Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jul-Sept 2019

Page 1

03

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2019

L-imħabba taż-żgħażagħ lejn il-fqar Esperjenzi ta’ volontarjat Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


www.jesuit.org.mt

Il-Qaddisin tax-Xahar

SAN ĠWANN DE BRÉBEUF, SAN IŻAKK JOGUES u SĦABHOM Martri

Fid-19 ta’ Ottubru, il-Knisja kollha, speċjalment flAmerika ta’ Fuq, kif ukoll il-Kumpanija ta’ Ġesù jfakkru sitt saċerdoti u żewg Brothers Ġiżwiti Franċiżi li nqatlu fl-Amerka ta’ Fuq bejn l-1642 u l-1649. Huma magħrufin bħala “Il-martri tal-Amerika ta’ Fuq”. Dawn il-martri għexu fl-art ta’ bejn il-Kanada ta’ Isfel u l-Istati Amerikani ta’ Maine, New Hampshire, u New York. Dak iż-żmien, kienet l-art tat-tribujiet Huron, Mohawk u Iroquois. Qed inġibu d-dati tal-mewt, biex wieħed jara s-suċċessjoni tal-attakki li soffrew ilmissjunarji. Tlieta nqatlu f ’Auriesville (NY): René Goupil (Saint Martin du Bois 1608 – 29 ta’ Settembru, 1642), Iżakk Jogues (Orléans 1607 – 18 ta’ Ottubru, 1646), u Ġwann de la Lande (? – 19 ta’ Ottubru, 1646). L-oħrajn raw il-martirju fil-Kanada: Anton Daniel (Dieppe 1601 – 4

2

ta’ Lulju, 1648), Ġwann de Brébeuf (Condé sur Vire 1593 – 16 ta’ Marzu, 1649); Gabrijel Lallement (Pariġi 1610 – 17 ta’ Marzu, 1649); Karlu Garnier (Pariġi 1606 – 7 ta’ Diċembru, 1649) u Noel Chabanel (Sagues 1613 – 8 ta’ Diċembru, 1649). Goupil u de la Lande kienu Brothers. Fl-1642, il-Mohawk qabdu lil Goupil u lil Jogues; lil tal-ewwel, wara xhur ta’ tortura, qatluh malli rawh jagħmel salib fuq tfajjel. Wara tlettax-il xahar ta’ skjavitù u torturi, Jogues ħarab lejn New Amsterdam (illum New York) u lejn Franza, b’subgħajh imbeċċrin u bilkemm jista’ jimxi. L-akbar dispjaċir kien li ma setax iqaddes, għax b’subgħajh ma seta’ jaqbad xejn. Wara sitt xhur Franza, qabad triqtu lura lejn il-Kanada. Flimkien maż-żagħżugħ de la Lande reġa’ lura fost il-Mohawks: dawn qatluhom b’torturi kbar, għax waħħlu fihom li ma kellhomx ħsad tajjeb. Ġwann de Brébeuf kien l-ewwel Ġiżwita li laqa’ t-talba tal-Franġiskani Rekolletti għal għajnuna fost it-tribujiet tal-Amerka ta’ Fuq. Il-Hurons beżgħu minnu għax kien twil ħafna u ta’ saħħa kbira. Għadda sentejn jitgħallem l-ilsien, u kiteb grammatika u dizzjunarju. Riedu jkeċċuh fl-1628, għax ma kellhomx xita, imma bħal Elija ġagħalhom jitolbu miegħu ’l-Kurċifiss, u waslet ix-xita! L-istess ġara fl-1635. Fis-16 t’April, 1649, l-Iroquois attakkaw raħal tal-Hurons u, wara jumejn torturi li ma jissemmewx, Ġwann flimkien ma’ Gabrijel Lallement ġarrbu l-martirju. Dawn it-tmien martri kienu bbeatifkati fl-1925. Imbagħad il-Papa Piju IX ikkananizzhom fid-29 ta’ Ġunju, 1930. Fk-1940, il-Papa Piju XII iddikjara lill- San Ġwann de Brebeuf bħala wieħed mill-Patruni tal-Kanada. Fl-1930, f ’Aurisville (New York), fejn inqatlu René Goupil, Iżakk Jogues u Ġwann de la Lande, imbena s-Santwarjuj Nazzjonali dedikat lill-Martri tal-Amerika ta’ Fuq. F’Ontario, il-Kanada, fil-post fejn inqatlu l-martri l-oħra, imbniet kappella. Minflokha, fl-1925 mbena Santwarju, mgħaruf bħala Martyrs’ Shrine. Fis-Santwarju hemm il-fdalijiet ta’ San Ġwann de Brébeuf, San Gabrjel Lalemant u San Karlu Garnier. F’Settembru, 1984, San Papa Ġwan Pawlu II żar dan is-Santwarju u ċċelbra l-Liturgija tal-Kelma. Fl-Omelija il-Papa semma l-mara żagħżugħa Kateri Tekakwitha, (1656 – 17 ta’ April, 1680), mit-tribù tal-Mohawk, li tat xhieda ta’ ħajja ta’ safa u qaddisa. Kienet ibbeatifikata fl-1980 u kkanonizzata fl-2012.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


Kelma mill-editur

Is-Sbuħija tad-differenzi Għeżież ħbieb u benefatturi, Kulħadd iħobb il-kuluri, skont il-gosti tiegħu, jippreferi xi kuluri iktar minn oħrajn. Kulħadd jitgħaxxaq bil-ġmiel tal-kuluri. Meta persuna tkun fil-ġnien l-għajn titgħaxxaq bl-ilwien differenti u sbieħ tal-fjuri jew talweraq, kollha ta’ ħdura differenti. Il-bnedmin jużaw kuluri differenti biex iffissru diversi affarijiet, Per eżempju, nużaw il-blu għal tifel u roża għal tifla. Għall-luttu, fil-Punent nużaw l-iswed u fil-Lvant jużaw l-abjad. Fil-Quddies tal-martri jintuża lbies aħmar.

jew tal-istess fehma jew mogħni bl-istess talenti, x’konna nitilfu. Fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, forsi bla ma nindunaw, ikollna bżonn ta’persuni differenti u b’kapaċitajiet differenti. Ġieli jkollok bżonn il-mekkanik, jew avukat jew nutar, jew perit u bennej. Persuni differenti bi kwalitajiet differenti jistgħu jagħtu kontribut differenti u jkunu ta’ siwi lis-soċjetà. Jekk jaħdmu u jikkollaboraw flimkien, x’paċi kbira u x’armonija jkun hawn bejn il-persuini differenti, fil-familja, bejn ilfamilji, bejn soċjetà u oħra, bejn pajjiż u ieħor! Alla ħalaq il-bnedmin differenti, imma l-għan tiegħu kien li bejnietħhom issaltan – għaqda u li b’imħabba jirrispetaw id-differenzi tagħhom u lil xulxin.

Bnedmin differenti

Differenti imma ġisem wieħed

Il-kuluri ma jikkompetux jew jgħiru għal xulxin. Kull kulur jagħti l-kontibut tiegħu biex joħloq xiħaga tassew sabiħa. Bukket sabiħ x’aktarx nżewquh bi fjuri differenti. Il-qawsalla bis-seba’ kuluri tiġbed l-attenzjoni minħabba l-kuluri differenti. F’orkestra jkun hemm strumenti differenti. B’materjal, għamla u ton differenti imma meta jdoqqu lkoll flimkien ikun hemm sinfonija tassew sabiħa. Dan kollu nistgħu ngħiduh għall-bnedmin. Alla ħalaq kull persuni differenti. Mhux biss bħala raġel jew mara, imma għaniehom ilkoll bi kwalitajiet differenti u sbieh tal-moħħ u talqalb kif ukoll zejjinhom b’talenti u kapaċitajiet differenti. Kieku kull bniedem kien l-itess,

San Pawl jgħidilna li hemm “diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f ’kulħadd” (1 Kor 12:4-6). Imbaħad San Pawl iżid jgħid li bħalma l-ġisem huwa wieħed u fih ħafna membri, għad li huma ħafna u differenti, lkoll jagħmlu ġisem wieħed. Kull parti hi importanti. Mela, ħa nagħtu xhieda tal-imħabba tagħna permezz tar-rispett u ġieħ lil dawk kollha li huma differenti minna jew iħaddnu twemmin jew fehmiet jew opinjonijiet differenti minna. Jalla nitgħallmu nagħrfu u napprezzaw issbuħija ta’ kull persuna li permezz tagħha Alla jsebbaħ id-dinja.

2

Il-Qaddisin tax-Xahar

4

Merħba lil kulħadd - Esperjenzi ta’

f’din il-ħarġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

wħud minn dawk li jmorru DMM

8

Volontarjat barra minn xtutna

13 ‘Leadership’ Injazjan 14 Spiritwalità Injazjana 16 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

18 Il-bieb miftuħ 19 Skola tal-Qalb - Sitt xhur il-Kenja

21 Back to School 22 Programm ta’ rtiri u seminars miġjub lilkom miċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Maria Casaletto, George Cassar, Elisa Saliba, Lilian Schembri Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Website: www.jesuit.org.mt

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 3 - 2019

lil

HBIEBNA

N

Ritratt tal-Qoxra: Grupp ta’ żgħażagħ Maltin li marru bħala volontiera r-Rumanija bħala waħda mill-inizjattivi tal-Kappella tal-Università s-sajf li għadda.

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Żgħażagħ

Merħba

www.jesuit.org.mt

lil kulħadd Minn mindu nfetħu mill-ġdid l-bibien ta’ Dar Manwel Magri (DMM), id-dar tal-kommunità tal-Ġiżwiti li tinsab ħdejn l-Università, mijiet ta’ studenti qed isibu fiha post fejn jistgħu jiltaqgħu, jistudjaw u jiddevertu f ’atmosfera li tilqagħhom. Dawn huma xi esperjenzi ta’ min għamel użu minn din id-dar tagħna.

“Minn qabel ma sar il-proġett il-kbir f ’Dar Manwel Magri, din id-Dar diġa’kienet post għallistudenti. Il-Ġiżwiti fl-Università kienu ilhom jesperimentaw metodi differenti biex DMM segħtet tiġi utilizzata bl-aħjar mod possibli; dejjem għallbenefiċċju tal-istudenti. Fis-snin li kont nattendi l-Università, ma kinitx l-ewwel darba li mort għall-kwiet nistudja, jew nuża l-kappella. Xi snin kien ikolna ‘study weeks’, fejn ftit minna l-istudenti, konna nqattgħu ġimgħa flimkien; nistudjaw, nieklu, nitolbu, u naqsmu l-istress li jġib miegħu żmien l-eżamijiet. Apparti dan, DMM kien ukoll il-post fejn il-volontiera li jintbgħatu jagħmlu Summer Camps mas-sorijiet missjunarji tal-karita (magħrufin ukoll bħala s-sorijiet ta’ Madre Teresa),

4

jiffurmaw ruħhom u jsiru jafu lil xulxin, permezz ta’ laqgħat u live-ins varji. Wara snin ta’ ħidma mill-Ġiżwiti, bdew jinġabru fondi għall-trasformazzjoni kbira f ’DMM, fejn din is-sena ġie inawgurat spazzju ikbar għall-istudenti. Għalija dan il-proġett kien turija ta’ kemm il-Ġiżwiti għandhom għal qalbhom l-edukazzjoni u kemm iħarsu lejn l-istudent b’mod sħiħ, għax jirrifletti dak li Sant’Injazju jirreferi għalih bħala l-Cura Personalis. Dan minħabba li mhux biss hemm post fejn wieħed jista’ jistudja, kemm waħdu u anke mal-oħrajn, iżda hemm ukoll spazzju fejn l-istudent jistrieħ, jgħid kelma, u jieħu ħsieb żaqqu, filwaqt li joffri ambjent li jagħti sens ta’ komunita’ - valur li importanti li ż-żagħżagħ jesperjenzaw.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

Nawgura li x-xogħol li sar f ’DMM ikompli jgħin iktar studenti, u joffri kenn u spazzju alternattiv għal kull min għandu bżonn waqt is-snin tal-Università.” Miktub minn Martina Laferla - Studenta se tiggradwa “Tinżel fuq l-istage tal-università, jew (jekk tkun fortunat) issib parking. Tasal xi siegħa qabel (meta taħsiblu kmieni) u tkun trid tmur x’imkien fejn tista’ tiltaqa’ ma’ sħabek. Tfittex li tgħid kelmtejn magħhom, tibda xi assignment, tiehu nagħsa ħelwa jew tfittex xi rokna zgħira għall-kwiet. Issajjar xi ħaġa ta’ malajr u tiltaqa’ ma’ wċuh ġodda li ftit wara jibdew isiru wċuħ familjari.’’ Bħalissa jaf qed issaqsi; “Hemm xi post li jgħaqqad dawn l-azzjonijiet kollha?’’ Hekk hu - viċin l-università teżisti Dar Manwel Magri, jew aħjar – DMM, ir-Residenza tal-Ġiżwiti. Naħseb int u taqra dan t’hawn fuq bilkemm ħadt nifs int u tgħidhom - qisu xi ħadd qed jiġri warajk. Huma azzjonijiet li, mhux l-ewwel darba li sibt ruħi nagħmilhom jew infittixhom tul il-vjaġġ tiegħi ġewwa l-università. Naħseb taqbel miegħi li dawn ta’ hawn fuq jirriflettu mumenti (xewqat) tipiċi li int jew xi żgħażagħ oħra jaf esperjenzajtu jew qed

