Fjur No34 - December 2010

Page 1


Editorjal

Stacey Bondin

Għeżież Soċi u Partitarji, …Wasalna b’kontinwità għall-34 edizzjoni ta’ “Il-Fjur”, pubblikazzjoni li minn żmien għal żmien, is-Sezzjoni Żgħażagħ tippubblika biex tibqa’ f’kuntatt magħkom is-Soċi u Partitarji ta’ din is-Soċjetà. Din il-ħarga hija l-aħħar waħda ta’ din is-sena, fejn ser nagħtu l-bidu għas-Sena Ċentinarja! Hu ta’ sodisfazzjon li nifforma parti minn fergħa żagħżugħa flimkien ma’ tnax-il membru li kollha b’għan wieħed inħarsu lejn il-futur tas-Soċjetà. Propju resqin lejn sena fejn isSezzjoni Żgħażagħ tagħlaq tmintax-il sena ta’ ħidma. Huwa fatt magħruf li bħala sezzjoni, dejjem baqgħat attiva u kull attività u inizzjattiva dejjem ħalliet il-frott tagħha għall-ġid tas-Soċjetà. Uħud mill-attivitajiet konnessi mal-istaġun tas-sajf li għadda, huma l-BBQ Beach Party u ġurnata Kemmuna. Riċentament ittellghet attività teatrali “In-Neputija talKappillan” li ntogħġbot minnkom il-partitarji, b’konferma ta’ dan kollu hija l-udjenza tassew tajba li kellna. Persuni ntiżi sew fil-qasam lingwistiku u dak tad-drama onorawna bil-preżenza tagħhom, u kellhom kliem ta’ tifħir saħansitra fuq mezzi tal-media lokali. Dan lilna jkompli jimlina b’aktar kuraġġ biex jerġa’ jkollna sena oħra ta’ SUĊĊESS, suċċess li jkun rifless propju fil-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju! Matul din is-sena, s-Sezzjoni Żgħażagħ wessgħat l-orizzonti tagħha fil-qasam tad-Drama. Hawnhekk qegħda nirreferi għall-okkażjoni mill-isbaħ fejn tellajna rappreżentazzjoni ta’ “In-Neputija tal-Kappillan” fir-raħal taż-Żebbuġ, Għawdex ftit tal-jiem ilu. Iva, suċċess kontinwu. Resqin lejn bidu ta’ sena mportanti għas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju… s-Sena Ċentinarja! Mument uniku li għandna għalfejn inkunu kburin li qed ngħixuh. Il-preparamenti ilhom għaddejjin b’mod speċjali min-naħa tal-Kummissjoni Festi Ċentinarji, li ovvjament l-għan tagħha hu li taħdem b’mod dirett u għaqli b’riżq iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena 2011. Ma’ dan jiżdied ukoll l-anniversarju li jfakkar il-135 sena minn meta l-Istatwa ġawhra tal-Madonna tal-Ġilju intlaqgħat għall-ewwel darba fil-Komunità Mqabbija, propju nhar il-21 ta’ Mejju 1876, li minn dik is-sena ’l quddiem, baqgħet tinġarr bl-akbar għożża waqt Purċissjoni darbtejn fis-sena. Fl-isfond tas-sena Ċentinarja, hemm il-proġett tar-rikostruzzjoni ta’ Palazz il-Ġilju, proġett li qiegħed fiżżmien opportun li jseħħ. Tabilħaqq, ta’ min isemmi li s-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju taħdem id f’id mal-Kummissjoni Radju, li tieħu ħsieb itella’ skeda ta’ livell għoli darbtejn fis-sena, fuq l-unika stazzjon tar-Radju komunitarju fl-Imqabba. Propju bħalissa għaddejjin bi skeda ġdida li tibqa’ sejra sat-13 ta’ Diċembru fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. B’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Radju se terġa’ ssir maratona oħra tal-liedna, li tikkumplimenta il-maratona ta’ 24 siegħa ta’ xandir flimkien fuq ir-Radju. Kif tistgħu taraw fil-paġna tal-programm tal-attivitajiet, kull fergħa tas-Soċjetà ħejjiet numru sabiħ ta’ attivitajiet marbuta mal-Festa għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni li gradwalment jibqgħu jeskalaw sal-Festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena. Aħna nittamaw fil-parteċipazzjoni u l-għajnuna tagħkom il-Partitarjii u biex ningħaqdu flimkien biex nagħtu bidu għal seklu ieħor b’għaqda bejnietna, saħħa u kuraġġ! Fl-aħħar mill-aħħar jibqa’ l-fatt li dan kollu nagħmluh għal għan wieħed… Għalik Marija minn tal-Ġilju… Grazzi Madonna tal-Ġilju ta’ mħabbtek għalina. Artikolisti:

Stacey Bondin, Kav. Joe M. Attard, Jeffrey Briffa, Joe Abdilla, Joseph Zammit, Lyndsey O’Reilly, Antoine Pace, Julie Farrugia, Marvin Sciberras

Proof Reading: Stephania Farrugia Dimech

Riklami: Petra Abdilla, Nicolette Tanti

Typesetting:

Ellen Farrugia, Fernando Dingli, Joseph Zammit, Noel Galea

Kopertina:

Arrangament li juri ritratt storiku tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju ftit snin wara l-wasla tagħha fl-Imqabba 135 sena ilu, flimkien mal-logo uffiċċjali tal-Festi Ċentinarji tal-2011

Stampat:

Bestprint Ltd., Żurrieq Road, Qrendi

© Copyright Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju - 2010

1


Tota Pulchra es Maria

Il-festa tieg]ek re[g]et waslet O Marija Immakulata; Kemm henjin a]na b’dil-[rajja |gur li hekk tixtieq tarana.

Quddiem ix-xbieha tieg]ek Arana hawn illum; Nitolbuk; isma’ talbna Biex qalbna le ddum

Int Twelidt ]ielsa mill-]tija, Hekk riedek Sid il-}olqien Riedek safja u sabi]a Mal-milja kollha ta\-\mien.

Imtaqqla bl-hemm tal-]ajja Bin-niket u bid-dwejjaq l\d’Int mill-ewwel tar[a’ Lilna uliedek tfejjaq.

Ras is-serp irfist mill-bidu Biex tift]ilna Bieb il-{enna; Lil uliedek tridhom dejjem Tal-grazzja jaqsmu mill-benna. lnt sabi]a, O Marija, Kun dejjem lnt l-Omm tag]na Bieg]ed minna kull tnehida U madwarek fis i[mag]na.

Mid-dnub \ommna mbieg]da W ]abbibna lnt bejnietna Fawwar dejjem lil qlubna B’sens ta’ mog]drija w ]niena. B’hekk biss inkunu denji Li nersqu aktar Lejk U wara din il-]ajja Fil-[enna ni[u ]dejk.

Kav. Joe M. Attard Affresk li juri l-Immakulata Kunċizzjoni flimkien mas-Santissima Trinita’ li jinsab f’‘La Cappella dell’Immacolata Concezione’ ġewwa l-Mużew tal-Vatikan. F’din il-Kappella, il-Papa Piju IX ddefinixxa d-Domma tat-Tnissil bla tebgħa ta’ Marija nhar it-8 ta’ Diċembru 1854.

2

3


. Is-sena Centinarja . . . .

