Flimkien - Mejju 2019

Page 1

Newspaper Post

MEJJU 2019 Numru 174

07 08 10 12

Live and let live: il-ġrajja ta’ Julen Messaġġ għal binti u ibni Iż-żewġt iħmir Int karozza pparkjata?

14 19 21 24 25

Il-Martri ta’ Tibhirine Alleluja minn rasek sa saqajk Għaliex jien kuntent In-nassa tal-ġurdien L-Osteoartrite


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Lourdes 3 ijiem minn

¢497

28 ta’ Æunju - 1 ta’ Lulju, 5 - 8 ta’ Lulju, 12 - 15 ta’ Lulju, 19 - 22 ta’ Lulju, 26 - 29 ta’ Lulju, 2 - 5 ta’ Awwissu, 9 - 12 ta’ Awwissu, 16 - 19 ta’ Awwissu, 23 - 26 ta’ Awwissu, 30 ta’ Awwissu 2 ta’ Settembru, 6 - 9 ta’ Settembru, 13 - 16 ta’ Settembru, 20 - 23 ta’ Settembru

Holy Land u l-Ġordan 31 ta’ Awwissu 10 ta’ Settembru minn

¢1629

Eskursjonijiet kollha, ikliet, entraturi u tips inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

4 ijiem minn

¢577

1 - 5 ta’ Lulju, 8 - 12 ta’ Lulju, 15 - 19 ta’ Lulju, 22 - 26 ta’ Lulju, 29 ta’ Lulju - 2 ta’ Awwissu, 5 - 9 ta’ Awwissu, 12 - 16 ta’ Awwissu, 19 - 23 ta’ Awwissu, 26 - 30 ta’ Awwissu, 2 - 6 ta’ Settembru, 9 - 13 ta’ Settembru, 16 - 20 ta’ Settembru

San Giovanni Rotondo u Assisi 17 - 24 ta’ Æunju minn

¢799

Eskursjonijiet kollha u half board inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma 15 - 22 ta’ Lulju minn

¢839

Eskursjonijiet kollha u 5 ikliet inkluÿi. Direttur Spiritwali jakkumpanja l-grupp

Il-prezzijiet huma kollha f’kamra trippla u jinkludu t-titjiriet. Irreferi gœad-dettalji kollha tal-programm.

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Dun Joseph Mizzi

E D I TO R JA L

Sib żmien Għaqda u fedeltà Għeżież ħbieb, Kull 15 ta’ Mejju, il-Ġnus Magħquda tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Familja. Ħadd minna ma jista’ jgħix mingħajr familja. Il-familja tagħtina skop għalxiex ngħixu.

Marzu 2019

Magazin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirreklama u għal kull korrispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 jew bil-posta. Indirizz Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana Email flimkien@maltadiocese.org Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

Il-familja hija bbażata fuq żewġ kriterji naturali u essenzjali li ma tistax tgħaddi mingħajrhom: l-għaqda u l-fedeltà. L-għaqda ta’ bejn il-koppja tagħmilhom tassew qalb waħda u ruħ waħda, moħħ wieħed u ġisem wieħed. Il-fedeltà hija l-lealtà lejn il-kelma u l-wegħda li huma taw lil xulxin quddiem Alla, quddiem ilKnisja, u quddiem is-soċjetà. Koppji li jgħixu dawn il-valuri tal-għaqda u l-fedeltà huma tassew rifless tax-xbieha ta’ Alla. Sfortunatament, ħafna koppji li jgħixu flimkien għal ħafna snin fl-għaqda u fl-imħabba ma jissemmewx fil-gazzetti, fl-aħbarijiet jew fuq il-media l-oħra. Aktar jissemmew dawk li jisseparaw u jiddivorzjaw. Il-grazzja tas-Sagrament taż-Żwieġ tagħmel l-għaqda u l-fedeltà possibbli. Ejjew nagħmlu kull sforz sabiex dawn il-kriterji sbieħ tal-familja nħarsuhom u ngħixuhom.

3

Raġġ Dawl Yesterday I was clever, so I wanted to change the world. Today I am wise, so I am changing myself. - Rumi Ilbieraħ kont intelliġenti, għalhekk ridt inbiddel id-dinja. Illum sirt għaref, għalhekk qed inbiddel lili nnifsi.


MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


M e ssaġġ ta l - a r ċ i s q o f

Mejju 2019

5

Is-Sagramenti li jibnu l-komunità Nisranija

F

is-Sibt tal-Ottava tal-Għid, lejlet ilĦadd tal-Ħniena Divina, kelli x-xorti nordna erba’ żgħażagħ saċerdoti. Dakinhar kelli l-opportunità wkoll nirringrazzja lill-ġenituri tagħhom tattrobbija mimlija għożża li taw lil uliedhom u lill-komunitajiet Insara li għenuhom jiskopru l-vokazzjoni, iħaddnuha, jaċċettawha u jgħixuha. F’dan ix-xahar ta’ Mejju li fih infakkru b’mod devozzjonali u ħerqan lil Omm Ġesù, flimkien mal-ommijiet tagħna, nixtieq inħeġġeġ lill-ommijiet Insara biex jitolbu għall-vokazzjonijiet, u lin-nanniet biex jitolbu għan-neputijiet tagħhom ħalli minnhom il-Mulej jagħżel xi wħud għasservizz tal-Poplu ta’ Alla. Ħaġa sabiħa li fix-xahar ta’ Mejju waqt it-talba tar-rużarju, bħala familji, komunitajiet reliġjużi u parroċċi ningħaqdu lkoll biex ngħollu talba ħerqana

u urġenti lill-Mulej biex iberikna b’iżjed vokazzjonijiet għas-saċerdozju. Nitolbu wkoll biex iż-żgħażagħ tagħna jitħeġġu skont is-sejħa li jagħmlilhom il-Mulej għaż-Żwieġ Nisrani, is-sagrament tal-imħabba li jgħaqqad lill-mara u r-raġel, li minnhom jagħmel ħaġa waħda, ġisem wieħed, u li permezz tiegħu l-Knisja titkattar. Fil-fatt, il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, meta jħares lejn is-Sagrament taż-Żwieġ u s-Sagrament tal-Ordni Sagri, isejħilhom iż-żewġ sagramenti li jibnu lillkomunità. F’dan ix-xahar ta’ Mejju 2019 ejjew nitolbu biex il-Mulej ikompli jibni l-komunità tiegħu billi jberikna b’dawn iż-żewġ sagramenti: isSagrament qaddis taż-Żwieġ u s-Sagrament tal-Ordni Sagri. + Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Kelma ta’ Franġisku “Il-Kristjaneżmu mhuwiex sempliċi ġabra ta’ veritajiet li għandek temmen, regoli li għandek tobdi jew projbizzjonijiet. Jekk tħares lejh b’dak il-mod se tħossu jbiegħdek. Il-Kristjaneżmu huwa persuna li ħabbni b’imħabba immensa, li jistenna u jitlobni mħabbti. Il-Kristjaneżmu huwa Kristu.” (Kristu Jgħix, 156)