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

tesperjenzaw fil-ħajja universitarja. Ma ridtx npoġġi l-ewwel ftit kliem bħallikieku qed nirriklama xi ħaġa, però ngħiduha kif inhi, m’għandix għalxiex ma ngħidx erba’ kelmiet ħelwin dwar DMM ladarba naf x’issarraf. Oriġinarjament, DMM kien dak l-ispazju fejn kont inħossni milqugħa mill-kommunità tal-Ġiżwiti. Niftakar qisu lbieraħ meta fl-2016, kelli xi sessions ta’ formazzjoni (ta’ qabel l-esperjenzi ta’ volontarjat) ġewwa din id-dar. Dejjem ħassejtni at home għax dejjem għamluhieli faċli - wara s-session jew xi laqgħa konna mmorru nieħdu xi tazza te fil-kċina ta’ din id dar, daqslikieku kienet il-kċina tagħna. Ma jistgħux jonqsu wkoll il-live-ins li kien ikolli ġewwa din id-dar. Riċentament, DMM ġiet renovata u inħoloq spazju ikbar għaż-żgħażagħ. Illum-il ġurnata mmur hemmhekk mhux biss għal xi meeting jew għal xi live-in, iżda wkoll biex nara lil żgħażagħ oħra li issa wiċċhom huwa kemmxejn familjari. Immur DMM qabel xi lecture, biex nistrieħ nofs siegħa fuq waħda mill-bean bags. Immur DMM bit-tama li niltaqa’ ma’ xi wiċċ ġdid filwaqt li nibni ħbiberiji ġodda. Immur DMM meta tkun ser taqagħli żaqqi għal biċċa toast tajba. Immur DMM biex niffinalizza assignment u nagħmel kuraġġ bi sħabi. Insomma, hemm lista twila. “Mela issa, meta tinżel fuq l-istage tal-università

Id-daħla ta’ Dar Manwel Magri

5


Żgħażagħ

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

jew tasal xi siegħa qabel il-lectures (meta tinzerta ssib parking), taf fejn għandek tibda tfttex lil sħabek. Tfittex li tgħid kelmtejn magħhom, tibda xi assignment, tieħu nagħsa ħelwa jew tfittex xi rokna zgħira għall-kwiet. Issajjar xi ħaġa ta’ malajr u tiltaqa’ ma’ wċuħ ġodda li ftit wara jibdew isiru wċuħ familjari.’’ “ Miktub minn Deborah Debono - Studenta u volontiera

tagħhom ta’ Dar Manwel Magri għall-istudenti kollha. Dar Manwel Magri llum hija miftuħa għall-istudenti kollha fl-università matul il-ġurnata. L-istudenti huma milqugħa jmorru d-dar fi kwalunkwe ħin biex jaħdmu, jitkellmu ma’ ħbieb, jew saħansitra biex isibu spazju kwiet biex jaħsbu u jitolbu f ’waħda mill-kappelli madwar id-dar. Minn meta bdejt l-università, Dar Manwel Magri kienet qisha t-tieni dar għalija. Sibt li huwa dejjem daqshekk faċli biex tinżel u ssib spazju kwiet biex taħdem u tinħall minn ġurnata mħabbta waqt il-lectures. Matul is-sena li għaddiet, bnejt ukoll ħbiberiji kbar ma’ studenti oħra li jżuru d-dar. Li tkun madwar id-dar u taqsam l-ispazju ma’ studenti u Ġiżwiti oħra wkoll tnissel fija l-ferħ talkomunità, li definittivament ġabni eqreb u ġiegħli nħossni iktar milqugħa fiċ-Chaplaincy tal-università.” Miktub minn Miriana Fenech Caruana - Studenta

“Grazzi lill-Ġiżwiti li ġentilment fetħu r-residenza

6

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

Grupp ta’ studenti le għenu waqt it-Tridu talGħid, ma’ Fr Patrick Magro sj, Chaplain tal-Universita’ u membru tal-kommunita ta’ Ġiżwiti li joqogħdu DMM. Ħafna studenti jmorru DMM biex jistudjaw waħedhom jew mal-ħbieb Il-Prayer Room ta’ DMM

Id-Dar Manwel Magri (DMM) tal-Ġiżwiti ħdejn l-Università toffri spazju li jilqgħek għax hu post aċċessibbli u estetikament pjaċevoli, kif ukoll jipprovdi opportunitajiet għal titjib personali, għall-mistrieħ kif ukoll spazju għat-talb fil-kwiet u kmamar żgħar fejn tkun tista’ toqgħod titkellem ma’ xi ħadd personali. Hemm ukoll kmamar akbar fejn jistgħu jiltaqgħu gruppi għal workshops . L-istudenti jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu fil-kċina / kamra tal-ikel, fejn isajru xi ikel jew iħejju xi snack. It-te u l-kafè u l-gallettini huma dejjem disponibbli bla ħlas u jipprovdu waqfa pjaċevoli millistudju jew minn xi xogħol f ’DMM. Id-DMM huwa wkoll post ideali għal laqgħat personali u professjonali ‘l bogħod mill-monotonija tal-ħajja tal-università għalkemm xorta qiegħed f ’nofsha. Joħloq spazju għal-laqgħat fejn persuni minn oqsma diversi tal-ħajja jiltaqgħu, jiddiskutu, jirriflettu u jaqsmu dak li jafu u l-esperjenzi tagħhom. Id-Dar hija wkoll post li jippermetti ssir interrazzjoni, soċjalizzazzjoni u kollaborazzjoni bejn studenti, membri tal-istaff tal-università u komunitajiet minn barra. Huwa post ta’ kenn fejn l-istudenti jistgħu jirtiraw waqt żminijiet diffiċli ta’ eżamijiet jew perjodi oħra L-ispazju li toffri DMM hu wkoll ideali biex isiru workshops mal-istudenti. Huwa wkoll post li jiffaċilita l-interazzjoni bejn l-istudenti u l-lecturers għax ma jkunx hemm il-formalità li normalment ikun hemm fi

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

klassi formali. L-esperjenza personali tiegħi, meta organizzajt workshop kreattiv għall-istudenti, kienet pożittiva ħafna għax l-ambjent tal-post ħeġġeġ lill-istudenti biex ikunu aktar miftuħa u aktar kunfidenti fl-interazzjoni ma’ xulxin u mallecturers tagħhom. F’din l-atmosfera informali, ‘il bogħod mill-‘klassijiet’ tas-soltu tagħhom, huma tkellmu b’mod aktar miftuħ dwar l-esperjenzi tagħhom bħala studenti. L-istudenti faħħru wkoll il-kwiet, l-ispazju rilassat, u l-aċċess għal kafè, te u gallettini. Billi kienu studenti tax-xjenza u tas-saħħa, li jqattgħu ħafna ħin f ’ambjent ta’ klinika, ħadu pjaċir ikunu fi spazju li jappoġġja liż-żgħozija tagħhom. Fl-aħħar, DMM jipprovdi wkoll opportunitajiet għall-għajxien f ’Komunità fejn individwi jgħixu flimkien u jaqsmu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum u jsibu l-kumdità ta’ dar il bogħod mid-dar. Irtiri fi tmiem il-ġimgħa jistgħu jiġu organizzati biex jagħtu opportunità lil min jixtieq iqatta’ xi ħin fil-kwiet għar-riflessjoni u/jew talb waħdu jew ma’ oħrajn. Dan hu tassew spazju li jilqa’ kemm lill-studenti kif ukoll l-istaff tal-Università u wieħed għandu jieħu li jista’ minnu għax iservi ta’ appoġġ għal min jitgħallem u għal min jgħallem fl-Università Miktub minn Nathalie Buhagiar Lecturer fl-Università

7


Żgħażagħ

Volontarjat

www.jesuit.org.mt

fis-sajf

Bħalma jiġri kull sena, numru ta’ studenti mill-Università telgħu f ’diversi pajjizi sabiex jaħdmu bħala volontiera qalb il-fqar, f ’inizjattivi organizzati miċ-Chaplaincy tal-Università. Uħud qasmu l-esperjenza tagħhom magħna.

IR-RUMANIJA Elizabeth Andrew, kittieba spiritwali u għalliema tal-kitba, darba kitbet li “l-voluntiera mhux bilfors għandhom il-ħin; għandhom il-qalb”, li żgur kien il-każ tal-grupp tagħna meta morna r-Rumanija f ’Awwissu li għadda. Meta ħadd minna ma seta’ jagħmel l-esperjenzi l-inizjali offruti mill-kappillan tal-università, aħna immedjatament staqsejna jekk tistax tiġi offruta esperjenza ġdida fid-dati disponibbli tagħna. Eventwalment, minkejja mhux is-soltu, ingħatatilna l-opportunità li mmorru r-Rumanija. Li nilqgħu din l-istedina kienet definittivament waħda mill-aqwa deċiżjonijiet li qatt għamilna - waħda li kellha tkun il-bidu ta’ ħbiberija ġdida u sabiħa bejn Malta u r-Rumanija. Niltaqgħu mal-voluntiera Rumeni L-esperjenza nqasmet fi tliet partijiet ewlenin. L-ewwel għaddejna ftit żmien fi Cluj. Malli wasalna, kellna merħba sabiħa ħafna mill-grupp ta’ voluntiera Rumeni, li laqgħuna b’idejhom miftuħa, kif ukoll mill-komunità tal-Ġiżwiti f ’Dar Manresa fi Cluj. Il-ġenerożità u l-ospitalità tal-grupp Rumen tassew għaġġbuna. Bdejna l-esperjenza tagħna billi ċċelebrajna l-Quddiesa flimkien u wara kellna ikla tradizzjonali Rumena. Żorna diversi postijiet lokali u bdejna nsiru nafu l-membri tal-grupp ta’ voluntiera Rumeni li konna ser naħdmu magħhom. Imbagħad morna Hosman, fejn qattajna ftit jiem ngħinu lill-Organizzazzjoni Elijah fix-xogħol tagħhom ma’ familji żingari. Din l-esperjenza tagħna ntemmet meta morna noqogħdu f ’kamp fuq ilmuntanji Apuseni. L-esperjenzi individwali li għamilna u l-mixja spiritwali tagħna għenuna niffurmaw rabta qawwija bejnietna, u sirna nifhmu aħjar x’inhi r-realtà ta’

8

li tkun żagħżugħ Kattoliku f ’kulturi differenti. L-idejat u l-opinjonijiet li qsamna bejnietna matul it-taħdidiet u r-riflessjonijiet tagħna ta’ kuljum għenuna ningħaqdu f ’tim u nafdaw lil xulxin – żewġ fatturi li huma meħtieġa fix- xogħol volontarju li konna ser inwettqu flimkien. Imma fuq kollox il-passjoni u n-nar tal-fidi f ’qalbna, bla dubju kienu l-iktar għodda importanti li għenuna nikbru eqreb ta’ xulxin u li wara tawna l-kuraġġ u l-qawwa biex naċċettaw ir-realtajiet ħorox li xi uħud millkomunitajiet li żorna jiffaċċjaw kuljum. Minbarra li qsamna l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħna mal-voluntiera Rumeni, kellna wkoll l-opportunità li ngħaddsu lilna nfusna f ’diversi aspetti tal-kultura tagħhom. Fil-fatt, żorna diversi knejjes Ortodossi, Kattoliċi u Protestanti fi Cluj fejn membru tal-Komunità tal-Pietre Vive spjegalna s-sinifikat spiritwali ta’ ħafna xogħlijiet ta’ arti u bini li rajna. Kellna wkoll l-opportunità li nduqu diversi ikel u xorb tradizzjonali, inklużi diversi laħmijiet, ġobnijiet, sopop, ħobż u ovvjament, il-palinka, brandi tal-frott tradizzjonali. L-esperjenza ta’ din ilkultura ġdida kienet tassew esperjenza li għallmitna ħafna u għenitna nifhmu aħjar in-nies Rumeni, billi ħejjew it-triq biex il-ħbiberiji l-ġodda tagħna jiżviluppaw aktar. Il-volontarjat mal-fondazzjoni Elijah Il-ħidma mat-tfal żingari fir-Rumanija kienet żgur esperjenza li mlitilna qalbna u ħalliet impatt kbir fuq ħajjitna. It-tfal jgħixu ħajja sempliċi ħafna jum wara jum. Minkejja l-faqar kollu tagħhom, kull meta morna nilagħbu magħhom, huma dejjem kienu ferrieħa u laqgħuna b’tgħanniq u tbissim. B’sorpriża, il-lingwa (xi ħaġa li lkoll ħsibna li se tkun ta’tfixkil) għenitna naqbdu ma’ xulxin, għax lkoll kemm aħna għamilna l-almu tagħna biex nifhmu lil xulxin. Meta bdejna npoġġu lilna nfusna minflokhom u nħarsu Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

