Flimkien Lulju 2014

Page 1

Numru 116

Newspaper Post

Lulju 2014 |

3 Editorjal 4 Il-kelma tal-Arċisqof 4 Bejn Lourdes u Fatima 6 Eħlisna mid-deni 7 Adam, fejn int? 9 Kif inserraħ moħħi? 10 Ippersegwitati u minsijin? 13 Jien wieħed mill-50 14 Qumu! Ejjew immorru! 18 Jigsaw puzzle ta’ Xark 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Parroċċi Maltin: Senglea 25 Vjaġġ twil disa’ xhur 27 Logħob 29 Ġirien ġodda 30 L-akbar sinjur tal-wied

Irbaħ Vodafone Smart Android Kompetizzjoni: paġna 9

Irbaħ servizz talemcare għal sitt xhur Kompetizzjoni: paġna 15


BSL

Britannia Tours … your holiday starts here! MINN

¢399

Macedonia 13-20 Awwissu, 20-27 Awwissu

MINN

¢399

Thessaloniki/ Northern Greece 13-20 Awwissu, 20-27 Awwissu

Lourdes MINN

¢499 MINN

¢539 MINN

¢539

4 Full Days 28 July - 2 August, 11-16 August, 25-30 August 5 Full Days 15-21 August, 29 August - 4 September 5 Full Days 6-12 August, 20-26 August

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun Anton Por telli

Demm tal-fidi

I

r-ritratt juri pittura ta’ wiċċ Kristu fuq ħajt tal-knisja “Al-Qaddissin” f’Lixandra, imċappsa bid-demm tal-Insara b’karozza bomba fl-2011 (23 mejtin, 96 feruti). Waqt li l-fidi qed tibred f’ħafna minna, mhux bogħod minn xtutna, l-Insara qed jinqatlu għax għandhom il-fidi f’Ġesù. Filwaqt li aħna sirna qisna nies li ma jemmnux, ma jafux lil Ġesù, ma għandhomx esperjenza tal-Mulej f’ħajjitna, id-demm talInsara qed jiċċappas ma’ wiċċ Kristu fl-aktar xhieda qawwija tal-fidi ta’ dawn ħutna. Filwaqt li aħna nistħu nuru li nemmnu, u nwarrbu dak li l-fidi tagħna tfisser f’valuri u f’imġiba, l-Insara f’xi pajjiżi oħra qed jixxuttaw id-demm ta’ ħuthom li weħel ma’ wiċċ Kristu. Filwaqt li aħna qed naħbu l-fidi tagħna u nżommuha fil-but, f’postijiet oħra l-Insara juru l-fidi tagħhom u jipprattikawha f’ambjent ostili, diffiċli u perikoluż. Tassew li d-demm tal-martri huwa ż-żerriegħa tal-Insara! U aħna, minflok iddemm għandna l-ġid u l-fsied. Forsi għalhekk li ftit ftit qed insiru Nsara bla fidi!

Lulju 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

KATEKWIZZ

Xi jfisser l-isem “Ġesù”? Tweġiba f’pagna 6

aħseb fuqha...

Nothing is impossible. The word itself says “I’m possible”! audrey hepbur n

GRUPP NIXTIEQ NISTAQSI Laqgħa: Il-Ħamis 3 ta’ Lulju, fis-6.00pm Post: Il-Kurja, Floriana (dħul mill-bieb ta’ wara, fi Triq l-Iljun) Suġġett: L-Ewkaristija Preżenza Reali ta’ Kristu Rxoxt Imexxi l-laqgħa: Dun Hector Scerri

Pellegrinaġġi 2014 mal-Franġiskani L-Art Imqaddsa 6-14 Awwissu L-Art Imqaddsa u s-Sinaj 3-13 Novembru Kummissarjat tal-Art Imqaddsa 8, Triq Santa Luċija, Valletta, VLT 1213 2124 2254; comalt@ofm.org.mt; www.i-tau.org/comalt


Il-Kelma tal-Arċisqof • Mons P. Cremona O.P.

Fejn ma naslux aħna… Ix-xahar li għadda ċċelebrajna l-festa ta’ Pentekoste: l-inżul talIspirtu s-Santu fuq l-Appostli. Meta taqra l-ġrajja fl-Atti tal-Appostli, tħossok tistagħġeb b’dak li ġara: instama’ ħoss qawwi; dehru l-ilsna tan-nar; l-appostli minn beżżiegħa u magħluqin saru mimlijin ħeġġa u kuraġġ biex ixandru lill-Mulej. Naħseb li anki dan iż-żmien għandna għalfejn nistagħġbu b’dak li qed jagħmel l-Ispirtu s-Santu permezz tal-Papa Franġisku. Propju nhar Pentekoste, wara stedina li għamlilhom meta kien il-Palestina, mexxa servizz ta’ talb għall-paċi flimkien malPresidenti ta’ Israel u l-Palestina. (Ara wkoll paġna 7) Tgħaġġbek kif iż-żewġ mexxejja laqgħu l-istedina bil-ferħ, u kulħadd bil-lingwa tiegħu u skont ir-reliġjon tiegħu talab lil Alla għall-paċi! Il-Papa Franġisku wera li fejn ma jasalx il-bniedem bil-ħila tiegħu jista’ jasal it-talb. U dan minkejja kważi ħamsin sena negozjati bejniethom li qatt ma wasslu għal ftehim definittiv. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jgħinna fin-nuqqas ta’ fidi tagħna.

4 | Flimkien

STORJA TAL-KNISJA FIL-QOSOR (15)

Bejn Lourdes u Fatima 1854 Piju IX jipproklama d-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni. 1858 Dehriet tal-Madonna lil Bernadette Soubirous f’Lourdes, Franza. 1869-70 Il-Konċilju Vatikan l-Ewwel jiddefinixxi l-primat u l-infallibbiltà tal-Papa. 1878 Jilħaq Papa Ljun XIII (sal-1903). Jibqa’ magħruf għall-enċiklika Rerum Novarum li influwenzat it-tagħlim soċjali tal-Knisja u l-movimenti tal-ħaddiema. 1881 L-ewwel Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f’Lille, Franza. 1882 Imut Charles Darwin, famuż għat-teorija tal-evoluzzjoni. 1897 Tmut Teresa ta’ Lisieux. 1903-14 Pontifikat ta’ San Piju X. Jibda t-tfassil talKodiċi tal-Liġi Kanonika; iħeġġeġ tqarbin spiss, anki kuljum, u li t-tfal jibdew jitqarbnu ta’ 7 snin. 1914 L-Ewwel Gwerra Dinjija (damet sal-1918). 1914-22 Pontifikat ta’ Benedittu XV. Offra li jagħmilha ta’ medjatur imma ħadd ma ta kas l-appelli tiegħu għall-paċi. 1917 Dehriet tal-Madonna lit-tlett itfal ta’ Fatima, il-Portugall. Fil-Messiku jibdew persekuzzjonijiet kbar bejn l-1920 u l-1930. Fost il-martri, jinqatel il-Ġiżwita Miguel Pro. Il-Bolxevisti jieħdu l-poter fir-Russja, iwaqqfu dittatorjat Komunista u jibdew persekuzzjoni kontra l-Kattoliċi u l-Lhud.