6

Mejju 2019

Ng ħ oż ż u l - ħ a j ja

Live and let live Il-ġrajja ta’ Julen

G

ħadha stampata f ’moħħi l-ġrajja ta’ qsim il-qalb ta’ ftit xhur ilu fi Spanja fejn tifel żgħir, Julen Rosello, spiċċa waqa’ f ’ħofra ta’ bir. Saru sforzi enormi biex ikunu jistgħu jaslu fejn kien it-tifel ħa jippruvaw isalvawh. Għal ġranet sħaħ mijiet ta’ nies kienu involuti biex iħaffru tunnel ħalli jaslu sa ħdejh. Meta, wara tlettax-il ġurnata waslu, it-tifel sabuh mejjet. Kienet ġrajja ta’ niket, ta’ tbatija li ma titfissirx għall-ġenituri tat-tifel u l-familja tiegħu, u għal tant nies li kienu qegħdin bil-ħerqa jsegwu l-isforzi biex tiġi salvata l-ħajja ta’ dan it-tifel. Tolqtok f ’din il-ġrajja kiefra l-ħidma kbira li saret minn tant nies flimkien biex isalvaw ħajja umana. X’tagħlima f ’waqtha għalina lkoll! Turina li l-ħajja umana hi imprezzabbli u għandna nagħmlu kull sforz biex inħarsuha u nsalvawha. Irridu nipproteġu l-ħajja sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha, jiġifieri mill-bidu tagħha, b’enfasi partikulari għal meta din il-ħajja hi l-aktar vulnerabbli u teħtieġ protezzjoni; u nkomplu nipproteġuha sal-aħħar nifs, sat-tmiem naturali tagħha. Kultant jingħad li pajjiżna qiegħed waħdu fil-protezzjoni tal-ħajja umana mit-tnissil. Dan lilna mhux biss ma jġegħelniex nistħu jew nisktu, imma jagħmel eżatt il-kontra. Jagħmilna kburin li għalina l-ħajja umana

hi hekk għażiża u li lit-tarbija nixtiqulha l-aqwa żmien meta għadha ma twelditx, ukoll meta għadha ftit ċelloli imma diġà teżisti. Mad-difiża tal-ħajja tat-tarbija mit-tnissil aħna rridu naħdmu għal kultura favur il-ħajja f ’kull waqt tal-ħajja tal-bniedem. Kull meta l-ħajja umana hi fil-periklu, lilna għandha ssibna magħqudin biex niddefenduha. Jista’ jkun xi ħadd li qiegħed f ’nofs ta’ baħar, jissielet biex jgħix, u qed jistenna min jgħinu biex ma jisparixxix. Jista’ jkun min qiegħed f ’periklu minħabba l-kundizzjonijiet li fihom jgħix. Jista’ jkun li hemm min qiegħed f ’riskju minħabba t-tniġġis tal-arja u l-qerda tal-ambjent. Jista’ jkun min ikun ittentat biex jieħu d-droga, u jitqarraq għax tiġi ppreżentata lilu bħala oġġett ta’ divertiment u tgawdija mingħajr konsegwenzi, hekk imsejħa ta’ rikreazzjoni. Jista’ jkun min hu anzjan u marid, u qed jibża’ li jitqies bħala persuna li għalqilha ż-żmien biex tgħix. Għandu jkollna tolleranza żero għal kull theddida għall-ħajja. Kif tgħid l-espressjoni, għalkemm f ’sens differenti minn kif tintuża s-soltu: Live and let live.

+ Joseph Galea Curmi Isqof Awżiljarju


Celebrating 10 years in business! Calling all Unitron hearing aid users We are offering all Unitron hearing aid users the opportunity to upgrade their existing hearing aids to the next or top level techonology at a special 10 YEAR CELEBRATION PRICE!

New customers can celebtrate too with a special discounted price on a brand new entry level hearing aid from Unitron!

New customers also recieve a free hearing test and evaluation!

Dont hesitate to take advantage of these celebration offers! They are only available for a limited time with limited stock available.

Contact us today on 2704 0839 / 7777 1659 Clear Tone Hearing 360 St Joseph High Road Santa Venera, Malta Tel. 2704 0839 / 7777 1659 (mobile)

CLEAR TONE HEARING


8

Mejju 2019

Jum l-omm

Messaġġ għal binti jew ibni Nista’ nagħtik il-ħajja, imma ma nistax ngħixha għalik. Nista’ nurik kif timxi, imma ma nistax ngħidlek fejn għandek tmur. Nista’ nagħtik il-libertà, imma ma nistax ngħinek tipproteġiha. Nista’ ngħallmek id-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin, imma ma nistax nieħu d-deċiżjoni għalik. Nista’ nagħtik parir, imma ma nistax naċċetta l-parir minflokok. Nista’ nagħtik imħabba, imma ma nistax inġiegħlek tirċeviha. Nista’ ngħallmek taqsam dak li għandek, imma ma nistax inżommok milli tkun egoist. Nista’ ngħallmek tirrispetta, imma ma nistax nagħmlek tkun irrispettat. Nista’ nagħtik parir dwar ħbiebek, imma ma nistax nagħżilhomlok jien. Nista’ ngħallmek kulma għandek bżonn tkun taf dwar is-sess, imma ma nistax inġiegħlek iġġib ruħek b’mod responsabbli.

Nista’ nkellmek dwar ix-xorb, imma ma nistax ngħid ‘le’ jew ‘wieħed biss’ minflokok. Nista’ nwissik dwar id-drogi, imma ma nistax inżommok milli teħodhom. Nista’ ngħidlek biex ikollok miri importanti, imma ma nistax nakkwistahom jien għalik. Nista’ ngħallmek dwar il-karità, imma ma nistax inġiegħlek tkun ġeneruż. Nista’ nitlob lil Alla għalik, imma ma nistax inġiegħlek timxi fit-triq tiegħu. Nista’ nkellmek dwar kif għandek tgħix, imma ma nistax nagħtik il-ħajja ta’ dejjem. Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd jiddeċiedi għalih innifsu kif jgħix ħajtu jew ħajjitha. Inħobbok u naċċettak kif int, u nittama b’qalbi kollha li tkun kapaċi tagħmel deċiżjonijiet tajbin.


Jum l-omm

Mejju 2019

A message for my child I can give you life, but I can’t live it for you. I can give you instructions, but I can’t tell you where to go. I can give you liberty, but I can’t help you to protect it. I can teach you the difference between good and bad, but I can’t make the decision for you. I can give you advice, but I can’t accept it for you. I can give you love, but I can’t force you to receive it. I can teach you to share, but I can’t stop you from being selfish. I can teach you to respect, but I can’t make you be respected. I can counsel you about your friends, but I can’t choose them for you. I can teach you everything you need to know about sex, but I can’t make you act responsibly. I can talk to you about drinking, but I can’t say ‘no’ or ‘just one’ for you. I can warn you about drugs, but I can’t stop you from using them. I can talk to you about having important goals, but I can’t achieve them for you. I can teach you about charity, but I can’t make you be generous. I can pray for you, but I can’t make you walk with God. I can talk to you about how to live, but I can’t give you eternal life.

When everything is said and done, everybody decides for him or herself how they will live their life. I love you, I accept you, and I hope with all my heart that you make the right decisions. Patrick Atkinson © 1978, 2005

9


10

Mejju 2019

Relazzjonijiet

Iż-żewġt iħmir Żgur li xi darba smajt biż-żewgt iħmir marbutin b’ħabel. Kull wieħed minnhom jiġbed ilħabel għalih imma kull darba li jġebbed u jersaq lejn l-ikel tiegħu jkun qed iġebbed lillieħor u jbiegħdu mill-ikel. Ittnejn jaqtgħu nifishom … imma mhux il-ġuħ! Anki żewġt iħmir kapaċi jindunaw li jekk ikunu flessibbli u jagħtu kas tal-ieħor, jistgħu jirbħu t-tnejn u ma jitlef ħadd. Imma din ħolma biss? Hija ħolma wkoll, imma f’xi ħin irridu nistenbħu li relazzjoni bejn tnejn ma tiġix mis-sema. Trid taħdem għaliha kuljum.

1. Ħin flimkien Il-ħajja mgħaġġla tal-lum, speċjalment ix-xogħol u l-ulied, ma tantx tħallilna ħin. Trid tagħmel sforz biex issib dan l-imbierek ħin flimkien. Hawn qed nitkellmu dwar ħin ta’ ċerta kwalità flimkien, meta m’aħniex mimlijin tensjoni u għeja, u meta nistgħu nagħtu attenzjoni lil xulxin. Il-verità hi: jekk ir-relazzjoni tagħna hi importanti għalina … il-ħin se nsibuh żgur.

2. Sorpriżi żgħar Żewqu l-ġurnata b’sorpriżi żgħar. Dawn jinkludu karezzi u kumplimenti li meta konna għarajjes ikollna minnhom kemm trid u kuljum imma meta nidraw lil xulxin huma l-ewwel affarijiet li jisparixxu: rigali żgħar, sorpriżi, telefonata, nota qasira fil-but. Huma affarijiet żgħar li fil-fatt ma huma żgħar xejn għax jagħmlu d-differenza kollha bejn żwieġ frisk u ieħor midbiel.