“L-2011 fadlilha tliet snin. . .sentejn. . .sena!”. . .Dawn huma l-kliem li diversi membri tal-fergħat tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju kont tismagħhom ilissnu sa ftit snin ilu. Konna għadna naraw din is-sena kemmxejn il-bogħod, iżda ż-żmien jiġri u Festa wara oħra, wasalna propju fuq l-għatba ta’ din issena tant sinjifikattiva għalina kemm bħala membri ta’ din l-ewwel Soċjetà Mużikali Mqabbija, kif ukoll bħala Mqabbin in ġenerali. Dan bir-raġun kollu, għaliex is-sena li ġejja ser tkun qed timmarka l-ewwel ċentinarju minn meta missirijietna, mmexxijin minn Paolo Caruana, waqqfu dik is- Soċjetà bil-għan li torganizza l-Festi esterni ad Unur Marija Immakulata minn talĠilju. Huwa fatt magħruf li s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju dejjem 4

Jeffrey Briffa

ikkommemorat l-anniversarji marbuta magħha bl-aqwa mod possibbli. Ċertament, ħafna minnkom jiftakru s-sena 1995, meta fakkarna il-Ġublew tad-Deheb mit-twaqqif tal-ewwel Banda Mqabbija. Il-preparamenti u l-ħsibijiet dwar is-sena ċentinarja ilhom li bdew mhux ħażin. Rajna t-twaqqif ta’ Kummissjoni magħmula minn element Żgħażugħ, maħtura apposta kif ukoll it-tnedija tal-logo u slogan ufiċċjali. Ma’ dawn, tiżdied l-inizzjattiva talMaratona ta’ ġbir ta’ fondi b’riżq ilFesti Ċentinarji fuq Tal-Ġilju FM 95.4 f’Diċembru 2009. Bi pjaċir inħabbru li din l-inizzjattiva ser terġa’ tirrepeti ruħha din is-sena wkoll, eżattament ma’ dħul il-Purċissjoni ta’ nhar il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, nhar ilĦadd 12 ta’ Diċembru f’xandira diretta minn garaxx numru 1 fi Triq ix-Xriek. Hawnhekk nappellaw għall-ġenerożità tagħkom. L-ispejjeż marbuta ma’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma tassew kbar, u għaldaqstant, kull kontribuzzjoni hija essenzjali għalina, u tkun garanzija tassuċċess mixtieq. Il-Kummissjoni ħasbet ukoll sabiex tħejji poster b’rabta ma’ dan l-anniversarju. Pittura oriġinali talmembru tal-istess Kummissjoni, Joseph Zammit, dan il-poster ser jiġi mniedi f’ġurnata li tfisser ħafna għalina: nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru 2010, Jum Liturġiku tal-Immakulata. Il-Kummissjoni tat attenzjoni speċjali sabiex l-elementi prinċipali li sawwru

It-Tnedija taċ-Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji - 23.04.2010

l-istorja tagħna, jiġu amalgamati f’din il-biċċa xogħol li żgur ser tiġi apprezzata minn kulħadd. Bix-xieraq li l-ewwel Jum tassena 2011 jinfetaħ bis-sehem tal-ewwel Banda Mqabbija, il-Banda Madonna tal-Ġilju. Fil-fatt, nhar is-Sibt l-1 ta’ Jannar ser isir marċ madwar it-toroq talImqabba. Il-Kummissjoni ħasbet biex dan il-Marċ jingħata bixra sinjifikattiva b’rabta ma’ din il-mixja tul dan l-aħħar seklu. Ma jistax jonqos li tinkixef irħama kommemorattiva propju fil-lok fejn mitt sena ilu s- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ingħatat il-ħajja, flewwel parti ta’ Triq il-Parroċċa. B’dan il-ġest, it-twelid tas-Soċjetà ser jibqa’ mfakkar għal dejjem minn ġenerazzjoni għall-oħra. Aħna nħeġġu lis-Soċji u

Partitarji sabiex jakkumpanjaw ilBanda waqt din l-okkażjoni speċjali. Qabel il-Marċ, propju fl-10:00am ser issir Quddiesa ta’ ringrazzjament filKnisja Parrokkjali tal-Imqabba. Mingħajr l-ebda dubju, il-highlight ta’ din is-sena ser ikun il-proġett ferm ambizzjuż tar-rikostruzzjoni tal-Każin. Ix-xhur li ser inqattgħu fil-Każin temporanju, għandhom jitqiesu bħala nvestiment fis-sod, biex jekk il-Bambin irid nagħtu Każin sħiħ ġdid, spazzjuż u attrezzat għaż-żminijiet tal-lum, bħala rigal lil din is-Soċjetà hekk grandjuża. Aktar attivitajiet u inizjattivi huma pjanati tul il-bqija tas-sena 2011, bilqofol jintlaħaq fil-ġimgħa tal-Festa talMadonna tal-Ġilju. Mal-anniversarju taċ-Ċentinarja, s-Soċjetà qegħda tikkommemora avveniment ieħor ta’ għożża kbira: il-135 sena mill-wasla talIstatwa Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju fostna l-Imqabbin. Għandna quddiemna sena mill-aktar impenjattiva fejn l-involviment ta’ kull wieħed u waħda minna huwa ta’ mportanza kbira. Tassew għandna għalfejn inħossuna xxurtjati u kburin li ser inkunu qegħdin ngħixu din is-sena t’anniversarji hekk importanti. Fi tmiem dan l-artiklu, l-Kummissjoni trodd ħajr lil kulħadd tal-għajnuna u s-sapport kontinwu tagħkom.

5


. Ir-Rikostruzzjoni tal-Kazin

Joe Abdilla - Project manager

Għeżież Soċi u Partitarji, Hekk hu, l-ħolma tal-Kumitat Amministrattiv dalwaqt issir realta’!. Wara proċess ta’ konsultazzjonijiet fuq pjanti, ġiet maħtura Kummissjoni nkarigata mirrikostruzzjoni tal-Każin, li jien nifforma parti minnha. Wara li ħarġu l-permessi meħtiega u saru xi emendi żgħar, il-ħsieb kien li mill-aktar fis jibda’ t-twaqqiegħ talbini kollu li floku ser jitla’ l-bini l-ġdid talKażin fejn is-swali li jmissu mal-faċċata ser jibqgħu l-istess, għalkemm hemm xi ħsieb li forsi dawn jitwessgħu xi ftit. Minn hawn, jien ġejt inkarigat bħala Project Manager. Dan għalija kien ta’ sodisfazzjon kbir, u hawn nixtieq nirringrazzja lillsħabi membri tal-Kummissjoni tal-fiduċja. Minn-naħa tiegħi, bl-esperjenza u dak kollu li naf dħalt b’ruħi u ġismi għal din il-kariga, u naħseb dawk kollha li jafuni jafu li meta nidħol għal impenn nagħmlu b’qalbi kollha. Għalhekk, eżattament fit-23 ta’ Awwissu 2010, ġie armat Tower Crane mill-kuntrattur magħżul is-Sur Michel Farrugia, li huwa ukoll partitarju kbir ta’ din is-Soċjetà. L-għada t-Tlieta 24 t’ Awwissu bdew ilpreparamenti sabiex tibda’ tinħatt il-kamra l-kbira fuq ġewwa b’ħitan wisgħin ħafna, magħrufa bħala ‘Il-Mitħna’. Waqt li konna għaddejjin bit-twaqqiegħ, inħass il-bżonn li jitwaqqgħu l-qxur tal-ħitan dobbli li jmissu ma l-erbgħa ġirien. Wara konsultazzjonijiet ma’ dawn l-istess ġirien, li ma kienux faċli, anzi kultant anke b’battibekki mal-periti rispettivi tagħhom. Pero’, bil-kelma t-tajba u l-persważjoni tasal, għalhekk, din l-idea twettqet u llum diġa hemm qoxra ġdida tan-naħa tagħna mibnija bil-bricks u n-nofs mimli bil-konkrit b’kimika apposta kontra l-umdita’. Wara li xxiftjajna l-bottegin għal garaxx fi Triq il-Madonna tal-Ġilju, kompla 6