Il-KateKIÛmu tal-KnIsja KattolIKa RiveduT Prezz ta’ qabel il-pubblikazzjoni:

€15 minflok €19 salaħħar ta’ Awwissu

Jista’ jiġi ordnat mill-Kurja Se jkun għall-bejgħ fl-1 ta’ Ottubru • 1,104 paġna • Bl-indiċi u r-referenzi • Ktieb meħtieġ għall-istudjużi u għal min jixtieq jifhem aħjar x’tgħallem il-Knisja • Ta’ għajnuna kbira għall-eżami tal-Matrikola tar-Reliġjon


6 | Flimkien

Il-Missierna (7) • Fr Hector Scerri

L-aħħar petizzjoni – is-seba’ waħda – li nitolbu fil-Missierna niltaqgħu magħha wkoll fit-Talba li Ġesù għamel lill-Missier ftit sigħat qabel il-Passjoni tiegħu meta kien miġbur mal-Appostli fiċ-Ċenaklu. Talab hekk: “Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin” (Ġw 17:15). Din it-talba hi għal kull wieħed u waħda minna. F’dak il-mument għażiż u intimu, Ġesù kellu anke lilek f’moħħu!

F

il-Missierna nsibu l-istess ħsieb: li nitolbu lill-Missier jeħlisna minn kull kull periklu u deni tar-ruħ u tal-ġisem. Fil-Katekiżmu l-Knisja tgħallimna li dan id-“deni” li qed insemmu mhuwiex xi ħaġa astratta. Hawn qed nirreferu għal persuna – ix-Xitan, il-Ħażin, dak l-ispirtu personali li ħadha kontra Alla u l-pjan tiegħu.

F

’din l-aħħar petizzjoni, inti tissieħeb ma’ dawk kollha li jemmnu fi Kristu biex titlob lil Alla jurina r-rebħa li Kristu diġà kiseb fuq “il-prinċep tad-dinja”, ix-Xitan. Fid-dinja li fiha ninsabu, aħna rridu nkomplu niġġieldu l-ġlieda ta’ Ġesù. Imma, għax aħna dixxipli tiegħu, u għax is-sejħa tagħna hija li nimitawh, ikollna nħabbtu wiċċna ma’ dak kollu li huwa kontra l-Mulej u s-Saltna tiegħu.

J

agħmlilna kuraġġ il-kliem ta’ Sant’Ambroġ: “Il-Mulej li neħħielek id-dnub tiegħek u ħafirlek ħtijietek, iħarsek ukoll u jeħilsek mill-qerq tax-Xitan li jġarrbek, biex l-għadu li mdorri joħloq il-ħtija ma jiħdokx għal għarrieda. Min jafda f’Alla ma jibżax mix-Xitan”. Ma’ dan il-kliem, Sant’Ambroġ iżid kliem San Pawl, kliem li wkoll iqawwilna l-qalb fil-ġlieda kontra d-deni: “Jekk Alla hu magħna, min jista’ jkun kontra tagħna?” (Rum 8:31)

Eħlisna mid-deni

F

’din it-talba li nagħmlu fil-Missierna nkunu qed nitolbu lill-Mulej biex jeħlisna mill-Ħażin u minn kull deni tal-imgħoddi u tal-ġejjieni, id-deni li jiġi bittnassis ta’ dak li jħajjarna għad-dnub.

I

l-kliem li jitlob is-saċerdot fil-quddiesa jgħinna nifhmu aħjar il-kliem tal-aħħar petizzjoni tal-Missierna: “Eħlisna, nitolbuk, Mulej, minn kull deni; agħtina fittjieba u l-ħniena tiegħek, il-paċi fi żmienna, biex inkunu ħielsa minn kull dnub, u mħarsa minn kull inkwiet, aħna u nistennew u nittamaw il-hena u l-miġja tas-Salvatur Ġesù Kristu”. Ġesù huwa diġà rebbieħ. Aħna wkoll qegħdin fil-proċess li nkunu rebbieħa miegħu għal dejjem.

: “Ġesù” L-isem Tweġiba Minikwizza” bil-Lhudi. Meta

lla jsalv “Ġesù” jfisser “A qalilha, lil Marija, huwa Gabrijel ħabbar en, u -ġ uf u jkollok ib “Inti se tnissel fil mhux ù” (Lq 1:31). “Ġes ssemmih Ġesù” ll juri propju imma wko biss huwa ismu graf u li jsalva. Ara para l-missjoni tiegħu, u. 430 tal-Katekiżm


Riflessjoni • Papa Franġisku

Lulju 2014 | 7

Adam, fejn int?

Riflessjoni li għamel Papa Franġisku fis-26 ta’ Mejju fil-Yad Vashem f’Ġerusalemm, il-mafkar għall-vittmi tal-Olokawst.

A

dam, fejn int?’ (ara Ġen 3:9) Fejn int, o bniedem? Kif wasalt s’hawn? F’dan il-post, f’dan il-mafkar tal-Olokawst, nisimgħu l-mistoqsija ta’ Alla terġa’ tidwi: ‘Adam, fejn int?’ F’din il-mistoqsija nħossu n-niket bla tarf ta’ Missier li tilef lil ibnu. Il-Missier kien jaf bir-riskju kbir li kien hemm meta lill-bniedem ħallieh liberu; kien jaf li ibnu seta’ jintilef … sadattant forsi lanqas il-Missier ma seta’ jimmaġina waqgħa daqshekk kbira, abbiss daqshekk fond! Hawn, quddiem it-traġedja bla qies talOlokawst, dik l-għajta – ‘Fejn int?’ – tidwi bħal leħen dgħajjef f’abbiss bla qiegħ…. Bniedem, min int? M’għadnix nagħrfek aktar. Min int, o bniedem? Min sirt? X’orrur kont kapaċi tagħmel? X’ġiegħlek taqa’ daqshekk fil-baxx? Żgur li mhux it-trab tal-art li minnu int issawwart. It-trab tal-art hu ħaġa tajba, xogħol idejja. Żgur li mhux in-nifs tal-ħajja li jien infaħt f’imnifsejk. Dak in-nifs ġej minni, u huwa xi ħaġa tajba ħafna (ara Ġen 2:7). Le, ma jistax ikun li dan l-orrur huwa xogħol tiegħek biss, xogħol idejk, xogħol qalbek … Min ikkorrompiek? Min sfigurak? Mingħand min ħadt il-jedd li ssir is-sid tattajjeb u tal-ħażin? Min ikkonvinċiek li int alla? Int mhux biss ‘Fallen Leaves’, Holocaust Museum, Berlin. Installation ta’ Menashe Kadishman.