lejn il-ħajja tagħhom minn kif jarawha huma għalina kienet esperjenza li ħalliet fuqna impatt kbir fuq livell aktar fil-fond u personali. Permezz tat-tfal aħna żviluppana tifsira aktar ċara u sinjifikanti tal-ħajja: li ngħixu ħajja umli b’imħabba mill-aktar profonda. Żorna wkoll ir-raħal ta’ Nou fejn iltqajna ma’ wħud mill-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni taċċentru, li jipprovdi lit-tfal tal-post b’kura bażika u edukazzjoni. Hawnhekk, inqsamna f ’żewġ gruppi: l-ewwel grupp konna nqattgħu ħin mat-tfal, nilagħbu magħhom u nsiru nafuhom aħjar, waqt li t-tieni grupp għenu fix-xogħol manwali, speċjalment iġorru zkuk użati għall-ħatab (bl-idejn u permezz ta’ karettun biż-żiemel), ġarr tax-xorb għal kantina, u ċaqliq talħamrija u ġebel fl-għelieqi fil-qrib. Dawn l-attivitajiet kollha jgħajjuk fiżikament. Madankollu, fi tmiem il-ġurnata, meta tara x-xogħol li nkunu wettaqna, tħoss sodisfazzjon kbir. L-iktar importanti kien li meta tara li permezz tal-ħidma tagħna għenna fil-manutenzjoni taċ-ċentru, dan kien iqarribna eqreb lejn Alla għax konna nħossu li dak li konna qed nagħmlu kien għall-akbar glorja ta ’Alla. Tul l-esperjenza, iltqajna wkoll ma’ faqar materjali gravi. Peress li ħafna minna, f ’Malta jew barra millpajjiż, qatt ma ġejna f ’kuntatt ma’ familji foqra, din kienet esperjenza ġdida għax rajna nies, li konna nafu u sirna ħbieb, jgħixu f ’kundizzjonijiet li ma stajniex nimmaġinaw lilna nfusna ngħixu fihom. Rajna l-istat li fih id-djar kienu jinsabu fih qabel ma rċivew l-għajnuna mill-Fondazzjoni Elijah, djar li pprovdew ftit kenn u privatezza. Aħna ppruvajna npoġġu lilna nfusna fiż-żraben ta’ dawn in-nies li, meta wieħed iqis il-mod kif trabbejna, kien diffiċli ħafna. L-esperjenza ta’ dan il-faqar nisslet fina sens ta’ gratitudni u apprezzament - apprezzament taliġjene u l-indafa li ngħixu fiha, tal-aċċess faċli biex nippurifikaw l-ilma, u tal-kumdità ġenerali li għandna. Dawn il-ħwejjeġ għamluna konxji talħafna skart tal-mistħija li naraw f ’ħafna komunitajiet żviluppati. L-akbar faqar li ltqajna mieghu kien fir-raħal ta’ Ţichindeal, fejn rajna familji jgħixu fi kmamar Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

ċkejknin, lebsin ħwejjeġ mċerċrin u prattikament bla ebda kumditajiet. Dar kienet tikkonsisti f ’kamra waħda biss u żgħira b’żewġ sodod kemm jiddubbaw, li fuqhom ipoġġu bċejjeċ ta’ rivisti qodma u skart ieħor. Stampa qawwija oħra kienet dik ta’ tifel żgħir, forsi ta’ 5 snin, liebes sweater tas-suf oħxon, b’żewġ dubbiniet fuq ix-xoffa t’isfel, u lanqas biss ikeċċihom jew jagħti kashom. Esperjenzi bħal dawn għamluna konxji millprattiki tagħna ta’ kuljum: ix-xiri bla bżonn, il-mod kif narmu l-affarijiet bla bżonn, li nħallu l-affarijiet jitħassru u narmuhom, kemm nilmentaw u nieħdu ħafna affarijiet bħala fatt. Dawn tassew għenuna nifhmu li għandna bżonn naħdmu ħafna iktar biex inkunu “fqar fl-ispirtu” (Mt 5: 3) u verament inkunu grati lejn Alla għar-rigali u l-grazzji kollha li jagħtina. B’dan kollu li rajna rrealizzajna li l-vera kuntentizza ma tintlaħaqx permezz tal-ġid finanzjarju u affarijiet materjali. Kollox ma’ kollox, din l-esperjenza għenitna nifhmu li l-faqar iġib umiltà u min-naħa tagħha l-umiltà tippermettilna ngħixu ferħana u kuntenti billi napprezzaw iktar ir-rigali tal-ħajja. Bil-maqlub, ir-regħba toħloq kburija u vanità, u twassalna ngħixu ħajja mwiegħra, solitarja, minkejja l-ġid u s-sigurtà li l-flus jistgħu jġibu magħhom. Kampeġġ fil-muntanji Apuseni Wara l-esperjenza volontarja tagħna, tlaqna lejn il-muntanji biex nikkampjaw u qattajna l-biċċa l-kbira tal-weekend mixjin fin-nofs tal-foresta, nesperjenzaw is-sbuħija tal-kampanja Rumena. Kellna wkoll l-opportunità li mmorru ngħumu f ’għadira viċin tal-kampeġġ tagħna, li kienet esperjenza riffriskanti (speċjalment minħabba li l-ilma kien kiesaħ u jiffriżak!). Il-vjaġġ kompla jsaħħaħ il-ħbiberija ta’ bejnietna waqt li nimxu, insajru, nieklu, norqdu, inkantaw kanzunetti u ċċelebrajna l-Quddiesa flimkien, fin-nofs ta’ wħud mill-aktar xeniċi bukoliċi tar-Rumanija. Li tara s-sema bil-lejl u t-Triq ta’ Sant’Anna daqshekk ċar għall-ewwel darba, minħabba n-nuqqas ta’ tniġġis tad-dawl, kienet ukoll esperjenza li ma

9


Żgħażagħ

www.jesuit.org.mt

tinsihiex. L-inħawi sbieħ ta’ madwarna għenuna nirriflettu dwar kemm aħna żgħar f ’dan l-univers tant kbir u vast, imma fl-istess ħin kemm aħna privileġġjati li Alla ħoloq dan l-univers kollu biex niskopruh. Dawk ix-xeni imlewna b’sens ta’ qima u gratitudni lejn is-sbuħija tan-natura u l-imħabba ta’ Alla għalina.

Inkomplu l-vjaġġ spiritwali tagħna Bdejna l-vjaġġ tagħna bla ma nafu x’konna qed nistennew minn din l-esperjenza, b’informazzjoni mill-inqas dwar dak li kien hemm jistenniena. Aħna konna kollha mdorrijin bir-rutini ippjanati tagħna ta’ kuljum, u għalhekk ħadd minna ma seta’ jimmaġina li vjaġġ mhux ippjanat bħal dak li konna qed nagħmlu, kellu fil-fatt jirriżulta mimli bl-aqwa avventuri u esperjenzi milli qatt kellna. Matul l-esperjenza kollha, ilkoll kemm aħna ħassejna bil-qawwa l-preżenza qawwija ta ’Alla fostna, bil-paċi u t-trankwillità li Hu biss jista’ jnissel fina. Konna nitolbu kuljum, naqsmu l-esperjenzi tagħna tal-ġurnata u tal-passat u, fl-aħħar ta’ kull ġurnata, nieħdu sehem fil-Quddiesa. Dawn għenu iktar fl-iżvilupp tal-fidi tagħna u ħeġġewna biex naqdu lill-oħrajn f ’dak kollu li nagħmlu. Kull wieħed minna għamilha punt li niltaqgħu għat-talb ta’ filgħodu u lkoll kemm aħna bil-qalb konna nqumu kmieni biex nitolbu, mhux għax kienet sempliċement parti mill-iskeda tagħna imma għax ilkoll kemm aħna ridna nibdew il-ġurnata billi nesprimu l-gratitudni tagħna lejn Alla permezz tat-talb. F’Hosman, flimkien mal-voluntiera l-oħra, l-istaff u n-nies tal-post, li laqgħuna bid-driegħhom

10

miftuħa, konna nieħdu sehem kuljum fil-Quddiesa bir-Rumen. Għalkemm ma stajniex nifhmu r-Rumen, ilkoll ħadna sehem permezz ta’ kant, qsim ta’ talb, u ngħidu l-Missierna bil-lingwi tagħna stess. Hawnhekk, nies ġejjin minn pajjiżi u trobbija different iltaqgħu flimkien bħala komunità waħda u magħquda, naqsmu fidi waħda komuni u miġbura flimkien biex infaħħru lil Alla permezz tal-Quddiesa. Ir-rabta tagħna ma’ Alla kibret aktar fil-fond meta seħħet fuq il-muntanji, imdawra b’xejn inqas għajr l-art sabiħa u vasta, li għamlitna konxji, b’sens ta’qima kbira, tal-imħabba ta’ Alla u tal-preżenza kontinwa tiegħu. Bil-lejl, konna niċċelebraw ilquddiesa b’mod sempliċi, billi nużaw borża għallikkampjar bħala artal bl-art u l-ħaxix taħtna biex ifakkruna li nkunu umli u t-Triq ta’ Sant’Anna filgħoli li tfakkarna fil-kobor ta’ Alla. Mument tassew speċjali kien meta waqt it-tqarbin konna nirċievu l-ostja konsagrata f ’idejna u niftakru li dak li kellna f ’idejna kien infinitament aktar prezzjuż u sabiħ mill-ġmiel naturali ta ’madwarna. Għalkemm kien faċli li nħossu l-ispirtu ta’Alla fostna waqt li nħarsu lejn is-sema stellata jew niskantaw bix-xena sabiħa tan-natura, aċċertajna ruħna li nieħdu dan it-tkabbir spiritwali u l-paċi ta’ ġewwa lura magħna fil-ħajja impenjattiva tagħna ta’ kuljum. Ksibna sens ta’ kompletezza, il-punt tat-tluq ta’ kapitolu ġdid fil-fidi tagħna li bil-mod qed isir il-pedament li fuqu nistgħu nkomplu nibnu r-relazzjoni tagħna ma ’Alla u nħalluh jurina l-pjan Tiegħu għalina. Kant, daqq tal-kitarra u l-pjanu ... żġur li l-mużika ġabitna eqreb lejn Alla u lejn xulxin. Waqt il-Quddiesa ta’ kuljum, il-kant ta’ qima nisslu fina sens kbir ta’ paċi. Kantajna u daqqejna mużika filkappelli ta’ Hosman u Cluj-Napoca, fuq vjaġġi twal bit-triq u fil-muntanji, kull darba nużaw mużika biex nikbru spiritwalment u nsaħħu l-ħbiberija tagħna. Nimxu ’l quddiem Kull esperjenza f ’din l-avventura, kemm jekk kienet żgħira jew kbira, għenitna nikbru kemm fil-ħajja personali kif ukoll spiritwali tagħna. Fi sħabna Rumeni, sibna t-tieni familja, tip speċjali ta’ ħbiberija li żgur li se nkomplu nkabbru fis-snin li ġejjin. Għalina, kien il-bidu ta’ kapitlu ġdid, u aħna diġà qed nistennew bil-ħerqa ż-żjara li jmiss tagħna fir-Rumanija, biex ngħixu l-kapitlu li jmiss tarrakkont tagħna ... Miktub minn Chris Conrad

