Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Oct-Dec 2018

Page 1

04

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2018

Esperjenza ta’ tama kbira Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Miktub minn Fr John Scicluna SJ

Il-Qaddis tax-Xahar

San Stanislaw Kostka, SJ li meta l-mediċini ma fejquhx, ġiet iżżuru l-Madonna b’Ġesù tarbija f ’idejha. B’mod matern poġġiet it-Tarbija f ’idejh u wrietu li kien ser jidħol fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Provinċjal tal-Ġiżwiti fl-Awstrija assigura lil Stanislaw li kien lest jaċċettah, imma minħabba ċ-ċirkustanzi kellu jikseb il-permess ta’ missieru. Stanislaw sab ruħu f ’dilemma għax missieru kellu ħsibijiet oħra għal ibnu u ma kienx ser jagħtih permess. Ma qatax qalbu u kien determinat. Ħaseb li jidħol Ġiżwita fi Provinċja oħra ’l-bogħod minn xi ndħil tal-familja u mar il-Ġermanja. Vjaġġi twal... biex jidħol Ġiżwita

Din is-sena l-Ġiżwiti fakkru żewġ ċentinarji: l-450 sena mit-twelid ta’ San Alwiġi Gonżaga, u l-450 sena mill-mewt ta’ San Stanislaw Kostka. Il-biografija ta’ dan il-qaddis hi storja ta’ żagħżugħ b’xewqa kbira li jsir Ġiżwita minkejja t-tfixkil kollu. Kien mgħaġġel isir qaddis. Miet għal għarrieda fl-1568. Stanislaw twieled fit-28 ta’ Ottubru, 1550 fil-Polonja, ġo familja nobbli u sinjura. Beda jistudja d-dar u wara ma’ ħuh ikbar minnu ntbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti fi Vjenna. Hemmhekk beda jħoss is-sejħa biex jidħol Ġiżwita u jsir qassis. Kuljum beda jgħaddi ħin fit-talb u jgħix ’il-bogħod minn kumpanija ħażina. Meta l-kulleġġ għalaq hu ssokta jgħix fi Vjenna ma’ ħuh u kompla jistudja taħt għalliem privat. Biddel l-istil ta’ ħajtu, jilbes ħwejjeġ sempliċi u jgħaddi iżjed ħin fit-talb. Ħuh kien jittrattah ħażin u spiss kien isawtu. Stanislaw kien jheddu li jaħrab. F’Diċembru 1565 Stanislaw marad u kien se jmut imma fieq. Meta fetaħ qalbu mad-direttur spiritwali qallu

2

Kmieni fl-għodwa tal-10 ta’ Awwissu, 1567, b’ittra ta’ introduzzjoni mingħand il-konfessur tiegħu, Stanislaw libes ta’ tallab u telaq. Mexa fit-toroq, raqad fl-għelieqi u ttallab għall-ikel. Kien vjaġġ ta’ 520 kilometru u għamlu fi ħmistax-il ġurnata! Wasal Augsburg u sab id-dar tal-Ġiżwiti bit-tama li jiltaqa’ ma’ San Pietru Kanisj, ilProvinċjal tal-Ġermanja. Iżda qalulu li Kanisju kien jgħix f ’Dillingen, 50 kilometru ’l-bogħod. Stanislaw ipprefera jissokta l-vjaġġ milli joqgħod jistrieħ. Kellu mixja ta’ jumejn biex jasal Dillingen. Kanisju impressnjona ruħu ħafna b’dan iż-żagħżugħ mimli ħeġġa. Madankolu, biex jassigura ruħu li dan ilġuvni, bi trobbija ta’ nobbli, kienx lest għal dak li titlob ilħajja reliġjuża, ried jipprivah għal ftit ġimgħat. Għalhekk bagħtu jagħmel il-faċendi mas-sefturi fil-kulleġġ. Iżżagħżugħ wettaq bl-aħjar mod ix-xogħol li tawh. Kanisju kien lest li jilqgħu bħala novizz. Imma minħabba li Stanislaw xtaq ikun ’il-boghod minn pajjiżu, Kanisju rranġa li jibagħtu Ruma ma’ żewġ studenti. Flaħħar ta’ Settembru huma bdew vjaġg ta’ 1,500 kilometru u waslu Ruma fil-25 ta’ Ottubru. Stanislaw iltaqa’ masSuperjur Ġenerali, San Franġisk Borgia, u tah l-ittra ta’ Kanisju li kiteb “Nittamaw ħwejjeġ kbar minn Stanislaw.” Dakinhar li għalaq 17-il sena, fis-28 ta’ Ottubru, 1567, Stanislaw beda n-novizzjat. Matul l-għaxar xhur ta’ wara, l-imġiba ta’ Stanislaw kienet tassew eżemplari u edifika lil kulħadd bit-talb ferventi tiegħu u l-qadi. Kellu mumenti ta’ estasi u xi viżjonijiet. Fl-10 ta’ Awwissu, 1568 qabdu d-deni tal-malarja imma fil-bidu ħadd ma allarma ruħu. Iżda fl-14 filgħaxija, għal għarrieda qaleb għall-agħar. Sħabu n-novizzi u Ġiżwiti oħra bdew jitolbu. Għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu, fil-festa tal-Assunta, qal li l-Madonna u l-anġli kienu resqin lejh biex jiħduh il-ġenna. Wara ftit miet. San Stanislaw Kostka u San Alwiġi Gonzaga kienu l-ewwel Ġiżwiti li kienu ddikjarati Beati fl-1605.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


Kelma mill-editur Il-Milied u l-Paċi Għeżież ħbieb u benefatturi, Meta joqrob il-Milied jibda jinħass spirtu ta’ ferħ. Jibda’ ħafna tiżjin. Jintramaw ilpresepji. Tibda tisma’ il-kant tal-Milied. Fil-ħwienet ikun hemm ħafna attività. Irrestoranti jħejju għal lejliet il-Milied, għallbreakfast u għall-pranzu tal-Milied. Filfamilji wkoll jitħejjew il-kaxxi bir-rigali u jittpoġġew taħt il-Christmas tree. Sabiex jienexxilna nidħlu fl-ispirtu ferrieħi tal-veru Milied, jgħinna niftakru r-raguni ewlenija li tnissel din l-atmosfera ta’ ferħ. Iva l-imħabba bla qies ta’ Alla saret bniedem u ġiet tgħammar fostna. San Mattew itenni l-kliem ta’ Isaija li t-tarbija jsemmuh “l-Għimmanu-El” li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna.’ (Mt 1:23). Fil-lejl tal-ewwel Milied, l-anġlu ħabbar lir-rgħajja “sliem fl-art lill-bnedmin“. Isaija jżid jgħid li dan it-tifel li tweldinna jsemmuh “Prinċep tas-sliem” (Is 9:5). Il-Paċi Fl-1968, San Pawlu VI waqqaf “Jum ilPaċi” li niċċelebraw fl-1 ta’ Jannar kull sena. Id-dinja hi mxenqa ħafna għall-paċi u tixtieq b’ħerqa kbira li-tgawdi l-paċi. Minħabba l-gwerer, il-paċi tidher bħala xi għan li ma jista’ jintlaħaq qatt. Iżda m’għandnix naqtgħu qalbna. Aħna nafu li,

minkejja kollox, jista’ jkollna l-paċi għax filbidu il-paċi kienet parti mill-pjan ta’ Alla. Il-ħerqa għall-paċi għandha egħruq filfond tan-natura tal-bniedem u nsibuha firreliġjonijiet kollha. Turi ruħha fix-xewqa għall-ordni u għall-kwiet, fl-imġieba ta’ min hu dejjem lest biex jgħin lill-oħrajn f ’koperazzjoni u tisħib b’rispett sħiħ għal xulxin. Il-vera paċi jeħtieġ li tibda fil-qalb ta’ kull bniedem billi jkun fil-paċi ma’ Alla. Din ilpaċi tnissel u tkattar il-paċi u relazzjonii tajba mal-oħrajn u jkun hemm l-għaqda bejn ulied Alla maħliqin xbieha tiegħu. Awguri ta’ Paċi Il-familja hi ċ-ċellula fundamentali tassoċjeta. Ikun hemm il-paċi fil-familja meta Alla jgħammar fid-dar fejn il-familja titlob flimkien ir-Rużarju, titlob qabel u wara l-ikel. Il-familja tista’ tagħti kontribut effettiv biex ikun hemm ġejjieni ta’ paċi. Dan isir permezz tal-imħabba tal-miżżewġin stess bejniethom u li jkunu l-ewwel edukaturi ta’ uliedhom u jħarrġuhom biex jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna u l-valuri tal-paċi. Il-paċi hu riġal li Alla joffrilna matul is-sena kollha mhux biss fil-Milied. Ejjew inħejju ruħna u nilqgħuh bil-ferħ. F’isem sħabi l-Ġiżwiti nixtieqilkom, għeżiez qarrejja, qraba, ħbieb, benefatturi u kollaboratuiri tagħna, Milied mimli bil-Paċi ta’ Alla u Sena Ġdida mimlija b’kull barka u saħħa.

Il-Qaddis tax-Xahar San Stanislaw Kostka SJ

4

Esperjenza ta’ tama kbira

6 San Pawlu VI u l-Ġiżwiti 8

Ir-rabta ta’ Malta u lMaltin mal-Papa Pawlu VI

10 San Oscar Romero u l-Ġiżwita Rutilio Grande

12 Spiritwalita’ Injazjana 14 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

16 Pietre Vive 18 Dar Manresa fil-Furjana u l-arti tal-mewt it-tajba

20 Nekroloġija - Fr Joe Borg SJ

22 Is-sekularizzazzjoni bħala ‘sinjal tażżminijiet’

23 Programm t’irtiri CIS

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Maria Casaletto, George Cassar, Elisa Saliba, Lilian Schembri Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Website: www.jesuit.org.mt

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 4 - 2018

lil

HBIEBNA

2

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

Ritratt tal-Qoxra: Il-Papa Franġisku jiltaqa’ maż-żgħażagħ waqt is-Sinodu © Mazur/ catholicnews.org.uk

N

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Is-Sinodu

Miktub mill-Eċċellenza tiegħu Mons Charles Scicluna

Esperjenza ta’ tama kbira Is-Sinodu tal-2018 għalija kien l-ewwel esperjenza ta’ sinodu. Kien sinodu pjuttost twil li beda fit-3 ta’ Ottubru bil-Quddiesa tal-ftuħ mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, filwaqt li l-Quddiesa tal-għeluq ġiet iċċelebrata fit-28 ta’ Ottubru. Kif jaf kulħadd, it-tema kienet ‘Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali’. Is-sinodu tal-isqfijiet jiġi ċċelebrat f ’żewġ mumenti importanti. L-ewwel mument hu meta nisimgħu ’l xulxin f ’seduta fejn inkunu flimkien madwar il-Papa u din tkun il-kongregazzjoni ġenerali. Hija esperjenza mill-aktar sabiħa u grazzja kbira li tkun tista’ tiddixxerni flimkien mas-suċċessur ta’ Pietru, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Fl-awla sinodali konna madwar 300 ruħ, u kulħadd kellu jitkellem għal erba’ minuti f ’waħda mis-sitt lingwi approvati. Kienet esperjenza qawwija li tisma’ tant esperjenzi kommoventi. Fl-istess ħin tinduna wkoll kemm id-dinja Kattolika ġejja minn mumenti differenti. Esperjenza oħra tas-sinodu, it-tieni mument, hija l-laqgħat fi gruppi fejn kien hemm 14-il grupp maqsumin skont il-lingwa. Iż-żgħażagħ fis-Sinodu

L-Eċċellenza tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

4

L-Instrumentum Laboris, id-dokument li jħejji x-xogħol tas-Sinodu, kien frott ta’ konsultazzjoni kbira li damet sentejn. Saru diversi laqgħat maż-żgħażagħ, sar survey online u ġie organizzat sinodu taż-żgħażagħ (pre-sinodu) bi preparazzjoni għas-sinodu tal-isqfijiet. Il-frott ta’ dawn id-diversi inizjattivi ta’ konsultazzjoni maż-żgħażagħ kien ċar ħafna f ’dan id-dokument li kien imqassam f ’tliet partijiet: Naraw, Nifhmu u Niddeċiedu. Is-sinodu ddedika ġimgħa għal kull parti tad-dokument u fih stajna ninnutaw li l-informazzjoni li nġabret kienet tagħti stampa ċara imma fl-istess ħin kumplessa tar-realtajiet taż-żgħażagħ madwar id-dinja. L-aħħar ġimgħa tas-sinodu kienet ddedikata għad-diskussjoni tad-dokument finali li kien jiġbor l-ideat li kien hemm fl-Instrumentum Laboris u dak li ġie diskuss fl-awla tas-sinodu.