ittorturajt u qtilt lil ħutek, imma offrejthom f’sagrifiċċju lilek innifsek, għax int għamilt lilek innifsek alla. Illum, f’dan il-post, nerġgħu nisimgħu jidwi l-leħen ta’ Alla: ‘Adam, fejn int?’ Mill-art titla’ karba minn taħt l-ilsien: Ikollok ħniena minna, Mulej! Il-ġustizzja hi min-naħa tiegħek, O Mulej Alla tagħna; imma min-naħa tagħna, aħna għandna l-għajb ma’ wiċċna (ara Baruk 1:15). Ħażen kbir waqa’ fuqna, li bħalu qatt ma seħħ taħt is-smewwiet kollha (ara Baruk 2:2). Issa, Mulej, isma’ t-talba tagħna li qed nagħmlulek bilħerqa, salvana f’ġieħ il-ħniena tiegħek. Salvana minn din il-mostrożità. Mulej li tista’ kollox, hija ruħ imnikkta li qed tgħajjatlek. Isma’, u ħenn, Mulej! Aħna dnibna kontrik. Int issaltan għal dejjem (ara Baruk 3:1-2). Ftakar fina fil-ħniena tiegħek. Agħtina l-grazzja li tiġina l-mistħija għal dak li, bħala bnedmin konna kapaċi nagħmlu, mistħija għal din l-akbar idolatrija, talli maqdarna u farrakna laħamna stess li int iffurmajt mit-tajn tal-art, u li int tajtu l-ħajja bin-nifs tiegħek tal-ħajja. Qatt aktar, Mulej, qatt aktar! ‘Adam, fejn int?’ Hawn aħna, Mulej, bil-mistħija fuqna għal dak li l-bniedem, maħluq fuq l-istess xbieha tiegħek, kien kapaċi jagħmel. Ftakar fina fil-ħniena tiegħek.


Pick pure fruit.

Pick pure goodness.

More fruit in a pack is just not possible Happy Day from Rauch Fruit, Family and Nature Look out for our in-store promotions at supermarkets around Malta!

You can be a winner with RAUCH and GO! www.bravomalta.com


Uiedna

Lulju 2014 | 9

Kif inserraħ moħħi?

K

if inserraħ moħħi li wliedi huma protetti mill-ħsara li tista’ ssirilhom meta jkunu fuq il-kompjuter? L-ewwel nett importanti li ma nqisux il-kompjuter jew l-internet bħala “ħżiena”. Huwa l-użu li nagħmlu minnhom li jista’ jagħmel ħsara – jekk irridu jew jekk ma noqogħdux attenti. Forsi taħseb li tista’ “sserraħ moħħok” billi tipprojbixxi lil uliedek milli jidħlu fl-internet biex hekk (mingħalik) ikun żgur safe. Sejjer żbaljat! L-aħjar mod mhux li tipprojbixxi imma billi teduka u fl-istess ħin ukoll tafda. Id-diffikultà qiegħda fil-bilanċ bejn teduka u tafda. Hekk biss tista’ “sserraħ rasek”! Imma teduka ma jfissirx biss li teduka lil uliedek imma l-ewwel u qabel kollox teduka lilek innifsek. Dan tagħmlu billi tkun midħla tal-mod kif jaħdmu l-apparati teknoloġiċi li qed jużaw uliedek, speċjalment dawk li jaqbdu mal-internet. Sitt suġġerimenti kif teduka ruħek: 1. AĦSEB: Irrifletti ftit dwar kif qed tmexxi u trabbi l-familja tiegħek f’aspetti oħra tal-ħajja. L-istess prinċipji u ħiliet jgħoddu għad-“dinja” diġitali. Mela tibżax tistabbilixxi limiti u regoli għal uliedek sa minn età żgħira. 2. ARA: Kun ċert li tara xi wħud mitteknoloġiji li jħobbu wliedek. Ilgħab bil-Wii magħhom, itlobhom jgħinuk tirreġistra u tuża l-facebook. 3. STAQSI: Speċjalment ħbieb serji, qraba u ġenituri oħra dwar kif qed jiggwidaw lil uliedhom fid-dinja diġitali. Jistgħu jagħtuk idea, għalkemm dak li jgħidulek tiħdux dejjem vanġelu! 4. UŻA: Uża l-parental controls li l-kompjuters, il-mowbajls u l-apparati tal-

logħob stess għandhom ġo fihom. Issettja l-privatezza tiegħek fis-siti soċjali. Uża s-sigurtà li joffru Google u search engines oħra. 5. TUŻAX: Tużax il-ħin kollu t-teknoloġija biex iżżomm it-tfal “kwieti”. 6. QAJJEM: Tkellem dwar kwistjonijiet diġitali fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum. Uri lil uliedek li tifhem kemm it-teknoloġija hi importanti għalihom. Kellimhom fuq il-benefiċċji tagħha, imma tiddejjaqx issemmilhom ukoll suġġetti “diffiċli” bħall-imġiba responsabbli fuq l-internet, ilbullying, u l-pornografija.

Biex tibqa’ aġġornat u tħossok kunfidenti bit-teknoloġija diġitali, idħol fis-sit www.ibrowsesafely.com.mt li jgħinek tieħu deċiżjonijiet infurmati. Il-kampanja ibrowsesafely imnedija minn Vodafone Malta tappoġġa l-kampanja BeSamrtOnline. Żur www.facebook.com/ibrowsesafely.com.mt.

KOMPETIZZJONI VODAFONE IRBAĦ SMART ANDROID Kull xahar, sa Settembru tista’ tirbaħ wieħed minn erba’ mowbajl Smart Android offruti minn Vodafone. Aqra l-artiklu u ikteb wieħed mis-sitt suġġerimenti dwar kif il-ġenituri jistgħu jedukaw ruħhom dwar id-“dinja” diġitali. Il-kompetizzjoni miftuħa biss għall-ADULTI. Ibgħat it-tweġiba sal-15 ta’ Lulju: Flimkien, Kompetizzjoni Vodafone, Kurja, Floriana. Tweġiba għal ta’ Ġunju: www.ibrowsesafely.com.mt. Rebbieħa ta’ Ġunju: R. Cassar, Ħal Qormi


10 | Flimkien

Martri llum

Ippersegwitati u minsijin?