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

PALERMO “Jekk tiġġudika n-nies, ma ssibx il-ħin biex tħobbhom.” Dawn il-kliem ta’ Mother Teresa – il-fondattriċi tas-sorijiet li qattajna xahar magħhom – jiddiskrivu perfettament l-esperjenza tiegħi ġewwa Palermo mat-tfal fqar. F’Lulju, tlajt Palermo ma’ grupp ta’ nies li ma tantx kont nafhom sew. L-iskop kien li ngħinu lis-sorijiet ta’ Mother Teresa f ’kamp tat-tfal. It-tema tal-kamp kienet “Con Gesù Verso il Padre”. Permess ta’ din it-tema, aħna ppruvajna ngħinu lit-tfal jersqu iktar viċin lil Alla permess ta’ Ġesù. Konna nipprovaw ngħaddu dan il-messaġġ permess tal-katekeżijiet li konna nanimaw bil-kostumi u l-Kelma ta’ Alla, kif ukoll bil-crafts, logħob u affarijiet oħra. Imma mhux kollox kien semplici Kemm kien faċli biex niġġukkaw lil xi tfal li qabbżuhomlna! Ngħolli idejja l-ewwel wieħed; kien faċli ħafna biex nimita l-qrid ta’ dawn it-tfal li ma kellhomx mannjieri basiċi. Faċli ħafna ninsa li jien trabbejt f ’familja fejn kont assigurat li ħa jkolli ikel x’ niekol u li ħa jkolli sodda komda fuqiex norqod. Imma fil-verità, meta ġġudikajt lit-tfal, sibt li ma stajtx inħobbhom. Il-faqar ġġiegħel lit-tfal jaġixxu ta’ nies ikbar milli huma. Il-ħajja diffiċli tgħinhom irabbu qoxra ta’ resistenza – ċertu nuqqas ta’ innoċenza li forsi kelli jien meta kont ta’ l-età tagħhom. Huwa diffiċli tħobb lil xi ħadd li jinkik u li jidħaq bik għax tagħmel żball bit-taljan; huwa diffiċli tħobb il-xi ħadd li tikkoreġih kemm tikkoreġih, jibq’a jinjorak u jidħaq f ’wiċċek. Imma fl-aħħar jiem tal-esperjenza, sibt li kien hemm ħafna iktar sbuħija f ’dawn it-tfal milli kont innutajt qabel. Minn wara l-velu ta’ ġudikazzjoni, ħarist lejn dawn it-tfal bħala nies maledukati. Imma wara li għamilt sforz biex ma niġġudikahomx, Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

irnexxili nilmaħ l-innoċenza tagħhom, l-imħabba tagħhom għal xulxin, ix-xewqa biex jieħdu gost jilagħbu barra u jiġru; l-oppost ta’ ħafna mit-tfal ta’ din il-ġenerazzjoni li iktar moħħhom biex joqogħdu iddar waħedhom fil-kamra tagħhom fuq il-mobile. Imma t-tfal kienu sempliċement parti żgħira tal-esperjenza ġewwa Palermo. Kien hawn ukoll l-esperjenza tal-kommunità, ilħajja mas-sorijiet, u l-ħajja spiritwali li għixna hemmhekk. Aħna konna kommunità żgħira, b’etajiet diversi ħafna, ngħixu ġo dar żgħira mmens (imma kkumparat mad-djar ta’ ħafna mit-tfal t’hemmek li konna ngħallmu, kienet qisha palazz). Ir-rutina tagħna ta’ kuljum kienet tinvolvi li nqumu kmieni, nimxu sal-kunvent tas-sorijiet (fl-istess triq tad-dar tagħna), nattendu l-quddies mas-sorijet, u nitilqu fuq tal-linja mas-sorijiet biex niġbru t-tfal minn post fil-viċin. Wara li konna ngħaddu għat-tfal, ġieli konna mmorru ġo oratorju; u ġieli konna mmorru ngħumu, jew fuq xi zjara lejn xi santwarju jew muntanja. Wara l-kamp tat-tfal, fil 5pm, kien ikollna siegħa ta’ adurazzjoni mas-sorijet ġol-kunvent tagħhom. Din is-siegħa ta’ kwiet filpresenza ta’ Alla kienet siegħa fejn toħroġ l-għejja tal-ġurnata, imma kien ukoll moment fejn il-paċi tas-sorijiet ta’ madwarna tispikka. Wara dan kollu kien ikollna laqgħa ta’ siegħa massorijiet biex nippreparaw għall-għada.U wara dan kollu konna mmorru lura d-dar, ninħaslu, insajru, nieklu u nitolbu flimkien. M’hemmx kliem biex jiddiskrivu l-ferħ li sibt filġenn kollu t’hemmek. U wara ħames ġimgħat ngħix hemm, meta ġejt lura d-dar, sibt ruħi nixxennaq għall-paċi li ksibt Palermo. Miktub minn Daniel Galea Stjohn

11


Żgħażagħ

www.jesuit.org.mt

ETJOPJA Ameseginalehu! (Grazzi!) Biex insaħħu l-esperjenzi tagħna matul is-sajf, iċ-Chaplaincy tal-Università offriet lill-istudenti li huma interessati l-possibiltà li jagħmlu xogħol volontarju f ’diversi postijiet fl-Ewropa u fl-Afrika Ċentrali. Dawn l-esperjenzi jiffokaw prinċipalment fuq tliet aspetti li huma s-Servizz, il-Komunità u l-Ispiritwalità. Kont imbierek li kont fil-grupp li mar f ’Addis Ababa, l-Etjopja. Hemmhekk qagħdna f ’orfanatrofju mmexxi mis-Sorijiet Franġiskani Maltin tal-Qalb ta’ Ġesù u ħdimna prinċipalment fis- Siddist Kilo Home mmexxi mill-Missjunarji talKarità għal dawk li jkunu abbandunati jew qiegħdin imutu.. Għamilna diversi xogħolijiet: dewwejna xi feriti, qtgħajna x-xagħar u d-dwiefer, naddafna, tajna xi massaġġi, tmajna lit-tfal u labgħna magħom, żebgħajna d-dwiefer tan-nisa u xogħolijiet oħra. Minkejja dan ix-xogħol manwali kollu, dak li jibqa’ miegħi se jkun xi ħaġa differenti. Il-perċezzjoni li sibna kienet li l-pazjenti ma japprezzawx l-għajnuna fiżika li nistgħu nagħtuhom. Imma iktar x’kien jġri ara. Fl- Etjopja hemm madwar 83 lingwa mitkellma bl-Amħariku bħala l-iktar wieħed prinċipali, hekk kif wieħed jista’ jimmaġina, ma kienx l-aktar faċli li tikkomunika, speċjalment meta ħafna biss jafu ftit kliem bl-Ingliż. Dan ma waqqafx lill-pazjenti milli jippruvaw jinftiehmu u għalina l-voluntiera li nippruvaw nifhmu. Dan tana l-opportunità li nħarsu aktar fil-fond lejn il-persuna, li nisimgħu aktar bir-reqqa u fuq kollox inkunu kreattivi! Permezz tal-lingwa bissinjali, il-kitba, it-tpinġija, l-istampi u xi reċti ppruvajna nikkomunikaw mal-pazjenti. Ikkomunikajna magħhom perrmezz tal-mużika għax magħna kien hemm wieħed li jdoqq u kull nhar ta’ Ħadd konna nduri s-swali u l-kmamar differenti u nkantaw bil-lingwi kollha li nafu. Dan nissel ferħ u bdejna naraw il-karattri

12

tal-pazjenti. Dħakna u żfinna, li huwa aspett kbir tal-kultura tagħhom. Bħala grupp konna nies b’esperjenzi differenti talħajja u kien faċli naħdmu flimkien u nikkomunikaw bejnietna. Aħna ppruvajna nkunu hemm għal xulxin billi dejjem naħdmu tnjen flimkien u nitgħallmu minn xulxin. Dħakna, għajjatna, tlabna u qsamna flimkien ir-riflessjonijiet tagħna ta’ kuljum li dejjem żammna konxji tal-ambjent u d-diffikultajiet tagħna biex inkunu nistgħu maqdgħu aktar lejn xulxin. Aħna għexna u ħdimna ma’ zewġ Kongregazzjoni tas-sorijiet. Dan tana l-opportunità li nitgħallmu ħafna mill-kariżma differenti tagħhom u konna dejjem inħeġġa ngħejjuna sabiex niżguraw li l-vjaġġ spiritwali tagħna matul dan il-perjodu ikun effettiv daqs kull aspett ieħor. Kellna wkoll l-opportunità li ngħataw direzzjoni spiritwali individwali minn waħda mis-sorijiet li ħadu ħsieb il-voluntiera fidDar. Personalment, din l-esperjenza volontarja għamlitni napprezza iktar in-nies li għandi f ’ħajti u x’jagħmlu biex jgħinuni nikber dejjem aktar f ’dan ilvjaġġ li nsejħu l-ħajja. Dejjem sejjer inżomm f ’qalbi x’qalet Mother Teresa “Mhux lkoll nistgħu nagħmlu affarijiet kbar. Iżda nistgħu nagħmlu affarijiet żgħar b’imħabba kbira. “ Miktub minn Michelle Abela

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


Kif ikun mexxej Injazjan? Din is-sena, ġie offrut lill-Ġiżwiti u lil-lajċi tal-Provinċja tagħna kors ġdid dwar it-tmexxija Injazjana. Numru mhux ħażin ta’parteċipanti minn Malta, l-Italja, l-Albanija u r-Rumanija ltaqgħu f ’Lulju għall-ewwel modulu. Ilkontenut kien tajjeb ħafna u nixtieq naqsam magħkom ittagħlim siewi li wasslilna l-Ġiżwita Fr Jose Maria Guibert, li għadda bosta snin jistudja, jiżviluppa u jippromovi dik li nistgħu nsejħulha t-teoloġija ta’ tmexxija Injazjana. Mir-rikkezza kollha li offrielna, se ngħaddilkom xi suġġerimenti dwar kif mexxej Injazjan jiġi msejjaħ biex jieħu ħsieb l-imseħbin tiegħu jew tagħha fit-twettiq talmissjoni tagħhom. Aħna mdorrijin nisimgħu l-frażi ‘is-sodisfazzjon taxxogħol’, kunċett relattivament ġdid fid-dinja tax-xogħol. Madankollu tkun sorpriż meta tisma’ li fil-Kumpanija ta’ Ġesù dan il-kunċett mhuwiex kompletament ġdid minħabba l-fatt li l-idea relatata mal-”cura personalis” insibuha fil-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija li Sant’Injazju stess fassal sekli ilu. Kif titratta n-nies Fr Giuibert qal li “jekk hemm xi ħaġa li tikkaratterizza l-mod kif inhuma ttrattati n-nies fil-Kumpanija ta’ Ġesù, huwa l-mod kif in-nies jiġu mħarsa u kif tittieħed kura tagħhom.” Ma nistgħux ngħidu li dan minn dejjem kien il-każ għax fil-fatt mhux dejjem ġara hekk. Il-frazi bil-Latin “cura personalis” tindika li għalkemm kull persuna hija mitluba li taħdem u tiddedika ruħha għal missjoni kollettiva, il-kura tal-persuna, bħala suġġett individwali, hija wkoll dejjem preżenti. Kull persuna għandha l-bżonnijiet tagħha, tgħix issitwazzjoni personali tagħha u għandha proġett vitali għall-iżvilupp sħiħ tagħha. Għalhekk, l-organizzazzjoni trid tieħu ħsieb in-nies tagħha u titrattahom tajjeb. U dan huwa minħabba r-rispett dovut lill-persuna, u mhux mis-sens utilitarju li jkollok riżors kuntent sabiex ikun aktar produttiv u jgħin aktar lill-kumpanija. “ Meta bniedem iħossu magħruf, rispettat, apprezzat u kompletament parti mill-missjoni li hu jew hi għażel li jiddedika lilu nnifsu jew lilha nnifisha għaliha , qalb il-ħajja mgħaġġla, jitnissel fih sens ta’ ferħ, sens ta’ konvinzjoni profonda u mħabba għal dak li jkun qed jagħmel, sens ta’ skop, motivazzjoni awtonoma u sħubija konġunta talmissjoni fdata lilu. X‘joffri Permezz tal- “Cura personalis”, il-mexxej Injazjan jiffaċilita u jinkoraġġixxi r-relazzjoni bejn persuna u Alla, li huwa s-sors ta’ ħajtu u t-tifsira tal-vokazzjoni u s-sejħa partikolari tiegħu. Għalhekk, il-kontribuzzjoni ewlenija tal-Ġiżwiti għalliżvilupp ta’ talent uman f ’organizzazzjonijiet tissarraf billi toffri l-ogħla rispett lill-persuna u li tassigura li x-xogħol huwa sors ta’ sodisfazzjon u ta’ żvilupp personali profond.

Meta mexxej Injazjan joffri din il-kura, rispett u nkoraġġiment, ikun qed joħloq ambjent fejn kull persuna ssib il-ferħ u l-pjaċir f ’dak li tkun qed tagħmel. Il-mexxej Injazjan sew ġiżwita kif ukoll lajk irid ukoll joqgħod attent biex jara li l-ebda missjoni ma tiġi megħluba mill-interessi partikolari ta’ individwi jew gruppi speċifiċi sabiex il-ġid universali jkun dejjem milħuq. Ir-relazzjoni bejn il-mexxej Injazjan u l-imsieħba fil-missjoni tagħhom tmur lil hinn mir-regoli u l-obbligi, għaliex trawwem spirtu qawwi ta’ tim u b’hekk il-membri awtomatikament iħaddnu dak kollu li l-missjoni tinvolvi. Il-mexxej Injazjan, minbarra li jieħu ħsieb il-persuna umana, huwa wkoll mistenni biex jieħu ħsieb il-kultura u l-valuri talorganizzazzjoni. Fr Guibert żid jgħid li “Hawnhekk, ngħaddu minn spiritwalità għall-persuna individwali (aspett ċentrali fl-Eżerċizzi Spiritwali) għal ħolqien ta’ organizzazzjoni, li tmur lil hinn milli tkun sempliċi organiżmu ġuridiku, għax hija inkarnazzjoni ta’ elementi ta’ dik l-ispiritwalità kollha kemm hi,”. F’dan il-kuntest, nużaw ukoll it-terminu ‘ubbidjenza’, terminu li ma tantx jingħoġob minn organizzazzjonijiet moderni, iżda huwa importanti ħafna li nifhmu li fil-kuntest li qed nitkellmu dwaru, l-’ubbidjenza’ hija għażla personali li toħroġ minn imħabba u viżjoni li naqsmu flimkien, u tirriżulta li tkun lest li taħdem ma’ oħrajn, li tieħu sehem bil-libertà u b’impenn, u li tissottometti ruħek bil-qalb mal-progetti għaqlin talorganizzazzjoni. Kommunikazzjoni Dwar it-tmexxija hemm żewġ teoriji b’differenza importanti bejniethom. Waħda tiffoka fuq ix-xogħol u l-oħra tiffoka fuq in-nies. Fr Guibert spjega li “Il-ħolma Injazjana taqbel malaħħar grupp. It-twettiq ta’ missjoni komuni huwa opportunità biex jgħaqqad l-imħuħ u l-qlub, mhux biss biex tilħaq l-indikazzjonijiet u l-għanijiet ta’fuq xi tabella.” Li trawwem sens ta’ libertà fil-komunikazzjoni huwa ta’ valur kbir. “Matul ħajtu, Sant’Injazju, fil-konfront massuperjuri tiegħu, esprima l-ideat u l-valutazzjonijiet tiegħu b’ libertà interna u ċarezza straordinarja.” Dan huwa parti mill-istil ta’ tmexxija Injazjana: “li trawwem in-nies biex jieħdu r-responsabbiltà, jesprimu ruħhom b’mod ħieles, u ma jordmux il-ġudizzju jew l-inizjattiva tagħhom. “ Dan kollu jista’ jidher ovvju jew faċli, imma fil-fatt huwa ‘l bogħod minn hekk. Hi ħaġa diffiċli ħafna u delikata li twassal lin-nies biex jiksbu l-”unjoni tar-rieda” (Kostituzzjoijijiet n.237), fejn dawk li huma tassew imsieħba fil-missjoni jaqsmu d- disponibilità u l-lealtà tagħom għall-missjoni ġejja minn imħabba vera u sens ta’ servizz. Biex twettaq dan huwa diffiċli, imma mhux impossibbli. Meta nħarsu madwarna, tagħmel ħafna kuraġġ meta tara tant nies jaħdmu flimkien f ’missjoni komuni. Dan kollu permezz tal-grazzja kbira ta’ Alla, flimkien ma’ doża kbira ta’ ġenerożità u rieda tajba.

