Flimkien - Ġunju 2019

Page 1

Newspaper Post

ġunju 2019 Numru 175

08 – Fik mitt gost? Are you delightful? 10 – Barka f’nofs nar jaqbad 12 – Kwizz: X’ġara wara? 14 – Rigali tal-‘Preċett’ 19 – Agħtini wlied: talba ta’ missier 20 – Plastik: 4 minuti, 450 sena 22 – Sena mdemma: 2019 25 – Komunjoni tal-Akkwisti u reġimi oħra


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Lourdes 3 ijiem minn

¢497

28 ta’ Æunju - 1 ta’ Lulju, 5 - 8 ta’ Lulju, 12 - 15 ta’ Lulju, 19 - 22 ta’ Lulju, 26 - 29 ta’ Lulju, 2 - 5 ta’ Awwissu, 9 - 12 ta’ Awwissu, 16 - 19 ta’ Awwissu, 23 - 26 ta’ Awwissu, 30 ta’ Awwissu 2 ta’ Settembru, 6 - 9 ta’ Settembru, 13 - 16 ta’ Settembru, 20 - 23 ta’ Settembru

Holy Land u l-Ġordan 31 ta’ Awwissu 10 ta’ Settembru minn

¢1629

Eskursjonijiet kollha, ikliet, entraturi u tips inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

4 ijiem minn

¢577

1 - 5 ta’ Lulju, 8 - 12 ta’ Lulju, 15 - 19 ta’ Lulju, 22 - 26 ta’ Lulju, 29 ta’ Lulju - 2 ta’ Awwissu, 5 - 9 ta’ Awwissu, 12 - 16 ta’ Awwissu, 19 - 23 ta’ Awwissu, 26 - 30 ta’ Awwissu, 2 - 6 ta’ Settembru, 9 - 13 ta’ Settembru, 16 - 20 ta’ Settembru

San Giovanni Rotondo u Assisi 17 - 24 ta’ Æunju minn

¢799

Eskursjonijiet kollha u half board inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma 15 - 22 ta’ Lulju minn

¢839

Eskursjonijiet kollha u 5 ikliet inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

Il-prezzijiet huma kollha f’kamra trippla u jinkludu t-titjiriet. Irreferi gœad-dettalji kollha tal-programm.

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Dun Joseph Mizzi

E D I TO R JA L

Marzu Ġunju 2019

Ix-xibka Sib żmien tal-internet

F

’Ġunju, il-Knisja tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni. Għal dan il-jum il-Papa Franġisku fakkarna fis-sbuħija tal-internet.

L-internet huwa mezz tajjeb biex tiskopri affarijiet ġodda u tiltaqa’ biex tesprimi solidarjetà mal-oħrajn. Il-kelma ‘internet’ tfisser li aħna qisna qegħdin f ’xibka (net) ta’ relazzjonijiet u komunikazzjoni ma’ xulxin. Ix-xibka taħdem u żżomm sħiħa għax aħna lkoll naqsmu ċerti responsabbiltajiet. Imma xibka taf ukoll torbtok b’tali mod li żżommok skjav tagħha.

3

Magazin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirreklama u għal kull korrispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 jew bil-posta. Indirizz Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana Email flimkien@maltadiocese.org Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

L-internet ifisser ukoll li aħna f ’komunità, li tissopponi li hemm djalogu bbażat fuq l-użu responsabbli u matur tal-lingwa u mhux fuq il-gidba jew kliem ta’ ħsara fuq xulxin. Sfortunatament l-internet jaf joħloq ħafna ‘individwi’, fis-sens li joħloq iżolament u aljenazzjoni mis-soċjetà. L-internet għandu jgħinna niffurmaw ‘ġisem wieħed’. Dan japplika: • għall-familji – li wara jaslu biex jiltaqgħu madwar mejda tal-ikel flimkien; • għall-Knisja – li trid tużah biex toħloq relazzjonijiet isħaħ ma’ xulxin, li mbagħad iwasslu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija flimkien; • għall-umanità kollha – biex taqsam l-esperjenzi sbieħ u koroh tal-ħajja u twassal biex jitolbu flimkien u jkunu solidali ma’ xulxin. Jalla dawn ir-riflessjonijiet tal-Papa nżommuhom quddiem għajnejna kull meta nagħmlu użu mill-internet.

Raġġ Dawl Earth provides enough to satisfy every man’s needs, but not every man’s greed. Mahatma Gandhi. Id-dinja tipprovdi biżżejjed biex tissodisfa l-bżonnijiet tal-bnedmin kollha, imma mhux ir-regħba ta’ kull bniedem.


MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


M e ssaġġ ta l - a r ċ i s q o f

Ġunju 2019

5

Id-doni ta’ Alla għalik Stazzjon 14; Via Lucis, Parroċċa Kunċizzjoni, Ħamrun

F

id-9 ta’ Ġunju din is-sena niċċelebraw b’solennità kbira l-festa tal-Għid ilĦamsin (Pentekoste).

Dakinhar infakkru d-don kbir tal-Ispirtu s-Santu, don li l-Mulej wiegħed lid-dixxipli tiegħu qabel ma bata u miet għalina. Kien qal hekk: “Jiena nibgħatilkom konsolatur li jfakkarkom f ’dak kollu li għedt u jurikom ħwejjeġ ikbar milli rajtu sa issa (ara l-Vanġelu ta’ San Ġwann, Kapitlu 15). L-Ispirtu Qaddis tal-Mulej huwa l-ispirtu ta’ Kristu Rxoxt; huwa l-imħabba ta’ Alla l-Missier għal kull wieħed u waħda minna. Huwa jipproċedi minn Alla permezz ta’ Ibnu. Huwa l-ispirtu li jqaddes id-dinja u li permezz tiegħu l-Knisja tkompli tikber filqdusija, fl-għerf u f ’kull grazzja.

Aħna u nitolbu d-doni tal-Ispirtu s-Santu, inkunu qed nitolbu biex ngħixu ħajja qaddisa, ħajja rżina, ħajja mimlija paċi. L-Ispirtu s-Santu huwa msejjaħ ‘konsolatur’ għaliex ifarraġna, huwa l-avukat tagħna li jieqaf magħna filmumenti tat-tentazzjoni u jiddefendina kontra x-Xitan. Huwa l-Ispirtu s-Santu li jdawwal il-menti tagħna u jħeġġeġ il-qlub tagħna. Dak kollu li huwa tajjeb, sabiħ u qaddis ġej mill-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. “Ejja, Spirtu s-Santu! Imla l-qlub tal-fidili u kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek.”

+ Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Kelma ta’ Franġisku Il-karta tal-identità tagħna hi din: Alla hu Missierna, Ġesù hu Ħuna, il-Knisja hi l-familja tagħna, aħna aħwa, il-liġi tagħna hi l-imħabba. Il-Papa Franġisku, Rakovsky, il-Bulgarija It-Tnejn 6 ta’ Mejju 2019


Biddel il-ħajja tat-tfal li jgħixu fid-djar residenzjali.