I

l-Ħadd li għadda telgħetli l-pressjoni jien u nipprova nsib fejn nipparkja quddiem il-knisja ħa nisma’ Quddiesa. Meta dħalt kien kważi spiċċa t-tieni qari. Imma mbagħad mort id-dar, u fettilli nidħol fil-websajt ta’ The Voice of the Martyrs u f’dik ta’ Aid to the Church in Need. U l-burdata malajr biddiltha! Sakemm kont qed ingerger biex nipparkja, aktar minn 2,000 ruħ kienu qed jippakkjaw St Patrick’s Cathedral, fil-belt ta’ Maiduguri, fin-Niġerja. Dak il-ħin il-belt kienet qed tiġi bbumbardjata mill-grupp estremista Islamiku “Boko Ħaram”. Iċ-ċelebrant Fr John Bakeni qal: “Meta ġejt għall-omelija, għedt lin-nies li ma kienx hemm bżonn priedka dakinhar. Il-preżenza tagħhom f’numru daqshekk kbir kienet omelija fiha nnifisha!” F’Marzu li għadda l-Papa qal li biex jiċċelebraw Quddiesa, xi Nsara jkollhom jorganizzaw taparsi birthday party. Kif jaraw il-pulizija ġejjin, jaħbu kollox. Meta mbagħad jitilqu l-pulizija, ikomplu bil-Quddiesa! Rebbiegħa Għarbija, Xitwa Nisranija? Fis-Sirja, f’April li għadda, grupp ta’ ribelli ħatfu u qatlu lill-Ġiżwita Olandiż, Frans van der Lugt – wara li għal 48 sena ssapportja l-poplu Sirjan, u rrifjuta li jitlaq mill-belt ta’ Homs saħansitra fl-assedju. F’Ottubru tal2012 Patri Fadi Jamil Ħaddad, Sirjan, ipprova jgħin biex jinħeles tabib li kien inħataf, kif għamel f’każijiet oħra qabel. Instab b’tir f’rasu, ġismu ttorturat u mutilat, b’għajnejh maqlugħin barra. Il-midja internazzjonali “dratha” wisq din is-sitwazzjoni. Huma biss il-każijiet eċċezzjonali li jingħataw attenzjoni. Fil-verità, imma, kull każ hu eċċezzjonali! Fis-Sajf li għadda r-refuġjati Sirjani laħqu żewġ miljuni, fil-maġġoranza tagħhom

Insara. Qed ikollhom ifittxu ħajja ġdida f’xi pajjiż fil-Punent. Bliet u rħula sħaħ Insara qed ikollhom jiġu abbandunati. Dalwaqt se jiġu fi stat fejn ma jibqax aktar Insara flartijiet fejn twieled u kiber il-Kristjaneżmu! Dawn huma xi wħud mir-refuġjati li qed jaslu Malta! Sitwazzjoni ddisprata wkoll fl-Eġittu. Meta tela’ fil-gvern il-President Morsi, l-affarijiet bdew imorru għall-agħar għall-Insara, imma meta tneħħa, il-Muslim Brotherhood bdew iwaħħlu fl-Insara. F’Awwissu li għadda mat-80 knisja u bini ieħor tal-Knisja ġew attakkati. Fl-istess xahar, żewġ nisa Nsara nqatlu minn folla Misilmin … għax dendlu kuruna tar-Rużarju mal-mera tal-windskrin! Minkejja dan, ħafna Eġizzjani jixtiequ jgħixu fil-paċi flimkien. Prova ta’ dan hu meta numru ta’ Musulmani ħarġu spalla ma’ spalla mal-Insara u ddefendewhom kontra folla estremista li riedu jfarrku knejjes, djar u ħwienet tal-Insara. Ir-Rebbiegħa Għarbija bdiet bi prospetti sbieħ għad-demokrazija … imma spiċċat diżastruża għall-Insara. Wieħed wara l-ieħor, f’dawn il-pajjiżi, ibda mill-Iraq, kompli bis-Sirja u issa l-Eġittu – tliet pajjiżi b’popolazzjoni Nisranija mhux żgħira – ilpopolazzjoni Nisranija bdiet tonqos b’rata mgħaġġla. Il-mistoqsija hija: fil-futur se jibqa’ nies li jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi f’dan ir-reġjun? Fl-Afrika: ħafjin fuq blat ippuntat L-istess anki fl-Afrika, minħabba taħlita ta’ problemi politiċi, ekonomiċi u soċjali. L-aktar eżempju ċar in-Niġerja fejn f’April tal-2011 ġew attakkati aktar minn 430 knisja, 65,000 Insara kellhom jitilqu minn djarhom, u 800 sfaw maqtula. Kelliem għal Boko


Lulju 2014 | 11

Ir-ritratt juri pittura ta’ wiċċ Kristu fuq ħajt tal-knisja “Al-Qaddissin” f’Lixandra, imċappsa bid-demm talInsara b’karozza bomba fl-2011 (23 mejtin, 96 feruti).

Ħaram qal: “Se noħolqu pressjoni kbira biex intemmu l-preżenza Nisranija u jkollna stat Islamiku b’mod li l-Insara ma jkunux jistgħu jibqgħu hawn.” Fi żmien sena, nofs is-37 knisja fid-djoċesi ta’ Maiduguri ġew attakkati jew distrutti. Mill-1,201 Insara li fl-2012 mietu għall-fidi tagħhom fid-dinja kollha, 791 kienu fin-Niġerja. L-Eritrea ġġagħlek taħseb li għadna fi żmien il-persekuzzjoni taħt ir-Rumani. Talli sempliċement jitolbu jew jieħdu sehem f’Quddiesa, l-Insara qed ikunu arrestati u mġegħlin jimxu ħafjin għal siegħa kuljum fuq il-blat ippuntat u x-xewk. Oħrajn ġew imsawta biex jiċħdu l-fidi tagħhom u mhedda li jinqatlu. Bħalissa hemm mat-3,000 Insara fil-ħabsijiet għall-fidi tagħhom! Rapporti dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan mhumiex joħorġu minħabba li jistgħu jipperikolaw il-ħajja tal-Insara li jgħixu hemm. F’Mejju li għadda, mara Nisranija li qed tistenna tarbija, sempliċement għax ma riditx taqleb Musulmana, qatgħuhielha għallmewt. Ikkundannawha wkoll għal 100 daqqa ta’ frosta għax iżżewġet raġel Nisrani u ħarġet tqila minnu. Fl-Asja: l-Insara huma “barranin” Dwar il-Pakistan biżżejjed infakkru

