22
27.03.2022
NORBERT BEZZINA U STEPHANIE MIFSUD
GĦAMLU AVVENTURA TA’ 151 FEJN ŻARU 15-IL PAJJIŻ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Is-sens ta’ avventura hija xi ħaġa pożittiva f’kull min ifittixha. Hawn min jiflaħ għal avventuri qosra u ssib oħrajn li jfittxu avventuri itwal. Dan l-aħħar sirt naf b’koppja li ddeċidew li jagħmlu avventura ta’ 151 ġurnata fejn żaru 15-il pajjiż Ewropew. Qed nirreferi għall-koppja Norbert Bezzina u Stephanie Mifsud. Norbert għandu 34 sena, mill-Marsa u bħala passatempi jħobb is-safar, il-fotografija, l-isports, u l-mużika. Stephanie għandha 31 sena, minn San Ġiljan u bħala passatempi tħobb is-safar, il-hiking, it-tisjir, u l-arti. Norbert jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna pożittiva u dejjem lest li jiftaħ perspettivi ġodda u japprezza kull sekonda tal-ħajja. “Il-ħajja qasira wisq biex taħli sekonda waħda. Jien nibbaża ħajti ħafna fuq l-imħabba, il-ferħ u l-libertà. Dawn huma l-aktar affarijiet importanti. Persuna enerġetika u dejjem determinat u m’iniex persuna materjalista. Nippreferi kelma sempliċi mingħandek bħal kelma ta’ ġid jew kuraġġ jew ġest żgħir minn qalbek. L-aktar ħaġa li ddejjaqni li niġi ġġudikat,” beda jgħidli dwaru Norbert. Min-naħa tagħha, Stephanie hija persuna pożittiva, avventuruża u ma taqta’ qalbha minn xejn. Tipprova taħdem kemm tista’ biex twettaq ilħolm tagħha. Iktar ma tgħix ħajja sempliċi iktar tagħmilha kuntenta. Peress li t-tnejn li huma, huma persuni avventurużi waslu biex flimkien marru avventura ta’ 151 ġurnata fejn żaru 15-il pajjiż Ewropew. Telqu bit-tema backpacking on a budget. Proprjament riedu jmorru fil-kontinent tal-Asja, iżda minħabba l-Covid kellhom ibiddlu l-pjan u jmorru f’pajjiżi fl-Ewropa li għandhom cost of living baxx. Fil-fatt, bdew mill-Estonja, u eventwalment żaru wkoll il-Latvja, il-Litwanja, l-Ukrajna, il-Moldova, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Montenegro, il-Kroazja, il-Bożnija-Ħerzegovina, is-Serbja, l-Ungerija, is-Slovakkja.
Stqarru miegħi li magħhom ħadu ftit ħwejjeġ, sempliċement ġakketta u qalziet kull wieħed u kienu jaħslu u jilbsu tista’ tgħid l-istess. Ridt inkun naf x’tip ta’ sagrifiċċji kellhom jagħmlu matul din l-avventura tagħhom. “Ħadna ftit ħwejjeġ u affarijiet essenzjali magħna. Konna naħslu u nilbsu. Xħin wasalna f’pajjiżi kesħin, xtrajna ġakketta u qalziet. Sagrifiċċji li preparajna għalihom minn ħafna żmien qabel tlaqna għal din l-avventura bħal akkomodazzjonijiet, vjaġġar fit-tul, kumdità u intoppi li jinqalgħu matul il-vjaġġ li ma jkunux pjanati.” Il-kumdità f’din it-tip ta’ avventura hi l-inqas ħaġa li tfittex Immaġinajt li ħassew bidla drastika, filli biex ngħid hekk jgħixu ħajja komda Malta, u filli jgħixu ħajja limitata waqt l-ivjaġġar tagħhom fl-Ewropa. Ħallejt f’idejhom sabiex jelaboraw aktar. “Il-bidla hija waħda kbira u inspjegabbli, iżda l-kumdità f’din it-tip ta’ avventura hi l-inqas ħaġa li tfittex, kif ukoll il-bidla drastika hija l-iktar ħaġa sabiħa fejn jiġu mumenti li fejn is-soltu tkun faċli tagħmilha f’dan il-każ trid tieqaf, taħseb u tasal għall-konklużjoni tal-aħjar ħaġa li għandek tagħmel. Nemmnu li din il-bidla hija waħda mill-fatturi li tgħallmek l-iktar.” Ta’ min jgħid li oriġinarjament riedu jagħmlu din l-avventura mifruxa fuq tliet xhur, iżda spiċċaw damu ħames xhur, minħabba li fit-tielet xahar spiċċaw l-Bożnija fejn spiċċat fuq l-aħmar skur ta’ restrizzjonijiet u allura ma setgħux jiġu lura Malta, u minn hemm iddeċidew li jtawlu l-avventura tagħhom. B’hekk ridt inkun naf ma’ liema intoppi ltaqgħu f’dan il-perjodu estiż u bla mistenni fuqhom. “Ovvjament illum l-ġurnata żdiedet l-iktar ħaġa li ġabet l-inċertezza fuq id-dinja li hija l-pandemija talCovid. Intoppi ma tantx kien hemm għax bqajna nagħmlu dak li nħobbu nagħmlu u bqajna nduru l-Ewropa fejn żidna erba’ pajjiżi oħra għar-raġuni