Kun il-Kuntatt Soċjali tagħhom. 22959000 | appogg@gov.mt | www.fsws.gov.mt


J UM IL - KOMUNI K A Z Z J ONI S OĊ JALI

Ġunju 2019

7

Verità Fiduċja Rispett Mulej, agħmilna strumenti tal-paċi tiegħek. Għinna nagħrfu l-ħażen moħbi f’komunikazzjoni li tifred. Għinna nneħħu l-velenu mill-ġudizzji tagħna. Għinna nitkellmu fuq l-oħrajn daqslikieku kienu ħuna jew oħtna. Int fidil u ta’ min jafdak: jalla kliemna jkunu għad-dinja żerriegħa ta’ dak li hu tajjeb: fejn hemm l-għajjat, agħmel li nagħrfu nisimgħu; fejn hemm il-konfużjoni, agħmel li nispiraw il-qbil; fejn hemm l-ambigwità, agħmel li nġibu ċ-ċarezza; fejn hemm l-esklużjoni, agħmel li noffru s-solidarjetà; fejn hemm is-sensazzjonaliżmu, agħmel li nkunu sobrji; fejn hemm is-superfiċjalità, agħmel li nqajmu mistoqsijiet serji; fejn hemm il-preġudizzju, agħmel li nqanqlu fiduċja; fejn hemm l-ostilità, agħmel li nġibu r-rispett; fejn hemm il-falzità, agħmel li nwasslu l-verità. Ammen. Talba tal-Papa Franġisku


8

Ġunju 2019

RELA Z Z J ONI

Are you delightful?

D

o you have a foul mouth, poor table manners, or a habit of making sarcastic remarks? Do you skip your shower often? Your rude behavior may seem insignificant to you, but it is unpleasant to those around you, especially your spouse. But if you are driven by love, you intentionally behave in a way that is more pleasant for your spouse to be around. You will purposefully avoid things that frustrate or cause discomfort to him or her. Genuine love minds its manners.

And it could add some fresh air to your marriage! Good manners express to your spouse: “I value you enough to start changing the way I do things that irritate you or embarrass you. I want to be a person who’s a pleasure to be with.” When you allow love to change your behaviour – even in the smallest of ways – you restore an atmosphere of honour to your relationship. Often, our behaviour at home is very different from our behaviour with friends, or even with total strangers. We may be barking or pouting around the house, but if the front door chimes, we open it all smiling and kind. Why not give the best to your own? Let love motivate you to make needed changes in your behavior, and notice the change in the quality of your marriage relationship. Test yourself: • How does your spouse feel about the way you speak and act around him or her?

• •

How does your behavior affect your spouse’s self-esteem? Would your spouse say you’re a blessing … or an embarrassment?

Do not dismiss these questions by thinking that it is your spouse, not you, who needs work in this area! Do you wish your spouse would quit doing the things that bother you? Then it’s time to stop doing the things that bother him or her. Will you be thoughtful and loving enough to discover and avoid the behaviour that causes life to be unpleasant for your spouse? Will you dare to be delightful! So, treat your spouse the same way you want to be treated. And be as considerate to your spouse as you are to strangers and coworkers.


RELA Z Z J ONI

Ġunju 2019

9

Fik mitt gost?

G

ħandek ilsien iniggeż? Ma tafx kif iġġib ruħek waqt l-ikel? Tħobb tgħaddi kummenti sarkastiċi? Spiss iddum ma tinħasel? Forsi dawn jidhru affarijiet insinifikanti, imma żgur li ma jagħtu l-ebda gost lil ta’ madwarek, speċjalment żewġek jew martek. Jekk verament tħobb, allura ġib ruħek b’mod li martek jew żewġek jieħdu gost fil-kumpanija tiegħek, u agħmel li tista’ biex ma ddejjaqx, ma tirrabjax u lanqas tiskomodahom. Jekk tħobb tassew, agħti kas tal-manjieri tiegħek. Dan jista’ wkoll idaħħal ftit arja friska fiż-żwieġ tagħkom! B’manjieri tajba tkun qed tgħid lill-ieħor: “Tant ngħożżok li lest nibdel dawk il-manjieri tiegħi li jdejquk jew iġegħluk tħossok skomdu. Irrid inkun persuna li tieħu gost tkun miegħi.” Meta għall-imħabba tkun lest tibdel l-imġiba tiegħek – anki fl-iċken affarijiet – tkun qed iddaħħal atmosfera ta’ rispett fir-relazzjoni tagħkom.

Spiss, l-imġiba tagħna d-dar tkun differenti ħafna mill-imġiba mal-ħbieb u l-barranin. Meta nkunu d-dar dejjem ngħajtu jew bin-nervi, imma mbagħad kif iddoqq ilqanpiena tal-bieb ta’ barra arana nitbissmu u kollna ġentilezza. Għaliex ma għandekx tagħti l-aqwa lil ta’ ġewwa? Jekk tħobb verament, se tkun lest tibdel l-imġiba tiegħek fejn hemm bżonn tinbidel. Ftit ftit tibda tara bidla għall-aħjar fiż-żwieġ tagħkom. Staqsi lilek innifsek: • X’jaħseb l-ieħor dwar il-mod kif nitkellem u nġib ruħi miegħu? • L-imġiba tiegħi tgħin lill-ieħor iħossu aktar kunfidenti fih innifsu? • L-ieħor iħossu ffortunat li għandu lili … jew iħossu jistħi miegħi? Tippruvax teħles minn dawn il-mistoqsijiet billi tgħid li hi martek jew żewġek li jridu jinbidlu u mhux int! Tixtieq li l-ieħor ma jibqax jagħmel affarijiet li jdejqu lilek? Mela ħu ħsieb li ma tibqax tagħmel dak li jdejjaq lilu jew lilha. Kapaċi tkun delikat u tħobb tant li jirnexxilek tinduna u tevita dik l-imġiba tiegħek li ddejjaq lil żewġek jew lil martek? Għandek ħila tkun persuna li fik mitt gost? Mela, ittratta ma’ żewġek jew martek bl-istess mod kif trid li tkun ittrattat int. U kun sensittiv u delikat ma’ ta’ ġewwa daqskemm int mal-barranin u l-kollegi tax-xogħol.


10

Ġunju 2019

PENTE KO S TE

Ejja fil-ġurnata tiegħi! Jekk xi ħadd jistaqsik x’inhu u x’jagħmel l-Ispirtu s-Santu, tista’ twieġbu bil-kliem tal-Papa Franġisku: L-Ispirtu jiftaħ il-qlub issiġillati bil-biża’ ... u jgħinhom jirbħu r-reżistenzi. Lil min jikkuntenta bin-nofs kedda ... jimbuttah biex jingħata kollu kemm hu. L-Ispirtu jwessa’ l-qlub dojoq; iħeġġeġ għall-qadi ... lil min irid joqgħod imxaħxaħ fil-kumditajiet tiegħu; iġiegħel jimxi ... lil min mingħalih ġa wasal; iġiegħel joħlom ... lil min hu mħeddel. Il-bidla tal-qalb li jġib l-Ispirtu s-Santu teħlisna minn ġewwa; tgħinna ma naqtgħux qalbna; tibdilna minn midinba ... f ’maħfura; minn ħatja ... ġusti; minn ilsiera tad-dnub ... insiru ħielsa; minn qaddejja ... wlied; minn mormija ... prezzjużi; minn delużi ... kollna tama. L-Ispirtu s-Santu jnissel mill-ġdid il-ferħ u s-sliem fil-qalb. Imissna nibdew kull ġurnata billi ngħidu: “Ejja, Spirtu s-Santu, ejja fil-qalb tiegħi, ejja fil-ġurnata tiegħi.” L-Ispirtu jibdel mhux biss il-qlub imma wkoll il-ġrajjiet. Hu jilħaq anki l-inqas sitwazzjonijiet li nkunu ħsibna fihom.

Meta ngħaddu minn perijodi ta’ ‘għeja’, meta aktar moħħna biex nippreservaw dak li għandna milli mmorru għand min hu mbiegħed – dawn mhux sinjali sbieħ. Għax l-Ispirtu jkun qed jonfoħ, imma aħna nkunu niżżilna l-purtieri. Madankollu, proprju fl-aktar perijodi mudlama, l-Ispirtu spiss iqanqal qdusija li ddawwal kullimkien! Hu jimla l-Knisja bit-tama, bil-ferħ, bil-ġdid.


