bid‑dmugħ nieżel, kellmithom bid‑djalett Franċiż tagħhom.

Il‑Messaġġ ta’ Marija “Ersqu uliedi, tibżgħux. Jiena qiegħda hawn biex ngħidilkom xi ħaġa tal‑akbar importanza.” It‑tfal resqu lejha u hi qaltilhom: “Jekk il‑poplu tiegħi ma jobdix, inkun imġiegħla nħalli jaqa’ driegħ Ibni. Tant huwa tqil li ma nistax nibqa’ inżommu. Għal kemm żmien se nibqa’ nbati għalik, ja poplu? Jekk

Ibni ma jabbandunakx, jiena obbligata li nitlob għalik mingħajr ma nieqaf, imma inti ma tagħtix kas. Minkejja kemm titlob fil‑ġejjieni qatt mhu se tkun kapaċi tpatti għall‑uġigħ li ġarrabt jien minħabba fik. Sitt ijiem tajtek biex taħdem, is‑seba’ żammejtu għalija. U ħadd ma jagħtihuli. Dan huwa dak li jagħmel id‑ driegħ t’Ibni daqshekk tqil. Is‑sewwieqa tal‑karrettuni ma jistgħux ma jaħilfux mingħajr ma jsemmgħu isem Ibni. Dawn huma ż‑żewġ affarijiet li jagħmlu d‑driegħ t’Ibni daqshekk tqil. Jekk il‑ħsad jitħassar huwa tort tiegħek! Wissejtek is‑sena l‑oħra bil‑patata. Inti ma tajtx kas. Għall‑kuntrarju, meta sibt l‑patata mħassra inti ħlift, semmejt isem Ibni għalxejn. Se tkompli titħassar u sal‑Milied ma jkun fadal xejn. Jekk għandek il‑qamħ, mhux tajjeb li jinżera’, għax kulma tħawwel l‑insetti jikluh, dak kollu li jitla’ jaqa’ trab. Se jiġi ġuħ kbir, iżda qabel ma jiġi l‑ġuħ, it‑tfal taħt is‑seba’ snin se jinqabdu bit‑tregħid u jmutu f ’idejn il‑ġenituri tagħhom. L‑adulti se jħallsu għal dnubiethom bil‑ġuħ. L‑għeneb jitmermer u l‑ġewż isir ħażin, iżda jekk in‑nies jikkonvertu, il‑blat isir munzell ta’ qamħ u l‑patata tinżera’ minnha nnifisha fl‑art.”

Imbagħad is‑Sinjura indirizzat liż‑żewġt itfal separatament u fdat lil kull wieħed sigriet. Staqsiethom ukoll jitolbux. Meta qalulha li bilkemm jitolbu hi qaltilhom: “Ah, uliedi, huwa importanti li titolbu filgħodu u filgħaxija. Meta ma jkollkomx ħin, għall‑inqas għidu Missierna u Ave Marija. U meta tistgħu, għidu aktar.” Imbagħad kompliet: “M’hemm ħadd li jmur il‑quddies ħlief ftit nisa ta’ età. Il‑bqija kollha jaħdmu kull nhar ta’ Ħadd matul is‑sajf kollu; imbagħad fix‑xitwa meta ma jkunux jafu x’għandhom jagħmlu, imorru l‑quddies biss biex jidħku bir‑reliġ jon. Matul ir‑Randan imorru fis‑suq tal‑laħam bħall‑klieb. Uliedi, morru għidu dan kollu lin‑nies kollha.” Imbagħad hija għebet minn quddiemhom f ’dawl qawwi. It‑tfal marru jirrakkontaw din id‑dehra lil bosta nies kif ukoll lill‑kappillan u immedjatament ġie mgħarraf l‑isqof tal‑post. Sadanittant, seħħew bosta fejqan b’mod mirakuluż bl‑interċessjoni tal‑Madonna ta’ La Salette. Wara ħames snin ta’ investigazzjoni intensa, l‑Isqof ta’ Grenobe, Philbert de Bruillard, proprju fil‑21 ta’ Settembru 1851 ħabbar li d‑dehra x’aktarx hija awtentika u 33


DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Lulju 2021

awtorizza d‑devozzjoni pubblika lejn il‑Madonna ta’ La Salette. Din id‑deċiżjoni kienet ikkonfermata wkoll mis‑suċċessur tiegħu l‑Isqof Ginoulhiac. Fil‑21 ta’ Awwissu 1879, Papa Ljun XIII ta l‑permess biex issir il‑Koronazzjoni Kanonika tal‑Istatwa tal‑Madonna ta’ La Salette, li issa tinsab

fil‑Bażilika tal‑Madonna ta’ La Salette. Jinsabu bosta santwarji ddedikati lill‑Madonna ta’ La Salette barra minn Franza, fosthom f ’Oliveira de Azemeis, fil‑Portugall u f ’Attleboro u f ’Enfield, it‑tnejn fl‑Amerika. Id‑devozzjoni ta’ din id‑dehra xterdet f ’diversi pajjiżi oħra fid‑dinja.

Papa San Ġwanni Pawlu stqarr: “Kif ktibt fl‑okkażjoni tal‑150 Anniversarju tad‑dehra, il‑messaġġ tal‑Madonna fid‑dehra tagħha f ’La Salette huwa messaġġ ta’ tama, għax it‑tama tagħna hija bl‑interċessjoini tagħha bħala li hija Omm l‑umanità.” 