Farrugia, li minn naħa tiegħu li għalkemm qed jitħallas, qed jagħmel aktar minn hekk, għaliex ma kienx ikollna kuntrattur ieħor li jistinka daqshekk u jagħmel aktar milli suppost, u dak kollu li qed jagħmel, qed jagħmlu minn qalbu. Jien nista’ ngħid li għaż-żmien li għadda, sar ħafna xogħol li wieħed jista’ jimmaġina, tant li sa ftit żmien ieħor ser jibda’ t-tħaffir tal-basement. Mhux il-ħsieb tiegħi li nsemmi l-ħafna benefatturi li qed jgħinu f’din l-ewwel fażi. Dan nilħaq nagħmlu aktar ’l quddiem.

t-twaqqiegħ fejn sal-ġurnata li qed niktieb, kważi xahrejn wara, ix-xogħol mexa’ ġmielu, u jekk nibqgħu sejrin hekk il-ħsieb tal-Kummissjoni ser jirnexxi. Apparti li jien tfajt l-enerġija kollha tiegħi fuq dan il-proġett bħala Manager, sabiex nieħdu l-anqas żmien possibbli, ma nistax ma nsemmix lill-kuntrattur Michel

Ma nistax nagħlaq din l-ewwel kitba tiegħi mingħajr ma nitlob benefatturi oħrajn li ma ġewx f’moħħi, sabiex joffru l-għajnuna tagħhom billi javviċinawni, bħal trakkijiet għall-ġarr ta’ materjal jew inkella barrieri fejn jista’ jintrema’ l-materjal. Nixtieq ngħid ukoll lil dawk li għadhom ma tawx kontribut bil-flus, jersqu ’l quddiem lejn xi membru tal-Kummissjoni u joffru s-somma li qed jitlob il-Kumitat, sabiex inkunu nistgħu ngħelbu l-isfidi kollha li għandna quddiemna, sabiex ikollna Każin majestuż li jixraq lill-faċċata majestuża eżattament f’egħluq l-ewwel ċentinarju tas-Soċjetà.

Naħseb ħafna huma dawk li xi darba tiġihom il-kurżita’ sabiex jidħlu jittawlu xi ftit sabiex jara x’qed isir. Jien nifhem lil dak li jkun, għalhekk jekk wieħed jixtieq jagħmel dan, jista’ javviċinani. Pero’ wieħed irid ikun xi ftit prudenti ukoll għaliex mhux għalkemm wieħed jaqbad u jidħol f’sit ta’ kostruzzjoni mingħajr attenzjoni speċjali, għaliex f’siti bħal dawn, il-periklu huwa eżistenti l-ħin kollu. Irrid ngħid ukoll li minn naħa talMEPA aħna marbutin li nagħmlu sinjali sabiex ma jersqux nies fuq il-post talkostruzzjoni. Il-Kumitat ser jaħseb ukoll għal dawn l-individwi. Fil-fatt ser tiġi organizzata Open-Day nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru 2010 bejn it-8:00am u l-4:00pm, u minn hawnhekk nistiednu lis-Soċji u Partitarji kollha sabiex jaqbżu qabża fuq issit biex ikunu jistgħu jammiraw b’attenzjoni l-progress li sar. Nagħlaq ħbieb b’kelma ta’ kuraġġ, dak kollu li hu bidu jasal ukoll għalih it-tmiem, u hekk ukoll isir fil-proġett tant mixtieq minna lkoll. 7


Attivitajiet

LULJU - NOVEMBRU 2010

1. Banda Madonna tal-Ġilju f’Ħal-Luqa - 04.07.10 2. Barbecue Night ma’ Joe Demicoli - 17.07.10 3. Elezzjoni Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ - 23.07.10 4. Beach Party - 31.07.10 5. Seduta Ġenerali ta‘ Nofs is-Sena – 08.08.10 6. Sehem il-Fratellanza fil-Festa Titulari - 15.08.10 7. Maratona tal-Liedna 06-08.08.10 8. Attivita’ mill-Kummissjoni Banda - 18.08.10 9. Banda Madonna tal-Ġilju f’Ħal-Kirkop - 21.08.10 10. Spettakli ta’ Nar fl-Imġarr, Malta - 21.08.10 F’Marsascala - 24.07.10 Fil-Fgura - 31.07.10 Fiż-Żebbug, Għawdex-22.08.10 Fl-Isla - 07.09.10 11. L-Aħħar Gathering fil-Każin 27.08.10 12. Ġurnata Kemmuna - 29.08.10 13. Barbecue fil-Post tan-Nar 10.09.10 14. Banda Madonna tal-Ġilju f’Montekristo - 11.09.10 15. Banda Madonna tal-Ġilju f’Ħaż-Żabbar - 12.09.10 16. Ftira Night - 23.09.10 17. L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien - 01.10.10 18. Festa tal-Madonna tar-Rużarju - 03.10.10 19. High Tea - 17.10.10 20. Kunċert ta’ Jum l-Imqabba 23.10.10 21. In-Neputija tal-Kappillan 30.10.10 22. Quddiesa għal ruħ il-membri mejtin tal-Fratellanza - 04.11.10 23. Ikla Kummissjoni Banda 14.11.10

8

9


. Festa Immakulata Kuncizzjoni

. 2010 12 ta’ Dicembru

Il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru 2010 4:00pm Ftuħ tas-seba’ skeda tal-uniku stazzjon tar-radju komunitarju fl-Imqabba tal-Ġilju FM 95.4, li ser ikun qiegħed ixandar minn garaxx numru 1, Triq ixXriek, l-Imqabba sa nhar it-Tnejn 13 ta’ Diċembru (skeda dettaljata fil-paġni tan-nofs). 5:30pm Tingħata bidu għal disa’ t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni, ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba, permezz tar-Reċita tar-Rużarju, u l-Kurunella, segwita minn Quddiesa Kantata. L-istess programm isegwi tul il-ġranet kollha tan-Novena.

Nistiednukom tattendu għall-Open Day li ser torganizza l-Kummissjoni Ristrutturar tal-Każin nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru 2010 mit-8.00am ’l quddiem, fejn ser tkunu tistgħu taraw il-progress li sar s’issa f’dan il-proġett ferm ambizzjuż għalina lkoll. Filwaqt li niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent, nitolbukom tkunu prudenti u timxu ma’ l-istruzzjonijiet li jingħatawlkom. Infakkru ukoll lil dawk kollha li għadhom ma daħlux fl-iskema mħabbra biex ma jitilfux żmien u jkunu parti minn dan ilproġett li minn ħolma qed jissarraf f’realta’.

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni

Is- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tippreżenta Programm Mużikali mill-Banda Madonna tal-Ġilju Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja F.V.C.M. Bis-sehem sħiħ tal-Bandisti tal-Post “Fuq l-Għatba taċ-Ċentinarju” Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2010 fis-6.30pm Fi Triq il-Madonna tal-Ġilju (quddiem is-sede temporanja tas-Soċjetà)

Innu lill-Madonna tal-Ġilju – Mro. Joseph Darmanin Quddiem il-Kwadru tal-Madonna – Arr. Andrew Calleja Innu Marċ - “May Flower” – Mro. Julio Tanti Marċ Kantabli – “Evviva l-Banda Lily” – Mro. Joseph Tonna Innu Marċ - “Il-Planċier Meravilja” – Mro. Andrew Calleja It’s a Small World – Robert & Richard Sherman The Lion Sleeps Tonight – Solomon Linda “Ix-Xieħ” Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina b’tifkira tal-25 sena minn mewtu “Tal-Qalba” Tislima lill-Kav. Ġuzeppi Busuttil b’tifkira tal-50 sena minn mewtu “Sky High” Tislima lis-Surmast Luigi Bongailas b’tifkira tal-25 sena minn mewtu “Santiago di Cuba” Tislima lis-Surmast Joseph Abela Scolaro b’tifkira tal-100 sena minn twelidu Innu Banda Lily – Mro. Joseph Darmanin 10