PENTE KO S TE

Bħal meta, f ’familja, titwieled tarbija, li taqleb il-ħinijiet ta’ taħt fuq u ttellef l-irqad ... imma ġġib ferħ li jġedded il-ħajja, hekk ukoll l-Ispirtu jimbuttaha ’l quddiem u jġib ‘togħma ta’ tfulija’ fil-Knisja; ikebbes fiha mill-ġdid l-imħabba tal-bidu; ifakkarha li, minkejja s-sekli tagħha ta’ storja, hi għadha dejjem l-Għarusa żagħżugħa li magħha l-Mulej hu mitluf flimħabba. Ma għandna negħjew qatt nistiednu lillIspirtu fl-ambjenti tagħna. Nitolbuh qabel kull ħidma tagħna: “Ejja, Spirtu s-Santu!” Il-qawwa tiegħu ġġib l-għaqda fil-firda, ilpaċi fid-diqa, il-qawwa fit-tiġrib. Il-frott tiegħu hu: mħabba, hena, sliem, sabar, ħniena, tjieba, fidi, ħlewwa, rażan. L-Ispirtu jagħti l-intimità ma’ Alla, u fl-istess waqt hu qawwa li toħroġna ’l barra, lejn kull periferija umana. Spirtu s-Santu, riħ qawwi ta’ Alla, onfoħ fuqna. Onfoħ fi qlubna; agħtina n-nifs tal-ħlewwa tal-Missier. Onfoħ fuq il-Knisja; oħroġha sat-trufijiet tal-art biex twassal biss lilek. Onfoħ fuq id-dinja l-fewġa ħelwa tas-sliem u l-frisk farraġi tat-tama. Ejja, Spirtu s-Santu, ibdilna minn ġewwa u ġedded il-wiċċ talart. Ammen. (Adattament minn omelija tal-Papa Franġisku f ’Pentekoste tal-2018)

Ġunju 2019

11

Barka f’nofs in-nar Fr Jean-Marc Fornier jibqa’ mfakkar għall-fatt li fin-nar li ħakem lil Notre Dame fil-15 ta’ Apri, huwa salva r-relikwa tal-Kuruna tax-Xewk. Imma ftit jafu dan li ġej, irrakkuntat minnu stess aktar tard. “Kont kompletament waħdi f ’nofs il-korsija, madwari kullimkien nar jaqbad u jaqa’ mis-saqaf. Ħassejt li ma kellix naqbad u noħroġ imma li nagħti l-barka madwari. Naf li l-Kuruna taxXewk hija relikwa assolutament unika u straordinarja, imma s-Sagrament Imqaddes huwa Ġesù nnifsu, preżenti realment bil-ġisem, bir-ruħ u biddivinità. Taf int, mhux faċli tara lil xi ħadd li tħobb jinħaraq!” Għal Fr Fournier, li hu wkoll kappillan tal-firefighters ta’ Pariġi, l-aktar ħaġa importanti kienet is-saħħa talfirefighters. “Il-pitturi tista’ terġa’ tagħmilhom, imma l-ħajja umana le. Ħafna mill-Katidral spiċċa rmied, imma għad iqum b’saħħtu u isbaħ minn qabel, kif xi darba se nagħmlu aħna wkoll bissaħħa tal-Qawmien ta’ Kristu!” Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju, agħti xhieda tal-fidi tiegħek fl-Ewkaristija billi tisma’ l-Quddies, titqarben, u tieħu sehem fil-purċissjoni bis-Sagrament fil-belt jew raħal fejn tgħix.


12

Ġunju 2019

K WI Z Z

X'ġara wara? Dan il-kwizz jgħinek tkun taf x’ġara fil-jiem bikrin u eċċitanti tal-Knisja wara t-Tlugħ ta’ Ġesù fis-sema, li niċċelebraw fl-ewwel Ħadd ta’ Ġunju. Żomm ħdejk il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. 1.

Wara li Ġesù tela’ s-sema, l-Appostli lil min għażlu biex jieħu post Ġuda l-Iskarjota? Kif għażluh?

7.

Il-kapijiet qagħdu jiddiskutu bejniethom x’jagħmlu bihom, minħabba li n-nies ta’ Ġerusalemm saru jafu bil-fejqan tal-magħtub. X’iddeċidew?

2.

Kif insejħulha l-festa ta’ meta niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli?

3.

Liema sinjali wrew li kien niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli?

8.

4.

Dakinhar inġabru ħafna nies madwar id-dar fejn kienu. Pietru ħareġ ikellimhom u ħafna emmnu u tgħammdu. Kemm tgħammdu?

L-ewwel Insara kienu jaqsmu kollox bejniethom. Fost dawn kien hemm Ġużeppi, minn Ċipru u li jsejħulu Barnaba. X’offra Ġużeppi?

9.

L-Insara tant żdiedu li ma kellhomx min jieħu ħsieb ir-romol. Lil min għażlu? Taf isem xi ħadd minnhom?

5.

Fil-bieb tat-Tempju, Pietru u Ġwanni raw raġel magħtub minn twelidu li talabhom karità. Pietru qallu: “Fidda u deheb m’għandix, imma dak li għandi se nagħtihulek.” X’tah?

6.

Il-qassisin, il-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej ma felħux jisimgħu lillAppostli jgħallmu dwar il-qawmien mill-imwiet, għalhekk tefgħuhom il-ħabs. L-għada ltaqgħu l-kapijiet, fosthom Anna l-qassis il-kbir u Kajfa, u staqsew lill-Appostli f’isem min kienu fejqu lill-magħtub. X’wieġeb Pietru?

10. Stiefnu ġie akkużat li qed jidgħi b’Mosè u b’Alla, li jitkellem kontra t-tempju u kontra l-Liġi, u li Ġesù għad iħott it-tempju u jbiddel iddrawwiet li tahom Mosè. X’għamlu bih? 11. Qabel miet, Stiefnu qal żewġ sentenzi jixbhu ħafna l-kliem ta’ Ġesù fuq issalib. X’qal? 12. Min kien preżenti wkoll waqt il-qtil ta’ Stiefnu?


K WI Z Z

Ġunju 2019

13

Tweġibiet: 1.

Talbu u qatgħu x-xorti bejn Ġużeppi (imsejjaħ Barsaba) u Mattija. Ix-xorti waqgħet fuq Mattija. (Atti 1:15-26)

2.

Għid il-Ħamsin jew Pentekoste. (Atti 2:1)

3.

Tliet sinjali : (a) ħoss bħal ta’ riħ qawwi li mela d-dar kollha (b) dehru ilsna qishom tan-nar li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom (ċ) bdew jitkellmu b’ilsna oħra. (Atti 2:2-4)

4.

Tlett elef. (Atti 2:7-42)

5.

6.

7.

Pietru qallu, “Fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, imxi!” Ir-raġel qam u beda jimxi u daħal magħhom fit-tempju. (Atti 3:1-26) Pietru wieġeb li l-fejqan kien seħħ bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu. “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka. F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti 4:5-12) Ordnawlhom ma jgħallmux aktar f’isem Ġesù, imma Pietru u Ġwanni weġbuhom: “Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Il-kapijiet reġgħu hedduhom u telquhom, għax minħabba l-poplu ma kinux jafu kif jaqbdu jikkastigawhom. (Atti 4:15-22)

Poster tal-film Paul Apostle of Christ

8.

Barnaba kellu għalqa, biegħha u l-flus li daħħal mar iqegħedhom f’riġlejn l-Appostli. (Atti 4:36)

9.