Il-Papa Franġisku kien preżenti ħafna fix-xogħol tas-sinodu bil-mod informali tiegħu u fl-istess ħin kien qrib ħafna tal-parteċipanti. Espressjoni sabiħa ta’ din is-sinodalità ma kinitx biss il-viċinanza tal-Papa mal-membri tas-sinodu imma wkoll ilpreżenza ta’ grupp sabiħ ta’ madwar 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja. ll-preżenza tagħhom kienet ukoll xi ħaġa li stajna nsegwu mill-qrib għaliex wara kull intervent kienu juru b’mod l-iktar attiv, biċ-ċapċip jew inkella b’mod ieħor, l-approvazzjoni tagħhom. Laqtuni ħafna l-esperjenzi qawwija mill-postijiet fejn il-Knisja hi ppersegwitata. F’omelija li għamel, il-Papa stess semma l-esperjenza li rrakkonta isqof Indjan dwar katekist żagħżugħ li kien fuq karrozza tal-linja u grupp ta’ żgħażagħ fundamentalisti Hindu staqsewh jekk huwiex Nisrani, u hu ma weġibhomx. Iż-żgħażagħ fundamentalisti ssuspettaw li hu Nisrani, ħarġuh mill-karrozza, fittxewlu fil-basket u sabulu l-Bibbja. Huma Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mażżgħażagħ waqt is-Sinodu © Mazur/ catholicnews. org.uk

ppruvaw iġegħluh jiċħad lil Ġesù u hu rrifjuta. Imbagħad poġġewh ġo kanal u għattewh bit-tajn sa għonqu u qalulu li jekk irid jibqa’ jgħix irid jiċħad lil Ġesù. Hu reġa’ qalilhom li mhux ser jiċħad lil Ġesù u spiċċaw qatluh b’daqqa ta’ ġebla. Dan iż-żagħżugħ ħalla impressjoni kbira fuq is-sinodu għax huwa żagħżugħ bħaż-żgħażagħ kollha Kattoliċi, imma li għalkemm ġej minn familja fqira ħafna, mill-kasta tal-untouchables, mid-Dalit, hu ma riedx jiċħad lil Ġesù. Ftit xhur wara, iż-żgħażagħ li qatluh baqgħu mħassbin b’dak li għamlu u l-villaġġ tagħhom mar jiltaqa’ mal-familja Kattolika ta’ dan iż-żagħżugħ li kien inqatel għall-fidi tiegħu f ’Ġesù, u talbuhom skuża. In-nies tal-villaġġ ta’ dan iż-żagħżugħ Kattoliku b’risposta qalulhom: “Naħfrulkom għax hekk jixtieq minnha Ġesù, imma tippretendux li aħna nistgħu niċħdu lil Mulej Ġesù li għalih miet iż-żagħżugħ tagħna”. Din hija esperjenza li kkommoviet ħafna nies fis-sinodu, inkluż lillPapa Franġisku. Hemm ħafna tajjeb li jnissel it-tama Matul ix-xahar tas-sinodu smajna ħafna affarijiet sbieħ fuq iż-żgħażagħ, smajna affarijiet li inkwetawna u li anke ħasbuna ħafna, imma l-esperjenza tas-sinodu kienet esperjenza ta’ tama kbira. Hemm ħafna tajjeb fid-dinja u m’għandniex naqtgħu qalbna!

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

Waħda mit-temi li ddiskutejna ħafna kienet id-dinja diġitali li fiha ż-żgħażagħ huma ‘natives’ u aħna l-kbar nissejħu ‘migrants’. Hemm bżonn li f ’din id-dinja diġitali aħna naslu bil-Kelma ta’ Ġesù mingħajr ma nitilfu s-sens ta’ viċinanza li tiġi mill-kuntatt personali fil-komunitajiet li jemmnu, li jiċċelebraw u li jaħdmu. Is-sinodu wera ukoll l-importanza li aħna nitolbu maħfra u skuża ta’ kemm żgħażagħ soffrew minn diversi tipi ta’ abbuż fil-Knisja, fosthom abbuż ta’ poter, abbuż ta’ kuxjenza u abbuż sesswali. Smajna ukoll sitwazzjonijiet fejn iżżgħażagħ qegħdin ibagħtu minħabba l-fenomenu tal-immigrazzjoni, tal-isfruttament u speċjalment kawża ta’ mard psikoloġiku li qed jikber fost ħafna żgħażagħ fid-dinja. L-istedina tal-Knisja għaż-żgħażagħ hija li jiltaqgħu ma’ Ġesù Kristu. Din hija l-isfida prinċipali li toħroġ mis-sinodu; l-ewwelnett li aħna naħdmu u nimxu flimkien maż-żgħażagħ, u li flistess ħin irridu wkoll inwassluhom biex jiltaqgħu ma’ Ġesù. Wara li jiltaqgħu miegħu jkollhom ukoll l-għatx li jiltaqgħu mal-familja tiegħu li hi l-Knisja. Imma l-ewwel messaġġ u dover tagħna huwa li nwasslulhom lil Ġesù. L-appell tiegħi huwa li aħna nkomplu nitolbu biex id-dokument finali tas-sinodu, li huwa dokument pożittiv u li fih ħafna x’togħmod u x’tirrifletti, jieħu l-ħajja fid-djoċesijiet tagħna.

5


Miktub minn Fr. Michele Lavra,SJ Traduzzjoni Fr. Josef M. Briffa, SJ

Storja

San Pawlu VI u l-Ġiżwiti

Giovanni Battista Montini studja fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti u matul ħajtu baqa’ qrib il-Ġiżwiti. Meta kien elett Papa fl-1963 saħħaħ ir-rabtiet li kellu mal-Kumpanija ta’ Ġesù. B’diversi modi wera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tagħhom. Meta f ’Diċembru tal-1974 kien laqa’ l-membri tat-32 Kongregazzoni Ġenerali (u fosthom kien hemm Fr Jorge Bergoglio li kien il-Provinċjal tal-Provinċja fl-Argentina) qalilhom dawn il-kliem: “F’salib it-toroq tal-istorja, kull fejn jinqala’ bżonn ikun hemm il-Ġiżwiti.” Iktar ma jgħaddi żmien iktar qed niskopru u napprezzaw lil dan il-Papa li fis-snin tal-Konċilju u wara, kellu l-ħidma iebsa li jrażżan lil min kien qed jiġri wisq u jixpruna lil min kien wieqaf fissigurtà tal-passat. Dritt wara l-mewt ta’ Papa Ġwanni XXIII, Kardinal rispettabbli ħalla jaħrab minn xofftejh dan il-ġudizzju: “Il-ħsara li għamel dan il-Papa rridu iżjed minn ħamsin sena biex insewwuha”. Tweġiba f ’postha għal dan il-kliem kien tah qabel iż-żmien l-istess Papa Ġwanni: “Għandi l-impressjoni li dan il-Kardinal jemmen iżjed filKnisja milli fi Kristu.” Pawlu VI, meta sar Papa, ma naqasx milli jwiddeb lill-awtur ta’ dan il-ġudizzju kiefer. Dan l-episodju jista’ jagħtina premessa għal dan it-tentattiv li nerġgħu nħarsu lejn irrelazzjoni bejn Pawlu VI u l-Kumpanija ta’ Ġesù u nirrevedu xi tifkiriet u ġrajjiet li jgħinuna nifhmu s-sentimenti u l-istil tiegħu lejna l-Ġiżwiti. Student fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti Nibdew billi ngħidu fil-qosor dwar ħajtu. Twieled fl-1897 f ’Concesio qrib Brescia minn familja ta’ klassi medja. Studja fil-Kulleġġ Cesare Arici mmexxi mill-Ġiżwiti mill-ewwel sena tal-primarja sa tmiem il-liċeo klassiku. Mar tajjeb fl-istudju u kien attiv f ’inizjattivi ta’ formazzjoni u appostolat. Wara kien membru fil-FUCI - il-Federazzjoni Universitarja Kattolika Taljana. Daħal is-Seminarju u beda t-triq lejn l-ordinazzjoni presbiterali fl-1920. Għamel

6

dottorat fil-Liġi Kanonika. Ħadem għal snin twal qrib Papa Piju XII filVatikan. Fl-istess żmien kien Kappillan Nazzjonali tal-FUCI u ħa ħsieb il-formazzjoni umana u nisranija ta’ personaġġi importanti: De Gasperi, Moro u La Pira. Fl-1954 inħatar Arċisqof ta’ Milan u fl-1963 kien elett Papa u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Papa Montini kien bniedem ġwejjed u riservat, ta’ kultura kbira u fina, animat b’ħajja spiritwali qawwija, wassal fi tmiemu il-Konċilju Vatikan II, għamel b’kuraġġ tant riformi strutturali fil-Kurja Rumana u affronta b’determinazzjoni permezz ta’ enċikliċi u dokumenti oħra ħafna problemi u sfidi tad-dinja moderna. Papa Pawlu u l-Ġiżwiti Kien Papa bejn l-1963 u 1978, fl-istess snin tal-ġeneralat ta’ Fr Pedro Arrupe (1965-1981). Matul is-snin Pawlu VI laqa’ lil Fr Arrupe 31 darba f ’udjenza personali. Dan minbarra l-laqgħat uffiċjali f ’okkażjonijiet tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Dan juri b’mod ċar l-istima tiegħu għall-Kumpanija u b’mod partikolari għal Fr Arrupe. Episodju ċkejken li seħħ fil-bidu tal-ġeneralat jikkonferma din l-attenzjoni mimlija affett. Darba kont il-Kurja tagħna u Fr Livio Pagello, Segretarju Personali ta’ Fr Arrupe, qalli li l-Ġeneral ġie lura minn udjenza ma’ Pawlu VI u li huwa u jsellimlu fl-aħħar tal-laqgħa qallu: “Ejja sibni iktar spiss għax ħafna affarijiet ma jgħiduhomlix.” L-istima tiegħu lejn il-Ġiżwiti, li bdiet diġà fiżLil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Il-Grupp ta’ 300 delegati żgħażagħ

Il-Papa Pawlu VI u Fr Pedro Arrupe, is-Superjur Ġenerali talĠiżwiti

żmien twil tal-iskola fil-Kulleġġ Arici u mqawwija bil-parteċipazzjoni attiva fil-Kongregazzjoni Marjana ddedikata lill-Immakulata u lil San Alwiġi, kibret u wriet ruħha tul is-snin b’diversi sinjali ta’ attenzjoni. Kien japprezza lil Ġiżwita Fr Teilhard de Chardin, li tiegħu kellu l-Opera Omnia fillibrerija. Kien iħoss sintonija qawwija mat-teologu Fr de Lubac għall-kitbiet tiegħu mimlija għerf Bibbliku u patristiku u fuq kollox uman u reliġjuż. Kien abbonat għal għexieren ta’ snin fir-rivista “La Civiltà Cattolica”. Ġiżwita ieħor, Fr Dezza kien il-konfessur tiegħu bħala Papa. Lill-Kumpanija fdalha l-missjoni speċjali li tissielet l-ateiżmu. Fis-snin tmenin intqal li f ’nota tiegħu li nstabet wara mewtu kien semma lil Fr Carlo Maria Martini biex ikun Arċisqof ta’ Milan. Dawn huma ftit minn tant sinjali ta’ mħabba ta’ Pawlu VI lejn il-Kumpanija. Il-Papa gwardjan tal-identità tagħna Stajt komplejt inżid imma din il-lista qasira diġà turina l-affett speċjali li għaqqad lil Pawlu VI u l-Kumpanija ta’ Ġesù u jgħinna nifhmu s-sentimenti tiegħu fil-fond kemm meta kien