3. Me-time Min-naħa l-oħra, qis li ma toħnoqx lill-ieħor u toqgħod tinsisti li tagħmlu kollox flimkien il-ħin kollu. L-għira, id-dubji u l-kontroll fuq il-partner tagħna jagħmluna nixbhu żewġt iħmir li għadhom ma indunawx xi jridu jagħmlu.


Relazzjonijiet

4. Inqata’ mill-ġenituri Mhux faċli tinqata’ mill-familja li tkun trabbejt fiha; tħoss qalbek tiċċarrat għax din ukoll hi forma ta’ separazzjoni. Madankollu, din hi separazzjoni li jeħtieġ li ssir, inkella nibqgħu qisna tfal żgħar. Meta ninqatgħu mill-ġenituri jkollna l-opportunità li nibnu relazzjoni ġdida magħhom: ma nibqgħux aktar it-tfal tagħhom imma l-ulied adulti tagħhom. Dan mhux ‘abbandun tal-ġenituri’ imma sempliċement fażi oħra tal-ħajja.

5. X’ma jogħġbokx? Xi drabi nippruvaw nibdlu xi affarijiet fil-partner tagħna għax idejquna. Nieħdu eżempju ta’ mara li tħobb tagħmilha man-nies u tfittex kull opportunità biex toħroġ u tieħu gost, filwaqt li r-raġel pjuttost kwiet, ta’ ftit kliem, l-hena tiegħu jibqa’ d-dar. Minkejja d-differenzi kbar fil-karattru u t-temperament tagħhom, din ir-relazzjoni xorta tista’ tiffunzjona tajjeb … basta ħadd ma jipprova jbiddel lill-ieħor.

Mejju 2019

Xi drabi jkunu propju l-kwalitajiet li llum qed idejquna fl-ieħor li fil-fatt kienu ġibduna lejn xulxin fil-bidu tar-relazzjoni tagħna. Forsi dak iż-żmien ir-raġel kien qal, ‘Kemm hi mara vivaċi u taf tmur man-nies!’ – u llum il-mara qed iddejqu ‘għax m’hemmx li tieqaf tpaċpaċ.’ Min-naħa l-oħra, fejn qabel il-mara tkun qalet, ‘Kemm hu raġel kwiet u tal-affari tiegħu!’ illum forsi qed idejjaqha għax ‘qisu l-mumju’. Imma li ‘tkun fuq tiegħek’ kif ukoll li ‘toqgħod għalik waħdek’ huma t-tnejn żewġ kwalitajiet bżonnjużi u ma għandhomx ifixklu r-relazzjoni. Hi tista’ titgħallem minnu kif għandha toqgħod lura meta hemm bżonn; hu jista’ jitgħallem minnha biex tgħinu jsir aktar soċjevoli. Tkunx ħmar! Għożż l-aktar relazzjoni importanti li għandek f ’ħajtek!

11


12

Mejju 2019

ŻG ĦAŻAG Ħ

Int karozza pparkjata? Il-Papa Franġisku kiteb ittra liżżgħażagħ, ispirata mis-Sinodu li sar f’Ottubru li għadda. Iffirmaha fis-santwarju tal-Madonna ta’ Loreto, b’tifkira ta’ Marija li kienet teenager meta laqgħet is-sejħa ta’ Alla. Dawn huma xi sentenzi li ġew addattati mill-ittra ‘Kristu Jgħix’. 1. Kristu jgħix u jrid lilek ukoll tgħix. Huwa qiegħed fik u miegħek, ma jabbandunak qatt. Jibqa’ jsejjaħlek u jistenniek terġa’ lura. 2. Dak kollu li jifirdek mill-oħrajn … ixejħek! 3. Iż-żgħożija tista’ tgħaddiha distratt u nofsok rieqed … inkella tista’ tgħaddiha taspira għal affarijiet kbar, profondi u sbieħ. 4. Il-Mulej iridna nixegħlu l-kwiekeb fl-iljieli ta’ żgħażagħ oħra; jistedinna nħarsu lejn il-kwiekeb veri, is-sinjali li jgħinuna fit-triq. Kristu huwa d-dawl il-kbir tagħna. 5. Tinqatax mill-oħrajn, imma fl-istess ħin immira għal ideali li mhumiex tad-dinja. Uri lil ħaddieħor is-sbuħija

tal-ġenerożità, il-qadi, il-purità, ilperseveranza, il-maħfra, il-fedeltà, ittalb, il-ġustizzja, l-imħabba għall-fqar. 6. Iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur tad-dinja imma wkoll il-preżent. 7. Kapaċi tibki meta tara tifel qed imut bilġuħ, bla dar, esplojtat? Jew kapaċi biss tingħi u dejjem trid xi ħaġa oħra? 8. Il-pornografija ma tagħtikx idea korretta tas-sesswalità. 9. Tintilifx fid-dinja virtwali, inkella titbiegħed mill-familja u l-valuri tiegħek, u tidħol f’dinja ta’ solitudni. 10. Ftakar fl-immigranti, fosthom żgħażagħ bħalek, li qed jaħarbu mill-gwerra, vjolenza, persekuzzjoni, faqar u diżastri naturali kultant minħabba tibdil fil-klima. 11. Ftakar li ġejt maħluq bħala oriġinal – ara li ma ssirx sempliċi fotokopja! 12. Tħalli lil ħadd jisraqlek it-tama u l-ferħ jew jilluppjak biex issir skjav tal-interessi tiegħu. Dak li int hu aktar importanti minn dak li tippossiedi. 13. Ftakar fi tliet veritajiet kbar: (1) Alla hu mħabba (2) Kristu jsalvak (3) Kristu jgħix.


ŻG ĦAŻAG Ħ

Mejju 2019

13

14. Alla jħobbok. Qatt tiddubita minn din, jiġrilek x’jiġrilek. Fit-tgħanniqa tiegħu l-Missier jagħtik is-sikurezza, u fl-istess ħin iħallik fil-libertà. Hu naqqax ismek fuq il-pala ta’ jdejh.

19. L-imħabba tiegħu hija akbar millproblemi u d-dnubiet tiegħek. Anzi hu permezz tal-problemi u d-dnubiet tiegħek li huwa jrid jikteb din l-istorja ta’ mħabba.

15. Afda fil-memorja ta’ Alla, li mhijiex xi ‘hard disk’ li tissejvja u tarkivja l-informazzjoni kollha dwarek. Ilmemorja tiegħu hija qalb mimlija ħniena, li tieħu gost tħassar minnha kull traċċa ta’ ħażen. Huwa ma joqgħodx iżomm kont tal-waqgħat tiegħek.

20. L-agħar waqgħa hija dik meta tibqa’ fl-art u ma terġax tqum.

16. Alla ma jinkwetax għax tagħmillu ħafna mistoqsijiet … imma jekk ma tkellmux. 17. Idejn Kristu miftuħin beraħ fuq is-salib huma l-aktar sinjal ċar li xejn mhu se jżommu milli jkun ħabib fidil tiegħek għal dejjem. 18. Jekk tidneb, ftakar li hu jaħfirlek kull darba u jerfgħek fuq spalltu. Ħadd u xejn ma jista’ jeħodlok din iddinjità.