Għażlu sebat irġiel: Stiefnu, Filippu, Prokoru, Nikanor, Timon, Parmena, Nikola. (Atti 6:1-6)

10. Intefgħu fuqu f’daqqa, kaxkruh ’il barra mill-belt u ħaġġruh. (Atti 7:5758) 11. “Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi”; “Mulej, tgħoddulhomx dan id-dnub” (Atti 7:59-60) 12. Sawl (aktar tard bidel ismu għal Pawlu) żammilhom il-ħwejjeġ sakemm ħaġġruh. Kien fehma waħda magħhom fil-mewt li tawh. (Atti 8:1)


14

Ġunju 2019

L - EWWEL TQARBINA

Rigali tal-‘Preċett’ X’rigali nixtieq mingħand il-ġenituri għall-Ewwel Tqarbina.

N

ixtieq ma tibqgħux tgħiduli aktar li fit-Tqarbin se nirċievi lill-‘Bambin’. Għiduli li se nirċievi lil Kristu Rxoxt.

Tikkonfondux iżżejjed li meta nitqarben mhux se nkun qed nifhem kollox. Lanqas tgħidu li ma ħaqqnix nitqarben. Wara kollox, min jifhem eżatt x’inhi l-Ewkaristija? Min jistħoqqlu jitqarben? It-Tqarbin huwa rigal għal min hu qaddis ... jew għajnuna għal min mhuwiex? Uruni dak li hu essenzjal fil-ħajja. Il-libsa bajda sabiħa, imma tgħaddi. Uruni sbuħija oħra li ma tispiċċax. Fissruli li wara li nitqarben m’għandix għalfejn nagħmel riverenza qabel nasal f ’posti għax dak il-ħin JIEN STESS inkun tabernaklu. Nixtieqkom li wara t-Tqarbin tgħiduli talb ta’ ringrazzjament bħal: ‘Grazzi Ġesù talli ġejt ġo fija. Ġesù jien inħobbok. Ġesù għinni nħobbok aktar.’ Itolbu miegħi għas-saċerdot li qarbinni, għall-familja tagħna, ħbiebi, ilmejtin, it-tfal kollha fid-dinja li qed ibatu. Nixtieqkom li dakinhar tal-Ewwel Tqarbina intom, missieri u ommi, titqarbnu miegħi wkoll – anzi mhux dakinhar biss!

Ifhmu li hu dmir tagħkom, mhux talkappillan, li tgħadduli l-fidi. U agħmlu dan billi narakom titolbu; narakom tidħqu u kuntenti flimkien; narakom taħfru; ma narakomx tiġġieldu u tgħidu kliem iebes lil xulxin. Nixtieq li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina tkun quddiesa sabiħa imma sempliċi; b’kant li jkantah kulħadd; omelija li nista’ nifhimha jien; li r-ritratti u l-video ma jkunux iċ-ċentru tal-attenzjoni. Nixtieq li ma toqogħdux titkażaw bilġenituri ta’ xi ħadd minn sħabi li ma jitqarbnux. Min jitqarben ma jitkażax, ma jikkundannax u ma jiġġudikax. Grazzi tal-party tal-Ewwel Tqarbina, imma xtaqtkom għamiltuli ieħor żgħir għallEwwel Qrara – mhux għar-rigal jew għallġelat u l-kejk imma biex nifhem aktar il-ferħ li ġġib magħha l-maħfra u l-ħbiberija ta’ Ġesù. Ibqgħu ħuduni nqerr, u ejjew miegħi intom ukoll. Nixtieq li din l-okkażjoni tibda tissejjaħ ‘l-Ewwel Tqarbina’ u mhux aktar ‘Preċett’. Il-kelma ‘Preċett’ tfisser ‘obbligu’ jew ‘regola’, imma l-Ewwel Tqarbina, anzi kull Tqarbina, hija festa u libertà.


Emmanuel Camilleri

ŻGĦAŻAGĦ

Lenti Ġdida Ż

ewġ karattri kompletament differenti minn xulxin imma b’xi mod jikkumplimentaw lil xulxin. Il-film The Upside ilaqqagħna ma’ Dell, eks ħabsi, mingħajr ebda skop f ’ħajtu minħabba żbalji li għamel fil-passat, speċjalment fejn jidħlu relazzjonijiet. Dell jibda jdur għall-interviews biex jiffirmawlu l-karti li obbligat jimla (għax kien qed jagħmel minn kollox biex ma jaħdimx). U propju hawn jiltaqa’ ma’ Philip, raġel sinjurun, li kien jgħix fil-lussu sakemm inċident ikrah ħallieh fuq siġġu tar-roti. Spiċċa tilef mhux biss saħħtu u lil martu imma wkoll kull skop f ’ħajtu. Philip jimpjega lil Dell biex jassistih – kontra l-parir li ngħata għax Dell kien l-agħar kandidat minn dawk kollha li applikaw. Grazzi għal Dell, Philip jieħu perspettiva ġdida dwar ħajtu. Kien qed ikollu ħsibijiet koroh, anki ta’ suwiċidju. Bid-dwejjaq li kien ikollu kien jimbotta lin-nies kollha ta’ madwaru. Tgħid Dell jirnexxilu jsalva lil Philip?

Xi drabi aħna nixbhu lil Philip. Minħabba xi episodju negattiv li nkunu ltqajna miegħu, qisna ningħalqu fina nfusna u ma nkunu rridu nafu b’ħadd. Anki fil-ħajja tal-fidi xi drabi jiġrilna l-istess: tasal fuqna xi aħbar ħażina u minflok induru lejn Alla biex jgħinna nispiċċaw ningħalqu fina nfusna u ma nkomplux mexjin. Imma fl-istess ħin xi kultant nixbhu wkoll lil Dell, għax nagħmlu żball u minflok nippruvaw insewwuh nispiċċaw nintelqu u nisħtu xortina, u nieqfu ħemm! Min jaf kemm-il darba għedna ‘għax jien midneb’ u ‘għax jien dgħajjef!’ – u ninsew li Alla dejjem hemm jistenniena minkejja li nkunu qed nagħmlu żball wara ieħor. Ara dan il-film u agħmel bħal Philip: infetaħ għall-oħrajn u ħares lejn il-ħajja b’lenti ġdida, speċjalment jekk għaddej jew għaddejt minn xi burraxka. Alla kapaċi jagħtik perspettiva differenti fuq ħajtek.


MARATONA

b’risq it-tfal bil-ġuħ fil-missjoni 7, 8 u 9 ta’ Ġunju 2019 Din il-maratona qed issir minflok dik ta’ April

AGĦTI ĦAJJA LIT-TFAL BIL-ĠUĦ 5160 2042 għal donazzjoni ta’ €10 5170 2085 għal donazzjoni ta’ €15 5180 2061 għal donazzjoni ta’ €25 5190 2065 għal donazzjoni ta’ €50

SMS 50618198 għal donazzjoni ta’ €4.66 SMS 50619284 għal donazzjoni ta’ €11.65

100 SENA sette giugno 1919 Xandiriet fuq l-istazzjonijiet lokali kollha televiżivi


TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA? Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq. Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza. Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted. ■ ■ ■ ■ ■

Sodda Rotoflex Basic Ta' gћajnuna kbira gћall-carer Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita' Rails mal-ġenb Mwassla u armata f’darek

Staqsi ukoll x’gћajnuna hemm mill-Aġenzija Sapport.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

Mudell kompletament ġewwa l-widna.

TBATI B’NUQQAS TA’ SMIGĦ ? Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi fis-smiegħ, kellimna. ■ ■ ■ ■ ■ ■

Screening Test b'xejn Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali. Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar. Nagħmlu viżti fid-djar ukoll. Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll. Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

L-aktar mudell żgħir u diskret iżda l-aktar b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’ wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u b’saħħtu, anke għal min għandu nuqqas ta’ smiegħ serju.