Lil Ħbiebna - IIr-Raba’ Ħarġa 2018

jagħti kuraġġ u jafda ħidmiet ta’ responsabbiltà, kif ukoll meta ħass il-bżonn li jiġbed l-attenzjoni b’mod qawwi f ’isem il-fedeltà lejn il-fiżjonomija Injazjana li taha l-Fundatur tagħha. “Lil dawk li nħobb, jien inwiddibhom u ngħallimhom.” (Apok 3:19) Fl-edukazzjoni, fir-relazzjoni ta’ ħbiberija, fl-istil ta’ gvern, fl-imħabba li ġġib flimkien ħniena u verità, fl-approvazzjoni u filkorrezzjoni mimlija mħabba; jekk jonqos wieħed minn dawn l-aspetti, hemm xi ħaġa nieqsa fl-awtentiċità tar-relazzjoni. Proprju dan jidher fl-istil ta’ Pawlu VI fil-mumenti ta’ ferħ u fil-mumenti iebsa tal-istorja talKumpanija wara l-Konċilju. Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet nifhmu aħjar id-diskors tiegħu filbidu tal-Kongregazzjoni 32 fl-1974. Insibu kliem ta’ affett li kull istitut reliġjuż jixtieq jisma’ minn fomm il-Papa: “Kullimkien fil-Knisja, anki fl-oqsma l-iżjed iebsa u fuq quddiem, f ’salib it-toroq tal-ideoloġiji u fittrunċieri soċjali, dejjem kien hemm u għad hemm il-konfront bejn l-eżiġenzi jaħarqu tal-bniedem u l-messaġġ dejjiemi tal-Vanġelu. Hemm kien hemm u għad hemm il-Ġiżwiti.” Iżda dawn il-kliem jinstemgħu ukoll bħala sejħa biex nixhdu llum ukoll b’fedeltà sħiħa lejn ilkariżma tal-fondazzjoni hekk li l-Knisja u l-Papa jibqgħu jafdaw lill-Kumpanija u jagħtuha f ’idejha ħidmiet ta’ responsabbiltà. F’dawk il-jiem kienet qed iddur f ’idejn ilĠiżwiti fl-Italja karikatura simpatika ta’ minibus mimli Ġiżwiti, misjuq minn Fr Arrupe li jiġi mwaqqaf minn gwardjan lokali b’wiċċ Pawlu VI li jistaqsihom: “Minn fejn ġejjin? Min intom? Fejn sejrin?” Dan il-kwadrett kien ifisser sewwa r-realtà: ilPapa kien qed jeżerċita r-rwol tiegħu ta’ gwardjan bħala garanzija tal-identità tagħna reliġjuża, appostolika u presbiterali, kif deskritti fil-Formula Instituti, b’vot speċjali li jgħaqqadna malPapa, l-ewwel kap u dak ewlieni tal-Kumpanija mwaqqfa minn Injazju.

77


Storja

Miktub minn Mons. Philip Calleja

Ir-rabta ta’ Malta u l-Maltin mal-Papa Pawlu VI Ftit qabel il-kanonizzazzjoni ta’ Papa Pawlu VI, il-ġurnal “Il-Leħen” tal-Azzjoni Kattolika ppubblika artiklu li bil-permess ġentili tal-Editur qegħdin nippubblikaw siltiet minnu fir-rivista tagħna

Papa Pawlu VI jilqa’ lill-missjunarji Maltin bir-relikwa ta’ id San Pawl

8

Lill-Kardinal Giovanni Battista Montini sirt naf bih meta wara l-mewt ta’ Papa Ġwanni XXIII, nhar il-21 ta’ Ġunju 1963, dehret id-daħna bajda ħierġa miċ-ċumnija tal-Vatikan tħabbar li għandna Papa ġdid bl-isem ta’ Papa Pawlu VI.

Ta xejra ġdida lill-Papat Meta Giovanni Battista Montini, imwieled l-Italja fis-26 ta’ Settembru 1897, inħatar Papa, ta xeħta ġdida lill-Papat. Beda ħiereġ mill-Italja u fil-medda tal-Papat tiegħu żar l-Art Imqaddsa, l-Amerika, l-Indja, it-Turkija, il-Kolombja, l-Awstralja, l-Indoneżja u l-Filippini fejn fl-24 ta’ Novembru ġie ferut. Hu kien bniedem determinat u wassal biex il-Konċilju mibdi minn Papa Roncalli jwasslu fit-tmiem u jippreżenta inizjattivi ġodda fil-Knisja fosthom il-liturġija bil-lingwa tal-post (Quddiesa u Brevjar bil-Malti) u spirtu ekumeniku ħaj li kompla jtejjeb irrelazzjonijiet mal-knejjes Kristjani u neħħa l-iskomunika fuq il-knejjes tal-Lvant mogħtija fl-1054. Meta beda jiltaqa’ u jitkellem ma’ nies ta’ twemmin nisrani ieħor (protestanti, kopti, eċċ) u beda jsejħilhom ħutna l-bniet. Kiteb l-enċiklika Humanae Vitae b’aċċent dwar il-kontroll tat-twelid u tliet enċikliċi Marjani. F’waħda minnhom iddikjara lil Marija bħala Omm il-Knisja. Tana tagħlima kbira meta li fl-1964, bħala “qaddej tal-qaddejja”, neħħa l-użu tat-tijara papali minn rasu, offrieha għall-bejgħ u ried li d-dħul minnha jingħata lill-foqra. Il-Kardinal Spellman offra miljun dollaru u żammha b’memorja merfugħa fil-Bażilika talImmakulata Kunċizzjoni f ’Washington. Ressaqni verament lejh meta nżilt inżur il-kannierja fejn huma midfuna l-papiet u rajt il-lapida ta’ Papa Pawlu VI mal-art għax ħalla bil-miktub minn idejh li meta jmut jiġi Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Papa Pawlu VI ibierek ix-xbieha tal-Madonna tal-Emigranti

midfun f ’qabar bla monumenti fuqu. Ħaġa li verament impressjonatni kienet li nsir naf li din kienet volontà tiegħu. Miet b’attakk f ’qalbu nhar is-6 ta’ Awwissu 1978 ftit wara l-mewt tal-ħabib kbir tiegħu Aldo Moro li kien offra li jinżamm floku meta kien miżmum priġunier fil-moħbi. Papa Pawlu u l-Emigranti Ir-rabta ta’ Papa Pawlu VI, l-awtur tal-Motu Proprio Pastoralis Migratorum Cura maħruġ fil-15 ta’ Awwissu 1969, mal-ħidma tal-Kummissjoni Emigranti b’risq l-emigranti Maltin hi kbira u għażiża ħafna. Jien ngħożż fl-uffiċċju tiegħi l-Barka Appostolika tiegħu fuqi u fuq sħabi membri tal-Kummissjoni Emigranti ffirmata minnu personalment fl-1966. Qed nippubblika żewġ ritratti għeżież li jixhdu r-rabta ta’ Papa Pawlu VI ma’ Malta u l-Maltin emigrati. L-ewwel wieħed juri lil Papa Pawlu VI jbierek ix-xbieha tal-Madonna tal-Emigranti, pittura

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

tal-artist Malti Emvin Cremona li pinġa l-Madonna ssegwi l-emigranti jtiru lejn artijiet oħra u timxi magħhom bil-ħarsa u l-barka tagħha. Il-Papa jidher jifraħ bil-pittura u jisma’ lilna nkellmuh fuq l-eluf kbar ta’ emigranti li ħarġu minn Malta għallAwstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ingilterra wara t-Tieni Gwerra Dinjija u eluf ta’ oħrajn li ħarġu minn Malta għall-Afrika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel qabel il-Gwerra. Il-Papa bierek il-kwadru u ġegħilna ngħidu talba miegħu lill-Madonna għallemigranti u l-familji li kattru tant ulied fl-artijiet tal-emigrazzjoni. Dan il-kwadru jinżamm b’għożża kbira wara l-artal f ’Dar l-Emigrant il-Belt Valletta. Ir-ritratt l-ieħor juri lil Papa Pawlu VI jilqa’ lill-missjunarji Maltin fi triqthom lura millmissjoni tagħhom bir-relikwa ta’ id San Pawl fost l-emigranti Maltin fl-Awstralja u jgħidilhom: “Jien ukoll jisimni Pawlu. Jien ukoll irrid inbus ir-relikwa ta’ San Pawl.” Wara żied li, “Lil Malta u lill-Maltin nagħti barka speċjalissima.” Id-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti Monsinjur Alfred Vella ħass li kellu jkun preżenti għall-kanonizzazzjoni ta’ Papa Pawlu VI filVatikan.

9


Storja

Miktub minn Fr Joseph Cassar SJ

San Oscar Romero u l-Ġiżwita Rutilio Grande Martri mnebbaħ minn martri ieħor Fl-14 ta’ Ottubru, 2018, flimkien mal-Papa Pawlu VI, il-Papa Franġisku kkanonizza wkoll ’l-Arċisqof Oscar Romero u ħamsa oħra.

Fit-tliet snin li għamel bħala Arċisqof tal-belt ta’ San Salvador, Oscar Romero tnaqqax fil-qalb tal-poplu b’mod li ma jitħassarx. X’wassal biex Monseñor - kif kienu jsejħulu n-nies - ħalla impatt daqshekk kbir fil-qalb tal-poplu? Fi ftit kliem, f ’Romero għarfu lil Ġesù. Id-demm ta’ Oscar Romero tħallat mad-demm ta’ Kristu meta qatluh waqt il-Quddiesa nhar l-24 ta’ Marzu 1980. Romero kellu 62 sena. Tliet snin qabel, Romero nħatar arċisqof ta’ San Salvador, il-belt kapitali ta’ El Salvador, pajjiż żgħir flAmerika Ċentrali. L-għażla tiegħu ma kellhiex taqla’ nkwiet. Romero ntgħażel għax kien ta’ xeħta tradizzjonali, jehda bil-ħidma tal-uffiċċju u ma jnaffarx lill-gvern dittatorjali lemini appoġġjat mill-Istati Uniti. Il-gvern, is-sidien tal-artijiet sinjuruni, u l-militar kollha kellhom moħħhom mistrieħ. Kollox inbidel fit-12 ta’ Marzu 1977. Kien isSibt. Fr Rutilio Grande, saċerdot Ġiżwita ta’ 57 sena u ħabib ta’ Romero miż-żmien is-seminarju, kien qed isuq Volkswagen antika fi triqtu lejn ir-raħal ta’ Aguilares, fejn kien imur kull ġimgħa għall-quddisiet tal-Ħadd. Kellu miegħu sagristan imdaħħal fiż-żmien u ġuvnott ta’ 16-il sena. F’ħakka t’għajn, l-iskwadri tal-mewt li kienu jappoġġjaw id-dittatorjat lemini u jitterrorizzaw lill-fqar fetħu n-nar fuq il-karozza tagħhom u qatlu lil Rutilio Grande u liż-żewġ passiġġieri tiegħu. L-aħbar malajr ġriet. Fr Rutilio kien maħbub min-nies. Kien saċerdot twajjeb, ħabrieki, għaqli u jħobb il-fqar. Fl-omeliji tiegħu, il-Ġiżwita kien jorbot il-ħajja u t-tbatija tal-fqar li kien jaqdi mal-ħajja ta’ Ġesù kif insibu fl-Evanġelju. Bi kliem Ġesù, kien juri li l-inġustizzja u l-moħqrija li kienu jbatu l-fqar ma kinux ir-rieda ta’ Alla, u li Alla ried il-ħelsien tal-poplu tiegħu—il-fqar. Bil-qtil ta’ Rutilio Grande, f ’Romero seħħet bidla qawwija. Minn dakinhar ’il quddiem, Romero ra rabta qawwija bejn il-mixi wara Ġesù u l-missjoni li l-Knisja għandha taqdi u ħajtu ħadet xejra oħra. U n-nies? X’raw f ’Romero?