l-każ ta’ Asja Bibi, omm ta’ ħamsa, li fl-2010 qatgħuhielha għall-mewt għax sabuha ħatja ta’ dagħa. Xi nisa Musulmani riduha taqleb Musulmana. Hi weġbithom, “Kristu tagħna ta ħajtu fuq is-Salib għal dnubietna … Kristu tagħna huwa ħaj.” Din kienet id-“dagħwa” ta’ Asja Bibi. Ilha mill-2009 sal-lum fil-ħabs, f’kamra bla twieqi, tistenna s-sentenza tal-appell. (Ara artiklu dwarha: Flimkien, Diċembru, 2012.) Fis-Sri Lanka u l-Mjanmar (Burma) fejn hemm maġġoranza Buddista, qed isiru sforzi kbar biex jiġi impost il-Buddiżmu fuq kulħadd, u jattakkaw lil min jistqarr fidi differenti. Żdiedu l-attakki kontra l-Insara li huma meqjusin “barranin”. Bejn Jannar u Mejju tal-2013 seħħew mill-inqas 45 każ ta’ vjolenza kontra l-Insara. Fl-Indja l-estremisti Ħindu ma jittollerawx reliġjonijiet u kulturi oħrajn ħlief dik talmaġġoranza, jiġifieri l-Ħinduiżmu. Xi Nsara sofrew sfreġi f’wiċċhom, knejjes imfarrka, Bibbji u kurċifissi maħruqa. Fil-Pajjiżi Komunisti: ħabs jew Bibbja? Fil-Korea ta’ Fuq, jekk jaqbduk b’Bibbja f’idejk, idaħħlu fil-ħabs lilek, lil martek jew żewġek, ħutek, uliedek u l-ġenituri tiegħek! Fiċ-Ċina, fl-2012 kien hemm persekuzzjoni fuq 5,000 persuna. Il-gvern qed jinsisti li jingħata listi tal-membri li jattendu l-knisja; min jirrifjuta jiġi arrestat. U f’Malta? F’Malta ngergru li l-omelija twila wisq, li l-Quddiesa traqqdek, li r-Rużarju monotonu, li m’hemmx air conditioner; niġġieldu dwar il-festi. Forsi jmissna ninteressaw ruħna aktar dwar x’qed jiġri minn ħutna Nsara f’pajjiżi oħra, u nitolbu għalihom. Imissna ma ngergrux kontra r-refuġjati kollha li naraw. Imissna ngħixu l-fidi tagħna b’entużjażmu akbar.


F’artiklu li ppublikajna f’dan il-magażin ftit xhur ilu, tkellimna fuq l-artrite. Semmejna l-effetti u x’jikkawża l-artrite. Fost il-ġogi l-aktar effettwati semmejna l-irkoppa, iddahar u l-wirk (hip joint) peress li dawn l-aktar li jieħdu piż u strapazz fuqhom. Illum hemm kura għal min għandu l-artrite fl-irkoppa. Meta persuna tasal li ma tkunx tista’ timxi, il-moviment talġog hu limitat ħafna u jkun hemm uġigħ kostanti, l-uniku rimedju hu li l-ġog jinbidel. Din tissejjah Total Knee Replacement. F’din l-operazzjoni l-ġog tal-irkoppa jinbidel għal wieħed ġdid. Wara l-operazzjoni jrid jkun hemm perijodu ta’ riabilitazzjoni fiżika, biex il-pazjent jerġa’ jakkwista funzjonalità kemm jista’ jkun normali. It-riabilitazzjoni tikkonsisti minn eżerċizzi fiżiċi biex jissaħħew il-muskoli tas-sieq speċjalment dawk ta’ madwar l-irkoppa; eżerċizzi biex l-irkoppa terġa’ titgħawweġ u tidritta kemm

Livelife bħala promotur għal Anzjanità Attiva, joffri sħubija għall-gym jew pool bi prezzijiet kompetittivi. Joffri wkoll il-Flexifit Classes għal dawk li jixiequ jibdew tip ta’ eżerċizzju b’differenza. Livelife joffri s-servizz ta’ Respite għal persuni li l-qraba jew il-carers tagħhom ser isiefru għall-btajjel tas-sajf.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

Riabilitazzjoni wara ‘total knee replacement’

tista’ (importanti ħafna), taħriġ biex ilpazjent jerġa’ jitgħallem jimxi normali; u taħriġ tal-bilanċ biex eventwalment ilpazjent jiimxi mingħajr l-użu tal-bastun. Dan it-taħriġ isir mal-fiżjoterapisti. L-irwol tal-Occupational Therapist hu li jħarreġ il-pazjent f’attivitajiet funzjonali bħal ħasil personali, kif jilbes u jinża u kif juża l-kamra tal-banju. Jistgħu jintużaw għodda speċjali bħal easy reacher jew sock aid biex jiffaċilita dan ix-xogħol. Ir-riabilitazzjoni ser tipprepara b’mod komplut lil pazjent beix jerġa’ jirritorna fl-ambjent tiegħu. Hu ser jkun anke eżaminat fid-dar tiegħu biex jingħata rakomandazzjonijiet ħalli jtejjeb l-ambjent ta’ madwaru biex ikun aktar żgur u ta’ għajnuna. Riabilitazzjoni wara Total Knee Replacment jieħu mas-sitt xhur b’kollox. Livelife hu ċentru ta’ Riabilitazzjoni privat li jinsab f’tas-Sliema. Hawnhekk iċ-ċentru joffri servizzi kompleti għal min jopera ruħu għal-knee replacement, fuq bażi ta’ In-Patient jew anke Out-Patient. Iċ-~entru joffri speċjalist fil-qasam tarriabilitazzjoni kif wkoll tagħmir modern biex il-pazjent jirkupra f’inqas żmien possibbli.


40 sena Saċerdoti • Dun Colin Apap

Lulju 2014 | 13

Jien wieħed mill-50 J ien wieħed minn dawk il-ħamsin li fis-27 ta’ Lulju tal-1974 konna minn tulna malart biex niġu ordnati saċerdoti. Dakinhar ukoll, l-Arċisqof Gonzi għalaq 50 sena isqof. Ġrajja unika daqskemm storika. Għalhekk jien se niċċelebra l-40 sena ta’ saċerdozju, 40 sena mindu għedt iva lil Alla. Dik l-ewwel iva kienet sabiħa, challenging, ta’ min qed iħares ’il quddiem, ta’ min qed joħlom imma fl-istess ħin b’saqajh mal-art. Imma jiena sibt li dan Alla, li huwa mħabba, hu wkoll Alla ‘ġeluż’. Mhux kuntent bl-ewwel iva li tajtu. Moħbija wara dik l-ewwel iva kien hemm katina sħiħa ta’ ġrajjiet li qatt ma bsart li se ngħaddi minnhom u li talbu minni ‘ivajiet’ oħrajn. 40 sena ta’ ferħ u niket, suċċessi u insuċċessi, ħbiberiji sinċieri li jibqgħu dejjem f’qalbi u f’moħħi, imma wkoll esperjenzi qarsa u morri tal-ħajja. Illum, wara 40 sena saċerdot, ta’ min nirrepeti iva oħra llum, issa u hawn, fir-realtà tal-mument preżenti? Jgħaddu minn quddiem għajnejja purċissjonijiet twal ta’ persuni u ġrajjiet: millFilippini sa Frascati, minn Ruma sal-Albanija, min-Niġerja sa Nairobi, minn New York sa Londra … u nirringrazzja lil Alla għal kull persuna li tahieli b’rigal. … u nistaqsi: Kien worth it? It-tweġiba, għalija, mhix faċli. Is-sabiħ tal-ħajja jiddependi mirrelazzjonijiet li tibni matul ħajtek, li juruk kemm Alla tagħna huwa ‘Alla tas-sorpriżi’, li jkellimna permezz tan-nies u ċ-ċirkustanzi li niltaqgħu magħhom, anki ta’ dawk li jġegħluna nsofru. Għarkupptejja quddiemek, Mulej, ngħidlek, fi kliem San Ġorġ Preca: “Grazzi Sinjur Alla. Aħfirli Sinjur Alla”.