Kun af li għamilt investiment fis-sod

Timberland Securities Investment plc. Ħruġ ta’ Bonds

ß Investiment minimu ta’ €3,000 ß Timberland Invest Ltd ġiet maħtura bħala distributriċi tal-bonds maħruga f’Malta minn Timberland Securities Investment plc.

Bond b’rendiment ta’

3.75% għal perjodu ta’ 5 snin li jimmatura fl-2023

Bond ieħor b’rendiment ta’

4.6% għal perjodu ta’ 10 snin

ß L-investiment fil-bonds għandu jkun ibbażat fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

li jimmatura fl-2028

Ċemplilna fuq

2090 8100

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini tal-Prospett, datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju tan-negozju f’Aragon Business Centre, Dragonara Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala d-distributriċi ta’ dawn il-bonds f’Malta. Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, int ma jkollokx aċċess għal flusek qabel ma jimmatura l-bond rispettiv. Madanakollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek lil terzi persuni skont it-termini tal-Prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef kemm ftit jew saħansitra kull ammont li tkun investejt. Aktar dettalji jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’ jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest Limited f’San Ġiljan, jew mis-sit elettroniku: https://www.timberland-malta.com.

Mużika u kant bħala għodda għat-talb 15 ta’ Ġunju, Mount St Joseph, Mosta. 9:00am-5:00pm. Imexxu Clare Camilleri u Maria Theresa Portelli. Matul is-sekli l-bnedmin ta’ kull ġens użaw il-mużika u l-kant biex jesprimu xxewqa profonda tagħhom għal Alla. F’dan l-irtir nużaw siltiet differenti ta’ mużika u kant bħala ispirazzjoni għat-talb personali. Aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew 2276 0000.

Congregational singing

Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju mis-6:30pm sas-7:30pm, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi, B’Kara Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste (inkunu bejn Pentekoste ‘tagħna’ u l-Pentekoste Ortodoss) se ssir siegħa congregational singing ta’ innijiet reliġjużi bl-Ingliż u bil-Malti, u qari ta’ siltiet marbutin mal-Ispirtu s-Santu. Ninġabru gruppi ta’ Nsara minn Knejjes differenti u nitolbu billi nkantaw flimkien. Tista’ wkoll tieħu sehem f’rehearsal nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, fl-10am f’St Andrew’s Scots’ Church, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden.


J UM IL - MI SS IER

Ġunju 2019

19

Agħtini wlied

Talba ta’ missier għal uliedu

M

ulej, agħtini wlied li kapaċi jkunu baħrin tal-maltemp … imma kapaċi wkoll jikkompatixxu lil min mhuwiex. Agħtini wlied li kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom … qabel jippruvaw jikkontrollaw lill-oħrajn. Agħmel li wliedi jżommu għajnejhom fuq il-futur … imma ma jinsew qatt il-passat. Agħtihom ukoll doża tajba ta’ sens ta’ umoriżmu biex jibqgħu persuni serji … imma ma jieħdu qatt lilhom infushom b’serjetà żejda. Agħmilhom umli … biex jiftakru li l-veru kobor qiegħed fis-sempliċità, u li l-vera qawwa tinsab fil-ġentilezza. Agħmel li f ’ħajjithom ikunu daħku sew, kantaw ħafna, u ħabbew ħafna aktar. Agħmel li wliedi jammettu meta jiżbaljaw … imma jippruvaw ikunu aħjar. Agħmel li ma jibżgħux u ma jistħux ikunu fil-preżenza ta’ persuni importanti … imma jkunu jafu wkoll kif iġibu ruħhom ma’ tfal żgħar.

Nitolbok li jgawdu l-kumpanija ta’ ħbieb veri … u jifilħu għat-tradiment ta’ ħbieb foloz. Agħtini wlied li kapaċi japprezzaw issbuħija, li jafu jsibu s-sabiħ fl-oħrajn. Agħtini wlied li lesti li jagħtu lilhom infushom … anki jekk dan jiswihom ħafna, anki jekk ma jkun jafhulhom ħadd. Agħmel li jkunu jafu li f ’ħajjithom ikunu għamlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor … differenza għall-aħjar, imqar żgħira. Imma, Mulej, nitolbok xi ħaġa oħra … u din id-darba għalija. Fakkarni li inutli nitolbok tagħtini wlied bħal dawn, għax din il-biċċa xogħol inti fdajtha f ’idejja. Huwa jien li rrid ‘nibnihom’ f ’ulied bħal dawn. Fakkarni li hu bil-mod kif inġib ruħi magħhom u quddiemhom jien li wliedi jkunu qed jinbnew, ftit ftit, bil-mod, kuljum. Imbagħad jien, missierhom, inkun nista’ ngħid li ma għextx għalxejn, għax inkun bnejt tempju.


20

Ġunju 2019

Jum Dinji għall-Amb jent

4 sekondi, 450 sena

S

as-sena 2050, fl-ibħra aktar se jkun hemm plastik milli ħut! (Erġa’ aqra s-sentenza biex tifhimha sew!)

Kull sena jispiċċaw fil-baħar madwar 8 miljun tunnellata ta’ plastik. Dan ilkatastrofu ekoloġiku ħoloq fenomenu magħruf bħala “is-seba’ kontinent talplastik”, li hu kumulu enormi ta’ plastik jifflowtja fin-naħa ta’ fuq tal-Oċean Paċifiku u magħmul l-aktar minn straws u stir sticks (jintużaw biex pereżempju tħawwad irragħwa fil-kapuċċino). Ftakar li: • Kull minuta fid-dinja jinxtraw miljun flixkun tal-plastik. • Fl-Istati Uniti tal-Amerika biss, kuljum jintużaw 500 miljun straw tal-plastik. Il-plastik jagħmel ħsara minħabba l-emissjoni tal-gassijiet biex jiġi prodott kif ukoll biex jinħaraq. Il-ħsara tidher ukoll fiddegradazzjoni ta’ ekosistemi (bħall-ibħra). Fil-fatt kull sena qed jisparixxu miljun tajra tal-baħar u 100,000 mammiferi tal-baħar (baleni, dniefel, polar bears, foki) minħabba l-effett tal-plastik. Straw tal-plastik trid bejn 200 u 400 sena biex tiddekomponi fin-natura. Flixkun

tal-plastik irid 450 sena! Fortunatament, xi stabbilimenti ntrabtu li ma jużawx straws tal-plastik aktar. Tazzi tal-plastik, boroż tal-plastik, straws tal-plastik u l-ippakkjar tal-plastik huma biss ftit eżempji ta’ ħafna prodotti li jintużaw darba biss u jintelqu fin-natura. Allura kollox mitluf? Le! Kif tista’ tgħin biex tegħleb dan il-katastrofu? 1. Uża u erġa’ uża fliexken, tazzi u basktijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw. 2. Tużax aktar straws, tazzi u fliexken talplastik. Ftakar: 4 minuti … 450 sena. 3. Minflok titlob lil tal-ħanut jagħtik borża jew basket tal-plastik, uża l-basket tiegħek (tal-plastik riċiklat, drapp, karti). 4. Uża inqas ippakkjar. Agħżel prodotti mingħajr ħafna ppakkjar jew prodotti mgeżwra f ’ippakkjar ta’ materjal riċiklabbli, jew aħjar bijodegradabbli. 5. Tgħidx: ‘Allura din l-istraw tiegħi se tagħmel differenza?’ Iva, in-naqra tiegħek u tiegħi tagħmel id-differenza kollha! 6. Ftakar li dak li narmu fil-baħar jispiċċa fl-istonku tagħna u ta’ wliedna. Trid li wliedek jieklu l-biċċiet tal-plastik?