13

Mexxej injazjan

Miktub minn Alison Vella


Spiritwalità

Miktub minn Maria Theresa Portelli

Spiritwalità Injazjana Nieqaf u Nisma’ Ilkoll ninsabu ngħixu ħajja mgħaġġla u mimlija b’ħafna attivitajiet. Din ir-realtà aktar titlob minna li nsibu ftit ħin biex nieqfu u nisimgħu. Imma forsi tistaqsuni – jekk jirnexxieli nsib ħin biex nieqaf, lejn xiex għandi nkun attent? X’għandi nisma’?

Il-Papa Franġisku sar ikellimna ħafna dwar il-bżonn tad-dixxerniment. Din tinstema’ kelma tqila imma d-dixxerniment hu dak il-proċess li jgħinna nkunu attenti għall-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħna biex b’hekk nagħrfu liema minnhom qed iressquna aktar qrib ta’ Alla jew inkella liema minnhom qed ibegħduna minn Alla. Dawn il-ħsibijiet u emozzjonijiet tagħna huma movimenti li jseħħu ġewwa fina u li jgħinuna fil-vjaġġ tagħna ta’ fidi – vjaġġ li għandu għan u direzzjoni. Kif jgħid Sant’ Injazju fil-Prinċipju u Pedament tal-Eżerċizzi Spiritwali, l-għan tal-ħajja tagħna hu li ngħixu dejjem fil-preżenza ta’ Alla. Dan ifisser li ngħixu ma’ Alla kemm fil-vjaġġ tagħna ta’ bħalissa kif ukoll fil-ħajja eterna. Il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet interjuri tagħna huma bħal dgħajsa tal-qlugħ li għaddejja titbandal fuq il-baħar. Għalkemm xi kultant tinħakem millmewġ, id-dgħajsa tkompli miexja ’l quddiem lejn id-destinazzjoni tagħha. Fil-proċess ta’ dixxerniment li semmejt, il-gwida tagħna fil-vjaġġ li nkunu għaddejjin minnu huwa l-Ispirtu s-Santu, li jgħinna nkunu attenti biex il-qlugħ tagħna naġġustawhom favur ir-riħ ħalli d-dgħajsa tagħna tkompli miexja dejjem aktar lejn iddestinazzjoni tagħha. Sens ta’ konsolazzjoni Se nagħtu ħarsa issa lejn kif l-Ispirtu s-Santu jmexxina meta l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet interjuri tagħna jkunu ta’ konsolazzjoni. Kif jgħidilna Sant Injazju, meta nkunu qbadna t-triq it-tajba li twassalna aktar qrib ta’ Ġesù, “l-ispirtu t-tajjeb ... jagħmlilhom il-qalb, itihom il-qawwa, faraġ, dmugħ, dawl u paċi: jagħmel kollox jidher ħafif u jwarrab kull tfixkil biex ikomplu jimxu ’l quddiem fl-għemil it-tajjeb” (Eżerċizzi Spiritwali, #315). Meta nkunu mixjin fid-direzzjoni t-tajba, l-Ispirtu s-Santu jimla l-qlugħ tagħna b’riħ li jinkoraġġina biex inkomplu mixjin f ’dik id-direzzjoni li twassalna aktar qrib ta’ Alla. Dan iwassalna biex nimtlew bil-frott tal-Ispirtu: bl-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, ilħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa u r-rażan. Il-konsolazzjoni hija don mogħti minn Alla. L-esperjenza tal-konsolazzjoni hi ta’ min jgħożżha; ta’ min wieħed jieqaf u joqgħod jiggostaha filwaqt li jirringrazzja lil Alla tagħha. Bħalma meta nkunu fuq dgħajsa tal-qlugħ inkunu qed nieħdu gost birriħ li jkun qed imexxina ’l quddiem, hekk ukoll

14

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

Alla jistedinna biex nieħdu gost b’dan id-don ta’ konsolazzjoni, inħallu lill-Ispirtu Qaddis jispirana u jagħtina kuraġġ biex inkomplu mixjin fil-vjaġġ talfidi tagħna. Il-konsolazzjoni tagħtina l-opportunità biex nisimgħu lil Alla b’mod aktar ċar, nisimgħu dak li Hu jrid minna u x’direzzjoni għandna nkomplu mixjin fiha. Sens ta’ deżolazzjoni Bħalma nafu, ir-riħ malajr jista’ jbiddlilna d-direzzjoni tal-qlugħ tagħna u malajr jista’ jfixkilna lejn fejn inkunu sejrin! L-istess jiġri wkoll lillħsibijiet u l-emozzjonijiet interjuri tagħna. Jaf inkunu għaddejjin minn mumenti ta’ dieqa jew deżolazzjoni li jfixkluna. Dawn il-mumenti huma realtà fil-ħajja tagħna u, kif ifakkarna Sant’ Injazju, ma nistgħux nevitawhom. Wara l-esperjenza ta’ konsolazzjoni li nkunu għaddejna minnha, l-irjieħ ta’ deżolazzjoni jistgħu jwasslu biex id-dgħajsa tagħna tibda tissielet mal-mewġ biex tkun tista’ tkompli miexja ’l quddiem. Kif jgħidilna Sant Injazju, f ’dawn l-irjieħ ta’ deżolazzjoni nħossuna “mdallma, inkwetati, miġbuda għal ħwejjeġ baxxi u ta’ did-dinja, jew bla paċi minħabba ħafna taqlib u tiġrib li jwassalna biex nitilfu l-fiduċja, bla tama u bla mħabba. Hekk ukoll, meta r-ruħ tara lilha nfisha kollha għażżiena, bierda, imnikkta u bħal maqtugħa mill-Mulej Ħallieq tagħha” (Eżerċizzi Spiritwali, #317). Hu f ’dawn il-mumenti li aħna nkunu mistiedna li niftakru fil-konsolazzjonijiet li għaddejna minnhom. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

L-irjieħ ta’ konsolazzjoni, anki meta dawn ma nibdewx inħossuhom, xorta waħda jkunu hemm biex jikkumbattu kontra d-deżolazzjoni u biex id-dgħajsa tagħna terġa’ ssib bilanċ. Għalhekk għandna dejjem inżommu quddiem għajnejna d-don ta’ konsolazzjoni li Alla jkun diġà tana qabel. Inħallu f’idejn l-Ispirtu

Ritratt ta’ Ben White Unsplash

Ritratt ta’ Andrew Neel Unsplash

Li nkunu attenti għal dawn il-ħsibijiet u emozzjonijiet interjuri kemm ta’ konsolazzjoni kif ukoll ta’ deżolazzjoni jiswielna speċjalment għal meta nkunu rridu nieħdu xi deċiżjoni. Kif qed inħossni quddiem għażla partikolari li rrid nagħmel? Qed inħossni mimli b’sens ta’ paċi jew b’dieqa? Dan kollu ġej minn Alla jew le? Il-gwida tagħna, l-Ispirtu s-Santu, jispirana biex inkomplu mixjin ’il quddiem, biex nagħmlu l-aħjar deċiżjonijiet. Huwa Hu li jispirana wkoll meta nkunu f ’konsolazzjoni u, huwa Hu wkoll li meta nkunu f ’deżolazzjoni jerġa’ joħodna lura fit-triq it-tajba. Xogħolna hu li fit-talb u fis-skiet nieqfu u nisimgħu lil Alla f ’dawk il-ħsibijiet u emozzjonijiet li għaddejjin ġewwa fina l-ħin kollu. Huwa b’hekk li nistgħu nkomplu noqorbu aktar lejn Alla u nagħmlu dak li Hu jixtieq. Niftakru li mhux aħna li qed immexxu d-dgħajsa tagħna waħidna, imma hu Alla li qed imexxiha u li jinsab magħna. Artiklu ispirat minn blog ta’ Becky Eldredge - Listening for God in Consolation - li deher fuq www.ignatianspirituality.com

15


’l Hawn u ’l He Mix-xellug: Kard. Jean-Claude Hollerich SJ, Kard. Michael Czerny SJ u Kard. Sagitas Tamkevicius

Tliet Kardinali Ġiżwiti Fl-1 ta’ Settembru, il-Papa Franġisku ħabbar l-ismijiet tat-13il Kardinal ġdid li se jinħatru fil-konċistorju li se jsir fil-5 ta’ Ottubru. Fost dawn il-Kardinali ġodda, hemm tliet Ġiżwiti. L-ewwel wieħed hu l-Arċisqof Jean-Claude Hollerich, li twieled fil-Lussemburgu fl-1958, daħal Ġiżwita fl-1981 u mbagħad mar missjunarju fil-Ġappun. Kien ordnat saċerdot fl1990 u hemm, kien il-Viċi Rettur ta’ Sophia University f ’Tokyo. Fl-2011, inħatar Arċisqof ta’ Lussemburgu. L-esperjenzi li kiseb fil-Ġappun għenuh ikollu atteġġjament pożittiv kif iħares u jaħdem ma’ tradizzjonijiet reliġjużi differenti. L-Isqfijiet talEwropa għarfu l-kapaċitajiet tiegħu ta’ mexxej u fl-2018, filfatt, għażluh ikun il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej ukoll. It-tieni Ġiżwita li nħatar Kardinal hu Fr Michael Czerny. Hu twieled fi Brno (Repubblika Ċeka) u l-familja marret ilKanada. Fl-1946 u daħal Ġiżwita fl-1964. Fl-1973, imbagħad, kien ordnat saċerdot. Matul is-snin, hu ta servizz lill-Kumpanija ta’ Ġesù u l-Knisja fuq livell internazzjonali, speċjalment filqasam soċjologiku. Kien wieħed li offra ruħu biex imur jieħu post il-martri Ġiżwiti li nqatlu f ’San Salvador. Wara, ħadem fil-Kurja tal-Ġeneral u kien is-Segretarju tas-Segetarjat għallĠustizzja Soċjali. Waqqaf ukoll in-Network tal-Ġiżwiti fl-Afrika dwar l-AIDS. Bħalissa, qiegħed iservi bħala Sotto Segretarju fis-sezzjoni tal-emigranti fid-Dikasteru tal-Iżvilupp Integrali talBniedem. Il-Ġiżwita l-ieħor hu l-Arċisqof Sigitas Tamkevicius, li għax għalaq it-80 sena, ma jiħux sehem fil-Konklavi. In-nomina tiegħu saret b’apprezzament għas-servizz distint li ta lill-Knisja. Hu twieled fl-1938 fil-Litwanja, daħal fis-seminarju u kien ordnat saċerdot fl-1962. Ħadem f ’diversi parroċċi u fl-1968, daħal Ġiżwita. Il-gvern ma ħallihx jaħdem bħala saċerdot. Fl-1972, waqqaf gazzetta sigrieta biex iwassal informazzjoni dwar ilpersekuzzjoni kiefra fil-pajjiż. Din, imma, waqfet fl-1983, meta kien arrestat; ikkundannawh għal għaxar snin ħabs. Inżamm f ’kamp penali u fl-1988, eżiljawh lejn is-Siberja. Meta nħeles fl1989, l-Isqfijiet ħatruh Direttur Spiritwali fis-seminarju, u s-sena ta’ wara, sar ir-Rettur. Fl-1991, il-Papa ħatru Isqof Awżiljarju u ħames snin wara, sar l-Arċisqof ta’ Kaunas. Minħabba l-età rriżenja fl-2015.