21. Irripeti spiss lilek innifsek: Jien m’iniex għall-bejgħ! Jien ma ninxtarax! Jiena ħieles! 22. Meta kulħadd jitilqek, ftakar fi kliem Ġesù: “Jiena magħkom dejjem salaħħar taż-żmien’ – tkun fejn tkun. 23. Dak li inti tħobb se jaffettwalek kollox: iqajmek mis-sodda filgħodu, x’tagħmel fil-filgħaxijiet tiegħek, kif tqatta’ tmiem il-ġimgħa, x’taqra, lil min taf, x’inhu li jaqsamlek qalbek, xi jferrħek. 24. Tħallix l-ansjetà taqtagħlek qalbek għax ma tarax riżultati mill-ewwel. Tkunx ipparalizzat bħal min hu mejjet ħaj, li jibża’ jirriskja u jiżbalja. 25. Anki jekk tiżbalja, erġa’ qum. Tħalli lil ħadd jeħodlok din it-tama. 26. Taħlihiex iż-żgħożija! Tibqax gallerija, imwaħħal mal-pultruna jew moħbi wara screen. Tkunx qisek karozza abbandunata, ipparkjata. Oħlom kbir, u agħmel deċiżjonijiet tajbin. Issirx mummja żagħżugħa. Iftaħ il-bieba tal-gaġġa u tir! Tippruvax ‘tirtira’ kmieni. 27. Ibqa’ iġri, attirat minn wiċċ Kristu, li aħna tant inħobbu, li aħna naduraw flEwkaristija u nagħrfu f’ħutna u oħtna li qed ibatu. Għal sintesi kif ukoll verżjoni sħiħa tal-ittra, ara l-website laikos.org.


14

Mejju 2019

ANNI V E R SA R JU

Il-Martri ta' Tibhirine

C

hristian għadda minn esperjenza li ħalliet impatt kbir fuqu. Kien l-Alġerija fl-1959 meta ra lil Moħammed, raġel Musulman, jirriskja ħajtu biex salva l-ħajja ta’ raġel Nisrani. L-għada, Moħammed instab brutalment maqtul. Christian impressjona ruħu kif Musulman kien lest jirriskja ħajtu biex isalva Nisrani. Christian kiteb hekk: “Fid-demm li xerred seħibna, rajt lil Kristu jsejjaħli biex immur ngħix fil-pajjiż fejn irċevejt dar-rigal kbir ta’ mħabba.” Patri Christian de Chergé studja l-lingwa u l-kultura Għarbija f’Ruma, u fl-1984 sar Pirjol tal-Kunvent ta’ Tibhirine, fl-Alġerija. Lejla waħda, terroristi membri tal-Grupp Armat Iżlamiku, iċċirkondaw il-kunvent. Minkejja l-biża’, Christian iffaċċja litterroristi b’wiċċhom mgħotti u armati sa snienhom. “Din dar ta’ paċi,” qalilhom. “Qatt ħadd ma daħal hawn bl-armi fuqu. Jekk tridu tidħlu u titkellmu magħna, tridu tħallu l-armi hawn barra.” L-irġiel armati riedu flus, il-mediċini kollha, u li t-tabib imur idewwi lil seħibhom ferut. Christian qalilhom li dakinhar kien lejlet il-Milied, festa kbira għall-Insara. B’għaġeb ta’ kulħadd, il-kap tagħhom, Emir Syat-Attya, skuża ruħu u qallu li se jitilqu imma jerġgħu jiġu darba oħra. Christian daħal jiġbor il-mediċini

kollha li sab u tahomlhom; kien jaf li ma kinux se jużawhom aktar. It-terroristi żammew kelmithom u reġgħu ġew. Ħatfu lis-seba’ patrijiet u fit-22 ta’ Mejju 1996 qatgħulhom rashom. Christian ħalla miktub hekk: “Jekk xi darba nispiċċa vittma tat-terroriżmu, nixtieq li l-komunità, il-Knisja, u l-familja tiegħi jiftakru li jien tajt ħajti għal Alla u għall-Alġerija.” Dawn is-seba’ ‘Martri ta’ Tibhirine’ kienu parti minn dsatax-il persuna li nqatlu fl-Alġerija bejn l-1994 u l-1996, f’dati u postijiet differenti, fosthom l-Isqof Pierre Claverie O.P. Qabel il-gwerra, kieku riedu, kellhom ċans jitilqu mill-pajjiż, imma huma kienu sabu dak li kienu lesti jmutu għalih: l-imħabba għal Alla u għan-nies fdati f’idejhom. It-tifkira tagħhom issir fit-8 ta’ Mejju (lejlet San Ġorġ Preca). Dakinhar li nħatfu l-patrijiet, tnejn oħra rnexxielhom jiżgiċċaw. L-uniku wieħed li għadu ħaj, Fra Jean-Pierre Schumacher, ta’ 95 sena, iltaqa’ mal-Papa Franġisku fil-31 ta’ Marzu li għadda fil-Marokk. Il-Papa niżel ibuslu jdejh. Minkejja kollox, fil-Knisja għad hawn min jagħti xhieda tal-fidi: min bil-ħajja li jgħix u min bil-mewta li jmut. Il-Martri tal-Alġerija taw xhieda bit-tnejn.


Ħruġ ta’ Bonds Bond b’rendiment ta’

Bond ieħor b’rendiment ta’

3.75% għal perjodu ta’ 5 snin li jimmatura fl-2023

4.6% għal perjodu ta’ 10 snin li jimmatura fl-2028

ß Investiment minimu ta’ €3,000 ß L-investiment fil-bonds għandu jkun ibbażat fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

Kun af li għamilt investiment fis-sod Ċemplilna fuq

2090 8100

Timberland Invest Ltd ġiet maħtura bħala distributriċi tal-bonds maħruga f’Malta minn Timberland Securities Investment plc.

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini tal-Prospett, datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju tan-negozju f’Aragon Business Centre, Dragonara Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala d-distributriċi ta’ dawn il-bonds f’Malta. Investituri prospettivi għandhom iżommu f’moħħhom li l-bonds ma jistgħux jissarrfu qabel id-data tal-maturità. Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, int ma jkollokx aċċess għal flusek qabel ma jimmatura l-bond rispettiv. Madanakollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek lil terzi persuni skont it-termi tal-Prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef kemm ftit jew saħansitra kull ammont li tkun investejt. Aktar dettalji jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’ jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest Limited f’San Ġiljan, jew mis-sit elettroniku: https://www.timberland-malta.com.



Emmanuel Camilleri.

żG ĦAŻAG H

Mejju 2019

17

X’se narmi? X’se nżomm?

I

l-video tal-kanzunetta ‘Only Jesus’ li hemm fuq You Tube jibda billi juri karozza tasal f’junkyard, fejn jintremew l-oġġetti mormija. Il-junkyard hija simbolu ta’ fejn ħafna minna jibżgħu li se jispiċċaw: mormija, ma jiftakarhom ħadd, ma jagħmlux suċċess, isimhom ma jitnaqqax fuq l-ebda trofew, ma jsemmihom ħadd. Imma malajr nindunaw li anki jekk jirnexxilna nirbħu xi rikonoxximent jew trofew, nispiċċaw ngħidu: “U issa? Issa xi jmiss? Dan kollu?” Il-kanzunetta, kantata minn Casting Crowns, grupp imwaqqaf l-Amerika fl1999, tgħidilna li t-titli u l-unuri kollha li jeżistu xi darba jispiċċaw. Dażgur, mhux qed ngħidu li ma għandniex nieħdu sehem fi sport jew kompetizzjoni jew ma nippruvawx nirbħu jew ma niġux minn ta’ quddiem. Ifisser li nżommu dejjem quddiem għajnejna s-sentenza ta’ Ġesù: “Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?” Fl-aħħar tal-video, il-kantant jidher jiftaħ il-boot tal-karozza, joħroġ xi ħaġa minnha u jarmiha. X’taħseb li se jarmi? X’taħseb li se jżomm?

Only Jesus Make it count, leave a mark, build a name for yourself. Dream your dreams, chase your heart, above all else make a name the world remembers. But all an empty world can sell is empty dreams. I got lost in the light when it was up to me to make a name the world remembers. But Jesus is the only name to remember. And I, I don’t want to leave a legacy. I don’t care if they remember me: Only Jesus And I, I’ve only got one life to live. I’ll let every second point to Him: Only Jesus All the kingdoms built, all the trophies won will crumble into dust when it’s said and done ’cause all that really mattered: Did I live the truth to the ones I love? Was my life the proof that there is only One whose name will last forever? And I … Jesus is the only name Jesus is the only name Jesus is the only name to remember, oh And I …


18

Mejju 2019

ULIEDNA

Joyce Callus

X'irridu aktar ?