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2010 10:30am Isir il-Ħruġ tal-Istatwa tal-Madonna min-Niċċa tagħha u l-espożizzjoni fuq il-Bradella, fiċ-ċentru tal-Knisja Parokkjali tal-Imqabba. Il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010 7:30pm Ikla għas-Soċi u Partitarji ġewwa s-Sede temporanja tas-Soċjetà fi Triq il-Madonna tal-Ġilju. Bookings fuq 79853044. Is-Sibt 11 ta’ Diċembru 2010 Lejlet il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 4:30pm Konfessuri Barranin għall-Qrar ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba. Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2010 Jum il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 8:30am Quddiesa Kantata 10:00am Quddiesa bis-sehem tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju 4:00pm Quddiesa Kantata Solenni mill-W.R. Dun Joseph Vella OC. 5:00pm Ħruġ tal-Purċissjoni Solenni bl-Istatwa tal-Madonna madwar it-toroq talImqabba, immexxija mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Fratellanzi l-oħra tal-Parroċċa, Kleru u Poplu. Ma’ dħul il-Purċissjoni, ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. F’każ li t-temp ma jippermettix, jingħad Rużarju Meditat fil-Knisja Parrokkjali. 6:00pm Programm mużikali mill-Banda Madonna tal-Ġilju bis-sehem sħiħ talbandisti tal-post, quddiem is-sede temporanja tas-Soċjetà fi Triq il-Madonna tal-Ġilju. 8:00pm Jingħata bidu għall-Maratona ta’ 24 siegħa ġbir ta’ fondi fuq Tal-Ġilju FM 95.4. Id-donazzjonijiet kollha miġbura ser imorru b’riżq il-Festi Ċentinarji. 8:00pm Takkumpanja din il-Maratona ser issir Maratona oħra ta’ ħdim ta’ liedna organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ f’garaxx numru 1, Triq ix-Xriek. Kulħadd huwa mħeġġeġ jiġi jagħti d-donazzjoni tiegħu, b’ġest ta’ appoġġ lejn il-preżentaturi u l-parteċipanti tal-Maratona tal-Liedna. Il-Partitarji kollha huma mħeġġa jżejjnu djarhom bi Xbihat tal-Madonna, kif ukoll itellgħu bnadar u jixegħlu globi blu tul il-ġranet kollha tan-Novena li jibqgħu sejrin sa nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2010, Jum il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. 11


Il-Ħamis 2 ta’ Diċembru 2010 9:00am Coffee Morning mill-Fergħa tan-Nisa talĠilju ġewwa l-Al Fresco Bar & Restaurant, Birżebbuġia. L-Erbgħa 8 ta’ Diċembru 2010 Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni 8:00am Open Day fis-sit tal-Każin tas-Soċjetà fil-Pjazza tal-Knisja. Kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jiġi jara l-progress li sar sa issa fil-proġett tarrikostruzzjoni tal-Każin. 7:00pm Attivita’ Soċjali bejn il-membri tal-Kumitati u fergħat kollha tas-Soċjetà ġewwa l-bini talIsptar il-Qadim, li matulha ser jiġi mniedi l-Poster Uffiċċjali tal-Festi Ċentinarji. Bejn is-Sibt 4 u l-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2010 Bazaar imtellgħa mill-Fergħa tan-Nisa f’garage numru 1, Triq ix-Xriek fejn ser ikun hemm għażla vasta ta’ oġġetti għall-bejgħ li jvarjaw minn oġġetti tal-Milied, affarijiet għad-dar, pjanti, ġugarelli u ħelu fost oħrajn, kollox bi prezz moderat. Il-Bazaar ikun miftuħ il-ġurnata kollha. Il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010 7:30pm Ikla għas-Soċi u Partitarji ġewwa s-Sede temporanja tas-Soċjetà fi Triq il-Madonna talĠilju. Bookings fuq 79853044. It-Tnejn 13 ta’ Diċembru 2010 7:00pm Christmas Concert mill-Banda Madonna talĠilju fil-Knisja ta’ San Bażilju. 8:00pm Għeluq tal-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi u liedna f’garaxx numru 1, Triq ix-Xriek fejn kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi f’atmosfera brijuża. Bejn il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 ta’ Diċembru Issir il-ġabra bl-envelopes bieb bieb b’riżq il-Festa 2011 u jitqassam il-kalendarju kommemorattiv għas-sena li ġejja. Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru 2010 10:30am Seduta Ġenerali Straordinarja dwar il-Proġett tar-Rikostruzzjoni tal-Każin ġewwa s-Sala talKażin tal-Football. 4:30pm Tqassim tar-Rigali lit-tfal mill-Father Christmas. Bookings mill-Banka tal-Lottu. It-Tnejn 27 ta’ Diċembru 2010 5:00pm Party tal-Milied għat-tfal kollha organizzat minn Tal-Ġilju Junior Club ġewwa s-Sala talKażin tal-Football, b’xelta mill-isbaħ ta’ rigali u sorpriżi oħra. Bookings isiru fuq 99275037 jew mill-Banka tal-Lottu. 12

Is-Sibt 1 ta’ Jannar 2011

Bidu tas-Sena Ċentinarja

10:00am Quddiesa bis-sehem ta’ Kumitati, Soċji u Partitarji ġewwa l-Knisja Parrokkjali bħala radd il-Ħajr lil Alla u lil Marija fil-bidu ta’ din isSena Ċentinarja. 10:45am Il-Banda Madonna tal-Ġilju tiftaħ is-Sena Ċentinarja permezz ta’ Marċ Brijuż madwar it-toroq talImqabba. Kif il-Banda tasal fi Triq il-Parroċċa, isir il-kxif simboliku ta’ lapida fil-post fejn 100 sena ilu serva bħala l-ewwel sede tasSoċjetà. Is-Soċji u Partitarji huma mħeġġa sabiex jakkumpanjaw il-Banda f’din l-okkażjoni hekk importanti. Is-Sibt 8 ta’ Jannar 2011 8:00pm Riċeviment annwali ad unur il-membri talGħaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju u l-familjari tagħhom ġewwa s-Sala tal-Każin tal-Football. Il-Ħadd 9 ta’ Jannar 2011 9:00am Ġeraldu Debattista One-Day Darts Tournament ġewwa l-Każin tal-Football. Bookings fuq 99471736. Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2011 Attivita’ mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni,. Dettallji jitħabbru aktar ‘l quddiem. Għalhekk żomm din id-data vojta. Il-Ħadd 20 ta’ Frar 2011 10.30am Seduta Ġenerali Annwali. 13