16

Jagħmel l-ewwel voti Nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru 2019, flimkien ma’ ħames novizzi oħra, Nicholas Cassar (jidher fin-naħa tax-xellug) għamel l-ewwel voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza fil-Kumpanija ta’ Ġesù. L-ewwel voti li jagħmel novizz wara sentejn novizzjat huma semplici imma perpetwi. Nicholas hu minn Ħaż-Żebbug. Studja fis-Sekondarja u fis-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Wara, beda l-kors tal-mediċina fl-Università u fl-2015, iggradwa bħala tabib. Għamel sena jaħdem fi sptar fl-Ingilterra u sena oħra f ’Mater Dei. Nifirhulu u nawgurawlu. Issa mar Ruma biex jibda l-kors talfilosofija fl-Università Gregorjana.

Arċisqof Malti ġdid Il-Papa Franġisku għażel lil Mons Antoine Camilleri bħala Nunzju Appostoliku u fl-istess ħin ħatru Arċisqof. Ser ikun ordnat isqof millPapa fl-4 ta’ Ottubru. Fl-1975, Antoine daħal fil-klassi Preparatorja talKulleġġ ta’ San Alwiġi u spiċċa is-Sixth

Form fl-1982. Nifirħulu u nitolbu għalih.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


emm mal-Ġiżwiti Il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi

Ħatriet ġodda fil-Provinċja

F’Ġunju, beda x-xogħol ta’ tiswija fil-knisja tal-Kulleġġ minħabba xi konsenturi fis-saqaf u l-ħitan. Inbidlu t-twieqi, is-sistema taddawl u tal-loudspeakers. It-tliet statwi kbar u l-vija sagra qegħdin ikunu restawrati wkoll. Is-sala kbira hdejn il-knisja, li kienet tintuza bħala workshop, qiegħda tinbidel ħalli ssir multipurpose hall. Bħal kull sena, qabel is-sajf, saret il-Festa Alwiġi, mimlija b’ħafna attivitatjiet. Fl-Iskola Sekondarja, wara li ngħata t-taħriġ meħtieġ, bdiet tinbidel il-pedagoġija tat-tagħlim għall-Learning Outcome Frameworks. Iddaħħlet fil-Forms bikrin u dalwaqt tidħol issa fil-Forms l-oħra taliskola. Fil-bidu tal-vaganzi tas-sajf, tkompliet ittradizzjoni ta’ rtiri f ’Dar Manresa, Għawdex, għall-istudenti tal-Forms 2, 3, 4, 5 u s-Sixth Form. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru l-Kulleġġ laqa’ lill-istudenti għas-sena akkademika l-ġdida. Fir-ritratti t’hawn isfel jidhru l-istudenti tas-Sixth Form, u xi wħud millistaff waqt ġurnata ta’ team-building.

Hi drawwa tal-Ġiżwiti li, qrib il-festa ta’ Sant’Injazju, ilProvinċjal joħroġ dak li nsejħulu l-iStatus, jiġifieri lista ta’ ħatriet u ċaqliq ta’ persuni. Fr Vincent Magri, li hu d-Delegat tal-Provinċjal għallĠiżwiti, li għalqu l-75 sena, ġie maħtur mis-Superjur Ġenerali biex ikun ukoll l-Ammonitur tal-Provinċjal. Fil-Kumpanija ta’ Ġesù, is-Superjur Ġenerali u kull Superjur ikollu Ammonitur biex, wara li jitlob, iwassal lis-Superjur xi osservazzjonijiet dwar xi ħaġa li jkun ra fl-imġieba personali tiegħu jew fisservizz tiegħu bħala superjur. Fr Paul Chetcuti, is-Superjur tal-komunità tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, bejn Settembru u Diċembru, sejjer jagħmel kors f ’Ruma. Waqt l-assenza tiegħu, Fr David Cefai ser ikun l-Aġent Superjur. Wara li għamel it-Tielet sena tan-Novizzjat fil-Kenja, Fr Josef Mario Briffa, issokta jgħallem fl-Istitut Bibliku f ’Ruma. Mill-1996, Fr Anthony Micallef ħa ħsieb l-Għaqda talBenefatturi, però, issa rtira u qiegħed ikompli bix-xogħol pastorali. Bħala Direttur ġdid ta’ din l-Għaqda, inħatar Fr Konrad Grech, li hu wkoll irtira wara li kien ilu jgħallem l-Istorja tal-Knisja fl-Università ta’ Malta mill-1999. Se jibqa’ joqgħod fil-komunità tal-Mosta u jgħin ukoll fl-appostolat talEżerċizzi Spiritwali. Fr Chris Vella, li wkoll spiċċa t-Tielet sena tan-Novizzjat f ’Kuba, inħatar Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana u se jibqa’ membru tal-komunità ta’ Dar Manwel Magri, flImsida, u se jgħin fl-appostolat taċ-Chaplaincy tal-Università. Fr Victor Degabriele kien ilu joqgħod f ’Dar Manresa, ir-Rabat Għawdex, mill-2006, u dejjem għen fl-appostolat tad-Dar. Issa, sejjer ikun membru tal-komunità ta’ Dar Loyola, in-Naxxar, fejn ħa jagħmel xogħol pastorali u se jissokta bilprogrammi fuq ir-radji. Minflok Fr Degabriele, f ’Dar Manresa, Għawdex, mar Fr Anthony Calleja, waqt li se jibqa’ membru tal-komunità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta. Fr Oliver Borg Olivier, li ilu ħafna snin jaħdem fl-Eġittu, filLibanu u fit-Turkija, ġej Malta u se jkun membru tal-komunità tad-Dar tal-Irtiri, il-Mosta, waqt li jgħin fl-appostolat tad-Dar. Id-Djaknu, Michael Debono, li kien qed jistudja t-teoloġija f ’Madrid, Spanja, issa sejjer fit-teologat tagħna f ’Napli u ħa jikseb il-Liċenzja fit-Teoloġija Biblika. F’April 2020, hu ser ikun ordnat saċerdot. L-istudent Josef Beck, li għadu kif spiċċa l-kors tal-filosofija fl-Università Gregorjana f ’Ruma, sejjer jgħallem fil-Kulleġġ tagħna fl-Albanija. L-istudent Alexander Duma, mir-Rumanija, li wkoll għadu kif spiċċa l-kors tal-filosofija f ’Ruma, ser ikun Prefett tat-tfal fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Wara li spiċċa n-novizzjat, l-istudent Nicholas Cassar issa ser jibda l-kors tal-filosofija fl-Università Gregorjana f ’Ruma.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

17 17


Żgħażagħ

Kliem ta’ Giulia Privitelli

Il-bieb miftuħ “Ħabbat u jinfetaħlek.” Ħabbatt meta saqajja ma felħunix aktar; ħabbatt bil-ġilda ta’ sieqi mċarrta u mwaħħla mal-qorq; ħabbatt b’dari mgħawweġ taħt ittoqol tat-tgħobija; ħabbatt bl-għaraq u l-ħmieġ niexef u nkallat ma’ ġismi, interter bil-ġuħ, bl-għejja, bil-ħsibijiet ta’ lejl mingħajr serħan, waħdi ġo post barrani. Ħabbatt għal daqxejn wens, bieb wara ieħor, injama wara oħra, jum wara ieħor, mitt kilometru, mitejn, tlieta, erbgħa, minn bieb dari tlaqt...nitħabat inħabbat, kollni tama li forsi għad jiftaħli xi proxxmu u jilqagħni għandu, mhux għax jitħassarni la jarani imma għax id-dehra tiegħi tfakkru li darba anke hu u missirijietu kienu barranin li mxew lil’hinn minn darhom, u li ġew milqugħa f ’art barranija. Ħabbatt, sakemm fl-aħħar, it-tama, il-providenza, u l-generożità wassluni – bħal ħafna pellegrini li mxew miegħi, qabli, u li għad għandhom jimxu – sal-belt ta’ Compostela; wassluni f ’dik l-art fejn kont tfajt ħarsti, fuq għalqa ta’ stillel – viżjoni reali ta’ ħolma – l-art imwiegħda; wasslitni sewwa sew quddiem il-faċċata prinċipali tal-Katidral ta’ Santiago, quddiem il-Bieb talGlorja. Daqshekk għamilt inħabbat. Dan il-bieb miftuħ maqsum fi tlieta, mingħajr injam u mingħajr ċwievet. Iċ-ċavetta minflok għandha għamla ta’ persuna, raġel bilqegħda fuq tron fiċ-ċentru, b’idejh ’il fuq donnu jrid jurini l-pjagi tiegħu wkoll, donnu jrid jgħidli “ara, jien kelli nbagħti wkoll, u bgħatejt qablek biex dan il-bieb inti ssibu miftuħ.” Fuq kull naħa tiegħu hemm figuri oħrajn - min iżomm salib u min sellum, imsiemer jew xi tip ta’ drapp – u mad-dawra kollha hemm erbgħa u għoxrin mużiċist, kull wieħed idoqq jew iżomm xi strument medjevali. Il-mużika, il-kant, għanja ta’ glorja għal kull siegħa tal-jum, għal kull waqt fl-istorja tal-

18

bniedem, mill-eqdem żminijiet sal-preżent u saħħansitra sal-futur. Tassew, dawn it-tliet daħliet ukoll mimlijin simboli u persunaġġi marbutin maż-żmien: fuq ix-xellug hemm għadd ta’ profeti mit-Testment l-Antik u xeni tassalvazzjoni tal-bniedem mill-imwiet; fuq il-lemin hemm l-Appostli u xeni li juru l-aħħar ġudizzju, iżda mingħajr kruha u tgħeżiż tas-snien; u fiċ-centru, dawn il-mużiċisti, Kristu u s-simboli tal-Passjoni, ir-rejiet il-kbar ta’ Israel, San Pietru u San Pawl, San Ġakbu, il-Verġni u s-siġra ta’ Jesse – fi kliem ieħor, l-umanità kollha miġbura f ’armonija u rikonċiljazzjoni f ’dan il-bieb. Għal kull min mexa tul it-triq li twassal għall-ħajja, din hija r-revelazzjoni li jurina l-artist, hekk kif inhi miktuba fl-aħħar ktieb talBibbja; iżda hawn, minflok, miktuba fil-ġebel. Din l-opra tas-seklu tnax hija l-viżjoni ta’ artist – Mastru Mateo – li bħal xi tip ta’ profeta kontemporanju qed iħabbar id-dawl li rċieva hu stess. L-iskultur, filfatt, qiegħed lilu nniffsu sewwa sew wara l-kolonna ċentrali, b’daru lejna jħares ’il ġewwa lejn l-altar tal-Katidral, lejn id-dawl. L-artist huwa dak li joħloq mill-weġgħat l-aktar profondi tiegħu, minn dak il-post ta’ dubju, ta’ dlam. Iżda sabiex jidħol ġewwa, biex joħloq xogħol bħal dan li jkellem il-qalb ta’ kull bniedem mingħajr ebda użu ta’ kliem, l-artist ukoll kellu jagħmel vjaġġ, bħali u bħalek, u bħal ħafna pellegrini li jimxu fuq wiċċ din id-dinja; vjaġġ li permezz tiegħu nkunu nistgħu niftħu għajnejna, moħħna u qalbna. L-arti, bħal kull ħaġa oħra li tixhed dawl fuq l-iSbuħija, hija ċavetta. Il-bieb huwa miftuħ, u aħna mistednin nidħlu. L-Istitut Kattoliku ta’ Fomazzjoni qed torganizza kors bejn Novembru 2019 – Mejju 2020 fuq l-istorja tal-arti bħala mezz kif wieħed jista’ jiskopri l-iSbuħija tal-Fidi. Żuru http://www. maltapfi.org/ għal aktar informazzjoni. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


Intervista

www.jesuit.org.mt

Skola tal Qalb

Sitt xhur il Kenya Fr Josef Mario Briffa, li jgħallem fil-Pontificio Istituto Biblico f ’Ruma u f ’Ġerusalemm, qatta’ l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena fil-Kenya, fejn għex l-aħħar parti tal-formazzjoni tiegħu bi tħejjija għall-aħħar voti. F’din l-intervista, jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu.

