Fjur 44 August 2014

Page 1




Festa 2014 Joseph Zammit Segretarju – Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Tal-Ġilju, Kumitat 2014-15

Għeżież qarreja, Hekk kif wasalna fil-quċċata tas-sajf Malti, b’sodisfazzjon kbir nistgħu nagħtu ħarsa lura lejn ix-xahar ta’ Ġunju u napprezzaw il-mumenti indimentikabbli li ttimbrat f’qalbna l-akbar festa Imqabbija; propju din hija r-raġuni għaliex b’wiċċna minn quddiem nippreżentawlkom din il-ħarġa tal-Fjur f’forma ta’ kompilazzjoni ta’ kwadretti permanenti meħuda tul il-festa talMadonna Tal-Ġilju. Fuq kollox, minkejja li l-kelma miktuba twassal messaġġ dejjiemi, ritratt u wisq aktar filmat donnu jerġa’ jeħodna lura fiż-żmien sabiex nerġgħu nesperjenzaw frott il-ħidma ta’ xhur sħaħ jew saħansitra, snin. La ssemma’ dan il-punt, ikun xieraq li nkomplu nħeġġukom takkwistaw kopja tad-DVD tal-Festa 2014 sabiex ikompli jżewqilkom irripertorju ta’ suċċessi li rat l-għaqda tagħna tul is-snin. F’isem il-fergħat kollha tas-Soċjeta’ tagħna, nixtieq ukoll nirringrazzja lil Glenn Muscat, Wayne Falzon u Bjorn Farrugia li volontarjament investew ħinhom tul il-festa sabiex iwasslulna prodott ta’ fotografija professjonali li se jkompli jitgawda għal żmien twil. Tul ix-xahar ta’ Ġunju, wieħed faċilment jista’ jara u japprezza kif id-diversi fergħat fi ħdan isSoċjeta’ Mużikali Madonna 4

Tal-Ġilju jingħaqdu flimkien filpreżentazzjoni tal-opri individwali tagħhom. Kull sotto-kumitat jagħti rendikont finali ta’ sena ħidma f’isem l-oġġettiv partikolari tiegħu, sew jekk huwa nar, armar, żgħażagħ, nisa, tfal, radju, promozzjoni pubblika, reklamar u l-lista tkompli sejra. Minkejja d-diversità fixxogħol, il-motivazzjoni wara kollox hija dejjem l-imħabba tagħna lejn ilMadonna tal-Ġilju. Huwa dan il-punt li jagħmilna differenti minn ħaddieħor, għaliex m’hemm xejn qabel il-festa tagħna li jista’ jqanqal determinazzjoni mħeġġa minn pika. Nimmaġinaw li kieku din kienet ir-realta’ tagħna, xogħolna kien ikun wisq aktar faċli, iżda fl-istess ħin wisq anqas prestiġjuż ukoll għaliex fuq kollox hija l-imħabba lejn il-patruna li tagħmel il-festa u mhux il-mibgħeda lejn xi kompetituri. Nibdew billi nsemmu il-qasam tan-nar, u jkun xieraq li nesprimu ringrazzjament mill-qalb lejn ildilettanti kollha tagħna għal sena oħra ta’ ħidma kontinwa. Ir-realta’ ekonomika tal-lum waslitna f’punt fejn irid isir xogħol numeruż għal festi oħra barra mil-limiti ta’ raħalna sabiex fl-aħħar mill-aħħar inkomplu nkabbru l-festa tagħna lkoll. Minkejja li dan huwa unur għal isem l-għaqda tagħna li aktar ma jmur