10

Romero sar mudell tal-mixi wara Ġesù Alla mela lil Romero bl-ilħna tat-tbatija tal-fqar - il-poplu magħżul ta’ Alla - u b’leħen id-demm tal-martri innoċenti Rutilio Grande, li tant kien jaqbeż għall-fqar. Bil-mewt ta’ Rutilio Grande, Romero ġarrab konverżjoni profonda fil-missjoni tiegħu. Alla wera lil Romero kif kellu jaqdih biex il-poplu ta’ Alla jkollu iktar ħajja u biex il-Knisja terġa’ tikseb il-polz profetiku li kienet tilfet. Sa dakinhar, Romero kien jaħseb fil-fqar. Minn dak il-waqt ’il quddiem, il-fqar u ċ-ċkejknin ta’ din l-art saru għal Romero l-qalba li tagħti d-direzzjoni lill-ħidma pastorali tiegħu. Romero fehem li l-missjoni tal-Knisja hija x-xandir tas-Saltna ta’ Alla. Fl-istess ħin, fehem ukoll li m’hemmx triq oħra għax-xandir tas-Saltna ta’ Alla ħlief it-tħabbir tal-Bxara t-Tajba lill-fqar u l-maħqurin. Romero mhux biss mexa wara Ġesu. Fil-ħidma tiegħu dehret il-ħidma ta’ Alla. Ġimgħa wara l-qtil ta’ Rutilio Grande, Romero ordna li fid-djoċesi ta’ San Salvador ma titqaddes l-ebda Quddiesa talĦadd ħlief Quddiesa waħda biss fil-katidral. B’dik il-Quddiesa unika, Monseñor Romero wera spirtu evanġeliku qawwi għax wera l-verità dwar il-qtil tal-Ġiżwita Rutilio Grande. In-nies inġemgħet bi ħġarha għal dik il-Quddiesa waħda—saħansitra marru nies li ma jemmnux għax riedu jisimgħu kelma mill-Knisja. B’dixxerniment Nisrani qawwi, bi kliem marbut mal-Evanġelju, Romero wera li lil Rutilio Grande qatluh għax xandar l-Evanġelju li jiddefendi lill-fqar, mhux għax kien jiddeffes fil-politika. Fl-omelija, Monseñor fakkar kif ilKelma ta’ Alla u s-sagramenti jibnu l-Knisja bħala l-preżenza ta’ Ġesù fid-dinja. B’dik il-Quddiesa unika, Romero bena l-Knisja u bena l-għaqda filKnisja. Romero sar salvazzjoni għall-poplu Fid-djarju spiritwali tiegħu, Romero jikteb Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Il-Mons. Oscar Romero jidher hawn fuq in-naħa tal-lemin jgħaddi ritratt tal-Ġiżwita Rutilio Grande lil Papa Pawlu VI

li t-triq lejn Aguilares—fejn qatlu lil Rutilio Grande—saret għalih bħat-triq lejn Damasku għal San Pawl. Romero bħal infetħulu għajnejh għarrealtà ħarxa tal-fqar, ikkawżata mill-inġustizzja istituzzjonalizzata. Il-gvern kien juża l-armata u l-iskwadri tal-mewt biex iħares l-interessi tassinjuruni sidien tal-artijiet, li sa dak iż-żmien ħafna minnhom kienu ħbieb ta’ Romero. Romero fehem li kien imsejjaħ biex isir, fi kliemu stess, “il-leħen ta’ dawk li m’għandhomx leħen, biex ngħajjat kontra tant tkasbir tad-drittijiet tal-bniedem.” Ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu, l-omelija ta’ Monseñor bdiet tixxandar fuq ir-radju tal-Knisja. Dak il-ħin, il-pajjiż kollu kien jieqaf. Romero fehem min kienu tassew il-fqar, vittmi tal-inġustizzja. Xi xahrejn wara l-qtil ta’ Rutilio Grande, is-suldati qatlu bejn mija u mitejn ruħ oħra—campesinos, nies fqar talkampanja—fir-raħal ta’ Aguilares. Meta wara xahar wara l-armata fl-aħħar ħalliet lill-Monseñor jidħol f ’Aguilares, Romero qal lil dawk il-fqar imwerwrin, “Intom ix-xbieha ta’ Alla minfud.” Kristu kien għadu jġarrab il-passjoni tiegħu fit-tbatija tal-fqar. Fil-kelma qawwija ta’ Monseñor, il-fqar kienu jħossu lil Alla jieqaf magħhom u jidħol għalihom biex isalvahom minn dik it-tbatija. B’Monseñor Romero, Alla għadda minn El Salvador Romero ma baqax biss l-Arċisqof li jitkellem għall-fqar. Huwa sar “grazzja” għan-nies. In-nies bdew iħossu li permezz ta’ Romero, Alla kien qrib tagħhom u f ’nofshom. Alla kien qed jagħti lilu

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

nnifsu lilhom. Romero għaraf x’kienu l-konsegwenzi serji tal-predikazzjoni tal-Evanġelu bla tlaqliq. Il-mexxejja bdew jakkużaw lil Romero li qed jindaħal fil-politika u jittraskura l-ħidma pastorali. Bdew jinsultawh fil-gazzetti u fil-mezzi tax-xandir u qalgħu fuqu qlajja’ bla għadd biex ikissruh. Il-moħqrija ħraxet. Saċerdoti magħrufa għallħidma tagħhom mal-fqar, katekisti, u tant u tant campesinos ġew ittorturati jew maqtula. Romero ġieli ħassu jibża’ u jaqta’ qalbu. Mhux darba u tnejn heddewh li joqtluh. Imma Monseñor ma setax jiskot waqt li l-fqar tant kienu qed ibatu. Saħansitra xi isqfijiet u qassisin ħaduha kontrih. Romero żamm sħiħ, ukoll wara li ppruvaw jagħmlulu bomba fi Frar tal-1980. Fl-omelija tal-Ħadd, 23 ta’ Marzu, Romero għajjat kelma ta’ twissija lill-militar u l-mexxejja talpajjiż: “Nokorbilkom, nitlobkom, nordalkom f ’isem Alla: waqqfu din il-moħqrija!” Kienet l-aħħar għajta. L-għada, it-Tnejn, 24 ta’ Marzu 1980, fis-6.25 ta’ filgħaxija, huwa u jħejji l-altar biex jilqa’ fuqu l-Ġisem ta’ Kristu—waqt l-offertorju—Romero nqatel b’tir u waqa’ mal-art b’demmu jċarċar. Kien offra ħajtu ma’ Ġesù għas-salvazzjoni tal-poplu tiegħu. In-nies fehmet li, bħal Ġesù, Romero kien ta ħajtu għalihom. Ma kellhom l-ebda dubju li Monseñor kien qaddis. Bil-kanonizzazzjoni ta’ Romero fl-14 ta’ Ottubru li għadda, il-Knisja għarfet uffiċjalment dak li l-fqar għarfu minnufih: Romero kien qaddis, mibgħut minn Alla biex isalva l-poplu tiegħu. F’Marzu li għadda, tħabbar li nfetħet il-kawza għall-beatifikazzjoni tal-martri Ġiżwita Rutilio Grande.

11


Spiritwalità

Miktub minn Maria Theresa Portelli

Spiritwalità Injazjana

L-esperjenza tiegħi tal-Eżerċizzi Spiritwali (3) F’din il-ħarġa l-kollaboratriċi tagħna tkompli u tikkonkludi l-esperjenzi sbieħ tagħha meta għamlet l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju fil-ħajja ta’ kuljum.

12

It-Tielet Ġimgħa L-għan tat-Tielet Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’ Injazju, li m’hijiex ġimgħa kalendarja kif nifhmuha aħna imma hija fażi oħra ta’ dawn l-Eżerċizzi, hu l-identifikazzjoni ma’ Kristu fit-tbatijiet u l-mewt tiegħu. Fl-esperjenza spiritwali li kont għaddejja minnha, issa li kont dħalt f ’relazzjoni tant intima ma’ Ġesù, ridt li nkun qribu wkoll anki f ’dawn il-mumenti tant kiefra għalih. Fil-kontemplazzjonijiet li għamilt mill-Aħħar Ċena sad-Difna tiegħu, ridt li nakkumpanjah. Il-grazzja li kont qed nitlob kienet dik “li nitnikket ma’ Kristu mimli niket, li qalbi tittertaq ma’ Kristu hekk muġugħ, li nxerred dmugħ, li nħoss piena ġo fija minħabba tant tbatija li Kristu sofra għalija” (ES, 203). Tul it-tbatija u l-mewt tiegħU, rajt l-umanità, l-ubbidjenza u l-perseveranza ta’ Ġesù u l-għotja tiegħu nnifsu għalija personali. Meta kont nimmaġina x-xeni tal-Passjoni u l-Mewt u nsir parti minnhom, kont inħossni mnikkta ħafna imma fl-istess ħin insib lili nnifsi fil-paċi u rassenjata għal dak li Ġesù kien qed jgħaddi minnu. Kont nistagħġeb bis-skiet ta’ Ġesù quddiem dik it-tbatija kollha. Kien skiet doloruż imma kien jagħtini ħafna serħan. Jien ukoll ħassejt id-dieqa u bkejt (ES, 195) għaliex dak kollu li kien qed jiġri lil Ġesù kien minħabba d-dnub tiegħi (ES, 197): “Hu faraġ ukoll meta r-ruħ ixxerred dmugħ li jwassalha għall-imħabba tal-Mulej tagħha, sew jekk tibki b’sogħba ta’ dnubietha, sew jekk minħabba l-passjoni ta’ Kristu Sidna…” (ES, 316). Dalmumenti kienu grazzja kbira ta’ ħafna għaqda miegħU, kemm waqt il-ħin tat-talb u anke meta kont inkun il-Quddies u nġib quddiem għajnejja xi xeni li nkun ikkontemplajt. Injazju jitlob lill-eżerċitant biex “jikkunsidra kif iddivinità tinħeba” (ES, 196). F’dal-kontemplazzjonijiet rajtha toħroġ ħafna l-fraġilità ta’ Ġesù-bniedem. Il-mewt tiegħU nislet fija sens ta’ tama. Fid-difna tiegħu kelli x-xewqa li nkun flok il-faxex li għamlulu ma’ ġismu, għax dawn kienu se jibqgħu miegħu. Li ma stajtx nibqa’ fiżikament miegħu f ’dal-punt, kienet niktitni xi ftit. Il-mumenti ta’ talb li kelli tul din it-Tielet Ġimgħa tawni wkoll il-grazzja li l-Mulej ikompli jikkonfermali s-sejħat li Hu għamilli, speċjalment tul it-Tieni Ġimgħa tal-Eżerċizzi li ktibt dwarha fl-artiklu tal-ħarġa li għaddiet. Huma sejħat li waħħduni aktar miegħu u li permezz tagħhom stajt insegwiH aktar mill-qrib. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


Ir-Raba’ Ġimgħa Din ir-Raba’ Ġimgħa tal-Eżerċizzi hija żmien ta’ ċelebrazzjoni, li matulha l-eżerċitant “jitlob il-grazzja li jifraħ u jithenna bis-sħiħ meta jaħseb fil-glorja hekk kbira u l-ferħ ta’ Kristu Sidna” (ES, 221). It-tama li ħassejt fil-mewt ta’ Ġesù bdejt inħossha wisq iżjed issa fil-kontemplazzjonijiet dwar il-misteri kollha tal-Qawmien sat-Tlugħ fis-Sema. Il-mewt tiegħU wasslet għall-ħajja! Rajt lil Ġesù fil-milja tiegħu ta’ Alla li hu u d-differenza bejn Ġesù filPassjoni u Ġesù Rxuxtat. Kif anki jgħid Injazju, fil-Passjoni jispikka Ġesù-bniedem imma fl-Irxoxt, Ġesù-Alla: “Nikkunsidra kif id-divinità, li fil-Passjoni kienet donnha nħbiet, issa fil-Qawmien imqaddes terġa’ tidher, u turi ruħha b’mod hekk tal-għaġeb fleffetti veru u l-iktar qaddisa tagħha” (ES, 223). Anki f ’din ir-Raba’ Ġimgħa, ġratli kemm-il darba mhux biss fil-ħin tat-talb imma anke waqt ilQuddies, l-aktar fil-parti tal-Konsagrazzjoni tal-ħobż u l-inbid u wara t-Tqarbin, li lil Ġesù esperjenzajtu ħaj u rxuxtat. Kienet preżenza qawwija li ġġibli dmugħ u ħafna paċi (ES, 316). Ir-Raba’ Ġimgħa, li ttemm l-Eżerċizzi Spiritwali, tista’ titqies bħala l-pont bejn l-Eżerċizzi nfushom u l-ħajja ta’ kuljum wara tmiem l-Eżerċizzi. Filfatt, Sant’ Injazju fi tmiem l-Eżerċizzi jirrakkomanda li ssir dik li hu jsejjaħ bħala l-Kontemplazzjoni biex Naslu għall-Imħabba.