Dott. Andrew Baladacchino

RIFLE SS J ONI

Ġunju 2019

21

It-Tbissima

D

arba qrajt dan is-slogan: Tbissem qabel ma jaqgħulek snienek. U dan l-imbierek slogan ġegħilni naħseb: jekk irrid inħaffef biex nitbissem għax ma nafx meta ser nitlef snieni, allura min diġà waqgħetlu xi sinna jew tnejn, jew saħansitra tilef snienu kollha, dan ma jistax jitbissem? U wara ħafna thewdin wasalt għallkonklużjoni li mhux tassew li jistgħu jitbissmu biss dawk li snienhom għadhom qawwija u sħaħ u mwaħħlin max-xedaq. Għax f ’ħajti ltqajt ma’ nies li, avolja waqgħetilhom xi sinna jew tnejn minn ta’ quddiem, u spiċċaw b’toqba li minnha jista’ jidħol ġurdien tal-imramma, dawn in-nies għadhom jafu jitbissmu. Bħalma rajt ukoll nies li saħansitra waqgħulhom snienhom kollha u li meta jitbissmu, flok snien jikxfu l-ħanek. Imma xorta, minkejja dan, meta jitbissmu, għajnejhom

għadhom jixegħlu bil-ferħ u wiċċhom jiddawwal bil-hena. Għax kos, l-importanti hu li t-tbissima tkun ġenwina, ħierġa mill-qalb u mhux imqanżħa u sfurzata, bħal dik ta’ xi riklam ta’ xi toothpaste li juri par sinniet impekkabbli, bojod u jleqqu. Għax tbissima ta’ vera hi l-mera tal-ferħ u l-hena li jkun hemm misturin fil-qalb. Għax tassew li t-tbissima hija ċ-ċavetta tal-qalb. Mela ħa nitbissem, kemm jekk snieni għadhom hemm, kemm jekk snieni bdew jiċċaqalqu u jaqgħu waħda waħda. U jekk nistħi li meta nitbissem se jinkixifli xi biċċa mill-ħanek, dejjem hemm id-dentatura li tista’ tgħatti d-difetti. Bilħaqq, it-tbissima t-tajba!

Flimkien fuq Radju Marija

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10am Programm dwar il-kontenut tal-magazin Flimkien. Ikun hemm phone-ins mis-semmiegħa. Il-programm li jmiss: il-Ħamis 6 ta’ Ġunju


22

Ġunju 2019

PER S E K U Z Z J ONI

2019: sena mdemma għall-Insara

K

ien hawn min beka meta rah jinħaraq. Forsi l-aktar meta l-kampnar ikkollassa u tfarrak. Qed nirreferu għall-Katidral ta’ Notre Dame f ’Pariġi. Saru donazzjonijiet kbar u saru wegħdiet solenni li jerġà jinbena. Tajjeb. Imma kemm bkew nies meta aktar minn 250 inqatlu nhar l-Għid il-Kbir li għadda fis-Sri Lanka, fosthom 47 tfal, u aktar minn 500 feruti? Kemm saru donazzjonijiet? Kemm-il wegħda saret lil dawn in-nies li qed ikollhom jassistu għall-quddies minn fuq it-tv, u li l-familjari tagħhom marru għall-Quddiesa tal-Għid li għadda imma spiċċaw ma ġewx lura għax tertquhom bil-bombi? Is-sena 2019 diġà hija waħda mill-aktar snin imdemma għall-Insara madwar id-dinja. Dak li seħħ fis-Sri Lanka jkompli juri li donnha ma hemmx li tieqaf din il-mewġa ta’ persekuzzjonjiet kontra l-Insara. Se nsemmu biss ftit milli seħħew fl-2019: •

Fil-bidu ta’ Jannar: attakki millmilizja Islamika ‘Séléka’ fuq missjoni f ’Bangassou, fir-Repubblika Ċentrali Afrikana ħallew għaxriet mejta u ġiegħlu 20,000 ruħ jaħarbu minn pajjiżhom. Lejn l-aħħar ta’ Jannar: attakk minn grupp Islamista fuq il-katidral ta’ Jolo fin-Nofsinhar tal-Filippini, li ħalla 20 ruħ mejta u 90 feruti.

Nofs Marzu: attakki minn rgħajja Fulani fuq villaġġi Nsara f ’Kaduna, inNiġerja li ħallew aktar minn 130 mejta. 6 ta’ April: mitejn estremisti Ħindu attakkaw erba’ sorijiet fi skola Kattolika fl-istat ta’ Tamil Nadu, fl-Indja, u ppruvaw jifgawhom bil-kuruni tarrużarju. 12 ta’ Mejju: Għoxrin raġel armati daħlu f ’parroċċa, fil-Burkina Faso, u waqt il-quddiesa tal-Ħadd sparaw u qatlu lil Fr Simeon Yampa (waqt li pprova jħarrab lill-abbatini) u ħamsa oħra. Tliet bullets laqtu t-tabernaklu. Ġiegħlu lil kulħadd jinża’ l-kurċifiss u jpoġġuhom fl-art quddiem l-altar. Imbagħad ħarqu l-kurċifissi u kull oġġett liturġiku, u heddew lin-nisa li jekk meta jerġgħu jiġu jsibuhom bla velu joqtluhom ukoll.

Hu dover tagħna li nieqfu ma’ ħutna ppersegwitati billi: (1) ninteressaw ruħna u nkunu nafu x’qed jiġri (2) ngħinu finanzjarjament (3) nitolbu għalihom biex jibqgħu sħaħ fil-fidi (4) ngħixu l-fidi tagħna b’entużjażmu akbar. Jalla l-Katidral ta’ Notre Dame jerġa’ jinbena – mela le! – imma jalla wkoll jinbnew skejjel, sptarijiet u ħajjiet ta’ nies bħalna, li bħalna ħaqqhom futur kif ukoll preżent.


FTIT ċ a j t

Ġunju 2019

23

Ftit ċajt għal ħdejn il-baħar jew waqt l-ikel X’qed tara? Sherlock Holmes u Dr Watson marru camping. Wara li kielu, daħlu jorqdu, imma f ’nofs ta’ lejl, Holmes qajjem lil Watson. Holmes: Watson, ħares ’il fuq u għidli x’qed tara. Watson: Qed nara miljuni ta’ kwiekeb. Holmes: U dan x’jgħidlek? Watson: Astronomikament jgħidli li hemm miljuni ta’ galassji, forsi wkoll biljuni ta’ pjaneti. Astroloġikament, jgħidli li qegħdin taħt is-sinjal tal-Kaprikornu. Oroloġikament niddeduċi li l-ħin huwa t-tlieta u kwart ta’ filgħodu. Teoloġikament nikkonkludi li Alla huwa tassew setgħani u li aħna ħlejjaq tassew żgħar. Meteoroloġikament, nissuspetta li għadha xita. U lilek, x’jgħidlek? Holmes: Kemm int injorant! Lili jgħidli li xi ħadd serqilna l-kamp! L-inġinier u l-avukat Darba waħda l-Missier Etern osserva li fl-infern kien hemm atmosfera rilassata u pjaċevoli naqra żżejjed. Induna li kien wasal inġinier u dan kien sewwielhom l-airconditioners, l-escalators, il-lifts, ilmagni tal-kafè u tal-ġelati. Bagħat messaġġ lil Luċifru malajr. Il-Missier: Dak l-inġinier ġie hemm bi żball. Erġa’ ibagħtu hawn fuq issa stess! Ix-Xitan, bħas-soltu, ma obdiex: Ma rridx! Il-Missier: Jekk ma tagħmilx kif qed ngħidlek se niftaħlek kawża l-qorti! Luċifru (jissippja drink kiesħa silġ taħt umbrella fid-dell): Imma l-ewwel trid issib avukat wieħed hemm fuq!