14

15


Lejn is-Seba’ Skeda; .. Lejn Seklu ta’ Successi . . . Ninsabu fuq l-għatba tas-sena ċentinarja... Xieraq għalhekk li għas-seba’ darba konsekuttiva u għal darb’oħra singulari f’raħalna jerġa’ jinstema’ jidwen maddinja leħen is- Soċjetà tagħna hekk kif qegħdin f’punt fejn nistgħu b’sodisfazzjon niċċelebraw seklu ta’ suċċessi filwaqt li nħarsu lejn seklu ieħor ta’ devozzjoni... Minkejja d-diversi ostakoli li kellna u għadna naffaċċjaw, ninsabu għaddejjin b’pass adekwat fix-xogħol tagħna fuq isseba’ skeda ta’ Tal-Ġilju FM, bħal dejjem fuq il-frekwenza 95.4, effettivament fittielet sena mill-ftuħ ta’ l-istazzjon. Evidentament, wieħed mill-ewwel jintebaħ li l-istudios fejn saru s-sitt skedi preċedenti ta’ Tal-Ġilju FM illum il-ġurnata m’għadhomx jeżistu u m’huma xejn ħlief parti mill-kronoloġija tas-Sede tagħna. Minħabba f’hekk il-problema prinċipali li kellna naffaċċjaw f’dawn l-aħħar xhur kienet il-lokazzjoni temporanja ta’ minn fejn ser inxandru l-iskeda li għandha tkun il-pass finali lejn is-sena ċentinarja tas-Soċjetà; Problema li ġiet megħluba bis-saħħa talqlub ġenerużi ta’ Michel Farrugia li offrielna allokazzjoni temporanja għall-ħażna ta’ l-apparat tekniku tagħna u Emanuel Falzon (Leli n-Nazzjon) li offrielna post mill-aktar ideali u konvenjenti għal xandir fil-jiem li ġejjin, propju fil-fetħa ta’ quddiem il-bar tal-każin li temporanjament qiegħed jopera fit-triq li b’unur kbir ngħidu hija msemmija għall-patruna tagħna, il-Madonna Tal-Ġilju. Ir-ri allokazzjoni ta’ l-istazzjon tagħna ma kienet qatt tkun possibbli mingħajr l-għajnuna ta’ dawn il-persuni msemmija. Din l-iskeda, bħal dejjem mimlija daqs bajda, ser ikollha forma xi ftit differenti minn 16

dik li mdorrija tisimgħu intom is-segwaċi, u dan għar-raġunijiet imsemmija iktar qabel. Filwaqt li reġgħu ġew imsaħħa numru ta’ programmi li kibru ma’ l-istazzjon – Insemmi ‘INFO.36O’, ‘Drivetime’, ‘Siesta mal-Marċi’, ‘Qum minn hemm! Ma’ TalĠilju FM!’, ‘Mid-Morning’ u ‘Memories’; f’din l-iskeda se jiġu ntrodotti numru ta’ programmi ġodda bħal ‘Centenary WarmUp!’, ‘Weekend Edition’ u t-tieni edizzjoni tal-kwizz ‘BUZZer!’... Nixtieq insemmi wkoll is-Sotto-Programm tant maħbub minnkom is-semmiegħa ‘Nitfa Nitfa fuq l-Imqabba’ li f’din l-iskeda se jiġi konkluż hekk kif tinstema’ r-raba’ u l-aħħar sensiela tiegħu. Wieħed jista’ jissaponi li t-tema prinċipali ta’ din l-iskeda se tkun is-sena 2011 u ċ-ċelebrazzjonijiet li se ġġib magħha f’raħalna. Bħas-sena preċedenti, il-kummissjoni tagħna ser torganizza maratona ta’ xandir b’risq il-festi ċentinarji, jippreżentaw Marvin Briffa, Julian Falzon u Dorothy Camilleri, akkumpanjati b’maratona ta’ ħidma ta’ liedna organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ; 24 siegħa ta’ ħidma u xandir flistudios temporanji ta’ Tal-Ġilju FM ilkoll flimkien bħala familja waħda. Wara li kkunsidrajna diversi fatturi u suġġerimenti, iddeċidejna li fil-fatt neżegwixxu din l-iskeda għall-ebda raġuni oħra ħlief li nemmnu fikom is-semmiegħa – Soċji u partitarji tant ġenerużi u ħabrieka ta’ Soċjetà li pass wara pass tinsab tiela t-telgħa taċ-ċentinarja. B’hekk issa ninsabu f’punt fejn niddependu fuq is-sapport u l-parteċipazzjoni tagħkom fuq Tal-Ġilju FM, u bħal dejjem fuq il-ħarsien t’Ommna konċeputa mingħajr l-iċken tebgħa ta’ dnub sabiex ilkoll f’isimha nżidu ħolqa oħra mal-katina ta’ suċċessi li ġiet inizzjata millantenati tagħna mitt sena ilu. Joseph Zammit - Kummissjoni Radju

Ġurnata ħdejn il-pool 03.08.2010

Ħarġa 16.10.2010

Kunċert Jum l-Imqabba 23.10.2010

Hello tfal Kif aħna? Nispera li kulħadd jinsab tajjeb . Issa ilkom tarawni ftit, pero ma tantx tafu affarijiet fuqi. Jiena Lyndsey O’Reilly għandi 33 sena, miżżewġa lil Gordon O’Reilly u għandi tifel ta’ 3 snin li jismu Eamonn Duncan, li bħalkom huwa membru tal-Junior Club. Ilni nagħmel xogħol ta’ volontarjat għal dawn l-aħħar sentejn u f’Awwissu ġejt nominata mill-Kumitat tan-Nisa bħala delegata tal-Junior Club fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Fil-fatt ta’ min jgħid li għallewwel sena, il-Junior Club qiegħed jiġi mmexxi mill-Kumitat tan-Nisa, fejn qabel kien jiġi mmexxi mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Minn hawn ngħidulhom prosit ta’ l-impenn li urew f’dawn l-aħħar sentejn u nofs kemm ilu mwaqqaf il-Junior Club. Dan jikkonsisti f’organiżazzjoni t’attivitajiet għalikom it-tfal membri u l-ħbieb tagħkom. Nista’ ngħid li qiegħda għal qalbi ħafna f’din il-kariga magħkom it-tfal li tant għandkom ideat sbieħ x’toffru u taqsmu magħna kif ukoll bejnietkom. Jiena flimkien ma’ sħabi tal-Kumitat ukoll għandna ħafna u ħafna x’ noffru għalikom. Nibda’ billi nsemmi xi wħud mill-affarijiet li għaddejin bħalissa u li għandna ppreparati għalikhom it-tfal fil-jiem li ġejjin. Bħal ma’ diġa’ tafu, fil-jiem li għaddew dorna lilkom it tfal bittessera tas-sħubija għas-sena 2010-2011 . Għallewwel sena, għaddej ukoll il- ‘Play, Learn & Fun’ li beda’ fit-2 ta’ Ottubru u jibqa’ sejjer sal-Milied. F’dan il-grupp aħna lkoll niltaqgħu kull nhar ta’ Sibt fejn intom it-tfal ikollkom affarijiet varjati x’tagħmlu u li minn dak li tgħidulna żgur qed jinżlu tajjeb magħkom. U għalhekk ser inkomplu wara il-festi tal-Milied u fiż-żmien li jwassalna sal-Festi tal-Għid. F’Ottubru li għadda żorna flimkien l-akkademja tal-Pulizija fejn dawk kollha li attendew sabu din l-attività tassew ta’ interess. Attivitajiet oħra li hemm ippreparati għalikom ittfal huwa l-Festin tal-Milied nhar it-Tnejn 27 ta’ Diċembru 2010 u li ser ikun mimli sorpriżi u mhux ta’ min jitilfu. Attivitajiet oħrajn jinkludi ħarġiet kulturali li huma ta’ tagħlim għalikhom it-tfal. Min jixtieq aktar informazzjoni rigward attivitajiet li semmejna hawn fuq jista’ jċempel lili fuq 99275037. Qabel nagħlaq nixtieq ngħid grazzi kbira lillġenituri talli dejjem insibuhom warajna kif ukoll lilkom talli jogħġobkom tattendu għall-attiviatjiet tagħna. Li kieku ma kienx għalikom, il-Junior Ċlub tal-Ġilju żgur ma kienx ikun possibbli. Ma baqali xejn x’ngħidilkom ħlief sakemm nerġgħu niltaqgħu, nixtieqilkom ħafna ferħ u ġid. Lyndsey O’Reilly 17