X’tagħmel jekk it-tifel iħalli l-ġugarelli jiġru fl-art wara li jkun lagħab bihom? Taħsbux li din hi xi mistoqsija insinifikanti. Fuq sitwazzjoni bħal din u oħrajn bħalha jiddependi kemm it-tifel jikber responsabbli. Li trid tagħmel l-omm f ’dan il-każ huwa li toffri għażla: jew jiġborhom u jkun jista’ jerġa’ jilgħab bihom aktar tard; inkella tiġborhom hi imma t-tifel ma jilgħabx bihom dakinhar.

Innutaw li t-tifel qed jingħata GĦAŻLA. L-omm tista’ taqbad tgħajjat miegħu jew issawtu, u t-tifel tant jibża’ li jispiċċa ‘jobdi’ u jiġborhom. Imma b’daqshekk it-tifel mhux se jkun responsabbli. Mhux kull ubbidjenza hija sinjal ta’ sens ta’ responsabbiltà. Innutaw ukoll li t-tifel ma ngħatax kastig imma KONSEGWENZA li għazilha hu stess: jew jerġa’ jilgħab bihom jew ma jilgħabx. Il-konsegwenza trid taħsibha minn qabel u mhux taqbad u tfajjarha bl-addoċċ skont x’jiġik f ’rasek dak il-ħin. Din hija ħila fiha nnifisha u rridu nitħarrġu fiha. Il-konsegwenza trid tkun RAĠONEVOLI u mhux esaġerata. Il-konsegwenza qiegħda biex tgħallem mhux biex tikkastiga jew tweġġa’ lit-tfal. Biex tkun raġonevoli, il-konsegwenza jrid IKOLLHA X’TAQSAM mal-għażla. Mhux raġonevoli jekk talli t-tifel ma għamilx kollox f ’postu allura ma jarax televixin jew ma jitħalliex imur Mużew. Importanti li l-omm IŻŻOMM IL-KELMA. Jekk il-konsegwenza tkun li ma jilgħabx bil-ġugarelli dakinhar, allura trid iżżommha

u mhux mingħaliha li qed ‘tħenn’ u tispiċċa ċċedi. Għalhekk it-tifel irid ikollu għażla u jaf il-konsegwenza minn qabel. Naturalment għandna nħallu l-għażla f ’idejhom diment li ma hemmx PERIKLU għalihom. Tfal żgħar ma jafux li logħob bisskieken jew bil-plagg tal-elettriku jista’ jkun perikoluż. Hawnhekk ma hemmx għażla! Tfal akbar għandhom ir-responsabbiltà li jmorru l-iskola, li joqogħdu attenti u li jkunu jafu jagħmlu l-homework. Jekk dan ma jagħmluhx, il-konsegwenza tkun li jmorru l-iskola b’dak li jafu, tajjeb jew ħażin. Tfal u żgħażagħ li jikbru b’sens ta’ responsabbiltà jsiru nies li tista’ toqgħod fuqhom, kapaċi jżommu kelmithom, jagħmlu d-doveri tagħhom, jammettu l-iżbalji, jagħtu sehemhom bħala membri fil-familja u s-soċjetà. X’irridu aktar minn hekk?


LITU R ĠIJA

Mejju 2019

19

Alleluja minn rasek sa saqajk Għaliex f’dan iż-żmien ta’ wara l-Għid, fil-knisja nisimgħu Alleluja tielgħa u oħra nieżla? Iwieġeb Santu Wistin … Alla wegħidna xi ħaġa li għad trid isseħħ, u għax hu dejjem iżomm kelmtu, aħna nafdawh b’għajnejna magħluqa. Sadattant, imma, nistgħu biss nixxennqu għaliha. Hemm żewġ żminijiet: dak ta’ issa, mgħobbi bil-problemi tal-ħajja; u dak li għad irid jiġi, mimli ferħ li ma jispiċċa qatt. Hekk ukoll fil-liturġija għandna żewġ staġuni: wieħed qabel l-Għid, u ieħor wara. Dak ta’ qabel l-Għid ifisser il-provi li ngħaddu minnhom f ’ħajjitna. Dak ta’ wara l-Għid – li qegħdin fih – ifisser il-ferħ li se jkun tagħna ’l quddiem. Għalhekk l-ewwel staġun huwa żmien ta’ penitenza u talb, imma issa s-sawm spiċċa, u dan iż-żmien ta’ wara l-Għid nistgħu ngħadduh fit-tifħir lil Alla. Din hi t-tifsira tal-Alleluja li nkantaw: Alleluja twila 50 jum. Kristu, ir-Ras tagħna, jirrappreżenta dawn iż-żewġ perijodi.

U dakinhar li nqumu bħalu, inkantaw Alleluja li ma tispiċċa qatt. Għalhekk, ftakar: meta tgħid ‘Alleluja’ tkun qed tgħid lil ta’ ħdejk: ‘Faħħar lill-Mulej!’ – u hu jgħid l-istess lilek. Imma ara li tfaħħar lil Alla mhux biss b’xufftejk u b’leħnek, imma wkoll b’moħħok, b’ħajtek u bl-imġiba tiegħek. Meta noħorġu mill-knisja nistgħu nidhru li ma bqajniex infaħħruh. Imma jekk ngħixu ħajja tajba, xorta nkunu qed infaħħru lil Alla l-ħin kollu. Tieqaf tfaħħar lil Alla biss jekk titbiegħed minn dak li hu ġust, minn dak li jogħġob lilu. Jekk tgħix tajjeb, anki jekk fommok jibqa’ sieket, l-azzjonijiet tiegħek ikunu qishom qed jitkellmu b’leħen għoli, għax Alla jara l-intenzjonijiet tiegħek u jisma’ ħsibijietek. Bħala Nisrani qis li tkun Alleluja minn rasek sa saqajk. Addattament liberu minn diskors ta’ Santu Wistin dwar Salm 148.


Id-dar �egħi, mal-familja, indipenden�

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' �kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern 133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta Mobile: (+356) 99 242 320 Email: info@stairsindependent.com Web: www.stairsindependent.com

Is-separazzjoni ma twaqqafniex milli nrabbu flimkien. Ningħaqdu għat-trobbija ta’ uliedna. Kull min hu nteressat jista’ jagħmel kuntatt mas-Servizz tal-‘Coparenting’ fuq coparenting@gov.mt jew 22959000


JUM IL -VO K AZZJONIJIET

Mejju 2019

21

Għaliex jien kuntent

I

nqerr magħkom: aktar ma bdiet riesqa l-ordinazzjoni, aktar bdew jiġuni dubji jekk kontx verament imsejjaħ għal saċerdot; ma ħassejtnix aħjar minn ħaddieħor. Maż-żmien tgħallimt li min isir saċerdot mhuwiex aħjar minn ħaddieħor. Maż-żmien ukoll sirt kuntent li jien saċerdot, l-aktar bis-saħħa tas-sigħat li għamilt inqarar. Kien bis-saħħa tas-sigħat li għamilt fil-konfessjonarju, fejn in-nies iħossuhom l-aktar bogħod minn Alla, li tgħallimt niffaċċja d-dgħufija umana – tiegħi u tagħhom. Is-saċerdozju għenni wkoll inkun qrib in-nies meta huma esklużi mis-soċjetà. Niftakar il-funeral ta’ Benedict, xi 25 sena ilu. Kont għamiltlu l-Griżma tal-Morda eżatt qabel miet bl-AIDS. L-aħħar talba tiegħu kienet li jindifen fil-Katidral ta’ Westminster. Tistgħu timmaġinaw x’biċċa xogħol kelli biex ġibt il-permessi! Niftakar it-tebut f ’nofs il-knisja, imdawwar minn ħbiebu, ħafna minnhom ukoll morda bl-AIDS. Hemm kien hemm il-ġisem ta’ xi ħadd jirrappreżenta l-esklużjoni: raġel gay li miet bl-AIDS. Dak il-ħin stajt nara l-kobor u l-qdusija ta’ Alla. U dakinhar tgħallimt li l-missjoni tiegħi ma kenitx li naqdi biss lil min jiġi l-knisja imma wkoll lil min forsi qatt jew rari jersaq.