Websajt Missio • Informazzjoni dwar il-missjoni u l-missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal-passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal-passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

www.missio.org.mt

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 34


Lulju 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u l‑5.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328 ‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Lulju 2021

TEX MEX BURRITOS MILL-MESSIKU

Metodu: Saħħan il-forn fuq sħana moderata. Idlek dixx tal-forn kbir bi ftit żejt. Saħħan iż-2 imgħaref żejt f ’taġen kbir (wok) u sajjar il-patata. Żid il-basal u kompli sajjar. Żid il-kapuljat u l-felfel, u kompli sajjar.

X’għandek bżonn: • 2 imgħaref żejt veġetali • 500 gramma kapuljat taċ-ċanga • Basla mqattgħa fina • 350 gramma patata mqaxxra u mqattgħa f ’dadi żgħar • 2 felfel friski bla żerriegħa u mqattgħa rqaq • 400 gramma (bott) fażola fiz-zalza • Niskata melħ u bżar

Fl-aħħar itfa’ l-fażola, il-bżar u l-melħ, u ħawwad sew flimkien filwaqt li tkompli ssajjar sa ma jsiru l-ingredjenti kollha. Qassam it-taħlita fuq is-6 tortillas u ifrex iċ-ċedar. Gerbeb it-tortillas; importanti li ddaħħal it-trufijiet qabel biex it-taħlita ma toħroġx. Poġġi t-tortillas rashom ’l isfel fid-dixx, għattihom bil-fojl u saħħanhom għal madwar 20 minuta. Tista’ sservi t-tortillas ma’ xi zalza u/jew ‘sour cream’.

• 175 gramma ġobon ċedar maħkuk • 6 tortillas kbar

BUEN PROVECHO (L-ikla t-tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


INAT C C

ED

VA

Lulju 2021

D

N AT E

D

O

“Jiena ħadt il‑vaċċin b’xejn u għalhekk qed nagħti donazzjoni ta’ €10 għall‑‘emergency fund’ ta’ Missio. Dan sabiex ngħin lil nies fil‑missjoni li għaddejjin mill‑pandemija. Din l‑€10 ser tissarraf f’mediċini, ‘safety kits’ kif ukoll f'ikel u xorb għan‑nies fil‑bżonn.” Dorianne Mamo – Blogger

Metodu kif tista' tagħti d‑donazzjoni: Tel: 5160 2062 – €10

Mill‑websajt: www.missio.org.mt/V&D

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

37


KOMPETIZZJONI ‑ LULJU 2021

Lulju 2021

LOGĦBA TAL‑LOĠIKA

Wara li taqra l‑ħjiliet t’hawn taħt, ipprova aqta’ kull tifel u tifla xi sports jipprattikaw. Uża l‑kaxxi tat‑tabella biex jgħinuk. Ikteb it‑tweġibiet tiegħek fil‑vojt u ibgħathom flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. BASKETBALL

BASEBALL

VOLLEYBALL

FOOTBALL

BEN JANA FRANS SONJA

Ben jipprattika l‑___________________________________________________________________________. Jana tipprattika l‑_________________________________________________________________________. Frans jipprattika l‑_________________________________________________________________________.

1. Ben jipprattika sport li jibda bl‑istess ittra ta’ ismu. 2. Jana trid tagħti b’sieqha ’l‑ballun biex tipprattika l‑isport. 3. Fl‑isport li jipprattika Frans tintuża l‑‘bat’.

Sonja tipprattika l‑________________________________________________________________________. Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju 2021: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Maria Bellizzi mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

3 + 6 ÷ 1 = 9 + ÷ + 9 x 2 + 8 = 26 + 4 + 7 + 5 = 16 = = = 8 10 4

Nitbissmu ftit: Pawlu: Il‑mara qed twaħħal fija għax ħassartilha jum għeluq sninha!

38

Wara li kielu ikla tajba f’restorant, la hu u lanqas hi ma dehru li xtaqu jħallsu.

Marju: Isma’ x’kull waħda! U dan kif?

Marija: Il‑kont dejjem ir‑raġel irid iħallsu, għax jekk taħseb ftit il‑kelma MENU tfisser Men U pay!

Pawlu: Fejn naf jien! Lanqas biss kont naf li kien jum għeluq sninha, aħseb u ara!

Aldo: Ma naqbilx miegħek tafx! Jien tal‑fehma li l‑kelma MENU tfisser Me ‘N’ U pay!


Lulju 2021

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• John Farrugia u Catherine Grech miż-Żurrieq

• 23 ta’ April 2021 John Zammit minn Birżebbuġa.

• Violet Mallia mill-Ħamrun

• 14 ta’ Mejju 2021 Maria Mercieca min-Naxxar • 15 ta’ Mejju 2021 Joseph Bonello • 30 ta’ Mejju 2021 Rita Caruana min‑Naxxar • 30 ta’ Mejju 2021 Dolores Vella min‑Naxxar Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

• Olympia Farrugia u George Cilia minn Ħal Għaxaq

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Missio Malta • Missio Tfal

39


Lulju 2021

Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com

Lorem Elementary Science F 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Lulju 2021 by Missio Malta - Issuu