lejH u ġenerożità kif ukoll ta’ konferma għas-sejħat li l-Mulej jagħmilli. Fit-tmiem rajt kontinwità ta’ aktar profondità ma’ Alla. Billi kif jgħid San Pawl, fil-meditazzjonijiet u l-kontemplazzjonijiet “dħalt fil-qalba tal-misteru ta’ Kristu” (Ef.3: 4), lil Alla sirt nafu aktar mill-qrib f ’dawn l-Eżerċizzi u l-esperjenza tiegħU kienet ħajja u qawwija. Lil Injazju sirt inħobbu aktar għax doqt ftit minn dak li hu għadda minnu u kiteb dwaru. Kienu mumenti li ma nistax infissirhom bil-kliem għax ma kinux esperjenza ta’ kliem imma ta’ ħafna mħabba: “Dawramejt int tħaddanni, u tqegħdli idek fuqi” (Salm 139: 5). Fi tmiem l-esperjenza tal-Eżerċizzi Spiritwali stajt ngħid u nista’ nkompli ngħid - “kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek Mulej” (Salm104: 24) u “nrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha” (Salm 111: 1). Tmiem is-sensiela ta’ dawn l-artikli Referenzi Sant’Injazju ta’ Loyola. L-Eżerċizzi Spiritwali. (2006) Maqlub għallMalti minn P. Mallia SJ u A.G. Vella SJ.

Il-Kontemplazzjoni biex naslu għall-imħabba Maqsuma f ’erba’ partijiet, din hi l-qofol talIrtir kollu, għaliex filwaqt li hi l-aħħar eżerċizzju tirrapprezenta wkoll l-għan tal-Erba’ Ġimgħat tal-Eżerċizzi. Hemm ħafna xebħ bejn din ilKontemplazzjoni u l-Prinċipju u Pedament li kellimtkom dwaru fl-ewwel artiklu tiegħi. Din ilKontemplazzjoni hi wkoll prinċipju u pedament għal ħajti għaliex wara li għamilt din il-mixja spiritwali, issa fil-ħajja tiegħi rrid ngħix l-imħabba. Fil-partijiet differenti ta’ din il-Kontemplazzjoni rajt li kollox qed ifaħħar ’l Alla u kif hemm Alla f ’kollox, anke fija. Dak kollu li hawn madwari għamlu għalija personalment u għadu “jaħdem u jitħabat” għalija sal-lum. Rajt kemm Alla hu abbundanti u ġeneruż. Bit-talba “Ħu Mulej u ilqa’” li ttemm din il-Kontemplazzjoni, filwaqt li rrikonoxxejt li dak kollu li għandi tahuli Alla, irrid inroddulu lura biex jagħmel minnu skont ir-rieda tiegħu. Il-Kontemplazzjoni biex naslu għall-imħabba tippreżenta l-mod kif infittxu, insibu u nħobbu lil Alla f ’ħajjitna kollha u nsiru kontemplattivi flazzjoni. Din hija l-bażi tal-Ispiritwalità Injazjana. It-tmiem tal-Irtir għalija kien it-tkomplija ta’ ħafna esperjenzi oħra mal-Mulej, ta’ aktar disponibbilità Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

13

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


’l Hawn u ’l He Beatifikazzjoni Fl-20 ta’ Ottubru 2018, f ’Málaga, Spanja, kien ibbeatifikat il-Ġiżwita Fr Tiburcio Arnaiz Muňoz. Twieled fil-11 ta’ Awwissu 1865. Daħal is-seminarju u kien ordnat qassis. Beda jaħdem f ’diversi parroċċi u kiseb id-dottorat fitteologija. Fl-1902, wara l-mewt ta’ ommu, daħal Ġiżwita u, allura, qata’ xewqtu. Beda jagħti l-Eżerċizzi Spiritwali u ngħata wkoll għal missjonijiet popolari. Fl-1912, mar Malaga, fejn qatta’ l-kumplament ta’ ħajtu, sakemm miet fit-18 ta’ Lulju, 1926. Bħal Ġiżwiti oħra fi Spanja, hu ħadem ħafna biex jevanġelizza f ’diversi postijiet fi Spanja, fil-bliet u flirħula. Fl-1921, iltaqa’ ma’ mara li kienet qed taħseb biex tmur taħdem f ’xi missjoni ’l bogħod. Arnaiz ipperswadiha biex ma tmurx u minflok, flimkien, waqqfu assoċjazzjoni ta’ nisa lajċi ikkonsagrati biex jgħixu fl-irħula fost il-fqar, jevanġelizzaw u jgħallmu. Ħadem mal-Kongregazzjoni Marjana u l-Appostolat tat-Talb, żar il-prigunieri fil-ħabs u l-morda f ’darhom u fl-isptar. Ħabrek biex jinfetħu skejjel u jinbnew djar għannies fil-bżonn. Matul ħajtu, fost in-nies ta’ Málaga, kellu fama ta’ qaddis u, għaldaqstant, kellu funeral kbir meta miet. Wara mewtu, nies minn kull klassi soċjali kienu jżuru l-qabar tiegħu fil-knisja tal-Ġiżwiti, fiċ-ċentru tal-belt.

Żewġ Ċentinarji Is-Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, Fr Arturo Sosa, ħabbar li bejn l-2021 u l-2022, ser ikun hemm Sena Injazjana biex jitfakkru żewġ mumenti importanti fil-ħajja tal-Ordni tal-Ġiżwiti. L-ewwel ċentinarju jfakkar il-500 anniversarju tal-konverzjoni ta’ San Injazju minn Loyola, wara li safa ferut fil-Battalja ta’ Pamplona (1521-2021). It-tieni mument hu l-400 sena mill-kanonizzazzjoni talFundatur, flimkien ma’ San Franġisk Saverju (16222022). Fr Sosa qal li tkun okkazjoni tajba biex niddiskutu t-temi fundamentali tal-ħajja tal-missjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù, bħalma huma d-dixxerniment Injazjan u l-ispiritwalità Injazjana. Hu żied jgħid li “Aħna rridu niċċelebraw is-Sena Injazjana mhux f ’sens ta’ trijomfaliżmu, imma bħala opportunità speċjali fis-servizz lill-Knisja. Nixtiequ noffrulha l-aħjar li hu tagħna fl-ispirtu ġenwin talKontemplazzjoni biex ikollok l-imħabba.”

Il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi Wara l-vaganzi tas-sajf, meta l-Kulleġġ fetaħ għall111-il sena skolastika, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Kulleġġ, fil-Kinder 2 tal-Primarja, kien hemm ukoll 36 tifla li bdiet il-mixja ta’ erbatax-il sena, mill-Primarja sas-Sixth Form; din kienet bidla storika. Imbagħad, fil-bidu t’Ottubru, bħalma jsir kull sena fis7 t’Ottubru, l-1,535 student, flimkien ma’ 229 għalliem u 66 ħaddiem, inġabru fil-knisja kbira ta’ Santa Tereza ħalli jfakkru Jum il-Fondazzjoni, u ħadu sehem f ’Quddiesa

14

li mexxa l-Isqof Joseph Galea Curmi, li kien studja hu wkoll fis-Sixth Form tal-Kulleġġ. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


emm mal-Ġiżwiti Premju għaċ-“Ċavetta”

Meta twaqqaf l-Istitut Paulo Freire tal-Ġiżwiti fiż-Żejtun, wieħed mill-għanijiet kien sabiex iħajru lin-nies jaqraw u jiktbu. Illum, huwa indispensabbli li wieħed ikun jaf jikteb u jaqra. Fr Vince Magri, li kien id-Direttur tal-Istitut, ħabrek biex bl-għajnuna ta’ esperti, jiżviluppaw għodda ħalli jindirizzaw lill-adulti illitterati. Il-materjal inkiteb minn David Muscat u Carmen Mamo, li fl-2011 ingħata l-premju tal-“Aqwa Ktieb Tas-Sena” milKunsill Nazzjonali tal-Ktieb. “Iċ-“Ċavetta,” ippubblikat fl-2008 mill-Istitut Paulo Freire, hu l-unika għodda ta’ din ix-xorta li kienet magħmula speċifikament għall-adulti u ż-żgħażagħ. Wara ftit, bdiet ħidma biex din l-għodda ma tibqax biss ktieb stampat imma ssir b’forma digitali, u hekk

ikun aċċessibbli għal kulħadd fuq il-kompjuter jew ilmowbajl. Bl-għajnuna ta’ diversi esperti tat-teknologija, ix-xogħol beda u intemm. F’Novembru 2017, l-Istitut u l-Vodafone Malta Foundation waslu biex nedew iċ-“Ċavetta” b’forma digitali. Dan ir-riżors b’xejn jista’ jiġi accessat mis-sit www.cavetta. org.mt kif ukoll permezz ta’ app li jista’ jiġi mniżżel millApple Ap Store jew mill-Google Play Store. Fit-23 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, iċ-Ċavetta rebaħ il premju tal-Proġett EPALE (Electronic Platform for Adult Digital Learning) 2018, tal-Kummissjoni Ewropea.

Jiżdiedu n-Novizzi mal-Ġiżwiti Bi pjaċir u b’radd il-ħajr lil Alla, qegħdin ninnutaw li f ’dawn l-aħħar tliet snin, f ’diversi pajjiżi, in-numru ta’ żgħażagħ li qegħdin jidħlu bħala novizzi mal-Ġiżwiti qiegħed jiżdied. Din is-sena, fl-għaxar novizzjati tal-Ġiżwiti fl-Ewropa, daħlu 42 novizz. Bis-47 novizz fit-tieni sena, b’kollox fl-Ewropa u l-Lvant Qrib, hawn 89 novizz. (Fir-ritratt t’hawn fuq jidhru l-10 novizzi li qedin fin-novizzjat ta’ Genoa). Fl-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, fil-Provinċji tal-Ġiżwiti fid-dinja kollha, kien hemm 756 novizz, żjieda fuq is-sena ta’ qabel. Ta’ min jinnota li minn dawn is-756 novizz, 271 kienu fl-Indja u 150 kienu fl-Afrika, jiġifieri iżjed min-nofs. Inkomplu nitolbu biex il-Mulej jibgħat iktar ħaddiema fl-għalqa tiegħu.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

Fr Alfred Darmanin onorat mill-Università Fl-1975, Fr Alfred Darmanin beda jgħallem il-Psikologija fl-Università ta’ Malta. Wara waqfa qasira fl-1984, reġa’ beda jgħallem. Hu għamel l-almu tiegħu biex iwaqqaf id-Dipartiment tal-Psikologija, u bejn l-1989 u l-1994, kien il-Kap tadDipartiment tal-Psikologija. Baqa’ jgħallem sal-2015, is-sena li fiha, minħabba saħħtu, kellu jieqaf. Illum, jinsab rikoverat f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Is-Senat tal-Università iddeċieda li juri l-gratitudni lejn Fr Darmanin għas-snin twal ta’ servizz li ta lil mijiet ta’ studenti permezz tat-tagħlim u l-pubblikazzjonijiet tiegħu, u ried jonorah bl-għotja tal-Lawrija Honoris Causa tad-Dottorat fil-Letteratura. Iċ-ċerimonja saret fil-Knisja tal-Ġiżwiti, fil-Belt Valletta, u fil-bini l-qadim tal-Università nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru. Fis-26 ta’ Novembru, ir-Rettur tal-Universita’ flimkien mar-Registrar u Profs Mary-Anne Lauri marru Loyola House sabiex personalment jwasslu iċ-certifikat tal-Lawrija Honoris Causa lil Fr Alfred (ara r-ritratt). Mill-qalb, nifirħu lil Fr Darmanin għax-xhieda sabiħa li ta bħala Ġiżwita fil-qasam tal-appostolat intelletwali tal-Ġiżwiti, u lis-soċjetà f ’Malta u f ’pajjizi oħra.

