Harga 28 ta' Ottubru 2012

Page 5

28.10.2012

Intervista

05

proÌett li tÓAllA NoFS leÓJA

BorMlA MAQtUlA Sentejn wara li ng˙ata bidu g˙all-pro©ett ta’ Baçir Numru 1 f’Bormla, il-BormliΩi t˙allew lampa stampa hekk kif dan il-pro©ett mhux talli g˙adu ma tlestiex, talli s-sitwazzjoni f’Bormla hija wa˙da diΩastruΩa u ta’ detriment g˙ar-residenti u l-komunità kummerçjali. KRISTA CARUANA Ωaret din il-belt u tkellmet mar-residenti, is-sidien tan-negozji u anke mas-Sindku ta’ dan il-lokal dwar is-sitwazzjoni li t˙allew fiha mill-Gvern ta’ GonziPN.

Kull min iΩur jew jg˙addi minn Bormla, jista’ jara b’g˙ajnejh l-istat li fih t˙alla dan il-post, kawΩa tax-xog˙ol nofs le˙ja fuq il-pro©ett ta’ Baçir Numru 1. Terrapien, trabijiet, ˙mie©, Ωibel u elf ˙a©a o˙ra li tkerrah l-ambjent qed jikkaratterizzaw ilqalba ta’ din il-belt storika. Ori©inarjament, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien iddikjara li l-pro©ett ta’ Bormla kellu jitlesta kollu sa April li g˙adda. Illum ninsabu kwaΩi fit-tmiem ta’ Ottubru u l-pro©ett mhux talli ma tlestiex, talli fadal ˙afna xog˙ol xi jsir fuqu. Il-˙erba li hemm f’din il-belt tkompli taççentwa ru˙ha wara xi maltempata, b˙al dik li kellna fil-lejl ta’ bejn l-Erbg˙a u l-Óamis li g˙adda. Fil-fatt, il-Óamis filg˙odu diversi residenti u sidien tal˙wienet fil-qalba ta’ Bormla qamu jixxuttaw l-ilmijiet tax-xita li da˙lulhom ©ewwa matul il-lejl ta’ qabel. U˙ud mill-˙wienet kellhom sa˙ansitra jitilfu ©urnata xog˙ol u j˙allu l-˙anut mag˙luq min˙abba li sabu maΩ-Ωew© filati ilma fuq ©ewwa. Ówienet o˙ra ©ratilhom ˙sara kbira hekk kif materjal u apparat li kellhom fil-˙wienet ixxarbilhom bix-xita. Sid ta’ ˙anut ie˙or qal li kien ilu mqajjem mit-tlieta ta’ filg˙odu min˙abba li l˙anut g˙eriqlu bl-ilma u kellu jqatta’ sig˙at s˙a˙ jixxotta l-ilmijiet. Tkellimna wkoll mad-Deputat Laburista Chris Agius li mhux biss joqg˙od fit-triq prinçipali ta’ Bormla iΩda g˙andu wkoll in-negozju tieg˙u fl-istess triq u li sostna li fl-g˙oxrin sena li ilu hemm, qatt ma jaf li kellu problemi ta’ g˙arg˙ar meta jkun hemm maltempata. Ûied jg˙id li ma jistax jifhem g˙ala lGvern qieg˙ed jie˙u din l-attitudni filkonfront tar-residenti u s-sidien tal˙wienet f’Bormla, hekk kif f’lokalitajiet o˙rajn meta jsir xi pro©ett dejjem jinbeda u jitlesta, g˙all-kuntrarju ta’ dak li ©ara f’dan il-lokal. Negozju batut ˙afna Il-pro©ett ta’ Baçir Numru 1 ˙alla effetti mill-aktar negattivi fuq l-andament tannegozju f’dan il-lokal. L-akbar problema li qed jiffaççjaw is-sidien tan-negozji huwa li l-ispazju g˙all-parke©© sar aktar ristrett. Apparti li g˙ad m’hemmx spazji g˙at-trakkijiet biex jg˙abbu jew i˙ottu quddiem il-˙wienet, il-vetturi qed ikunu kostretti biex jipparkjaw fuq bankina