Niftakar f’The Priest: A prayer on a Sunday night ta’ Michel Quoist, fejn jiddeskrivi s-solitudni ta’ saċerdot il-Ħadd filgħaxija, meta waħdu, quddiem Ġesù Sagramentat jistaqsih: ‘Imma għaliex jiena, Mulej?’ U fis-skiet qalbi, waħdi, nagħmel tiegħi t-tmiem ta’ din it-talba-poeżija: I repeat to you my “yes” – not in a burst of laughter, but slowly, clearly, humbly. Alone, Lord, before you, in the peace of the evening. Is-saċerdozju, bħal kull sejħa oħra tal-ħajja, mhuwiex romantiċiżmu jew pessimiżmu. Kull saċerdot, bħal Kristu, irid jitgħallem jgħix ‘komdu’ fuq is-Salib, waħdu, għax wara s-Salib, u permezz tiegħu, jara ż-żerriegħa li tmut imma li tagħti l-ħajja, u l-ħajja bil-bosta. Lili dal-Papa Franġisku qed jerġa’ jagħtini t-tama li kont qbadt nitlef. Qed jerga’ jagħtini “passjoni għall-Knisja”, li tfisser rapport personali ma’ Ġesù, l-unika raġuni għax għadni saċerdot.


14 | Flimkien

San Ġwanni Pawlu II

Qumu! Ejjew immorru! Personalità vivaċi li rradjat il-paċi anki taħt il-ħakma Komunista hi dik ta’ Karol Wojtyla. X’jgħidilna dwar iż-żgħażagħ? “Fil-vaganzi tas-Sajf kont immur inżur ta’ sikwit kampijiet organizzati għaż-żgħazagħ. Kont nagħmlilhom priedka, nitkellem magħhom, nixxabbat mal-muntanji, u nkanta xi għanja magħhom, imdawrin ma’ xi ħuġġieġa, fosthom din l-għanja: Mulej, inti ġejt fuq ix-xtajta mhux biex tfittex l-għonja jew l-għorrief; xtaqt biss li jien nimxi warajk. Mulej, b’għajnejk mitfugħin fuqi bi tbissima fuq xofftejk, sejjaħtli b’ismi. Kulma kont nixtieq sibtu ħdejn dak l-ilma. Bik maġenbi, lest li nfittex xtajtiet oħra. Din l-għanja mexxietni b’xi mod minn art twelidi għal Ruma. It-tifsira profonda tagħha għenitni meta ġejt biex inwieġeb lill-kardinali jekk naċċettax l-għażla li kienu għamlu meta għażlu lili bħala Papa.” U dwar meta sar isqof? “Kienet is-sena 1958. Tlaqna bit-tren lejn Olsztynek. Miegħi kelli għadd ta’ ħbieb, ilkoll imħarrġa fil-qdif tal-kenura. Konna sejrin għall-vaganzi. L-ewwel inqattgħu xi jiem fuq il-muntanji, imbagħad nagħmlu xi jiem fuq l-għadajjar fir-reġjun ta’ Masuria. Imma f’nofs il-btala bagħat għalija l-Kardinal Stefan Wyszynski. Tlaqt l-ewwel bil-kenura, imbagħad fuq trakk mgħobbi bi xkejjer tad-dqiq, sa ma wasalt fl-eqreb stazzjon tal-ferrovija. L-għada wasalt Varsavja fil-ħin miftiehem. Malli dħalt fl-uffiċċju tiegħu, Wyszynski infurmani li l-Papa kien innominani isqof

awżiljarju. Jien weġibtu, ‘Eminenza, għadni żgħir wisq. Għandi biss 38 sena!’ Imma Wyszynski qalli, ‘Dik marda li malajr infejquha.’ Weġibtu, ‘Naċċetta.’ Għedt lillArċisqof li xtaqt inkompli l-vaganza ma’ sħabi ħdejn ix-xmara. Għall-bidu ma riedx, imma mbagħad bi tbissima qal, ‘Imma qis li tiġi lura fil-ħin għall-ordinazzjoni!’ Dik il-lejla stess erġajt qbadt it-tren għal Olsztynek.” Kif jaħsibha fuq it-tagħlim tal-fidi? “Dejjem kont konvint li mingħajr it-talb ma jseħħilna qatt intellgħu tajjeb lil uliedna. Inħeġġeġ lill-familji u l-komunitajiet parrokkjali biex irawmu fiż-żgħar ix-xewqa li jiltaqgħu ma’ Alla fit-talb privat; li ngħidu r-Rużarju għat-tfal, anzi aktar minn hekk, mat-tfal.” Meħud minn “Qumu! Ejjew immorru!” maqlub għall-Malti minn Violet Schembri. Għall-bejgħ f’diversi ħwienet.


kompetizzjoni BI TLIET REBBIEĦa

Ħu sehem fil-kompetizzjoni billi ssemmi benefiċċju wieħed tas-servizzi tal-emCare u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ servizz tal-eCare b’xejn għal sitt xhur. Ibgħat it-tweġiba tiegħek fl-indirizz t’hawn taħt.

Serħan il-moħħ bis-sistema tal-eCare Mindu daħħal is-servizz tal-eCare d-dar, Frans u l-familja tiegħu moħħhom mistrieħ li hemm xi ħadd jieħu ħsiebu, kull ħin u kull mument. Agħmel bħal Frans - ċempel fuq 2142 4949 biex tistaqsi dwar is-servizz tal-eCare f’darek! Il-parteċipanti għandhom jinkludu isem, indirizz u telefon flimkien mat-tweġiba tagħhom. Dawn għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mit-13 ta’ Lulju 2014, lil emCare Group Malta Ltd., 6PM Business Centre, Triq it-Torri, is-Swatar, Birkirkara, BKR 4012. Ir-rebbieħa jiġu infurmati bil-miktub.