15 15


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Pietre Vive - Ġebel ħaj Qatt smajt b’ġebel ħaj, ġebel li jitkellem, ġebel li jwassallek xi messaġġ? Stedint lill-membri ta’ din l-Għaqda jaqsmu mal-qarrejja l-esperjenzi tagħhom.

1. Minn Corinne Sammut M-Grimaud Pietre Vive (Ġebel ħaj jew Living Stones) hu Għaqda nisranija internazzjonali li twaqqfet fl2008. Hawn Malta, din tagħmel parti mill-Malta Catholic Youth Network. L-Għaqda hi magħmula minn komunitajiet ta’ żgħażagħ Insara li l-għan tagħha hu li jxandru l-imħabba ta’ Ġesù Kristu u s-sbuħija tal-Knisja permezz tal-meravilja tal-knejjes u l-arti fil-knejjes. Dan nagħmluh billi nkunu fi knisja, per eżempju il-Kon-Katridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u aħna dlonk nilqgħu lit-turisti u dawk li b’kumbinazzoni jidħlu fil-knisja msemmija. Dan is-servizz nagħmluh b’sens ta’ qadi u bla ħlas. Il-komunitajiet ta’ Living Stones għandhom l-istil distintiv tagħhom u jagħtu prijorità lit-talb personali u fil-komunità. Il-membri jaħdmu wkoll mal-fqar u t-tfal, u jagħtu attenzjoni lil dawk li jinsabu fil-konfini tas-soċjetà. Is-servizz tal-mixja komunitarja tagħna nagħmluh billi nittrasmettu s-sbuħija tal-fidi permezz tal-ġmiel tal-arti. B’hekk, inkunu nistgħu nakkumpanjaw, minkejja li għal ftit ħin, lil dawk li niltaqgħu magħhom, sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jilmħu din is-sbuħija. Fi kliem San Ġwann ta’ Damasku, “jekk pagan jistaqsik biex turih ilfidi tiegħek, daħħlu ġol-knisja u wrieh l-ikoni, u spjegalu s-sensiela ta’ pitturi reliġjużi”. 2. Minn Carla Borg Living Stones ġie fuqi mingħajr ma fittixtu. Madanakollu, kien dak li kelli bżonn nesperjenza f ’dak il-mument ta’ ħajti! Sirt naf b’din il-komunità internazzjonali bis-saħħa ta’ tfajla li hija membru attiv fiha. Kont iltqajt magħha matul ċelebrazzjoni taż-żgħażagħ, fejn konna qegħdin nesploraw ilmixja tagħna fil-fidi. Dakinhar, din it-tfajla tatni introduzzjoni ċkejkna dwar Living Stones. Dak il-ħin, ma tantx urejt interess imma meta għaddew ftit ġimgħat u rajt post fuq Facebook dwar ilkampijiet internazzjonali li kienu se jorganizzaw

16

dak is-sajf, bdiet tegħlibni l-kuriżità! Jiena nħobb ħafna nsiefer u ngħix ma’ persuni minn kulturi differenti. Barra minn hekk, wieħed mill-pajjiżi favoriti tiegħi huwa Spanja. Meta rajt li kien hemm kamp f ’Santiago de Compostela, ma stajtx inżomm lura milli nistaqsi għal aktar informazzjoni. Kont ċerta li din l-esperjenza kienet se tkun kruċjali għalija. Kienet se tagħtini l-opportunità li noħrog mill-comfort zone u nafda aktar f ’Alla. Kelli nsiefer waħdi u kont se nkun l-unika Maltija f ’din il-komunità ta’ Santiago imma kont lesta għall-isfida. Xi ħaga oħra li ħajritni kienet li kont se niltaqa’ mal-pellegrini. Għalkemm kont naf li nista’ nagħmel differenza ċkejkna f ’ħajjithom, jiena kont ċerta li se nirċievi ħafna wkoll. Esperjenza f’kamp fi Spanja

Din l-esperjenza fi Spanja damet madwar tlettax-il ġurnata. Fl-ewwel tlett ijiem, kellna l-formazzjoni. Żewg qassisin u xi voluntiera oħra taw lili u lil sħabi spjegazzjoni teoloġika dwar l-arkitettura tal-faċċati tal-katidral ta’ Santiago. Kellna l-privileġġ li nitgħallmu wkoll dwar ilfamuż Portico de La Gloria. Wasslulna messaġġi profondi dwar l-imħabba, il-ħniena u l-umanità ta’ Alla permezz tal-arti. Dan it-tagħlim għeni ħafna biex nikber spiritwalment, l-aktar meta bdejt naqsmu malpellegrini u t-turisti għax saru qisu parti minni. Bis-saħħa tal-mixja li jkunu għamlu, il-pellegrini jkunu kibru fl-għarfien dwarhom infushom u meta dan ikun magħġun mal-ispjegazzjoni tagħna, huma jkunu f ’pożizzjoni li jagħmlu aktar sens mill-esperjenza tagħhom. Waħda mill-partijiet li kont inħobb naqsam magħhom kienet li fil-passat, il-pellegrini kienu jaħarqu l-ħwejjeg tagħhom viċin il-katidral imma, imbagħad, kienu jingħatawlhom oħrajn ġodda. Dan kien bħal simbolu talmagħmudija fejn il-pellegrini kienu se jħallu l-ħajja qadima warajhom u jitwieldu mill-ġdid ma’ Kristu Rxoxt. Matul dan ix-xogħol volontarju,

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


ħassejt ukoll il-preżenza tanġibbli t’Alla permezz tal-għaqda filkomunità. Living Stones hija grazzja għalija u ninsab kuntenta li issa jiena nagħmel parti minn din il-komunità f ’Malta! 3. Minn Giulia Privitelli “Imma intom, min intom?” Fost il-ħafna reazzjonijiet li wieħed jista’ jkollu meta jirċievi xi ħaġa li ma jkunx qed jistenna – sewwa jekk hux oġġett materjali, esperjenza jew anke, fil-każ tagħna, spjegazzjoni ta’ xogħol artistiku – din tibqa’ l-aktar waħda ġenwina fost in-nies, Turisti li żaru l-kon- l-iktar waħda li toqrob lejn dak Katidral ta’ li hemm mirdum fil-qalb talSan Ġwann bniedem: tfittxija ta’ identità. jisimgħu Permezz ta’ lingwaġġ sieket ‘l membru is-simboli u l-istejjer impittrin tal-grupp fil-knejjes tagħna - li ftit li xejn Pietre Vive tispjegaljinftiehem illum ’il ġurnata, hom permezz tas-sbuħija viżiva, is-sinjifikat tal-arti “tas-seklu l-ieħor”, tal-arti filtal-arti “mejta” u “bla ħajja”, post huwa possibli li wieħed jista’, ironikament, jaqsam ħsibijiet profondi dwar dawk l-affarijiet li ma jidhrux, dwar stejjer personali u sitwazzjonijiet kontemporanji, dwar weġgħat u xewqat li, taħt forma jew oħra, kull bniedem iġorr f ’qalbu. Din il-mistoqsija, imkebba filveru intenzjoni tagħha, iżda, tasal bil-qawwa kollha tagħha fl-aħħar, u mhux fil-bidu tal-esperjenza. Ir-risposta ma tistax tieħu l-forma sempliċi ta’ isem jew spjegazzjoni ta’ x’inhi u x’tagħmel din l-Għaqda hekk imsejħa Pietre Vive. Mistoqsijiet

Il-mistoqsijiet li gejjin jitwieldu f ’mumenti ta’ kriżi: “intom min intom li tistgħu titkellmu hekk dwar din l-arti?”; “intom min intom li għandkom il-ħin x’toffru lil nies li ma tafux, lil nies li probabbli qatt m’intom se terġgħu tiltaqgħu magħhom?”; “intom min intom li ma taċċettawx flus għas-servizz li qed tagħtu?”. “Intom min intom?” hija l-mistoqsija ta’ persuna kurjuża, ta’ persuna li tkun intebħet b’xi ħaġa speċjali u mhux tas-soltu, li tkun skopriet xi ħaġa sorprendenti u parti ċkejkna minn xi ħaġa ferm ikbar, ta’ persuna b’qalb imqanqla; hija sewwasew l-istess mistoqsija li jagħmel Mosè wara li jilmaħ

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

il-ħuġġieġa fuq il-muntanja: “Int min int?”. Hija x-xewqa li wieħed isir jaf aktar iżda, fuq kollox, ixxewqa li wieħed jifhem aħjar dak li hemm iberren f ’qalbu stess. Għalhekk, din il-mistoqsija ssir aktar u aktar imprezzabbli fi żmien fejn ftit li xejn għandna ħin għalina nfusna, għal xulxin, għall-familja u għallħbieb... aħseb u ara għal nies barranin u li ma tafhomx! Li persuna ssaqsik “int min int?” fl-aħħar ta’ esperjenza mhijiex biss affermazzjoni jew xi tip ta’ rikkonoxximent li kont preżenti, imma tiżvela x-xewqa għall-bidu ta’ relazzjoni, xewqa għal djalogu tal-qalb, u forsi ħjiel ta’ trasformazzjoni interjuri, tal-mod kif wieħed jaħseb u jħares lejn dak li hu spiritwali. Dik il-mistoqsija li bdejna biha – dik indirizzata lilna – malajr tinbidel f ’“allura jien min jien?”. Għajr permezz ta’ Pietre Vive, ftit huma dawk l-esperjenzi li tulhom nista’ ngħid akkumpanjajt lil xi ħadd daqshekk mill-qrib... anke jekk għal żmien daqshekk qasir.

17

Esperjenzi

www.jesuit.org.mt


Storja

Miktub minn Rev Dr Nicholas Joseph Doublet

Dar Manresa fil-Furjana u l-arti tal-mewt it-tajba L-arti tal-mewt it-tajba: dan hu li spira il-fundaturi biex iwaqqfu dar tal-irtiri filFurjana. Biex wieħed jifhem għaliex dan, wieħed irid iqiegħed lilu innifsu fil-mentalità ta’ tradizzjoni li testendi mill-medjuevu sa l-epoka moderna, fil-perspettiva ta’ dinja fejn il-ħajja kienet iqsar, il-fraġilità tagħha evidenti u il-mewt realtà viżibli u konkreta.