Id-Deputat Laburista Chris Agius, u s-Sindku ta’ Bormla Joe Scerri

g˙olja. Óafna trakkijiet fil-fatt qed jevitaw li jitilg˙u fuq il-bankina meta ji©u biex i˙ottu l-prodotti g˙and tal-˙wienet, u min˙abba f’hekk qed jispiççaw biex jaqilg˙u ˙afna çitazzjonijiet g˙ax ikunu qeg˙din ipparkjati ˙aΩin. Is-sidien tal-˙wienet qed isostnu li nnuqqas ta’ parke©© wassal g˙at-telf talbejg˙, min˙abba li ˙afna konsumaturi qed jaqtg˙u qalbhom li jmorru jixtru mill-˙wienet ta’ Bormla min˙abba li ma jsibux fejn jipparkjaw. Qalu wkoll li l-kummerç f’dan il-lokal qala’ daqqa ta’ ˙arta kbira anke min˙abba l-fatt li l-uniku ristorant li kien hemm f’Bormla kellu jag˙laq il-bibien tieg˙u min˙abba li ma setax ikompli jopera qabel ma jitlesta l-pro©ett. Il-pavimentar mhux se jitlesta qabel l-2013 F’nofs Settembru li g˙adda, il-Grand Harbour Regeneration Corporation li qed tie˙u ˙sieb dan il-pro©ett kienet aççertat lill-poplu BormliΩ li fi ftit tal-©img˙at kellu jsir ix-xog˙ol ta’ pavimentar ta’ quddiem il-kaΩin tal-Banda San Ìor© u kellhom ukoll jinfet˙u t-tenders g˙axxog˙lijiet fi Pjazza Gavino Gulia, inkluΩ mal-Baçir. IΩda ftit ©img˙at wara, wara li x-xog˙ol fuq il-pjazza baqa’ ma nbediex, il-Kunsill

Lokali ta’ Bormla ©ie infurmat li l-pavimentar mistenni jibda wara l-festa talKunçizzjoni. Fil-fatt, il-Ministru Austin Gatt din il©img˙a kkonferma fil-Parlament, fuq domanda tad-Deputat Laburista Chris Agius, li x-xog˙lijiet fi Pjazza Paolino Vassallo huma skedati li jibdew f’Jannar tas-sena d-die˙la u huma ppjanati li jkunu lesti fi Ωmien tliet xhur “jekk ma jinqala’ xejn imprevist”. Apparti l-problema tal-pro©ett ta’ Baçir Numru 1, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla g˙andu numru ta’ kwistjonijiet o˙ra li qeg˙din jinkwetawh. Dawn jinkludu l-periklu li hemm quddiem il-Kulle©© Santa Margerita fejn g˙ad m’hemmx mezz sigur biex l-istudenti jkunu jistg˙u jaqsmu t-triq, apparti li quddiem l-istess kulle©© hemm problema serja ta’ g˙arg˙ar meta tag˙mel xi ˙alba xita. Hemm ukoll il-kwistjoni taΩ-Ωoni ta’ San Ìwann t’G˙uxa u s-sur ta’ San Pawl, li minkejja li jinsabu fi stat dilapitat, ilGvern ftit li xejn qed joffri g˙ajnuna lillKunsill Lokali biex jirriabilitahom. Hemm ukoll il-pro©ett tal-Cospicua Rangers li, minkejja li ilu mwieg˙ed ˙ames snin, sal-lum g˙adu ma sarx. Pro©ett ie˙or li dwaru l-Kunsill ftit li xejn sab g˙ajnuna fuqu huwa dak ta’ da˙let it-tlett ibliet, Ωona li x-xog˙ol

fuqha wkoll t˙alla nofs le˙ja. Hemm ukoll ir-riabilitazzjoni ta’ Ìnien Kottonera li wkoll je˙tie© li ji©i riabilitat min˙abba li t˙alla fi stat ta’ abbandun. Protesta dalg˙odu Sadanittant, dalg˙odu l-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizza protesta biex iwassal l-ilmenti tieg˙u dwar dawn in-nuqqasijiet. Il-protesta li mistennija tibda fid-9am se tinkludi dawra mal-lokal u aktar tard mixja tul il-Baçir Numru 1. Intant il-Kunsill ta’ Bormla jemmen li ssidien tal-˙wienet g˙andhom jing˙ataw kumpens xieraq g˙at-telf tan-negozju li qed isofru, speçjalment dawk is-sidien tal-˙wienet li sa˙ansitra taw materjal li ntuΩa waqt dan il-pro©ett u li sal-lum g˙adhom ma t˙allsux tieg˙u ming˙and l-ewwel kuntrattur li kien beda x-xog˙lijiet. Il-Kunsill qieg˙ed jitlob ukoll biex ladarba l-˙wat tal-˙amrija tlestew, g˙andhom jinΩerg˙u s-si©ar minnufih min˙abba li dawn qeg˙din jimtlew b’kull tip ta’ Ωibel u anke terrapien. Intant, il-Kunsill ta’ Bormla qieg˙ed jie˙u l-poΩizzjoni li jekk il-Gvern se jibqa’ b’widnejh mag˙luqin g˙all-ilmenti li qed isirulu se jkun qieg˙ed jikkunsidra li jie˙u pariri legali u anke jie˙u dan ilkaΩ quddiem l-istituzzjonijiet Ewropej.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.