. Gheruq is-Socjetà

Benny Farrugia

Mikiel Camilleri

Benny Farrugia għandu 60 sena u joqgħod l-Imqabba. Huwa għandu żewġt itfal: Caroline u Julie u huwa nannu ta’ tifla waħda, Darlene. ‘Ic-Chappy’ kif inhu magħruf ma’ kulħadd minn dejjem kien jirsisti għall-Festa. Huwa jirrakontali li din l-imħabba għall-Festa twieldet fih grazzi għal ommu Żeża u missieru Ċensu. Ta’ min jirrimarka li xi whud minn ħutu għadhom involuti fil-qasam tal-Festa. Dawn huma Julia Debono, Bice Farrugia kif ukoll Teddy Farrugia (President attwali). Benny jgħidli li ta’ 12–il sena, flimkien ma’ ħuh Ġanni (illum mejjet) kienu jgħinu lil missierhom billi jagħu xi karta bil-kolla lis-salut li jkun inħadem għall-Festa. Jgħidli wkoll li dan xogħol kienu jagħmluh bil-moħbi t’ommhom u mhux l-ewwel darba li l-ġenituri tiegħu kienu jiġġieldu minħabba f’hekk. Ta’ min jgħid li missierhom Ċensu kien ukoll jikkarga s-sfafar u gassijiet għal matul il-ġimgħa tal-Festa. Sal-1968, il-ħidma tiegħu kienet l-aktar relatata mal-armar. Hu kien jgħin lil zijuh Saver Abdilla (t’Għabajjar) fl-armar tal-pjazza flimkien ma’ membri oħra tal-Kumitat, fosthom Pietru Farrugia (ta’ Priska), Toni Baldacchino (il-Baws), Pawlu u ħuh Ġanni (taż-Żunnara). Jgħidli li dak iż-żmien, kienet tintrama il-pjazza biss u kienu jkunu ħafna dawk iż-Żgħażagħ li kont issibhom jagħtu daqqa t’id. Meta mistoqsi jekk qattx għamel 18

Intervisti minn Antoine Pace

parti minn xi Kumitat, huwa wieġeb flaffermattiv, flimkien ma’ Benny Briffa (talLampa), Joe Abdilla (ta’ Lonzu) u oħrajn. Ġrajjiet importanti mill-ħajja tas- Soċjetà li qatt ma jinsa’ huma meta f’Mejju tal-1968 kienet inħadmet l-itwal kaxxa nfernali filGżejjer Maltin. Qalli li kienet tikkonsisti minn 3000 fetħa tat-3” u kellha mal-200 murtalett ikkumlikati fiha. Qalli li dak iżżmien, din il-kaxxa kienet inħadmet firrazzett ta’ Karmnu Baldacchino (tas-Saħta). Qalli li dan Karmnu kien wieħed minn dawk il-pilastri fin-nar tal-ajru flimkien ma’ Ġakbu Barbara, Ġilju Briffa (tas-Sinjura) u Żaren Galea (il-Muċċ). Benny kompla jgħidli li qabel kellna l-post tan-nar preżenti, il-murtali kienu jinħadmu fil-gorboġ ta’ Ġakbu Barbara fil-limiti ‘Tas-Sejba’. Qalli li l-imħabba li għandu għall-murtali talkulur huwa minħabba l-fatt li kien jgħin lil zijuh Toni Zammit (Sant’Antnin). Episodju partikolari mill-passat li qatt ma’ jinsa’ huwa meta sfortunatament kien involut fi traċedja fil-post tan-nar fit-12 ta’ Diċembru 1969. Jgħidli li dakinhar kien fil-kumpanija ta’ Żaren Buhagiar (il-Maċiċu). Wara li għamel sena u nofs l-isptar, Benny qatt ma ħares lura u għall-Festa tal-1972 kien ħadem l-ewwel tużżana u nofs murtali talkulur bil-għajnuna ta’ Charles Abdilla (ta’ Lonzu). Mill-1974 ’l quddiem, kien ukoll jagħmel murtali tal-beraq pront. Miegħu jakkumpanjah kien ikollu dejjem grupp ta’ nies fosthom ħuh Ġanni, Leli Tanti (itTikka), Ġanni Polidano, Żaren Facciol, Ċikku Camileri (tal-Lusu) u Victor Zammit (ta’ Douglas). Lejn l-aħħar tas-snin tmenin u bidu tas-snin disgħin kellu jgħinuh lil Charles Attard (iċ-Ċineg), Leli Camillieri (il-Bully), Antoine Farrugia (ta’ Gajtan), Censu Farrugia (Taz-Zululeqq), Karmnu Debono (ir-raġel ta’ oħtu Julia) kif ukoll linneputi tieghu Joseph Debono. Benny qalli

li fl-aħħar snin kellu miegħu lil Jonathan Dingli (ta’ Ballara) u Michael Camillieri (talBully). Qalli ukoll li ħuh Ġanni kien ikun dejjem spalla ma’ spalla jagħtih l-għajnuna tiegħu. Illum il-ġuranta Benny m’għadux involut fil-ħidma b’riżq il-Festa, minħabba mpenji familjari. Punt importanti fil-ħajja ta’ Benny huwa meta fl-2001 kien ġie mistieden minn kumpanija tan-nar Amerikana biex imur jagħti xi lezzjonijiet fuq in-nar Malti ġewwa l-Amerika flimkien ma’ Pawlu (ta’ Stella) minn Ħal Safi. Imbagħad, sentejn wara, ġie mistieden biex imur il-Ġappun. Meta mistoqsi fuq l-andament kurrenti tasSoċjetà u l-organizzazzjoni tal-Festa, huwa qalli li x-xogħol li jidher waqt il-Festa jixhed li għandna Kumitat Amministrattiv li jaħdem is-sena kollha. Għall-futur, huwa jawgura li nibqgħu mexjin kif aħna mexjin u jixtieq li wara li issa beda’ proġett tal-Każin tkompli l-manutenzjoni fuq il-Vara l-Kbira. Fl-aħħar u mhux l-anqas ma setax jonqos li nsaqsuh fuq Sezzjoni Żgħażagħ. B’wiċċu mimli dija jgħidli li kieku m’għandniex żgħażagħ qalbiena żgur ma’ ssirx Festa kbira bħal din. Punt importanti li għoġbu ħafna huwa meta s-Sezzjoni Żgħażagħ ingħaqdet ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra biex itellgħu attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali. Minn din il-paġna, jixtieq jawgura aktar suċċess lis-Sezzjoni Żgħażagħ f’dak kollu li tagħmel u jixtieq jirringrazzja lil kull min għenu fil-qasam tan-nar biex ta’ kull sena paxxa lill-poplu Mqabbi fil-Festa tant għal qalbu tal-Madonna tal-Ġilju.

Mikiel Camillieri magħruf aħjar bħala ‘il-Pinna’ għandu 69 sena u huwa pensjonant. Huwa miżżewweġ lil Imperia nee’ Farrugia u għandhom tlitt itfal: Jean Pierre, Gino u Horace. Mikiel ilu nieqes minn raħalna 42 sena u fil-preżent jgħix Ħal Luqa. Mikiel minn dejjem kien jiffrekwenta l-Każin tal-Ġilju tant li għandu mħabba kbira għall-Festa u lejn il-Madonna talĠilju. Għadu sal-llum il-ġurnata jtella’ l-bandiera fuq l-arblu tad-dar tiegħu f’Ħal Luqa kemm fil-ġimgħa tal-festa u kif ukoll