2142 4949 | emcare360.com

eCare base station


Cappuccino Iced Cappuccino

Malta International Airport • The Point Shopping Mall, Sliema Balzan • The Embassy Shopping Complex, Valletta

for coffee lovers


25 years

1989-2014

25 YEARS OF AFFORDABLE GREEN ENERGY FOR ALL. CELEBRATE WITH US. YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. ideas for life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS

CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 Email: sales@bajadagroup.com


Relazzjonijiet

18 | Flimkien

S

Jigsaw puzzle

ta’ xark

ena wara li bdejt noħroġ ma’ raġel jismu Salvu, ħlomt ħolma. Ħlomt li kont miegħu fi swimming pool, inħarsu f’għajnejn xulxin. Dħakna flimkien. Ħassejna r-raġġi tax-xemx fuq wiċċna. Ħassejna li konna ninħabbu. Il-ħajja dehret tassew sabiħa! Imma f’salt wieħed, f’dik il-ħolma, Salvu nbidel f’xark. Bdejt inwerżaq, u Salvu pprova jaħtafni. Snienu dehru jaqtgħu u tal-biża’. Ġera warajja, u ħassejtni bla nifs. Kont ċerta li ried joqtolni. Dik il-ħolma fetħitli għajnejja. Urietni dak li kont bdejt nissuspetta f’qalbi, imma li kont nibża’ nammetti: Salvu kien perikoluż. Imma kif jista’ jkun? Salvu kellu ġenituri rispettabbli. Kellu trobbija tajba. Joqgħod f’dar għalih, u ma kellux ċenteżmu dejn. Kamra tas-sodda mimlija kotba. Tbissima li ġġennek. Bniedem intelliġenti. Kulħadd jgħid kemm hu kalm u rpużat. Imma xi għaxar xhur wara li ltqajt miegħu f’ħanut tal-kotba bdejt nilmaħ il-veru Salvu: ħelu minn barra, imma minn ġewwa xark li jrid jikkontrollak, jimmanipulak u jabbuża minnek. Trid ħafna żmien biex issir taf tassew persuna. Terġa’, jien persuna li dejjem naħseb it-tajjeb f’ħaddieħor, qatt ma naħseb ħażin. Imma ftit ftit bdejt niskopri biċċiet milljigsaw puzzle sakemm fl-aħħar, bis-saħħa ta’ ċerti esperjenzi, irnexxieli nibni stampa sħiħa ta’ min kien dan Salvu. Wara ħafna, bdejt nilmaħ dak ix-xark li kont rajt fil-ħolma.

L-ewwel biċċa: il-kontroll L-ewwel biċċa tal-puzzle ħarġet mhux ħafna wara li ltqajt miegħu. Dak iż-żmien ma kelli l-ebda idea li s-sense of leadership li kellu fl-aħħar mill-aħħar ma kien xejn ħlief kontroll fuqi.

Għall-bidu ħsibt li din kienet xi ħaġa tajba, anzi xi ħaġa li togħġobni fih. Mhux kull mara tixtieq li tiltaqa’ mal-kavallier kuraġġjuż li jaqbeż għaliha? Irnexxielu “jinnegozjali” arranġament aħjar mal-bank dwar il-ħlasijiet tal-loan taddar tiegħi. “Naddafli” l-cupboards tal-kċina bla ma qabbadtu jien. Barra dan, “akkwistali” claim ma’ tal-insurance li waħdi żgur ma kontx inġibha żewġ. L-aħħar tibna kienet meta Salvu daħal l-uffiċċju fejn naħdem bla ma avżani biex “jgħinni” insolvi konflitt li kelli ma’ kollega tiegħi u li jien kont għedtlu dwaru. Xi ħaġa ma kenitx sew! Ġraw aktar inċidenti li wrew li kien wieħed li jikkontrolla: ġegħelni nwiegħdu li qatt ma nilbes ċerta tip ta’ malja meta mmur ngħum; irrabja ħafna meta għedtlu li xtaqt insiefer ma’ tal-familja fi żmien il-Milied; werżaq mhux ftit meta deherlu li żammewli għoli wisq meta mort nixtri mis-supermarket. Darba minnhom wasal biex qabadli sidri u qalli: “Dawn tiegħi!” Jien imbuttajtu, u neħħejtlu idu ’l hemm. Madankollu, xorta bqajt miegħu. Għaliex? Għax ma kelli l-ebda idea li dan kien kollu “kontroll”. Ma kontx naf li fil-fatt dan kien abbuż fuqi. Kont ngħid lili nnifsi li forsi qed ngħaġġibha.

It-tieni biċċa: mibegħda għan-nisa It-tieni biċċa tal-jigsaw skoprejtha meta morna għand ommu. Dakinhar irrealizzajt li Salvu jobgħod lin-nisa. Meta dħalna, Salvu ntefa’ bilqiegħda fuq is-sufan, niżżel il-beritta fuq għajnejh u injora lil ommu għalkollox, anki meta ppruvat tkellmu. Dak il-ħin smajt sirena ddoqq f’rasi: X’inhu? Ilu x-xhur ma jara lil ommu, u sadattant xorta ma jagħtix kasha?


Lulju 2014 | 19

Dak il-ħin ftakart fil-kummenti kollha li kien qal dwar in-nisa: “Ommi stupida” u “Oħti giddieba!” u “L-ewwel tfajla li kelli kienet ittradietni”. Imbagħad ftakart f’sentenza li suppost missha ġegħlitni nitlaq niġri u naħrab minnu: “Missieri ma kienx kapaċi jikkontrollaha lil ommi!” It-tielet biċċa: it-tort Xejn u qatt ma kien tort tiegħu. Skont hu, kien tort tiegħi li hu kien ikollu jirrabja. Darba qalli li ma setax jikkontrolla r-rabja tiegħu għax hu kien raġel. Meta darba ssuġġerejt li mmorru għallcounselling malajr wieġeb: “No way! M’iniex lest immur għand l-ebda mara biex toqgħod tgħidli x’għandi nagħmel!” U jien, sadattant, sakemm bqajt “niġbor” dawn il-biċċiet tal-jigsaw puzzle, kont nibki, nipprova nżomm il-“paċi”, ninkoraġġih, u niskużah – ma nafx għal kemm-il darba – għal affarijiet li wara kollox ma kinux tort tiegħi. Wasalt biex inqtajt minn kull min kien jafni sew. Naturalment kont nemmen il-gideb kollu li Salvu kien jgħidli. Sa wasal biex ikkonvinċieni li l-ebda raġel ieħor ma seta’ jinteressa ruħu fija għax issa kont “kbirt”. Ipperswadieni wkoll li r-relazzjoni tagħna kienet waħda normali. Kemm nixtieq li rrealizzajt qabel li kienet qed issir inġustizzja miegħi! Kemm nixtieq kelli aktar dinjità! Kemm nixtieq li kont kapaċi nirrabja! Illum naf li meta użata tajjeb, ir-rabja tista’ tgħinnek tipproteġi lilek innifsek, u anki lil ħaddieħor. Ftit wara li rnexxieli ngħaqqad il-jigsaw puzzle tax-xark, rabbejt kuraġġ biżżejjed biex ir-rabja li kelli nużaha b’mod pożittiv. Kif? Hekk se nagħmel! Salvu u jien konna għadna kif wasalna d-dar wara li morna nixtru. Meta konna għadna fil-karozza beda jgħajjat ħafna miegħi. Niftakar żgur li dakinhar bkejt baħar