Inżomm f ’moħħi l-ġrajja ta’ meta Ġesù tgħammed, meta nstema’ leħen: “Dan hu ibni l-għażiż, li fih insib l-għaxqa tiegħi.” Hekk qal il-Missier dwar Ibnu; hekk jgħid ukoll fuq kull saċerdot; u hekk jgħid ukoll fuq kulħadd. Il-Missier isib l-għaxqa tiegħu f ’kull wieħed u waħda minna. Ħaġa oħra li nżomm f ’moħħi: Ġesù kiel u xorob mal-midinbin mhux għax kien obbligu imma għax kien jieħu gost; l-għaxqa tiegħu li jkun fil-kumpanija tagħhom. Hekk ukoll is-saċerdot. U meta b’idu kien imiss lil min skont il-liġi ma setax imiss, ma beżax li jittieħed jew jiċċappas, anzi tahom tgħanniqa ta’ veru. Hekk ukoll is-saċerdot. Bħala saċerdot irrid insib l-għaxqa tiegħi fin-nies fdati f ’idejja, minkejja d-diffikultajiet biex jgħixu u jħobbu: miżżewġin, iddivorzjati jew single; straight jew gay; jgħixu skont il-Knisja jew le. Kollha. Dan hu ‘xogħol’ is-saċerdot. Din hi ħajti. U għalhekk jien kuntent. Kuntent li, wara dawn is-snin kollha, Alla għadu jsib l-għaxqa tiegħu fija. Addattat minn artiklu miktub minn Timothy Radcliffe O.P.


22

Mejju 2019

AĦBA R TAJBA

Bewsa storika

G

ħal ħames snin iġġieldu kontra xulxin fi gwerra li ħalliet 400,000 mejtin, sitt miljuni kważi mietu bil-ġuħ, erba’ miljuni ħallew djarhom, u ekonomija mfarrka. Imma fil-11 ta’ April li għadda, il-President ta’ South Sudan, Salva Kiir, u l-Viċi President ta’ qabel, Riek Machar, kienu bilqiegħda ħdejn xulxin fuq sufan f ’Casa Santa Marta fil-Vatikan. Wara li l-Papa Franġisku appellalhom għall-paċi, huwa resaq lejn iż-żewġ mexxejja miġġildin u bisilhom saqajhom it-tnejn. Bla dubju, wieħed mill-aktar ġesti drammatiċi li qatt seħħew fl-istorja u li rajneh iseħħ fi żmienna. Machar, inġibed lura u pprova ma jħallihx, imma l-Papa nstema’ jgħidlu, ‘Ippermettili.’ Il-Papa, ta’ 82 sena, niżel ibus ukoll saqajn il-mexxejja politiċi l-oħra, fosthom Rebecca Nyandeng, l-armla ta’ John Garang, li għen biex inħoloq l-istat ta’ South Sudan. Nyandeng dehret tibki tul il-laqgħa kollha. L-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, kommoss ukoll, qal, ‘Smajna s-sejħa profetika ta’ Kristu. Issa nibagħtukom bħala ambaxxaturi tal-paċi.’ Huwa ta kopja talBibbja lil kull wieħed b’messaġġ: ‘Fittxu dak li jgħaqqad. Għelbu dak li jifred.’ “Il-paċi hi possibbli,’ qalilhom il-Papa. ‘Qatt ma jien se negħja nirrepeti dan: il-paċi hi possibbli!’ Il-Papa ħeġġiġhom jeżaminaw il-kuxjenza tagħhom u jistaqsu: ‘Il-Mulej xi

jridni naħfer? X’hemm fl-attitudni tiegħi li l-Mulej iridni nibdel?’ Imbagħad żied, ‘Jista’ jkun li għamilna żbalji, xi wħud minnhom żgħar, oħrajn akbar, imma l-Mulej Ġesù dejjem jaħfer l-iżbalji ta’ min jindem.’ Fl-aħħar nett il-Papa qal lil Kiir u Machar: ‘Minn qalbi (nitlobkom), ibqgħu fil-paċi. Se jkun hemm nuqqas ta’ qbil bejnietkom, veru. Dawn għalquhom fl-uffiċċju, imma quddiem il-poplu għaqqdu jdejkom flimkien. Hekk, minn ċittadini komuni ssiru l-Missirijiet tanNazzjon.’ Fit-12 ta’ Mejju, Kiir u Machar għandhom jiffurmaw gvern transitorju. B’xi mod iddemilitarizzazzjoni tal-pajjiż hija possibbli. Imma, tgħid, jirnexxilhom jagħmlu demilitarizzazzjoni tal-qlub? Forsi l-bewsa tal-Papa tasal fejn ma kinux kapaċi jaslu l-bombi. Irtir għall-adulti Nirrifletti kif insir bniedem ħieles u sħiħ fija nnifsi f ’Alla, u nitgħallem prattiki essenzjali għal dan. Imexxu: P. R. Falzon u Tony Macelli Mill-Ġimgħa 14 sal-Ħadd 16 ta’ Ġunju Post: Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq Għal aktar informazzjoni: raymondfalzon@gmail.com jew www.francen.net 21374222; email 1209ofm@hotmail.com


Fr Stefan Attard

PA R A B B O L I

Mejju 2019

23

Itlob u aħfer!

Il-Parabbola tal-Qaddej Ħażin (Matt 18:23-35)

Ġ

esù qal storja li ġġiegħlek toqmos. Tkellem fuq wieħed wiċċu tost prima klassi. Mhux tost biss, iżda ingrat u qalbu iebsa. Fi ftit kliem, kien qaddej li ġie muri ħniena kbira għax ġie maħfur dejn tal-biża’, li qatt ma seta’ jitħallas lura, iżda ftit minuti wara, għafas u għaffeġ lil sieħbu, fqir bħalu, biex jagħtih lura l-ftit li kellu jagħtih. Forsi dil-parabbola tidher ovvja. Imma jekk inħares madwari, u ġo qalbi, ninduna li altru li mhix! Dak li hu ovvju (jiġifieri li messu ħenn għal sieħbu għall-ftit dejn li kellu) ma jibqax ovvju meta l-istorja tmiss lili jew lilek. Għaliex? Għax b’dejn Ġesù kien qed jirreferi għallħsara li ssirilna meta xi ħadd iweġġagħna u jonqosna. Kos, kultant togħġobna li jkun hemm min għandu obbligu lejna, għax inħossuna superjuri għalih. Kollha kemm aħna, xi darba, jekk mhux spiss ukoll, kellna bżonn naħfru lil xi ħadd u niddeċiedu li ma nħallux il-weġgħa tkompli tinfetta l-qalb tagħna bir-rabja u b’xewqat ta’ ħsara għalih. Iżda kif se nsib fejqan għal dik il-ġerħa f ’qalbi u negħleb ir-rabja li qed teqridni

ġewwa fija? Spiss tiltaqa’ ma’ nies li jiffrekwentaw il-knisja iżda dil-parabbola qishom ma jifmuhiex. Aktar faċli ddaħħal idejk fil-but biex toħroġ flus għall-karità milli tidħol fil-qalb tiegħek biex minn hemm ġew toħroġ u taqla’ dawk issentimenti koroh li ħakmuk wara li tkun qlajt xi daqqa ġmielha min għand xi ħadd. Mhijiex ħlief deċiżjoni, bħad-deċiżjoni li Ġesù ħa fuq is-salib biex jaħfer lili. Mela għalfejn għandi naqla’ fwiedi biex naħfer lil xi ħadd li weġġagħni ħafna anqas milli jien weġġajt lill-Mulej? Meta nammettu d-dnub tagħna, nistgħu nilqgħu l-maħfra ta’ Alla kif ukoll nuru aktar mogħdrija lejn min naqasna. Qalb li ma taħfirx hija qalb ingrata, għax għadha ma tifhimx u ma tapprezzax xi swiet lil Ġesù biex ikun jista’ jifdiha, hu li ma mietx birrabja f ’qalbu iżda bil-ħniena u l-imħabba! Il-maħfra hija t-triq li twassal għall-paċi tal-qalb u għall-ferħ veru. Madre Tereża għandha parir għal dawk f ’diffikultà ma’ oħrajn: “Itlob u aħfer!” Tmiem tas-serje. Grazzi mill-qalb lil Fr Stefan għad-dawl ġdid li offrielna dwar tnax-il parabbola ta’ Ġesù.