li apparti l-Bożnija li spiċċat fuq l-aħmar skur kien hemm ukoll is-Serbja. Ovjament ridna nagħmlu kwaratina ta’ ħmistax Malta jew ħmistax-il ġurnata barra mill-pajjiżi tal-aħmar skur u ġejna għall-konklużjoni li nkomplu nduru u estendejna ż-żmien minn tliet xhur. Hawnhekk fejn jidħol is-sens ta’ one way ticket. Ovvjament qabel tlaqna għal din l-avventura dejjem ħsibna għal dawn l-affarijiet li setgħu jinqalgħu u għalhekk ħloqna Pjan B.” Kienu jfittxu n-natura u joqogħdu man-nies tal-lokal Minn informazzjoni li ksibt qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li waqt l-avventura tagħhom kienu jfittxu n-natura u joqogħdu man-nies tal-lokal, filwaqt li tgħallmu jgħixu fis-sempliċità. Staqsejthom kif kienu jqattgħu l-ġranet tagħhom waqt l-ivvjaġġjar tagħhom. “Il-maġġor parti tal-ġranet tagħna konna nqattgħuhom nesploraw kemm nistgħu dak li dejjem ħlomna li nagħmlu, għalkemm mhux kull ġurnata kienet tkun
l-istess. Xħin tibgħat u ttella’ xi ritratti fuq il-midja soċjali kull ma jidher ikun ir-ritratt tal-post li nkunu morna fih, iżda warajh ikun hemm il-ħin kollu li forsi tkun vjaġġajt biex tasal għal dak il-post u preparamenti oħra. Ikun hemm ġranet fejn tpoġġi bilqiegħda u tippjana d-destinazzjonijiet li jmiss għax għalkemm ikollok pjan lest xorta l-bidliet li jseħħu joħolqu iktar bidliet għal pajjiżi li jkun imiss. Ovvjament ikun hemm ġranet fejn taħseb li tikkalma l-pass mgħaġġel li tkun għaddej minnu u tistrieħ għal ċerti ġranet, kif ukoll kien hemm drabi fejn qattajna ġurnata ġewwa u ħsilna l-ħwejjeġ kollha,” stqarr miegħi Norbert. Sirt naf ukoll li bħala ikel ma kinux jieklu xi lussu. Fil-fatt, l-aktar li kienu jieħdu kien ikel bażiku u sempliċi, bħal ħobż u ilma tal-vit. “F’avventura ta’ dan it-tip ma tistax tqum għada u tgħid aħna tlaqna mingħajr ma tagħmel ħafna riċerka bżonjuża u importanti. Riskju ma kienx hemm speċjalment fuq l-ilma f’ċerti pajjiżi. Illum teżisti informazzjoni apposta biex tiċċekkja jekk il-pajjiż
li sejjer fih, l-ilma hux sigur li tixorbu jew le. Ovvjament jeżistu ħafna affarijiet bħal tablets tal-ilma u filters apposta. Bħala ikel dejjem iffukajna li nieklu ikel tal-lokal. Ovvjament biċċa ħobż bil-butir u tazza ilma mill-vit tgħallmek tgħix issempliċità tal-ħajja u mhux ser taqa’ d-dinja. Nistgħu ngħidu li l-iktar żewġ affarijiet li kilna kienu Bureks u Cevapi, peress li dorna kważi l-pajjiżi kollha Balkani.” Immaġinajt li mumenti ta’ stress u għeja kellhom, speċjalment meta kienu qed jgħixu bla mezz ta’ trasport u allura kellhom jimxu ħafna. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Apparti l-mixi għamilna ħafna hitchhiking fejn tirrealizza l-umanità kemm hi sabiħa. L-istress u l-għeja huma żewġ fatturi importanti li minnhom trid toħroġ ħaġa waħda li hija s-soluzzjoni għal dik il-problema li qed toħloq l-istress u l-għeja. Ovvjament għal din tip ta’ avventura trid tkun preparat kemm mentalment kif ukoll fiżikament. Kont naf ukoll li esperjenzaw ħafna mumenti bla internet