LH Fr Josef, wara tant snin Ġiżwita, x’inhu l-iskop li tieqaf mill-ġdid għal żmien ta’ formazzjoni? JMB Qabel niġu msejjħa għall-aħħar voti, il Kumpanija ta’ Ġesù titlobna nieqfu għal xi żmien biex nagħmlu itTerz’Anno — it-Tielet Sena tan-Novizzjat. Huwa żmien biex nirriflettu mill-ġdid, u fit-tul, dwar is-sejħa tagħna u dwar il-Kumpanija, issa bil-maturità ta’ Ġiżwiti b’numru ta’ snin fil-Kumpanija ... fil-każ tiegħi, tmintax-il sena magħluqa! Ċans biex nerġgħu lura lejn l-għeruq tassejħa, ta’ tiġdid fil-ħajja personali u fil-vokazzjoni. Iddokumenti tal-Kumpanija isejjħu dan iż-żmien l-iskola tal-qalb ... kif tfakkarna l-Bibbja: “Hemm fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm hi qalbek!” (Mattew 6:21) LH Hemm diversi programmi ta’ Terz’Anno madwar id-dinja. X’wasslek biex tmur il-Kenya? JMB Flimkien mas-superjuri tiegħi, għażilt li ngħamel din l-esperjenza f ’Nairobi, il-Kenya. Ir-raġuni prinċipali kienet li għamilt il-formazzjoni u l-istudju tiegħi kollu fl-Ewropa — l-Italja, l-Ingilterra u r-Regency f ’Malta. Ilmissjoni tiegħi ukoll — fl-Istitut Bibliku — hija maqsuma bejn Ruma u Ġerusalemm. Ħassejt li t-Terz’Anno kien

opportunità li nsir midħla ta’ realtà oħra tal-Knisja u tal-Kumpanija lil hinn mill-Ewropa u l-Mediterran, dik tal-Afrika tal-Lvant. F’tarf Nairobi, lil hinn mill-istorbju taċ-ċentru tal-belt, il-Ġiżwiti għandhom Ċentru ta’ Spiritwalità bl-isem Mwangaza (bl-ilsien Swahili) li jfisser “dawl, tagħrif ”, li jwassal għall-għerf. Fl-istess compound ukoll, hemm il-komunità Pedro Arrupe, fejn hemm l-infermerija talprovinċja. LH Nimmaġina li l-komunità kienet internazzjoni ħafna ... JMB Il-komunità tat-Terz’Anno kienet internazzjonali għall-aħħar: sitta mill-Afrika (Ghana, Kenya, Nigeria u Zambia), tnejn mill-Asja (Hong Kong u Sri Lanka), u tlieta mill-Ewropa (Franza, Polonja u jien minn Malta). Id-diretturi tat-Terz’Anno kien wieħed mit-Tanzanija u l-iehor mill-Indja. Tfakkarna b’mod qawwi li bħal kull Ġiżwita aħna l-ewwel u qabel kollox imsejjħa mill-erba’ irjiħat tad-dinja, bħal Injazju u l-ewwel Kumpanji tiegħu. Din l-internazzjonalità għaniet lil-grupp kollu, hekk kif stajna naqsmu fit-tul u fil-fond l-esperjenzi tagħna filKumpanija, b’dak kollu li matul is-snin ġabilna ferħ, kif

Inżuru l familja ta’ wieħed mill komunità f’raħal xi sagħtejn bogħod minn Nairobi.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

19


Intervista

www.jesuit.org.mt Fr Josef ma’ Fr Bernard Mallia, fin novizzjat f’Arusha (Tanzanija)

ukoll id-diffikultajiet. Naturalment, titlob minn kulħadd xi ftit tal-flessibilità biex nadattaw kemm għall-karattru, kif ukoll għall-kultura ta’ xulxin ... imma fl-aħħar mill-aħħar kienet esperjenza qawwija ta’ “ħbieb fil-Mulej.” LH X’tagħmlu matul dan iż-żmien? JMB F’diversi aspetti dan iż-żmien jixbah lin-novizzjat: żmien iżjed ta’ kwiet u riflessjoni personali, qari u studju tal-kitbiet ta’ Sant’ Injazju l-Awtobijografija, l-Eżerċizzi Spiritwali, il-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija, u d-Dokumenti tal-Kumpanija, speċjalment tal-aħħar Kongregazzjonijiet Ġenerali. Kellna wkoll żewġ esperimenti prinċipali: ix-xahar irtir, u sitt ġimgħat ta’ esperiment pastorali. Għamilna ukoll pellegrinaġġ qasir lejn Mombasa u Malindi, fejn San Franġisk Saverju kien waqaf matul il-vjaġġ tiegħu lejn l-Indja. LH X’fisser għalik li terġa’ tgħix ix-xahar irtir? JMB M’għandix dubju ix-xahar tal-Eżerċizzi Spiritwali huwa l-qalba tat-Terz’Anno. Xahar mal-Mulej fejn inżilt mill-ġdid u fit-tul lejn l-għeruq tas-sejħa tiegħi, u talispiritwalità tagħna l-Ġiżwiti. M’hemmx xi ngħid, għextu b’mod differenti ħafna minn-novizzjat. Fin-novizzjat, ġuvni ta’ 21 sena, kien ċans biex nixtarr jekk inix imsejjaħ għal din it-triq. Bħala raġel ta’ 40, u kważi 19-il sena filKumpanija, kien mument biex inħares lura bi gratitudni lejn dak il-ħafna li rċevejt, u ’l quddiem b’fiduċja li l-Mulej jibni hu.

LH Kellkom xi ftit ċans iżżuru Nairobi u l-Kenya? X’laqtek l-iżjed? JMB Laqtitni ħafna l-ħajja fi ħdan il-Knisja, u l-enerġija Afrikana anki matul il-quddies. Diffiċli issib quddiesa tal-Ħadd li ma ddumx siegħa u nofs jew sagħtejn, biż-żfin u kant. Rajna ukoll ħafna proġetti tal-Ġiżwiti: il-kulleġġ universitarju ta’ Hekima, diversi realtajiet parrokkjali, il-ħidma ma’ persuni bl-HIV, u tant oħra. Laqatni ukoll il-kuntrast qawwi f ’Nairobi, fejn is-Shopping Malls li jfakkruk fl-Ewropa u l-Amerka huma ftit minuti bogħod mis-slums, bħal dik ta’ Kibera, waħda mill-iżjed slums kbar fid-dinja. Għalkemm ma dortx wisq, kelli ukoll iċ-ċans nara xi ftit mis-sbuħija naturali tal-Kenya u l-Afrika tal-Lvant. Kampanja ħadra għall-aħħar fuq medded ta’ kilometri, u diversi National Parks li għalihom il-Kenya tant magħrufa. Huwa ukoll pajjiż b’varjetà kulturali ta’ tant tribujiet, bilkulturi u l-lingwi tagħhom.

LH Semmejt ukoll l-esperiment pastorali ... JMB Iva, minbarra x-xahar irtir, għexna ukoll esperiment ieħor — matul sitt ġimgħat wara l-Għid. Il-komunità tagħna t-terzannisti infirxet f ’esperjenzi differenti. Jien ma mortx ’il bogħod, bqajt l-iżjed f ’Mwangaza stess, fejn mexxejt flimkien mat-tim taddar tal-irtiri, diversi persuni fit-tmint ijiem ta’ Eżerċizzi Spirtwali — matul tlett programmi ta’ tmint ijiem, f ’irtir mmexxija b’mod individwali. Kienet esperjenzja millisbaħ, issa li nara u nixhed kif il-Mulej jaħdem hu fil-ħajja personali ta’ kull wieħed u waħda minnhom. Varjetà kbira ta’ persuni, irġiel u nisa’, zagħar u kbar fl-età, l-iżjed reliġjużi, saċerdoti u seminaristi. Matul l-istess sitt ġimgħat, mort ukoll Arusha (Tanzanija) fin-novizzjat, fejn hemm ukoll Fr Bernard Mallia. Hemm mexxejt kors ta’ introduzzjoni għall-Bibbja man-novizzi li kienu qed jispiċċaw l-ewwel sena. Kienet ġimgħa mill-isbaħ: in-novizzi laqgħuni tassew bil-qalb, kif ukoll il-bqija tal-komunità.

LH Wasalna lejn tmiem l-intervista: forsi tixtieq tgħid kelmtejn tal-aħħar ... JMB Ħaġa li żgur se tibqa’ miegħi hija t-togħma tajba li ħallew il-missjunarji Maltin. Issa fadal biss Fr Bernard Mallia fin-novizzjat, u Fr Joe Pullicino fl-Etijopja ... imma diversi Maltin taw sehmhom f ’dik li llum hi il-Provinċja tal-Afrika tal-Lvant. F’Mwangaza, il-komunità tiftakar bil-qalb lil Fr Victor Jaccarini. Diversi semmewli lil Frs Ġużeppi Galdes, George German u lil Harry Formosa. Oħrajn kien hemm għal xi żmien bħal Frs Pawlu Mallia, Joe Cassar, Pawlu Pace u Godwin Preca. Fiċ-ċimiterju ta’ Mwangaza hemm midfun Brother Joseph Spiteri. Il Maltin kienu fost dawk li għenu biex din il-Provinċja tinżera’. Illum dak li żergħu qed jinbet u jikber, provinċja għanja fil-vokazzjonijiet, li qed tagħti l-frott. J’Alla f ’dak kollu li nagħmlu nħallu l-istess togħma tajba, b’fiduċja kbira li l-ħidma mhix tagħna imma tal-Mulej: aħna naħdmu fl-għalqa tiegħu, niżirgħu, imma Hu jrid ikabbar u jwassal biex il-ħidma tagħti l-frott.

20

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Joseph Inguanez

BACK TO SCHOOL! Matul is-sena, diversi ħwienet ikollhom notice li tgħid SALE…. jiġifieri suppost roħs fil-prezzijiet. Imma f ’dan l-aħħar xahar, bħal kull pajjiż f ’dan iż-żmien, diversi ħwienet kellhom poster jgħidilna “Back to School”, ħwienet li jbiegħu kull ħaga li b’xi mod nistgħu niġu bżonn fl-iskola. Ninkwieta! Għax dan il-poster jikxef realtà li lili ma togħġobnix. Ħafna minna qegħdin inpoġġu l-iskola qabel l-edukazzjoni bħal meta f ’ċerti ċirkustanzi aktar jimpurtana l-prodott mill-ħaddiema li jipproduċuh. U żgur li l-iskola għandna bżonnha! Jien għaddejt parti minn ħajti naħdem bħala għalliem. Iżda ħafna, meta jitkellmu fuq “skola”, u anke Università, jiftakru biss fiċ-ċertifikati u l-marki jew grades. U ninsew dak li hu l-aktar importanti, jiġifieri l-edukazzjoni. L-iskola qiegħda hemm biex tgħin lill-ġenituri fledukazzjoni ta’ uliedhom, u mhux biex ikunu l-bosses tal-ġenituri jew tat-tfal! L-edukazzjoni hi proċess li għandu jwassal biex nikbru matulu bħala bnedmin. Jekk l-iskola ma twassalx għal dan… tkun biss post li toffri mpieg lill-għalliema u ftit ħafna lill-istudenti. Il-familja L-iskola hi istituzzjoni… u fejn tidħol l-edukazzjoni hemm istituzzjoni oħra li tiġi qabilha, u din hi l-familja! Jiżbaljaw il-genituri li jitilqu l-edukazzjoni ta’ uliedhom totalment f ’idejn ħaddiehor… anke jekk ikun qassis jew soru. Dan id-dritt u obbligu huwa tagħhom qabel ma hu ta’ xi istituzzjoni jew persuna oħra! Anke qabel il-Gvern u l-Knisja! Tafu li anke l-Knisja ma tgħammedx trabi mingħajr il-kunsens tal-ġenituri u r-rieda tagħhom li jedukaw lil uliedhom fil-fidi. Meta niġu għall-iskola, wieħed irid jiftakar li din mhix negozju u allura kemm il-ġenituri kif ukoll uliedhom għandhom juru mhux biss rispett lejn Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

l-għalliema u l-iskola, imma wkoll gratitudni. Qed ngħid hekk, għax kultant il-ġenituri jitilfu l-boxxla! Meta kont għadni żgħir jien, l-għalliem, speċjalment il-Headmaster, dejjem kellu raġun mal-ġenituri tiegħi, għax kienu jafu li dawn kienu qed jedukawna u jieħdu ħsiebna. U hekk kien! Dak iż-żmien ma kellhomx ufficjalment il-“professjonal status”… imma kienu verament professjonali għax kienu jgħallmuna l-valuri li kienu jgħixu… ma kellhomx l-iskozofrenija li jgħallmu mod u jġibu ruħhom bil-maqlub! L-għalliema Illum il-maġġoranza tal-għalliema huma professjonali wkoll. Imma ma nistgħux niċhdu li xi wħud huma verament snobs. Bizzejjed tara kif xi wħud jitkellmu fuq l-LSEs. Veru li b’liġi tneħħa l-kastig korporali, li kien jikkonsisti daqqa fuq l-idejn bir-riga. U din ħaga sew u naqbel magħha. Imma x’daħal illum biex inżommu d-dixxiplina? Nistqarr li ma nafx jekk mhux forsi żżomm student wara l-iskola bħala kastig u joqgħod filklassi, b’għalliem miegħu, jagħmel il-homework fis-skiet. Jien nemmen li l-imħabba u l-positive reinforcement iħallu frott sabiħ. Imma ma nistgħux neskludu għal kollox xi forma ta’ negative reinforcement raġjonevali. Jekk ma jsirx hekk ikollna ġenituri u għalliema “burnt out”, u studenti mill-inqas mfissdin u mill-aktar arroganti. Inħarsu ’l quddiem! Ejjew ninsistu aktar fuq l-edukazzjoni u nqisu l-iskola bħala strument.