qiegħda tkompli żżid ir-reputazzjoni professjonali tagħha f’pajjiżna, huwa wkoll fatt li l-membri fi ħdanha jaraw ħidma perikoluża bla waqfien u ma teżisti ebda xalata għalihom; membri li llum b’unur ngħidu li jappartjenu minn ġenerazzjonijiet differenti u b’hekk ikomplu jżewqu l-post tannar li din is-sena ra ħamsin sena ta’ ħidma mill-waqfien uffiċjali tiegħu. Il-qasam tal-armar fis-Soċjeta’tagħna qatt ma jonqos milli jimpressjona – Proġetti ġodda mwielda ta’ kull sena bis-saħħa ta’ membri volontarji li anki jappartjenu f’sotto-kumitati oħra apparti minn dak tal-armar, fosthom tan-nisa u taż-żgħażagħ. Partikolarment, din is-sena huwa xieraq li jissemma’ l-armar il-ġdid li jilqa’ ħruġ u dħul il-patruna tagħna minn ġewwa l-knisja; armar li jkompli jikkumplimenta l-isbuħija universali tagħha. Ta’ min isemmi wkoll ir-riallokazzjoni ta’ diversi biċċiet artistiċi tal-armar fil-festa li bir-raġun komplew iżewqu il-pjazza ewlenija Mqabbija.

Mil-lenti personali ta’ żgħażugħ, ma nistax ma nsemmix il-ħidma tas-Sezzjoni Żgħażagħ li tagħtna wieħed mill-aktar marċi organizzati memorabbli li qatt ra raħalna. Spettaklu oriġinali bil-karti, dwal u nar sinkronizzat ma’ kompilazzjoni ta’ mużika brijuża u xows awdjoviżivi uniċi f’pajjiżna; dan kollu ma ħalla ebda dubju singulari fuq min huma l-vera pijunieri żgħażagħ ġewwa l-Imqabba. U sewwa jgħidu li l-imitazzjoni hija l-akbar forma ta’ tifħir, iżda fl-aħħar mill-aħħar l-oriġinalita’ żgur li tibqa’ l-akbar forma ta’ preġju. Kif bir-raġun inħobbu ngħidu: ‘Anqas paroli u aktar fatti’ – Inħallukom tqallbu dan il-fuljett sabiex terġgħu tinkwadraw l-attivita’ u l-arti li ta’ kull sena jpoġġuna fuq quddiem nett meta tissemma’ l-Festa Maltija, għaliex bħalma tikkonferma l-espressjoni famuża: ‘A picture says a thousand words...’

Kontributuri: Joseph Zammit, Jeremy Briffa, Julian Falzon, Marvin Sciberras, Stampat: Kopertina:

Fernando Dingli, Bjorn Farrugia Bestprint Ltd., Żurrieq Road, Qrendi Ritratt mill-isbaħ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju waqt il-purċissjoni talFesta li għaddiet, meħud mill-partitarju Mqabbi is-Sur Sylvan Galea.

Il-Fjur

numru 44 Awwissu 2014

© Copyright Sezzjoni |g]a\ag] Madonna tal-{ilju - 2014

5




Mid-Djarju tas-Soċjetà Il-Ħadd 10 t’Awwissu 2014 Seduta Ġenerali ta’ Nofs is-Sena fl-10:00am ġewwa l-Każin tal-Ġilju. Is-Soċji u l-Partitarji kollha huma mħeġġa jattendu. It-Tlieta 19 t’Awwissu 2014 Barbecue għat-tfal tal-Junior Club u l-ħbieb tagħhom. Bookings fuq 99038285. Is-Sibt 23 t’Awwissu 2014 Marċ u programm mużikali mill-Banda Madonna tal-Ġilju ġewwa Ħal Kirkop fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu Abbati. Is-Sibt 23 t’Awwissu 2014 Spettaklu Piromużikali fil-Gżira Għawdxija mill-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Għaqda tan-Nar Santa Marija (Żebbuġ, Għawdex) fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Santa Marija Nkurunata fiż-Żebbug Għawdex. Isegwi spettaklu ta’ nar tal-art fil-Pjazza taż-Żebbuġ. Il-Ħadd 24 t-Awwissu 2014 L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju flimkien mal-Għaqda tan-Nar Santa Marija (Żebbuġ Għawdex) tilqa’ l-ħrug tal-Istatwa Titulari ta’ Santa Marija fiż-Żebbuġ Għawdex bi ħruq ta’ diversi murtali.