24

Mejju 2019

D

LEĠĠENDA

In-nassa

arba waħda ġurdien fettillu jħares minn ġo xaqq fil-ħajt tar-razzett. Ra lill-bidwi u ’l martu jiftħu pakkett. Qabditu kurżità kbira biex ikun jaf x’fih, imma msarnu malajr niżlulu f’saqajh meta induna li fil-pakkett ma kien hemm xejn ħlief … nassa tal-ġrieden! Il-ġurdien telaq lura jiġri lejn il-bitħa biex javża lil sħabu, “Hawn nassa f’din id-dar! Hawn nassa f’din id-dar!” It-tiġieġa baqgħet b’rasha baxxa tnaqqar innuħħala. Qaltlu, “Sur ġurdien, jista’ jkun li din hi problema tiegħek, imma żgur li mhix tiegħi! Ma jinteressanix.” Għalhekk il-ġurdien dar fuq il-ħanżir u qallu, “Hawn nassa tal-ġrieden f’din iddar!” “Jiddispjaċini ħafna, sur ġurdien,” wieġbu l-ħanżir, “imma jien x’nista’ nagħmillek?” Il-ġurdien hawnhekk mar għand il-baqra, li weġbitu, “U inti taħseb li jien se nibża’ minn nassa tal-ġrieden?!” Il-ġurdien mar lura f’postu, qalbu sewda. Xi darba jew oħra kien se jkollu jiffaċċja lill-bidwi u n-nassa waħdu. Dak il-lejl stess instema’ ħoss ġej mid-dar, bħal ħoss ta’ nassa tingħalaq. Il-mara tal-bidwi ġriet lejn il-kċina biex tara x’kien inqabad. F’dak iddlam ma rnexxiliex tara li fin-nassa kien

inqabad id-denb ta’ serp velenuż. Is-serp gidem id il-mara u l-bidwi kellu jitlaq jiġri biha l-isptar bit-trakk. Meta xi sagħtejn wara wassluha lura firrazzett, il-mara kellha deni qawwi. Issa kulħadd jaf li biex tniżżel id-deni jaqbillek tieħu ftit brodu tat-tiġieġa, għalhekk ilbidwi qabad il-mannara u mar fil-bitħa jfittex it-tiġieġa, li ma damitx ma saret brodu. Imma d-deni ma riedx jinżel, għalhekk il-ġirien, il-qraba u l-ħbieb organizzaw ruħhom biex jiġu jarawha u ma jħalluhiex mument waħedha. Biex jitmagħhom ilkoll, il-bidwi kellu bilfors joqtol il-ħanżir. Il-mara qalbet għall-agħar, anzi wara xi jiem mietet. Tant ġew nies biex jagħtuha l-aħħar tislima li l-bidwi kellu joqtol ilbaqra biex jitmagħhom ilkoll. Parir ta’ ġurdien: L-ewwel darba li tisma’ li xi ħadd għandu problema, tgħidx li mhix problema tiegħek. Għax meta l-inqas wieħed minna jkun fil-periklu … ikun filperiklu kulħadd!


Dott. Godfrey Agius

SAĦĦITNA

Mejju 2019

25

Qarmuċa li rqaqet

L-Artrite

Frak tal-qarmuċa Normali

L

-artrite hi infjammazzjoni (nefħa) talġogi. Tikkawża wġigħ u ħafna drabi tillimita ċ-ċaqliq tal-ġogi affettwati. Hemm diversi forom tagħha, l-iktar komuni hi l-osteoartrite, li kultant tissejjaħ Degenerative Joint Disease jew Wear and Tear Arthritis. ‘Degenerative’ jew ‘Wear and Tear’ għax il-ġog ikun qed jiddeterjora bil-mod il-mod u bl-użu. Jista’ jaffettwa kwalunkwe ġog fil-ġisem, imma l-aktar li nsibuh fl-idejn, il-ġenbejn u l-irkopptejn, u jwassal biex is-saff bejn l-għadam li jservi ta’ mħadda (il-qarmuċa, cartilage) jittiekel bilmod il-mod u maż-żmien imur għall-agħar.

Bl-osteoartrite

l-għadam jafu jispiċċaw iħokku ma’ xulxin. Dan il-ħakk ma’ xulxin iwassal għal uġigħ, nefħa u inqas moviment f ’dak il-ġog. Jista’ jiġri wkoll li xi għadam jibdew jeħxienu fit-truf fejn jiltaqgħu biex jiffurmaw ġog kif ukoll li biċċiet tal-qarmuċa jinqalgħu u jfixklu l-moviment. Dan iwassal għal uġigħ, nefħa fil-ġogi u ebusija.

L-osteoartrite tista’ tkun ereditarja, jiġifieri tkun fil-familja. Tidher li hi relatata mal-użu tal-ġogi għal tul tas-snin, u dan insibuh filmaġġoranza tan-nies.

Xi fatturi li jistgħu jżidu r-riskju talosteoartrite: (a) piż żejjed u obeżità: jista’ jwassal għal artrite agħar fl-irkopptejn, il-ġenbejn u l-ispina; (b) korriment fil-ġogi: ġogi li jkunu għaddew minn korriment aktar faċli li jinħakmu mill-osteoartrite; (ċ) età: aktar komuni fl-anzjani għax ikunu ilhom jużaw il-ġogi aktar; (d) il-ġeneru: in-nisa aktar mill-irġiel, speċjalment meta jagħlqu l-50 sena; (e) xogħol: jekk ikun jirrikjedi moviment ripetut.

Normalment, saff lixx ta’ qarmuċa jservi bħala lqugħ bejn l-għadam tal-ġog u jgħin biex il-ġog jiċċaqlaq faċilment u bil-kumdità. F’xi wħud din il-qarmuċa tirqaq iktar ma l-ġogi jintużaw, u dan ikun il-bidu talosteoartrite (osteon = għadma bil-Grieg). Biż-żmien, il-qarmuċa tittiekel għalkollox, u

L-osteoartrite ma hemmx fejqan għaliha u taf taggrava maż-żmien, imma dak li jkun jista’ jibqa’ attiv, jipproteġi l-ġogi, jillimita korrimenti u jikkontrolla l-uġigħ bl-għajnuna ta’ terapiji li jinkludu eżerċizzji u mediċini – basta dawn ikunu ordnati mittabib tal-familja.

L-iktar sintomi komuni jinkludu wġigħ filġog u ebusija (speċjalment wara tul ta’ ħin bla ma niċċaqilqu, bħal wara l-irqad, tnaqqis fit-tul tal-movimenti) u nefħa.