Il-Kappella ġewwa Dar Ommna Marija ta’ Manresa, illum l-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

18

Il-Fathers Ġiżwiti, il-fundaturi tad-Dar talIrtiri fil-Furjana, sa mit-twaqqif tagħhom ingħataw għal-ministeru ta’ pastorali lill-morda u l-moribondi. Dan kien meqjus ministeru talikbar importanza, ispirat mill-kliem evanġeliku – “X’jiswielu il-bniedem li jirbaħ id-dinja kollha, imbgħad jitlef ruħu”. Sant’Injazju minn Loyola, il-Fundatur tal-Kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwiti) innifsu fil-ktieb tal-Eżerċizzi Spiritwali jistieden l-eżerċitant biex jikkontempla id-deċiżjonijiet tiegħu mill-perspettiva tas-sodda tal-mewt. Għalhekk kien meħtieġ li jitwaqqfu djar talirtiri, li fihom wiehed imur biex jipprepara wkoll

għal-mewt it-tajba. Ftit passi bogħod mill-belt Valletta, belt eleganti u barokka nistghu ngħidu metropoli għal żmienha, minħabba il-preżenza tal-Kavallieri u in-nies li attiraw, il-Ġiżwiti ħassew il-bżonn li jipprovdu fix-xagħra tal-Furjana, f ’post li kien għadu ftit jew wisq diżabitat, post idejali għar-riflessjoni fuq dak li verament jiswa. Lil hinn mill-ġid temporali li tiegħu il-belt kienet mera, il-Ġiżwiti xtaqu jipprovdu post fejn nies minn kull qasam tas-soċjetà, setgħu jirtiraw u jirriflettu fuq il-ħajja eterna. Li dan kien fil-moħħ tal-fundatur ta’ Dar Ommna Marija ta’ Manresa, il-Ġiżwita Padre Pier Francesco Rosignoli (1691-1775), huwa


www.jesuit.org.mt

Ix-xbieha talVerġni Marija bil-Bambin f’idejha, li tinstab fuq il-faċċata prinċipali

evidenti mill-istess ċiklu ikonografiku li jintgħażel għal-knisja li tifforma ilqalba ta’ dan il-kumpless. Il-binja ttellgħet bejn 1743-1751, fuq art mixtrija mill-bejgħ ta’ dar li l-Balliju Giovanni Battista Spinola kien ħalla lill-Ġiżwiti biex fiha jsiru l-irtiri. Huwa bini li jirrifletti il-kobor tal-idjoma arkitettonika ta’ żmienu, barokk li kien laħaq l-għola espressjoni tiegħu, u issa kien żviluppa fi stil aktar elaborat, imsejjaħ roccoco. Fuq il-faċċata ġiet skolpita ix-xbieha tal-patruna tal-post, il-Verġni Marija bil-Bambin f ’idejha, filwaqt li teżorta lill-eżerċitanti huma hu deħlin, bil-kliem mis-Salm 33 Venite filii audite me – Ejjew uliedi, isimgħu lili. Jakkumpanjaw din ixxbieha, hemm il-figuri ta’ San Ġwann Battista u ta’ San Pawl. Diġa mill-faċċata, l-għażla ikonografika tgħaqqad flimkien l-Ordni ta’ San Ġwann u il-poplu Malti, permezz tal-patruni tagħhom. Dan kien post miftuħ għal kulħadd. Dan l-aspett ikonografiku, li jibda mill-faċċata, joħroġ millġdid kemm fil-knisja, kif ukoll fiċ-ċiklu pittoriku li jzejjen is-sala tal-ikel. Għalhekk dan kien post fejn wieħed jirrifletti fuq l-eternità. L-eżerċizzi kellhom iservu sabiex wieħed jagħmel għażliet favur din l-għażla fundamentali għal Alla. Jidħol għalhekk b’mod sħiħ fit-tradizzjoni tal-arti tal-mewt it-tajba. Ilmument tal-mewt, mument okulari li jiddefinixxi il-ħajja tal-bniedem, kellu jiġi ippreparat sew. Tradizzjoni li tiżviluppa permezz ta’ kotba bħal ta’ Jean Gerson, Opusculum tripartitum (1404), li kien jinkludi riflessjoni fuq de scientia mortis, Ars Moriendi (1514), Erasmus De praeparatione ad mortem (1534). U b’ mod partikulari għalkaż tagħna, ix-xogħol ta’ Pietru Canisius, De consolandis aegrotis (1554). Ċertament Canisius kiteb l-introduzzjoni għalih, u għalkemm mhux ċert jekk huwiex l-awtur, żgur li jesprimi ilħsibijiet tiegħu fuq is-suġġett. Jiġbor fih tlett omeliji indirizzati għall-persuna li qed tmut, u għalhekk għall-ministeru ta’ konsolazzjoni. Kif jgħaqqad dan kollu ma Dar Manresa? It-tweġiba hija evidenti kif wieħed jidħol fil-knisja. It-titular jirrifletti l-iskop li għalih twaqqfet, dar għall-irtiri, u għalhekk fiċ-ċentru hemm impittra l-esperjenza ta’ Injazju jikteb l-eżerċizzi taħt it-tmexxija ta’ Marija. Minn hemm, il-pittur Franċiż Antoine Favraj (1706-

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

1798), li tiegħu hu iċ-ċiklu pittoriku li jżejjen din il-knisja, ġie mitlub ipitter ċiklu li jqiegħed quddiem l-eżerċitanti ir-raġuni tal-preżenza tagħħhom hemm. Il-mewt kienet xi ħaġa serja, is-siegħa tagħha nċerta, u għalhekk kienu hemm biex jippreparaw għaliha. Dan ix-xogħol bdieh fl-1748. Għalhekk wara li fuq ix-xellug, l-ewwel artal jqiegħed quddiemhom it-testimonjanza tal-patruni tal-Ordni u ta’ Malta, li it-tnejn bħalhom għamlu esperjenza ta’ deżert u ta’ preparazzjoni għall-ministeru għas-servizz tas-saltna, fuq il-lemin, iċ-ċiklu jkompli permezz tal-mewt ta’ San Ġużepp. Din hi l-ikonografija tal-mewt it-tajba per eċċellenza, għax il-moribond huwa assistit minn Ġesù u minn Marija. Mill-ġdid fuq ix-xellug, l-artal li jmiss juri il-mewt ta’ San Franġisku Saverju, li ta ħajtu għax-xandir tal-Vanġelu, patrun hu wkoll, flimkien ma San Ġużepp, tal-mewt it-tajba. Faċċata, iċ-ċiklu jilħaq l-iskop tiegħu, permezz tar-ruħ lil tittelgħa mill-purgatorju. Għalhekk diġà l-eżerċitant sempliċiment billi jidħol fil-knisja ta’ din id-dar, quddiemu tinfetaħ meditazzjoni fuq l-iskop tal-irtir tiegħu. Kif jerfa’ għajnejh ’l fuq, jagħraf id-deċizjoni li għandu bżonn jieħu; bħal Injazju, impitter fil-mument tal-konverzjoni fuq is-sodda tal-mard tiegħu u fuq in-naħa l-oħa, fejn l-artist pitter lill-Injazju jbiegħ ilħwejjeġ lussużi tiegħu, il-bzonn li bħal qaddis jieħu azzjoni konkreta billi jinqatgħa minn dak kollu li jorbtu mal-pjaċir tad-dinja. Kif l-eżerċitant jerfa’ għajnejh ’l fuq jilmaħ ix-xbieha tal-Missier etern, li tfakkru fl-iskop tal-ħajja tiegħu, li għalih kien qed jipprepara f ’ dan il-post, liema pittura tagħlaq Iċċiklu pittoriku tal-knisja. Dan kollu jiżviluppa fl-ispirtu ta’ dak li nqisuh bħala żmien ta’ riforma fil-Knisja kattolika. IlĠiżwiti kienu wieħed mill-muturi ta’ din ir-riforma, li f ’ risposta lejn l-ereżija protestanta, ġabet filknisja żmien ta’ fjoritura li jestendi fuq numru ta’ sekli. L-arti, dak li jiġi msejjaħ it-teatru sagru

19


Storja

www.jesuit.org.mt

barrokk, jintuża b’mod eċċellenti mill-Ġiżwiti bħala strument ta’ formazzjoni tal-poplu. Il-pitturi fis-sala tal-ikel

Il-fundatur ta’ Dar Ommna Marija ta’ Manresa Padre Pier Francesco Rosignoli

Il-kumpless ta’ Dar Manresa jirrifletti dan kollu. Kollox kellu għan wieħed; li jeleva ir-ruħ lejn Alla. Dan narawh mhux biss fl-arti tal-Knisja, imma wkoll fil-mod kif ġiet impittra is-sala tal-ikel, li jista’ jiġi meqjus ġawhra fost l-ispazji dekorati ta’ pajjiżna. Ġiet impittra fl-1762, fi żmien it-tieni direttur tad-Dar, Padre Domenico Calvi, minn artist x’ aktarx itineranti sqalli, li sa issa ma nafu xejn fuqu, għajr ismu, [Pasquale] Leonetti, li ħalla miktub fuq is-saqaf. Is-sala tal-ikel tpitter bl-għan li jżomm l-eżerċitant fi spirtu ta’ meditazzjoni anke waqt l-ikel. Injazju jagħmel enfasi fuq l-użu tas-sensi waqt it-talb. Għalhekk hawn l-eżerċitant jitlob, mhux biss permezz tassmiegħ ta’ testi sagri li kienu jinqraw waqt l-ikla, imma wkoll b’għajnejh, waqt li jħares madwaru lejn il-pitturi li jiksu l-ħitan tassala. Hawn ġew mpittra xeni mill-iskrittura mqaddsa li fijhom jissemma l-ikel, u kull xena ġiet marbuta ma tip ta’ ikel partikulari. Kull xena hi akkumpanjata milliskrizzjoni biblika li tispiraha. Kollox jagħlaq fuq naħa, bix-xena ta’ Pawlu mill-Atti, nawfragat fuq ġżiritna, milqugħ minn Publiju, u fuq in-naħa l-oħra bit-trijonf tal-Ħaruf ta’ Alla. Sabiex jikkompletaw il-proġett tagħħhom, ilĠiżwiti ġabu minn Ruma l-fdalijiet ta’ qaddis, li jsejħulu San Kalċidonju. Mill-katakombi Rumani, dawn l-iġsma sagri ġew mifruxa fil-knejjes tal-Ewropa kollha. Jidħlu fil-programm tarriforma kattolika, billi jsaħħu il-kult tal-qaddisin. Jiżviluppa kult sħiħ lejn dan il-preżunt martri, tant li saħansitra jagħti l-isem li bih il-post hu magħruf popolarment. Hekk l-iskop tal-post jilħaq il-qofol tiegħu, billi jiġbor lill-pellegrini għall-esperjenza profonda ta’ talb li hu l-irtir Injazjan, sabiex fejn waslu il-qaddissin, jasal l-eżerċitant ukoll. Miktub minn Rev. Dr Nicholas Joseph Doublet Arkivista Djoċesan

20

Fr Joe Borg, S 1932 - 2018

F’żgħożitu, Joe u l-familja tiegħu għexu wara l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Joe kien il-kbir u kellu tliet ħutu subien u żewġt ibniet. Missierhom miet f ’inċident meta t-tfal kienu għadhom żgħar. Is-subien studjaw fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Joe u ħuh Louis daħlu ġiżwiti, imma Louis miet ta’ 46 sena. Il-bniet daħlu sorijiet, waħda, Sr Emmanuel, mas-Sorijiet tal-Karità ta’ Marija Bambina (tal-Capitano) u ilha taħdem l-Indja għal 56 sena, u l-oħra Sr Joan mas-Sorijiet ta’ Madre Teresa u ilha ħamsin sena taħdem f ’diversi pajjiżi. Joe, il-kbir, twieled fil-11 ta ‘ Novembru, 1932. Studja fil-Kulleġġ ta’ San’Alwiġi u kien membru talKongregazzjoni Marjana. Flimkien ma’ 11 oħra, Joe daħal ġiżwita fit-23 ta’ Settembru, 1948, f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Għamel l-Ewwel Voti sempliċi imma perpetwi fl-24 ta’ Settembru, 1950. Joe talab biex imur jaħdem fil-Missjoni fost is-Santala flIndja u telaq f ’Ottubru, 1952. Mal-wasla fl-Indja hu studja l-Ħindi fuq Ranchi. Mill-1953 sal-1956, Joe kien fuq De Nobili Colle. Fl-1953 Joe studja l-filosofija fil-Kulleġġ De Nobili, Pune. Imbagħad fl-1956 mar jgħallem u jieħu ħsieb l-istudenti f ’St John’s College, f ’’Tinpahar, fil-Missjoni tagħna. Matul is-sentejn ta ‘ wara Joe stinka u tgħallem il-lingwa tat-tribù tas-Santals u beda japprezza l-kultura, id-drawwiet u l-folklor tagħhom. Fl-1958 Joe kien F’ St Mary’s College, Kurseong, fuq il-Himalayas, u studja t-teoloġija u kien ordnat qassis fid-19 ta ‘ Marzu, 1961. Ħidma fil-Missjoni Wara t-teoloġija, fl-1962, Fr Joe mar lura filMissjoni u kien Viċi fil-parroċċa ta’ Tinpahar, li kienet waħda kbira li llum minnha ħarġu sitt parroċċi. L-Insara kienu mifruxa f ’ħafna rħula. F’dak iż-żmien il-missjunarji ma kellhomx karozzi jew muturi. Mal-katekista Joe kien imur bil-mixi minn raħal għal ieħor u kien iqaddes u jamministra s-sagramenti. Kien ikun barra għal ħmistax-il ġurnata. Wara ġimgħa mistrieħ malkappillan kien jerġa’ joħroġ. Fl-1963 għadda ftit xhur fil- parroċċa ta’ Cilimpur qabel ma mar jagħmel it-tielet sena tan-novizzjat f ’Sitagarha. Imbagħad għamel il-Professjoni Solenni filKulleġġ ta’ St Xavier’s, f ’Sahibganj, fit-2 ta’ Frar, 1966.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