Żball Pazjent mar għand tabib. Bi żball it-tabib ippreskrivielu mistura porga minflok mistura għas-sogħla. Tlett ijiem wara: Tabib: Allura, kif int? Għadek tisgħol? Pazjent: Le, tabib, ma nażżardax nisgħol Karawett Ta’ kuljum, mara anzjana bdiet tagħti borża karawett lis-sewwieq tax-xarabank. Għall-bidu dan is-sewwieq kien jieħu gost jomgħodhom, imma wara xi ġimgħa ddejjaq bihom. Sewwieq: Grazzi, sinjura, imma jekk jogħġbok iġġiblix aktar karawett. Ħudhom int stess. Mara: Ħeqq, taf int, jien issa kbirt u m’għandix snien. Għalhekk nippreferi nsoff iċ-ċikkulata li jkun hemm mad-dawra tagħhom! Kemm? Tfajla gustuża marret ħdejn il-kaxxier biex tħallas għal biċċa drapp. Tfajla: Nixtieq nieħu din, jekk jogħġbok. Kemm tiswa? Kaxxier (bi tbissima): Bewsa għal kull metru. Tfajla (bi tbissima wkoll): Tajjeb. Neħodha mela. Fiha 10 metri b’kollox. Il-kaxxier, b’eċċitament kbir fuqu malajr daħħal id-drapp ġo basket tal-karti u qagħad jistenna l-għaxar bewsiet. Kaxxier: Tinsiex tħallas il-kont, sinjorina. Tfajla: Iva, stenna ftit, jekk jogħġbok, għax in-nannu kien se jħallas hu!


24

Ġunju 2019

RIĊETTA

John Sultana

In-‘na’ fil-Ħobżna

I

l-Malti jgħid: ‘Aħjar ħobż u ġobon milli torta inkwiet.’ Jiġifieri aħjar tiekol bħallfqir milli tiekol tajjeb imma bl-inkwiet. Veru, imma biex tiekol il-ħobż irid ikollok il-ħobż, jew għall-inqas il-flus biex tixtrih! Dan l-aħħar il-Papa qal li l-Missierna kif ukoll il-Ħobżna t-tnejn jispiċċaw ‘na’. U dik in-‘na’ tfisser li qed nitolbu lillMissier tagħna, mhux tiegħi; u qed nitolbu għall-ħobż għalina, mhux għalija. ‘Kemm ommijiet u missirijiet illum imorru jorqdu bit-turment li għada mhux sa jkollhom biżżejjed ħobż għal uliedhom!’ Waqt li aħna narmu l-ħobż għax ‘dan talbieraħ’ jew għax ‘issa nfqajna’ ... ħaddieħor ma għandux ħobż, ilma, paċi, mediċina, xogħol, skola. Missirijietna kellhom id-drawwa li qabel jaqsmu l-ħobża fuq il-mejda tal-ikel iberkuha. Anki jekk taqa’ biċċa ħobż fl-art kienu jerfgħuha u jbusuha. Forsi għax dak iż-żmien il-ħobż kien aktar apprezzat għax kien hawn il-ġuħ imma forsi wkoll għax kienu jiftakru fl-Ewkaristija – fil-passat lanqas dik ma kienet kuljum! Fit-23 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-festa ta’ Corpus: il-Ġisem (u d-Demm) ta’ Kristu. Jalla ma jiġrilniex li bħalma spiss ma napprezzawx il-ħobż, hekk jiġrilna wkoll bl-Ewkaristija.

Il-ħobż lili jfakkarni wkoll f ’Betleħem, id-Dar tal-Ħobż. Meta twieled, Ġesù sar bniedem bħalna, li tista’ tqatta’ u tiekol minnu. Hekk ukoll fl-Aħħar Ċena u t-Tqarbin: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom.’ Bħall-ħobż irrid inkun xi ħadd li tista’ tqatta’ u tiekol minnu.

Ftira bil-majjal Bħala riċetta llum xieraq li nagħmlu platt blgħaġina tal-ħobż. Ingredjenti: 500gr għaġina tal-ħobż; 300gr dejf tal-majjal imqatta’ f ’biċċiet żgħar; 350gr irkotta; 2 ġbejniet friski, 2 bajdiet; ftit ġobon maħkuk, bżar u melħ. Metodu: Ħallat l-irkotta mal-ġbejniet mgħaffġa u l-bajd imħabbat. Żid il-bżar u l-melħ. Ferrex ftit ġobon maħkuk u jekk trid biċċiet ta’ ġobon li jogħġob lilek. Iftaħ l-għaġina tal-ħobż, poġġiha f ’turtiera mdellka b’naqra żejt jew butir u ħalli t-truf barra mit-turtiera. Imla bit-taħlita tal-irkotta fuq l-għaġina u poġġi l-biċċiet tal-majjal fl-irkotta madwar it-turtiera kollha. Wassal it-truf tal-għaġina għan-nofs mingħajr ma tgħatti l-wiċċ kollu b’mod li tibqa’ tidher ftit mittaħlita. Xerred ftit ġunġlien fuq il-wiċċ u sajjar f ’forn sħun 220°C għal madwar 30 minuta jew sakemm l-għaġina tieħu kulur ħamrani.


Nutar Dott. Ryan Caligari

IN - NUTAR

Ġunju 2019

25

Reġimi Matrimonjali Il-liġi Maltija tħalli lill-għarajjes jagħżlu minn tliet ‘reġimi matrimonjali’. Dawn jiddeterminaw kif il-proprjetà tkun regolata u amministrata waqt iż-żwieġ., 1. Komunjoni tal-Akkwisti L-iktar popolari huwa li l-koppja jkollhom fond komuni bejniethom jiġifieri kull dħul ta’ flejjes li jiġġeneraw matul iż-żwieġ jitqies tagħhom indaqs. Dan japplika anki meta xi wieħed mill-miżżewġin ikun qiegħed ifaddal il-paga tiegħu f ’kont il-bank fuq ismu biss, għax il-flus iġġenerati fiż-żwieġ huma legalment ikkunsidrati li jappartienu lit-tnejn indaqs. F’dan ir-reġim, l-assi u l-obbligazzjonijiet huma tal-miżżewġin b’mod ugwali u jistgħu jiġu amministrati biss flimkien. Jiġifieri atti ta’ amministrazzjoni straordinarja (eż. xiri ta’ proprjetà immobbli; djun fuq proprjetà) jistgħu jsiru biss bil-kunsens tat-tnejn. Allura kull proprjetà li l-għarajjes ikollhom titqies tat-tnejn wara ż-żwieġ? Il-komunjoni tal-akkwisti tapplika biss mill-mument taż-żwieġ ’il quddiem. Għalhekk il-liġi tagħmel eċċezzjoni waħda għal din ir-regola, ċjoè meta l-proprjetà tkun ‘parafernali’, jiġifieri proprjetà li ġiet akkwistata minn xi wieħed mill-miżżewġin qabel iż-żwieġ jew tkun intirtet jew ngħatat b’donazzjoni qabel jew wara ż-żwieġ. Din il-proprjetà tibqa’ tappartieni lilu biss, u l-konjuġi l-ieħor ma jkollux drittijiet fuqha – sakemm din ma tkunx id-dar matrimonjali tagħhom. F’dan il-każ, minkejja li tkun proprjetà parafernali, is-sid xorta jkun irid il-kunsens bil-miktub tal-konjuġi sabiex ikun jista’ jbigħ jew jittrasferixxi l-proprjetà lil terzi. 2. Separazzjoni tal-Assi Hawnhekk il-proprjetà akkwistata minn xi wieħed mill-konjuġi waqt iż-żwieġ tibqa’ dejjem proprjetà tiegħu, u l-istess jingħad