fil-Festa tal-Kunċizzjoni. Minn dejjem kien imidd idejh fl-armar tal-Festa fi żmien Saver Abdilla (ta’ Għabajjar). Kien ukoll jagħti l-għajnuna tiegħu fil-ġarr u tħawwil ta’ kanni fi żmien meta kien jinħaraq in-nar mis-Sejba. Madankollu, huwa saħaq miegħi li qatt ma’ ħadem nar f’għomru. Meta mistoqsi jekk qattx għamel parti minn xi Kumitat, huwa wieġeb fin-negattiv, biss qatt ma qagħad lura milli jgħin mill-aħjar li jista’. Episodji li qatt ma’ jinsa’ huma meta fl-1968 kienu ħawwlu ħafna kanni għax kienet saret l-ikbar kaxxa f’Malta. Jgħidli li kull sena l-ammont ta’ nar għall-Festa kien dejjem jiżdied. Ikompli billi qalli li għalkemm Festa Sekondarja, qatt ma kienet nieqsa minn xejn, kemm minn naħa ta’ armar u anke fejn jidħol entużjażmu u briju. Jiftakar li hu kien jgħin lill-membri tal-Kumitat flarmar tal-antarjoli. Ilum il-ġurnata ma tantx għadu nvolut fil-Festa. Episodji oħrajn li ma jistax jinsa’ huma meta inkixfu l-Plancier u l-Bandalora, kif ukoll riċentement il-kxif tal-Faċċata tal-Każin. Huwa xorta waħda għadu jitla’ sal-Imqabba fil-ġimgħa talFesta. Il-ħsibijiet tiegħu dwar is-Soċjetà huma pożittivi ferm. Huwa jixtieq li qabel ma jmut jara l-Vara l-Kbira lesta għax biha, il-Pjazza tkun aktar kompluta. Xewqa oħra li dalwaqt jara huwa l-bini u t-tkabbir talKażin. Għalkemm ilu nieqes mill-Imqabba, Mikiel xorta waħda jistaqsi dwar xi jkun għaddej f’raħal twelidu. Milli jisma’ jgħidli li jieħu pjaċir bl-attivitajiet li jorganizzaw iż-żgħażagħ għax joltqu kull ġenerazzjoni. Ħa gost ħafna bl-inizjattiva tar-Radju għax b’hekk jista’ jsegwi l-Festa b’dan il mezz ta’ komunikazzjoni li għadu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-Imqabba. Fl-aħħar u mhux l-anqas, huwa jawgura li nibqgħu nagħmlu festa kbira kull sena speċjalment is-sena d-dieħla f’egħluq l-ewwel 100 sena tas-Soċjetà u nibqgħu nagħtu sehemna biex din is- Soċjetà tibqa’ tikber u titkattar b’għan wieħed, li niċċelebraw flimkien u bil-kbir Festa mill-aqwa ad Unur Ommna Marija minn tal-Ġilju. 19


Kif żvolgiet l-esperjenza tiegħek f’Miss Teenager Malta 2010? Kont beżgħana ħafna peress li ma kellix esperjenza u l-catwalk minn dejjem kienet taqtali qalbi. Qabel il-kompetizzjoni kelli ħafna preparameni ta’ xagħar, make up u ħwejjeġ. Ilkategorija tiegħi kienet tinvolvi diversi stili ta’ lbies differenti. Dawn kienu: Bikini wear, Casual wear, Bin bag fashion wear u Evening wear. Hawnhekk ħarġet il-kreattività tiegħi ukoll għaliex kelli nikkreja tibdila moderna magħmula mill-garbage bags. Fil-jum talkompetizzjoni bdejna l-Opening biż-żifna li konna tgħallimna. Fl-aħħar kien hemm titli differenti li mudella tista’ tingħata u jien kelli l-unur li nirbaħ ‘Miss Public Opinion’. Din kienet sorpriża kbira għalija, mument uniku imma fl-istess ħin nixtieq li jkun mument li nerġa nesperjenzah. X’inhuma l-impenji tiegħek fil-modelling fil-preżent? Qed nkompli fuq modelling u qiegħda f’kors ma’ Passerelle Modeling Agency biex inkun iżjed professjonali. Involvejt ruhi f’izjed Photoshoots. L-opportunitajiet ma jonqsu qatt u issa kelli opportunita’ li nieħu sehem f’Passerelle Modelling Agency Award. Ġejt nominata fi tliet kategoriji li huma Passerelle Best Female Beginner Model Award, Passerelle Best Female New Comer Award u Passerelle Best Female Teen Model Award.

Francesca Abdilla

talent imqabbi

Intervista minn Julie Farrugia

B’differenza minn edizzjonijiet passati, f’din il-ħarġa tfajna ħarsitna fuq tfajla li f’dawn l-aħħar snin uriet potenzjal fil-qasam tal-modelling. Din is-sena ħarġet rebbieħa bit-titlu ta’ ‘Miss Public Opinion’ fil-konkors Miss Teenager Malta 2010. Francesca Abdilla, bint Victor u Julie Abdilla, twieldet fit-23 ta’ Ottubru 1994 u għandha sittax-il sena. L-iżgħar fost ħutha Petra, Matthew u Samuel, Francesca toqgħod Birżebbugia iżda qattgħet tfulitha ġewwa l-Imqabba, b’hekk għandha għeruq sodi f’raħalna. Il-passatempi tagħha jinkludu żfin, reċtar, u ovvjament modelling. X’ħajjrek biex tibda’ din l-ambizzjoni tiegħek fil-modelling? Minn dejjem kont mħajjra għal żfin u modelling. Attendejt f’diversi skejjel taż-żfin, fosthom Dancel Studios, Shake Dancers u Valentine Dancers. Kont ħadt kors tad-drama ma’ Hermann Bonaci Productions ukoll. Ġieli ħadt sehem f’xi serati li torganizza s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Minn hemmhekk qatt ma ħarist lura. L-iktar ħaġa li kienet tbeżżgħani fil-modelling hija l-catwalk iżda r-ritratti minn dejjem kienu jogħġbuni. Saret taf bija Directing Manager ta’ Passerelle Modelling Agency minn fuq profil fuq l-internet u kkuntattjatni sabiex tara jekk kontx interessata. Min kien u għadu ta’ aspirazzjoni għalik għal dan it-talent li għandek? It-television barrani kien ta’ asspirazzjoni kbira speċjalment Tyra Banks li tippreżenta il-programm America’s Next Top Model. Din kienet waħda mil-iżjed fatturi nteressanti li ħajjruni biex nibda. Il-Maltija Tiffany Pisani kienet ta’ aktar aspirazzjoni meta rajt issuċċess li qed tgħamel barra minn Malta.

Kif għenitek is-Socjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju biex tkompli tkabbar ittalenti tiegħek? Kif diġa semmejt, is-Socjetà dejjem kienet hemm biex tinvolvini fl-attivitajiet li torganizza matul is-sena. Minn mindu kont żgħira kont nieħu sehem f’diversi serati li jorganizzaw. Kont involuta f’reċtar, żfin, kif ukoll fir-radju. Fl-iskeda li għaddiet kelli il-Mid-Morning Show li kienet esperjenza sabiħa ħafna. Is-Socjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju kienet, għadha u tibqa’ ta’ mportanza għalija għax permezz taghha, skoprejt it-talenti moħbijin tiegħi. X’tissuġerixxi lil dawk li jixtiequ jiżviluppaw talenti simili bħal tiegħek? Ħadd m’għandu jaqta’ qalbu! Bħal ma jien bdejt mix-xejn, issa qed inkompli nkabbar ittalenti tiegħi ftit ftit. Dejjem għandek tħares ’l quddiem u tegħleb dawk l-affarijiet negattivi tal-ħajja. Grazzi Francesca u nħalli f’idejk sabiex tagħlaq din l-intervista. L-ewwel nixtieq niringrazzja lill-membri tal-familja tiegħi li dejjem sibt sapport kbir minn għandhom. Sibt ukoll ħafna għajnuna mingħand ħbieb u familjari li dejjem inkoraġġewni biex nieħu sehem f’diversi attivitajiet u biex qatt ma naqta’ qalbi. L-iżjed persuna importanti li għenitni f’dan il-qasam hija d-Directing Manager ta’ Passerelle Modeling Agency, Marvic Caruana li rat potenzjal fija u qed tkompli tinkoraġġini għall-futur għal iżjed suċċessi. Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-ispazju li tawni u nawguralhom futur mill-aqwa.