S.J.

tagħhom u fuq art ħdejn l-għolja bnew sptar u kulleġġ għall-bniet. Bħar-Ragħaj itTajjeb, Fr Joe ħa interess filbżonnijiet materjali tan-nies u biex jgħinhom kien waqqaf fondata “Bank tar-ross” u għajnuna soċjali oħra. Fl-1981 Fr Joe inħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Cilimpur fejn iddedika ruħu għall-kura pastorali tan-nies u fetaħ ukoll “Bank tar-ross”. Fl-Indja, Fr Joe kien wieħed mill-kunsillieri tas-Superjur Regjonali u għal xi snin kien il-Vigarju Foranju ta’ grupp ta’ parroċċi fid-Djoċesi ta ‘ Dumka. Appostolat f’Malta

Minn Sitagarha Fr Joe ġie lura fil-Missjoni u kien Viċi fil-parroċċa ta’ Islampur. Fis-sena li Fr Joe kien Viċi fil-parroċċa ta’ Tinpahar u kien iżur l-Insara fl-irħula, kien għaraf li fil-parti t’isfel tal-parroċċa f ’diversi rħula kien hemm għadd konsiderevoli ta’ Insara. Iwaqqaf parroċċa ġdida Għalhekk fl-1965 Fr Joe intbagħat fir-raħal ta’ Talbaria biex iwaqqaf Stazzjon Missjunarju. Hemmhekk ma kellux dar fejn joqgħod, imma l-katekista tar-raħal laqgħu u żammu miegħu flgħarix fejn toqgħod il-familja sakemm Fr Joe bena għarix għalih u sħabu. Matul is-16-il sena li dam f ’Talbaria Fr Joe ħadem u rnexxielu jwaqqaf parroċċa. Kien iżur l-Insara fl-irħula u beda skola żgħira. Ħadem u akkwista art fuq għolja mingħand il-gvern. Fuq nofs l-għolja nbniet il-knisja Parrokkjali u d-dar tal-kappillan. Irnexxielu jġib il-Holy Cross Sisters u fin-nofs l-ieħor tal-għolja bnew il-kunvent Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

Fl-1988 Fr Borg ġie Malta għal btala, imma mbagħad minħabba l-mewt ta’ ħuh li kien jieħu ħsieb ommu ddeċieda li jibqgħu Malta. Għall-ewwel kien filKulleġġ ta’ San Alwiġi biex ikun student counsellor, jgħin lill-Ekonomu u jieħu ħsieb il-Knisja, Sena wara mar f ’Dar Sarria fil-Furjana ħalli jwettaq ħidma pastorali. Fl-1994 inħatar Superjur tal-Komunità. Meta spiċċa Fr Joe għadda sentejn f ’Mount St Joseph, il-Mosta u fl-2003 mar lura l-Furjana u dam sa Lulju ta’ dik is-sena. Minħabba saħħtu mar Dar Loyola in-Naxxar fejn għadda l-aħħar xhur ta’ ħajtu. Fl-1999 l-Arċisqof ta’ Malta ħatru bħala Ezorċista. Fr Joe kien involut f ’ħafna għaqdiet reliġjużi u kien imfittex għad-direzzjoni spiritwali u bħala konfessur. Il-ħafna nies li żaruh fl-isptar u ġew għall-funeral kienu xhieda tar-rispett u l-apprezzament tal-ħafna ħidmiet pastorali li għamel. Fr Joe għex bis-sħiħ il-vokazzjoni tiegħu bħala reliġjuż u qassis. Kien persuna mimlija żelu għall-glorja ta’ Alla. Kellu viżjoni u entużjażmu biex iwassal il-Bxara t-Tajba . Fil-Missjoni kien ifittex postijiet biex tinxtara l-art għall-espansjoni biex tikber il-ħidma missjunarja fil-ġejjieni. Iddedikazzjoni tiegħu kienet eżempju għas-saċerdoti żgħażagħ. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

21

Nekroloġija

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Diskors ta’ Fr Arturo Sosa, SJ

Is-Sekularizzazzjoni bħala “sinjal taż-żminijiet” Is-Superjur Ġenerali tagħna, Fr Arturo Sosa, kien elett mis-Superjuri Ġenerali tal-Ordinijiet biex jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet li sar f ’Ottubru. Waqt is-Sezzjoni fil-11 ta’ Ottubru, 2018, għamel diskors. Beda b’xi kumment dwar dak li kien hemm fil-Manwal li tqassam lill-Isqfijiet, liż-żgħażagħ u oħrajn. Qal li fl-ewwel parti hemm tifsira simplifikata u negattiva tas-sekularizzazzjoni. F’parti oħra bil-kemm tissemma u f ’parti oħra tissemma b’mod negattiv. Imbagħad kompla jgħid: X’jiġri kieku, minflok, nażżardaw inħarsu lejn issekularizzazzjoni bħala sinjal ta’ żminijietna, fis-sens teoloġiku li l-Kunsill Vatikan ta lil din l-espressjoni? Jeħtieġ naraw is-sekularizzazzjoni, u d-dinja sekulari li toħroġ minnha, bħala wieħed mill-modi li permezz tagħhom l-Ispirtu jkellimna u jmexxina f ’dan iż-żmien. Minflok ma nkomplu nitkellmu b’dispjaċir dwar it-telfien tal-imgħoddi idejali li għadda, ejjew b’sinċerità nistaqsu lilna nfusna dak li l-Mulej qiegħed jgħidilna permezz tas-sekularizzazzjoni, u fejn l-iSpirtu s-Santu qiegħed imexxina permezz tat-triq li tinsab fiha l-umanità. Per eżempju, ħa nistaqsu lilna nfusna minn xiex teħlisna s-sekularizzazzjoni. It-tweġiba twassalna biex niddistingwu t-tipi differenti ta’ sekularizzazzjoni. (a) Wieħed hu s-sekulariżmu li jiġġieled kontra kull forma ta’ fidi reliġjuża minn ateiżmu militanti. (b) F’każijiet l-oħra, is-sekulariżmu juri indifferenza lejn kull esperjenza reliġjuża. (ċ) Wieħed mill-effetti ta’ spiss tas-sekularizzazzjoni hu li konversazzjonijiet soċjali dwar ir-reliġjon jiġu interrotti u dan iwassal għal injoranza dwar il-fidi, l-esperjenza reliġjuża, u r-reliġjon innifisha. (d) Meta s-soċjetà ssir sekulari tikber f ’ħafna ix-xewqa li jgħaddu minn esperjenza ta’ reliġjon u fidi. F’dan il-kaz, il-ġlieda kontra r-reliġjon tkun megħluba u l-indifferenza

22

tinbidel f ’investigazzjoni tal-fenomenu reliġjuż. B’dan ilmod, mill-kurżità li taħkimhom, ħafna żgħażagħ jiġu jaraw x’se jsibu. Iżda, jekk naraw il-proċess tas-sekularizzazzjoni bħala “sinjal taż-żminijiet” dan iwassal: 1) Li nsiru konxji ta’ kif id-dinja sekulari teħlisna milli nkunu Insara awtomatikament, bi drawwa , għaliex ngħixu f ’ambjent Nisrani, għaliex aħna parti minn familja Nisranija f ’soċjetà Nisranija. F’soċjetà sekulari, inti tkun Nisrani għax int hekk trid tkun, minħabba li l-mistoqsija saritlek , weġibtha u għażilt li tkun Nisrani. 2) Soċjetà sekulari teħlisna wkoll milli nibbażaw irreliġjon fuq l-identità ta’ tribu, jew identità nazzjonali jew xi identità oħra, differenti mill-esperjenza spiritwali li tistedinna nagħrfu lilna nfusna bħala bnedmin, aħwa u wlied l-istess missier (3) Soċjetà sekulari twassalna biex nirkupraw l-importanza tat-turija tal-fidi u l-akkumpanjament pastorali ta’ maturazjoni umana u Nisranija. Għalhekk, it-turija tal-fidi issir fattur ewlieni fil-ħidma tal-Knisja f ’dawn it-tipi ta’ soċjetajiet. It-turija tal-fidi hi ibbażata fuq ix-xhieda tal-appostli, li Ġesù, l-imsallab u l-rxuxtat, ħalla lilhom jarawh. Illum hawn xhieda li kellhom laqgħa personali ma’ Kristu u l-ħajja tagħhom hija xhieda li huma dixxipli tiegħu. 4) It-turija tal-fidi tgħaddi minn proċess twil u kumpless li twassal għal maturazzjoni tal-fidi. L-esperjenza tal- fidi ma tipproduċix ilsiera imma seġwaċi voluntiera tas-Saltna Universali ta’ Dak li kien imsallab u rxoxta u li huma minn rajhom għażlu li jkunu dixxipli tiegħu. Għalhekk il-ħtieġa u l-importanza li jkun hawn komunitajiet Insara. Aħna nafu li l-fidi Nisranija ma ngħixuhiex f ’iżolament; il-fidi Nisranija ngħixuha f ’komunità u hija l-komunita li tiggarantixxi l-akkompanjament tal-proċess tal-maturazzjoni fil-fidi.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018


Programm ta’ rtiri u seminars

Ċentru Spiritwalità Injazjana

Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org

jew Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com “Ejja”– a day of recollection in the silence of Wied il-Għasri, Gozo Dati: 26 Jan 9:00am - 5:00pm Imexxu: Prof Edward Warrington u Stephen Scerri The Rupnik Icons at Ta’ Pinu Sanctuary The Annunciation and Visitation Dati: 15 Frar 7:00pm - 17 Frar 3:00pm Tmexxi: Fr Gerard Buhagiar Post: Dar Manresa, Għawdex Journeying towards Interior Freedom Dati: 22 Frar 7:00pm - 24 Frar 3:00pm Imexxu: Patricia Bonello & Stephen Scerri Post: Mount St Joseph Rtir għall-familji bit-tfal Data: 22 Feb 7:00am - 24 Feb 3:00pm Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Post: Dar Manresa, Għawdex Pilgrimage Retreat - Encounter the abundance of the Lord Dati: 8 Mar 7:00pm - 19 Mar 3:00pm Imexxu: Clare Camileri, MariaTheresa Portelli u t-tim Post: Mount St Joseph

Strina għal Lil Ħbiebna Xewqat sbieħ għal Milied hieni u mimli paċi! Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti talħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna millġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta (ċekkijiet għandhom jiġu ndirizzati lil ‘Jesuits Malta’): Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). GRAZZI!

Rtir għall-familji bit-tfal Data: 15 Mar 7:00pm - 17 Mar 3:00pm Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri Post: Mount St Joseph

’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin

Servant of Servants - Irtir għall-qassisin Data: 25 Mar 9:00am - 27 Mar 3:00pm Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Post: Dar Manresa, Għawdex

L-Ibraġ Anne Vincenti Kind Il-Mosta George Gatt Lino Scicluna ħu Fr John, SJ

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2018

Mulej ilqa’ f’Saltnatek

23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Ottubru - Diċembru 2018 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

Waqt li niftakru fl-Aħbar it-Tajba tal-miġja tal-Mulej fostna f ’dan iż-żmien tal-Milied, niċċelebraw flimkien u nħaddnu l-messaġġ sabiħ ta’ paċi u mħabba, ejjew ma ninsewx lil min hu batut, lil min hu waħdu, lil min hu fqir, lil min tilef ’l xi ħadd għażiż għalih, lil kull min ibati minn xi mard tal-ġisem jew mentali, lil dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli, u nkunu viċin tagħhom biex huma wkoll iħossu l-imħabba kbira għalihom ta’ Ġesú, li twieled u ġie jgħammar fostna ħalli dejjem ikun qrib tagħna.

L-editur u l-kollaboraturi tiegħu jixtiequ lill-qarrejja Milied mimli bil-Paċi u l-Ferħ ta’ Ġesù.

24

JESUITS


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.