għall-flejjes. Għalkemm dan ir-reġim jimplika li kull parti mill-miżżewġin jista’ jkollha proprjetà li tkun totalment tagħha u tamministraha b’mod separat mill-ieħor, dan ma jfissirx li l-obbligu tal-manteniment bejn il-konjuġi ma jeżistix; dan l-obbligu jibqa’ dejjem anki jekk jagħżlu dan ir-reġim. 3. Il-Komunjoni ta’ Residwu taħt Amministrazzjoni Separata L-aktar għażla rari hija meta jagħżlu li jkollhom is-separazzjoni tal-assi waqt iżżwieġ tagħhom, iżda mat-tmiem tiegħu, ir-residwu (li jibqa’) jitqies li jappartieni liż-żewġ konjuġi bl-istess mod. Eżempju: A (wieħed mill-miżżewġin) ikollu €10,000 u B jkollha €30,000. Waqt iż-żwieġ kull parti jkollha l-ġid personali tagħha, jiġifieri l-€10,000 jitqiesu ta’ A biss, u €30,000 ta’ B biss. Però f ’każ ta’ terminazzjoni taż-żwieġ, ir-residwu (€40,000) jinqasam indaqs bejn it-tnejn: €20,000 kull wieħed. Jekk l-għarajjes ma jagħżlux reġim partikolari, liema japplika? Tapplika l-komunjoni tal-akkwisti b’mod awtomatiku. Biex jagħżlu wieħed miż-żewġ reġimi l-oħra, iridu jagħmlu kitba taż-żwieġ b’kuntratt pubbliku quddiem nutar. Idealment issir qabel jiżżewġu; għażla tar-reġim wara ż-żwieġ tinħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Qorti.


LOGĦOB

Ġunju 2019

Mimdudin 1. Jeħtieġu min hu marid (5) 3. Ikkaboċċjata u friska mal-insalata (5) 6. Sinjal li aktarx hekk; ċans tajjeb (11) 8. Ħniena; tjieba lejn ħaddieħor (7) 12. Għasfur safrani jgħanni sabiħ (7) 15. Ulied bniet ta’ re u reġina (11) 16. Kważi; dalwaqt; wasal biex (5) 17. Qabeż żmienu (5) Weqfin 1. Xagħar twil marbut (5) 2. Xi ħadd li ma tafdax ikun fih boqqa ----- (5) 4. Ħeles; ma għeriqx; mar il-ġenna (5) 5. Progress (5) 7. Faxex imlewna li bihom jinżamm ix-xagħar twil; biċċiet li jintlibsu madwar il-moħħ (7) 9. u 10. Logħob tal-ażżard hu bbażat fuqhom; sfidi (6) 10. Ara 9. Wieqfa 11. Tal-armla tajba ħafna (5) 12. Molla biex iżżomm il-karti flimkien (5) 13. Biha taqbad xi ġurdien (5) 14. Kamra fejn jissajjar l-ikel (5)

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Irbaħ pizza għal tnejn mingħand Saracino’s Café (Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995) billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, il-Furjana. Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: Ch.A. Attard, B’Kara

Soluzzjoni Tisliba Mejju Mimduda: 1. LIBSA, 3. KOKKA, 6. SISTEMATIKU, 8. ABOLITA, 12. PARILJA, 15. STELLA MARIS, 16. BOZZA, 17. ĦOLMA. Weqfin: 1. LASTA, 2. BASLA, 4. KLIMA, 5. ADURA, 7. MALTIJA, 9. BLA, 10. TAJ, 11. QASAB, 12. PREZZ, 13. APRIL, 14. PISTA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana. Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda). Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor 4

6

5

7

1

9

2

3

8

7

1

8

3

6

2

4

9

5

9

3

2

5

8

4

1

7

6

6

4

7

2

9

3

5

8

1

8

2

9

1

7

5

3

6

4

3

5

1

8

4

6

7

2

9

5

7

6

4

2

8

9

1

3

1

9

3

6

5

7

8

4

2

2

8

4

9

3

1

6

5

7

2

1

8 4

3

9 6

4

5 5

4 8 7

8 9

6 3

9

9

1

4 5

6 3

1 5

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: R.A. Cooper, Santa Lucia

8 1

6

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

26


Id-dar �egħi, mal-familja, indipenden�

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' �kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern 133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta Mobile: (+356) 99 242 320 Email: info@stairsindependent.com Web: www.stairsindependent.com


28

Ġunju 2019

IRBAĦ B KTIE SABIĦ

GĦALINA T-TFAL

Kompetizzjoni bi premju

IL-MOĦBA FIS-SIĠRA

Għin lil dan ix-xadin gustuż jasal sat-toqba fis-siġra fejn jista’ jaħbi l-ġandra li sab. Tinsiex: mhux il-ġandar l-ieħor irid imma l-moħba fis-siġra! Ibgħatha bid-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Floriana. L-ewwel żewġ tweġibiet tajbin li jitilgħu bil-polza jirbħu ktieb kull wieħed, ġentilment mogħti minn Horizons. Rebbieħa tax-xahar l-ieħor li telgħu bil-polza: K. Fenech, Sta Venera; K. Cassar, Ħal Għaxaq; A. Adamo, Tas-Sliema; Z. Farrugia, San Ġwann; M. Busuttil, Ħal Safi; S. Dingli, il-Fgura; Ch. Mifsud, Ħamrun; A. Camilleri, M’Skala, D. Mallia, M’Xlokk; V. Mifsud, Imqabba.

K

Ejja, Spirtu s-Santu, imla qlub il-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ mhabbtek

MAR BOOK

Fid-9 ta’ Ġunju niċċelebraw festa kbira: Pentekoste, meta niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Imla l-istampa bil-kulur, qasqas mad-dawra u jkollok bookmark sabiħa. Tista’ tużaha f ’xi ktieb jew tagħtiha lill-papà nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju, meta niċċelebraw Jum il-Missier.


Mejju 2019

Tuition : Maltese Small groups led by qualified and experienced tutors. • • • • • • • •

Courses for University Students A’ Level Sept 2019 Int Level Sept 2019 A’ Level May 2020 Int Level May 2020 O’ Level May 2020 Secondary (Form 1 – Form 3) Courses for foreigners

Lessons held in Hamrun (close to Junior College), M’Scala or B’Kara (close to Higher Secondary).

Tel: 2147 2561 Mobile: 9989 1549 / 7944 1444 * Attention Teachers – Classroom for rent any time, any day in M’Scala.

29


30

Ġunju 2019

POSTER

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jien inserraħkom ...

... u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Mattew 11:28-29 Fuq suġġeriment ta’ qarrej, f ’din il-paġna se nibdew inġibu poster b’sentenzi sbieħ mill-Bibbja. Jekk għandek xi sentenza mill-Bibbja li tfisser ħafna għalik, ibgħathielna: Flimkien, Poster, Kurja tal-Arċisqof, Floriana jew bl-email: flimkien@maltadocese.org


Il-Ġimgħa

14 ta’ Ġunju

għad-Dar tal-Providenza €15 - 5170 2012 €25 - 5180 2013 €50 - 5190 2070 €6.99 - 5061 8944 Pledge Line: 2124 9200

VO/1066


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Up to â‚Ź5000 Email: info@liftservices.com.mt in government grants Website: www.liftservices.com.mt *subject to eligibility, terms and conditions Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.