L-esperjenza tal-modelling minn fejn bdiet? Kif semmejt qabel kienet ikkuntatjatni d-Directing Manager ta’ Passerelle Modelling Agency u aċċettajt għax minn dejjem kelli l-ħajra li nibda’. Bdejt b’ħabta u sabta għaliex mill-ewwel raw il-potenzjal tiegħi bħala mudella. Bdejt billi għamilt l-ewwel Portfolio tiegħi uffiċċjali bħala mudella. Qabel il-kompetizzjoni ta’ Miss Teenager Malta, ltqajna l-grupp kollu biex insiru nafu lil xulxin aħjar u niprattikaw iż-żifna tal-Opening. Fil-kategorija tiegħi kien hemm tmien parteċipanti jikkompetu miegħi. Kont dehert ukoll flimkien malmudelli l-oħrajn fuq il-Gwida sabiex jivvutali l-pubbliku. 20

21


50 Sena

minn Marvin Sciberras

mill-Mewt ta’ Baskal Xuereb

Fost l-anniversarji li timmarka s-sena li ninsabu fiha, nsibu l-ewwel ċinkwantinarju millmewt ta’ Baskal Xuereb. Baskal, kien membru tal-familja Xuereb, familja li rabtet isimha mas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju daqs kemm rabtitu ma’ raħalha, l-Imqabba. Baskal twieled fl-1885 u miet nhar il-Milied tal-1960, fl-eta’ ta’ 75 sena. Huwa kien iben Pawlu u Innoċenza Xuereb, u ħu s-Saċerdot Dun Ġużepp Xuereb, ex-Prokuratur tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Parroċċa tal-Imqabba. Baskal inniffsu, okkupa l-kariga ta’ Prokuratur tal-istess Fratellanza bejn l-1930 u l-1939. Huwa kien ukoll Soċju tal-Museum. Jekk wieħed imur lura fl-istorja, mill-ewwel jirrealiżża li Baskal kien meqjus bħala pilastru tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. U dan bir-raġun! Baskal, kien bniedem ta’ talenti kbar. Fiż-żmien bikri tat-twaqqif tas- Soċjetà, huwa kien diġa’ rinomat sew għall-logħob tan-nar li kien jaħdem għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Silta minn ittra li dehret fil-ġurnal “Malta Tagħna” tat-23 ta’ Mejju 1914 dwar il-Festa tal-Madonna talĠilju li kienet għada kemm għaddiet, insibu hekk: “Is-Sibt, leiliet il festa fill għaxia chien hemm quantita’ ta murtali famusi tal culur u variabili, magħmulin mil ġiuvni Pasquale Xuereb”. Fis-snin 20, narawh ukoll bħala membru tal-Kumitat tal-Każin. Baskal Xuereb kien ukoll mastrudaxxa u dilettant kbir tal-armar tal-Festa. Fil-fatt huwa l-bniedem li ħadem ħafna mill-armar l-antik tal-Festa, fosthom il-pedestall forma ta’ torri tal-Vara ta’ Malta Rebbieħa, kif ukoll fassal id-disinn tal-Pedestall tal-Vara l-Kbira u l-Vari ta’ fuqha, it-trofej il-kbar tal-Pjazza, flimkien mat-tnax il-mensola tal-anġli li jintramaw ġewwa z-zuntier. B’xorti kbira dan l-armar għadu jitgawda ta’ kull sena fil-Festa tagħna. Narawh ukoll bħala mużiċist. Tant hu hekk, li meta kmieni fl-1944 kien hemm l-ewwel tentattivi sabiex titwaqqaf formazzjoni mużikali fi ħdan is-Soċjetà, Baskal kien ukoll iħarreġ l-allievi fl-arti mużikali. Nhar id-29 t’Awwissu 1944, il-Każin tal-Ġilju sar uffiċċjalment l-ewwel Soċjeta’ Mużikali Mqabbija. Mingħajr l-iċken dubju, Baskal jorbot ismu l-aktar mal-bini tal-faċċata majestuża talKażin tal-Ġilju. Qabel il-proġett tal-Każin, hu kien għaddej bi proġett ieħor kbir. Huwa kien il-bniedem li taħt id-direzzjoni tiegħu inbniet mill-ġdid il-Koppla tal-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba li tlestiet fl-1948. Wara dan il-proġett, Baskal daħal b’ruħu u ġismu għallbini tal-faċċata tal-Każin. L-għan kien li l-Każin ikollu faċċata mponenti u b’arkitettura li tiddistingwih mid-djar tal-madwar. Huwa għamel disinn għall-faċċata, kif ukoll daħal għax-xogħol tal-bini u qiegħed l-iskultura kollha f’postha bil-għajnuna ta’ Anthony Zammit (Ta’ Sant’Antnin). Issa li l-faċċata ġiet restawrata għall-ġmiel oriġinali tagħha, żgur li Baskal ikun l-aktar bniedem kuntent fid-dinja, kieku għadu magħna. Huwa jibqa’ mfakkar ukoll permezz tal-bini ta’ bosta djar sbieħ fl-Imqabba. Kif inhu xieraq, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ħadet ħsieb torganizza funeral mill-aqwa bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju, nhar is-26 ta’ Diċembru 1960. Ta’ min jgħid li Baskal miet propju dik is-sena li fiha l-Koppla li bena’ hu ġiet uffiċċjalment inawgurata. Ir-rotta li ntużat fil-funeral kienet waħda li stabilixxiet ruħha għall-membri talfamilja Xuereb. Fil-fatt Baskal iddawwar bil-korteo minn Triq Valletta, Triq il-Parroċċa, Pjazza tal-Knisja minn quddiem il-Każin tal-Ġilju, Triq San Bażilju u l-Pjazza għallġewwa l-Knisja Parrokkjali. Illum, 50 sena wara mewtu l-memorja tiegħu għada ħajja fostna l-Imqabbin b’mod partikolari l-partitarji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, hekk kif wieħed iħares lejn il-koppla tal-Parroċċa, u kif ukoll dik il-faċċata li ilha għal dawn l-aħħar 62 sena tgħaxxaq il-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Fuq nota personali, inħossni kburi li jiena nisel tal-familja Xuereb, familja li kienet tant strumentali biex isSoċjetà li tant ngħożżu tibqa’ tavvanza fit-triq tal-progress. 22

23


MINDUDIN 1. Issib tixtriha mingħand tal-ħaxix. (8) 5. Jintużaw fil-kostruzzjoni tal-bini. (6) 6. Fuq dan jiġu nterpretati diversi karattri. (4) 7. Biċċa għodda. (6) 9. Hekk jissejjaħ min mhux twil. (4) 11. Bażi għas-soqfa. (5) 13. Meta xi ħaġa ssir b’mod regolari, ngħidu ssir ‘kuljum ..’. (7) 14. Siegħa taljana. (3) 15. Dekorazzjoni fid-dar. (8) 17. Prodott agrikolu popolari Malti li jiġi esportat. (6) 24

WEQFIN 1. Bir-rigi dojoq jew wisgħin. (6) 2. Kelma oħra flok ppubblikat. (6) 3. Struttura għat-tond li tgħaqqad żewġ spazji. (6) 4. Hekk hi msejjħa l-pjazza fir-Rabat Għawdex. (4) 8. Mhux ġdida. (5) 9. Pajjiż fit-tramuntana tal-Afrika. (8) 10. Figura fl-għar tal-kartapesta. (6) 12. Sustanza ħażina għall-ġisem. (5) 13. Tajra li tista’ tinsab kemm fl-ilma baħar u anka f’dak ħelu. (5) 16. L-ewwel numru fil-mazz tal-karti. (3)


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.