8


Awwissu Settembru 2014 It-Tlieta 26 t’Awwissu 2014 Ftira Night organizzata mill-Fergħa tan-Nisa. Bookings fuq 79539542. Is-Sibt 30 ta’ Awwissu 2014 BBQ Beach Party organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna talĠilju fil-bajja ta’ Little Armier fil-5.00pm. Bookings: 98119139. Il-Ħadd 7 ta’ Settembru 2014 Nar tal-Art mill-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Mellieħa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Bambina. Il-Ħadd 14 ta’ Settembru 2014 Marċ u Programm mill-Banda Madonna tal-Ġilju ġewwa Ħaż-Żabbar fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Grazzja. Il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2014 Barbecue kbir annwali biswit il-Kumpless tan-Nar Madonna talĠilju. Bookings fuq 79853044. Is-Sibt 27 ta’ Settembru 2014 End of Summer Pool Party organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju ġewwa Cosmos Farmhouse (limiti ta’ Kandja). Bookings: 98119139. Dawn id-dati jistgħu jinbidlu skond iċ-ċirkostanzi

9




12


2014 - 2015

Matul din l-aħħar sena, il-fergħa tal-Junior Club kompliet il-ħidma tagħha b’riżq it-tfal Tal-Ġilju. Membri tal-Kummissjoni Nisa talĠilju ser ikunu qegħdin jiġbru l-menswalità ta’ €3. Issieħeb fl-Imqabba Junior Club u ħeġġeġ lill-ħbieb tiegħek jagħmlu bħalek. Min huwa nteressat għandu jċempel jew jibgħat sms fuq 99038285. Tingħata membership card mill-isbaħ lill-membri kollha.

Ġbir ta’ Menswalità tas-Sezzjoni Żgħażagħ Membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ ser ikunu qegħdin jiġbru l-menswalità għall-prezz ta’ €5 biss. Issieħeb int u ħeġġeġ nies ġodda jingħaqdu magħna. Tingħata membership card b’disinn oriġinali.

Bandieri Ġodda

Fil-jiem li ġejjin ser inkunu qed niġbru l-ordnijiet għal bandieri ġodda bix-xbieha tal-Madonna tal-Ġilju bid-daqs ta’ 9 piedi b’6 piedi (2.75m x 1.8m). Għal aktar dettalji ċemplu fuq 79853044.

Lotterija Awwissu 2014 Lotterija Sajf 2014 bi premju li jikkonsisti fi gwarniċ bi xbieha tal-Madonna tal-Ġilju fuq it-tila. 5 biljetti jiswew €3. Data tat-tlugħ - 15 t’Awwissu 2014. Dawk kollha li huma nteressati jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-proġett tar-radju tal-komunita’ Tal-Ġilju FM95.4 fejn jagħtu sehemhom fid-diversi oqsma rikjesti sabiex jittellgħu skedi ta’ xandir ta’ livell, għandhom jikkuntattjaw lil Julian Falzon fuq 77406720 għal aktar informazzjoni. Dan l-unika radju tal-komunita’ fl-Imqabba jerġa’ jkun magħkom għal darb’oħra f’Diċembru li ġej. 13




16


TAGĦLIM TAL-MUŻIKA MAL-BANDA MADONNA TAL-ĠILJU Inħeġġu lill-ġenituri jħajjru lil uliedhom jibdew jitgħallmu strument mużikali matul dawn ilġranet tas-Sajf. Il-lezzjonijiet isiru kull nhar ta’ Sibt filgħodu mit-8.30am sa 12.30pm. It-tagħlim tal-mużika huwa provdut b’xejn lil kulħadd mill-Iskola Mużikali fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju u jingħata tagħlim sew tatteorija kif ukoll tal-prattika filwaqt li jiġi wkoll provdut l-istrument skond l-għażla u x-xewqa ta’ kull persuna. Barra minn hekk, tingħata attenzjoni ndividwali lil kull min jattendi għal dawn il-lezzjonijiet. NOTA: Għalkemm il-lezzjonijiet qegħdin isiru kull nhar ta’ Sibt filgħodu, nixtiequ ninfurmaw lil dawk kollha nteressati li min ma jkunx jista’ jattendi għal-lezzjonijiet is-Sibt filgħodu, javviċina lil xi membru tal-Kummissjoni Banda jew tal-Kumitat Amministrattiv għall-arranġamenti oħra.

DVD

Festa 2014

Akkwista id-DVD bl-aqwa mumenti tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2014 Aktar informazzjoni fuq:

79853044

17


18


19



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.