21


Programm

www.jesuit.org.mt

Programm ta’ rtiri u seminars

Ċentru Spiritwalità Injazjana 2019 KAPPELLA TAL-UNIVERSITÀ, MSIDA Iż-żmien juri l-verità F’dawn il-laqgħat se nesploraw it-tema tar-rivelazzjoni tal-verità, permezz ta’ wieħed mill-arazzi tal-ko-katidral ta’ San Ġwann, “Iż-żmien juri l-verità” (Time reveals truth), maħdum fuq is-suġġett oriġinali ta’ Peter Paul Rubens. Dan se jsir b’kollaborazzjoni ma’ Pietre Vive Malta, ħidma tal-Ġiżwiti, fejn il-fidi tiġi mfissra permezz tal-arti. Il-Ġimgħa 4, 11, 18, 25 ta’ Ottubru | 19.30 - 21.00 u s-Sibt 26 ta’ Ottubru | 09.30 - 12.30 Giulia Privitelli, Edward Warrington, Anthony Frendo and Nadia Delicata Sandro Rossi + Pietre Vive

MOUNT ST. JOSEPH, MOSTA Irtir dwar ir-Ruzarju ispirat mill-kontemplazzjoni Injazjana Niskopru l-għeruq bibliċi tat-talba tar-Rużarju. Ikollna mumenti ta’ meditazzjoni skont il-prinċipji kontemplattivi ta’ San Injazju ta’ Loyola, talb flimkien kif ukoll waħedna fis-silenzju. Naraw ukoll id-dokumentarju dwar ir-Rużarju Power in My Hands. Is-Sibt 12 ta’ Ottubru | 09.00 sal-17.00 u l-Ħadd 13 ta’ Ottubru | 09.00 sal-13.00 Claudette Balucci u Fr Godwin Preca SJ Nuża l-Poeżija biex Nitlob - Workshop Matul dan l-irtir ta’ ġurnata, il-poeżija se tkun ippreżentata bħala mezz li tqarribna lejn Alla. Se nitolbu wkoll permezz tas-Salmi li nsibu fil-Bibbja li huma wkoll poetiċi. Il-parteċipanti huma mistiedna jġibu magħhom xi poeżija favorita tagħhom jew poeżiji li kitbu huma stess biex jaqsmuhom mal-oħrajn. Is-Sibt 19 ta’ Ottubru | 09.00 - 16.30 Maria Theresa Portelli u Clare Camilleri Irtir fil-Kampanja: L-Istaġuni – Riflessjonijiet fuq Ħajjitna Dak li jiġri fl-istaġuni jixbaħ b’xi mod lill-ħajja spiritwali tagħna. Bħalma n-natura tinbidel matul is-sena, Alla jurina u jwasslilna mħabbtu anke permezz tal-bidliet talistaġuni tal-ħajja. Il-fidi nisranija hi waħda konkreta w inkarnata u tikber u tiġġedded permezz tal-esperjenzi u l-isfidi tal-ħajja. Alla tagħna hu ħallieq u bħalma ħalaq is-sbuħija tan-natura, l-Ispirtu tiegħu għadu joħloq lilna illum u jagħmel minna xhieda permezz ta’ ħajjitna.

22

Dan l-irtir ser jinkludi ħarġiet fil-kampanja, l-użu talmużika u għajnuniet viżwali bħala għajnuniet għarriflessjoni. Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru | 19.00 sal-Ħadd 27 ta’ Ottubru | 15.00 Fr Chris Vella SJ, Victor u Elizabeth Scerri, Jackie Saliba Irtir: Min-nuċċali ta’ Alla “Li nara, Mulej.” (Lq 18:41) L-Iskrittura fiha diversi siltiet dwar persuni għomja u x-xewqa li wieħed jara; mhux jara sempliċement dak li tara kamera tar-ritratti iżda li jara dak li jilmaħ Alla stess. Matul dan l-irtir nimmeditaw xi tfisser li tara bl-għajnejn ta’ Alla billi nitolbu bl-Istrittura, billi nużaw l-immaġinazzjoni u anke permezz ta’ riflessjoni dwar xi biċċiet ta’ arti sagra. Il-Ġimgħa 01 ta’ Novembru | 19.00 sal-Ħadd 03 ta’ Novembru | 15.00 Stephen Scerri Kif ngħix dan il-Milied b’telfa f’ħajti It-telfa hija parti minn ħajjitna u xi telfiet jaffetwawna għal ħajjitna kollha: titlef lil min tħobb, titlef ix-xogħol, is-saħħa, ħbiberiji, il-fidi,… Fi żmien il-Milied it-telfa inħossuha iżjed, għax ma nsibux dak li ħabbejna. Dan l-irtir huwa okkazjoni bien insibu appoġġ u ngħixu ilMilied bil-weġgħa tat-telfa. Ikun hemm min jeħdilkom ħsieb tat-tfal. Il-Ħadd 01 ta’ Diċembru | 09.00 – 17.00 Bernadette Briffa

2020 MOUNT ST. JOSEPH, MOSTA Kif infittex l-istilla fil-ħajja tiegħi... irtir li jwassalna bħall-Maġi għall-Epifanija. F’dan l-irtir nirriflettu fuq is-Sunett 116 dwar L-Imħabba ta’ William Shakespeare. Niskopru flimkien, kif kliem il-Kittieb jilħaq il-milja tiegħu meta niltaqgħu malImħabba li wera lejna Ġesù fit-twelid, mewt u qawmien tiegħu. F’dinja fejn inġarrbu ħafna diżappunti u mxennqin għall-imħabba, l-laqgħa tagħna mal-Awtur tal-Imħabba twassal għall-Epifanija u tiġdid fil-qalb tagħna. Il-Ġimgħa 03 ta’ Jannar | 09.00 sal-Ħadd 05 ta’ Jannar | 13.00 Alda Anastasi Irtir-Pellegrinaġġ - Tħossok waħdek?... ‘Jiena magħkom dejjem’ [14-il persuna] F’dan l-irtir-pellegrinaġġ se jiffokaw fuq kif il-ħajja moderna tista’ twassalna biex inħossuna iżolati jew

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019


waħedna. Madanakollu, Alla jfakkarna li Hu jkun dejjem magħna f’perjodi fil-ħajja tagħna li fihom inħossuna waħedna. Se nirriflettu fuq kif aħna stess jiġuna mumenti bħal dawn, filwaqt li nirriflettu wkoll fuq kif ħaddieħor jista’ jħossu waħdu. Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar | 19.00 sal-Ħadd 01 ta’ Marzu | 15.30 Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u t-tim Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd Nar ta’ Tnejn - Inqabbdu l-fjamma tar-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù Eżerċizzi tar-Randan b’riflessjonijiet fuq il-karattri filVanġelu ta’ San Ġwann. Il-laqgħa li nies bħal Marija ta’ Betanja, il-Mara Samaritana, Nikodemu u oħrajn kellhom ma’ Ġesù ġabet bidla mill-qiegħ f’qalbhom. Xegħlet fjamma li baqgħet iddawwal lill-insara li ġew warajhom, u li semgħu jew qraw il-ġrajja tagħhom. Kull nhar ta’ Tnejn: 02, 09, 16, 23 u 30 ta’ Marzu | 20.00 - 21.00 Fr Godwin Preca SJ, Alda Anastasi, Claudette Baluci Irtir għall-Familji (numru limitat) Tixtieq tistrieħ għal ftit mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum f’ambjent sabiħ? Tixtieq tqatta’ żmien għall-kwiet waħdek kif ukoll mal-familja tiegħek? Dan l-irtir huwa mħejji biex ikollkom l-opportunità tirriflettu, titolbu u tistrieħu flimkien. Il-Ġimgħa 06 ta’ Marzu | 19.00 sal-Ħadd 08 ta’ Marzu | 15.00 Cristina Spiteri, Fr Pierre Grech Marguerat SJ u Jackie Saliba Tridwu Imqaddes fil-ġabra u fit-talb Okkażjoni biex ngħixu il-Ġimgħa Mqaddsa filfond u fit-talb. Ikollna laqgħat, il-liturġiji kollha tatTridwu Mqaddes, ħin għat-talb personali, sharing u s-sagrament tar-rikonċiljazjoni. Ħamis ix-Xirka 09 ta’ April | 18.00 sa Ħadd il-Għid 12 ta’ April | 09.00 Fr Chris Vella SJ u tim Il-Qawmien mit-telfa – il-Qawmien tagħna Matul dan l-irtir nirriflettu fuq il-qawmien ta’ Kristu li jsaħħaħ fina l-qawmien tagħna mit-telfiet tagħna huma x’inhuma. Bil-qawmien tiegħu Kristu jagħtina l-qawwa biex inkomplu b’ħajjitna minkejja l-vojt li għandna f’ħajjitna. Hu jassigurana mill-qawmien għal ħajja ta’ dejjem ta’ l-għeżież tagħna għax kull min jgħix u jemmen fih ma jmut qatt. Il-Ħadd 19 t’ April | 09.00 - 17.00 Bernadette Briffa

DAR MANRESA, GĦAWDEX Weekend għall-familji bit-tfal: Trabbi familja llum - sfida jew miraklu? Id-dinja qed tinbidel u l-familja wkoll. X’tip ta’ familja?

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2019

Kif se tħobb? Kif se trabbi lil uliedek? Min se jrabbihom: Int? in-nanniet? l-iskola? it-teknoloġija? l-awtoritajiet? il-Facebook? Alla? Programm jinkludi: Diskussjonijiet, Riflessjoni fil-koppja u fil-grupp, Talb, Talent show, Ħarġiet fil-kampanja. It-tfal ikollhom min jieħu ħsiebhom u programm għalihom. Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar | 19.00 sal-Ħadd 16 ta’ Frar | 15.00 Fr Paul Chetcuti SJ Il-Misteri tat-Tbatija fil-mużajk tas-Santwarju Ta’ Pinu Kull ikona hija mimlija b’tifsiriet u dan il-lingwaġġ artistiku jista’ jwasslilna il-misteri differenti li jixhdu. Din is-sena, ser nittrattaw il-misteri tat-tbatija fil-mużajċi tasSantwarju. Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar | 19.00 sal-Ħadd 01 ta’ Marzu | 15.00 Fr Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu Irtir għall-Qassisin Hekk kif qegħdin inħejju ruħna biex infakkru u ngħixu il-ġrajjiet tal-Passjoni, tal-Mewt u tal-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu, nistiednu lis-saċerdoti biex jinqatgħu ftit mill-ħajja mimlija ħidma ta’ matul ir-Randan sabiex jinġabru u jgħaddu tlett ijiem ta’ intimità mal-Mulej Ġesù. It-Tnejn 16 ta’ Marzu | 09.00 sal-Erbgħa 18 ta’ Marzu | 15.00 Fr Paul Chetcuti SJ “Insejħilkom ħbieb” (San Ġwann 15:15) Matul dan l-irtir, il-parteċipanti jkollhom l-okkażjoni biex jirriflettu u jitolbu dwar il-ħajja ta’ fidi tagħhom u jġeddu l-impenn nisrani tagħhom. Din l-esperjenza hija msejsa fuq l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant lnjazju u l-Iskrittura Mqaddsa. Il-Ħamis 26 ta’ Marzu | 19.00 sal-Ħadd 29 ta’ Marzu | 15.00 Fr Victor Degabriele SJ

Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org jew Dar Manresa: 21 556635 manresagozo@gmail.com jew booking.cismalta.org

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Balzan Ibrag Iklin M’scala Mosta San Gwann Sliema

William Coleiro David DeBono Jean Buttigieg Oliver Buttigieg Paul Buhagiar John Formosa Censina Briffa

23

Programm

www.jesuit.org.mt


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Awwissu - Ottubru 2019 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

ULEJ, il-ħsad hu kbir u l-ħaddiema huma ftit. Nitolbok, ibgħat ħaddiema għall-ħsad Tiegħek. Agħtina vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali. Nitolbuk b’mod speċjali għall-Kumpanija ta’ Ġesu. Agħmel li ż-żgħażagħ ikunu aktar ġenerużi għas-sejħa tiegħek u li jkunu lesti jixhdu b’mod radikali għall-valuri talVanġelu. Imla l-ġenituri bil-fidi, bl-imħabba u bl-ispirtu ta’ sagrifiċċju biex joffru lil uliedhom għas-servizz Tiegħek meta ssejħilhom għall-ħajja kkonsagrata Lilek. Marija, Omm il-Kumpanija ta’ Ġesu Ibnek, “Fid-dixxerniment ta’ vokazzjoni kompli itlob magħna ma għandekx taqta’ barra l-possibbiltà għal dawn il-fehmiet. li tikkonsagra ruħek lil Alla Ammen. fis-saċerdozju, fil-ħajja reliġjuża jew f ’xi għamla oħra ta’ konsagrazzjoni. Għaliex taqtagħha barra? Ibqa’ ċert li, jekk tagħraf sejħa ta’ Alla u timxi fiha, din tkun il-ħaġa li timla bis-sħiħ lil ħajtek.” Mill-Eżortazzjoni Appostolika Postsinodali ta’ Papa Franġisku CHRISTUS VIVIT (KRISTU JGĦIX)

31 ta’ Lulju

Il-Festa ta’ Sant Injazju ta’ Loyola Fundatur tal-Kumpanija ta’ Ġesù

24

JESUITS JESUITS


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.