LO G ĦOB

Mimdudin 1. Lil Ġaħan din għamlitu nies! (5) 3. Tajra ta’ billejl b’wiċċ ċatt; mod kif noqogħdu bilqiegħda (5) 6. Jimxi b’sens ordinat; regolari; mhux bl-addoċċ (11) 8. Imneħħija; annullata; imħassra (7) 12. Par żwiemel isuqu karozza waħda (7) 15. Kewkba tal-Baħar, titlu lill-Madonna (11) 16. Tagħti d-dawl elettriku (5) 17. Il-ħajja hi ----- (Qawl: il-ħajja qasira ħafna) (5)

27

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

Weqfin 1. Tal-ixkupa jew tal-bandiera; xi ħadd twil u rqiq (5) 2. Tidħolx bejnha u bejn qoxritha għax tibqa’ b’riħitha (5) 4. Temperatura atmosferika; kundizzjoni tal-ajru (5) 5. Qim lill-qaddisin imma ----- lil Alla (5) 7. Fil-Karnival jiżfnu l-------- (7) 9. Mingħajr (3) 10. u 14. Din xogħolha fuq it-tajprajter (3) 11. L-Iżraeilin ħarbu mill-Eġizzjani billi għaddew mill-Baħar tal------ (5) 12. Valur ta’ oġġett (5) 13. ----- jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri (Qawl: Xi wħud jieħdu l-prosit ta’ xogħol mibdi minn ħaddieħor) (5) 14. Ara 10. Wieqfa (5)

Mejju 2019

9

10

12

15

16

17

Irbaħ pizza għal tnejn mingħand Saracino’s Café (Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995) billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, il-Furjana. Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: P. Caruana: L-Imsida

Soluzzjoni Tisliba April Mimduda: 1. BAĦRI, 3. ĊATTA, 6. ĊERIMONJALI, 8. RETTURI, 12. ĦABBATA, 15. AGRIKULTURA, 16. TRABI, 17. ITTRA. Weqfin: 1. BOĊĊI, 2. ĦARIR, 4. TRAVI, 5. ABITA, 7. OTTUBRU, 9. EVA, 10. RIT, 11. KWART, 12. ĦARBA, 13. ADULT, 14. BXARA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana. Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda). Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor 7

4

2

5

1

8

9

3

6

1

9

3

4

2

6

7

5

8

5

6

8

7

9

3

4

2

1

4

8

1

9

6

5

3

7

2

3

2

9

8

4

7

1

6

5

6

5

7

1

3

2

8

4

9

2

7

4

6

8

9

5

1

3

8

1

6

3

5

4

2

9

7

9

3

5

2

7

1

6

8

4

5

7

8

1

9

6

2 4

3

7 2

4 2

3

8

7

5

6 6

8

2

7

1 3 4

5 9

3

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: M. Azzopardi, Fleur-de-Lys

8 1

6

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Claudia Cini


28

Mejju 2019

R IĊETTA

John Sultana

It-tliet appostli F’Mejju nfakkru tliet Appostli: San Filippu u San Ġakbu ż-Żgħir, u San Mattija. San Filippu (3 ta’ Mejju) kien minn Betsajda, u fost l-ewwel dixxipli ta’ Ġesù. Introduċa lil Natanjel (Bartilmew) ma’ Ġesù. Meta darba Ġesù staqsieh minn fejn se jġibu l-ħobż biex jitimgħu folla kbira ta’ nies, wieġbu li anqas mitejn dinar ma kienu biżżejjed. Wara dan Ġesù tema’ 5,000 ruħ. Reġa’ kien hu li qal lil Indrì li xi Griegi xtaqu jkellmu lil Ġesù. Fl-Aħħar Ikla, Filippu talab lil Ġesù jurihom il-Missier, u ta okkażjoni lil Ġesù biex jgħallimna dwar l-għaqda kbira tiegħu mal-Missier. San Ġakbu (3 ta’ Mejju) jissejjaħ ‘iż-Żgħir’. Ma nħalltuhx ma’ Ġakbu ieħor (bin Żebedew u ħu Ġwanni l-Evanġelista). Missieru kien Alfew; ommu kienet qariba ta’ Marija Omm Ġesù. Kien il-kap talKnisja f’Ġerusalemm. Kiteb ittra, parti mitTestment il-Ġdid, fejn jgħid li l-ilsien qisu fjamma żgħira li kapaċi tqabbad foresta sħiħa. San Mattija (14 ta’ Mejju) ħa post Ġuda l-Iskarjota. Hu u Ġużeppi (imsejjaħ Barsaba) kienu dawk it-tnejn li minnhom l-appostli kellhom jagħżlu wieħed. Talbu: ‘Mulej, int li tagħraf il-qalb ta’ kulħadd, uri liema minn dawn it-tnejn int għażilt biex jieħu l-post ta’ dan il-ministeru u l-appostolat li minnu telaq Ġuda.’ Meta tefgħu x-xorti, tela’ isem Mattija.

‘Gallettini tal-Appostli’ Ingredjenti: Nofs kikkra butir; nofs kikkra zokkor, bajda, nofs mgħarfa qoxra ta’ larinġa maħkuka, mgħarfa ġulepp, kikkra dqiq, kuċċarina baking soda, kuċċarina trab tal-bastun kannella, nofs kuċċarina ġinġer, ponta ta’ kuċċarina frak tal-imsiemer talqronfol. Ħallat il-butir u z-zokkor flimkien sakemm isiru krema. Żid il-bajda u ħawwad kollox. Ħawwad magħhom il-larinġa u l-ġulepp. Żid id-dqiq, il-baking soda, il-kannella, il-ġinġer u l-imsiemer tal-qronfol u ħallat sew. Kessaħ fil-fridge għal sagħtejn jew iktar. Qabel, saħħan il-forn għal 375 grad F (190 grad C), idlek dixx b’naqra butir u iftaħ l-għaġina għal ħxuna ta’ nofs ċentimetru fuq wiċċ b’naqra dqiq. Aqta’ l-għaġina fil-forma li trid u poġġiha żewġ ċentimetri bogħod minn xulxin fid-dixx. Aħmi għal 10 jew 12-il minuta sakemm il-gallettini jsiru sodi u naqra aktar mixwijin fit-truf. Iddekora b’xi simboli tal-appostli (ħobż, salib, lanza, xabla, ktieb).


G ĦALINA T-TFAL

Ir-Ragħaj tiegħi!

Mejju 2019

29

10

kot ba pre bi mju

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju fil-Quddiesa se nisimgħu li Ġesù huwa r-ragħaj tagħna, jiġifieri jkun dejjem magħna u jwassalna għand il-Missier. Dakinhar ikun Jum l-Omm. Agħti kulur lill-istampa u ibgħatha bid-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel 10 tpinġijiet li jitilgħu bil-polza jirbħu ktieb kull wieħed ġentilment mogħti minn Horizons. Rebbieħa tax-xahar l-ieħor li telgħu bil-polza: A. Fenech, Furjana; J. Mifsud, Għargħur; G. Farrugia, Gwardamanġa; E. Muscat, Naxxar; A. Vella, Tal-Pietà; E. Leonardi, Qawra; I. Pace, Ħ›Attard; D. Vella, Ħal Balzan; A. Camilleri, Ħal Qormi; E. Attard, Ħaż-Żebbuġ.


30

Mejju 2019

I S PI R AZZJONI

Int tħobb il-ħlejjaq kollha, u xejn ma tistmell minn kulma għamilt; li kien hemm xi ħaġa li stajt tobgħodha, int ma kontx tagħmilha. Kif setgħet tibqa’ xi ħaġa fid-dinja kieku int ma ridthiex? Jew kif setgħet iżżomm, kieku int ma sejjaħtilhiex? Għerf 11:24-25


TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA? Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq. Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza. Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted. OFFERTA ■ Sodda Rotoflex Basic ■ Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita' ■ Rails mal-ġenb ■ Mwassla u armata f’darek IFFRANKA €500! Prezz €6000 minflok €6500. L-offerta sa l-aћћar ta’ Ġunju 2019. Staqsi ukoll x’gћajnuna hemm mill-Aġenzija Sapport.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

TBATI B’NUQQAS TA’ SMIGĦ ? Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi fis-smiegħ, kellimna. ■ ■ ■ ■ ■ ■

Screening Test b'xejn Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali. Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar. Nagħmlu viżti fid-djar ukoll. Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll. Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

Mudell kompletament ġewwa l-widna. L-aktar mudell żgħir u diskret iżda l-aktar b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’ wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u b’saħħtu, anke għal min għandu nuqqas ta’ smiegħ serju.


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Up to â‚Ź5000 Email: info@liftservices.com.mt in government grants Website: www.liftservices.com.mt *subject to eligibility, terms and conditions Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.