sħiħ ta’ dmugħ, werżaqt u għajjatt. Hu ma ta ebda kas. Ma waqafx jgħajjat miegħi. Baqa’ jgħajjarni: “Int dejjem taqla’ l-kwistjonijiet! Kollok argumenti!” Imbagħad għajjat: “Jien sejjer, u meta niġi lura ma rridx insibek hawn!” Għall-ewwel darba ħallejt lili nnifsi nħoss l-inġustizzja li kienet qed issir miegħi b’dak l-abbuż. Dakinhar inħlist mix-xark li darba f’ħolma rajt tant ċar f’dak is-swimming pool. Il-mara li kien hemm ġo fija qamet u, bi spallejha mwaqqfin u b’sidirha ’l quddiem, qalet: “Hekk se nagħmel! Meta tiġi, ma ssibnix hawn!” Dak il-ħin stess erġajt xgħelt il-karozza, u tlaqt minn hemm. Qatt aktar ma rġajt rajtu b’għajnejja. Wara li ħallejtu, irnexxieli naħfirlu. Erġajt bdejt nitbissem u nidħak. L-ulċera li kelli fl-istonku bdiet tfieq. Erġajt sirt kuntenta. Fuq kollox tajt kelma lili nnifsi li qatt aktar ma nħalli lil xi ħadd jikkontrollali ħajti bl-abbuż. Ma rridx nara aktar xarks b’għajnejja!


PROPERTIES FOR SALE/TO LET

www.caremark.com.mt

Guarantees peace of mind…

GOZO, GĦAJNSIELEM

2/3 Bedroomed Apartments

(Furnished and semi-finished)

Garages Airspace for Penthouses (with permit)

OWNER: 7941 0237

Care and Support... any day, any time A team of well-trained care and support workers, led by reliable management, will seek to address your needs in your own home, at a reasonable cost. A range of care packages are available. Call us on 23456500 or email malta@caremark.com.mt Capital Business Centre, Entrance A, Taz-Zwejt Street, San Gwann

Rental Service Available! Quality products at affordable prices!

July Offer - Buy any model of wheelchair and recieve a pressure relief cushion worth €29.00!!


Ittri mill-qarrejja

Lulju 2014 | 21

ITTRA REBBIEĦA

Veru ragħaj

Minn kif il-Papa Franġisku ntgħażel bħala s-suċċessur ta’ San Pietru, il-Knisja bdiet tara riformi kbar. Bdiet tidher l-umiltà u s-sempliċità tiegħu, fuq l-eżempju ta’ Kristu filprattika. Ġesti li saħħew in-nies fil-fidi u li ressquhom lejn il-Knisja kienu l-ħasil tar-riġlejn tal-priġunieri f’Ħamis ix-Xirka, u l-appell tiegħu li għaqqad Insara u mhumiex biex jitolbu għall-paċi u ma tikbirx il-gwerra fis-Sirja. Jien ngħidlu l-veru ragħaj tal-Knisja għaliex qed jagħmel minn kollox biex l-ebda waħda min-nagħaġ ma titlaq anzi tiġi lura fil-merħla.

Julian Izzo, Birżebbuġa

Rigal prezzjuż Xtaqt naqsam mal-qarrejja dan il-ħsieb: Meta Alla lesta joħloq id-dinja, xtaq iħallilna parti mid-divinità tiegħu, farka minn dak li hu, wegħda lill-bniedem tal-ħila tiegħu sakemm jissielet u jżomm sod. Fittex post fejn seta’ jaħbi dan ir-rigal għax, ħaseb hu, dak li l-bniedem seta’ jsib malajr wisq ma jiġix apprezzat. “Allura aħbi dan ir-rigal fil-quċċata tal-ogħla muntanja,” qallu kunsillier. Alla ċaqlaq rasu: “Le, għax ilbniedem hu avventuruż, u ma jdumx ma jitgħallem jixxabbat mal-ogħla muntanji.” Ieħor issuġġerixxa: “Mela aħbih fil-qigħan tal-art!” Alla wieġeb, “Le, ma naqbilx, għax xi darba l-bniedem se jintebaħ li jista’ jħaffer anki fl-aktar post fond tal-art.” “Allura pprova aħbih f’nofs l-oċean!” “Lanqas,” qal Alla, “għax il-bniedem mogħni b’moħħ u xi darba se jibni xwieni u jaqsam l-akbar ibħra.” “Mela fejn, Mulej?” staqsewh. Tbissem Alla, u qal, “Naħbih xi mkien fejn kull raġel u mara jistgħu jsibuh jekk ifittxuh b’sinċerità biżżejjed. Naħbih f’qalbhom!” Dr Mark Said, L-Imsida L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mogħtija minn Merlin Publishers Ltd. Ibgħatha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, PO Box 90, il-Marsa

AVUKAT

Żjieda fil-kera Għandi kamra mikrija bħala ħanut. Qabel ġiet fis-seħħ il-liġi dwar il-kera fl-2010, kelli kera ta’ €850 fis-sena. Sid il-kera mill2010 beda jgħolli kull sena u sas-sena 2013 ħallast €1,500 u qalli li biħsiebu jkompli jgħolli. Jista’? Hemm xi tagħrif ieħor li tajjeb inkun naf dwar din il-kwistjoni? Fil-kaz ta’ kiri ta’ fondi kummercjali fl-2010 il-kera kellha togħla bi 15% fuq l-aħħar kera. Fis-sentejn ta’ wara l-kera kellha terġa’ togħla bi 15% oħra kull sena fuq is-sena ta’ qabel. Wara dan, il-kera għandha togħla jew bi qbil bejn il-partijiet jew fejn ma jkunx hemm qbil għandha togħla kull sena b’5% fuq is-sena ta’ qabel. Dan jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġi stabbilit l-indiċi tal-kera li jistabbilixxi l-kera ġusta għal kull stabbiliment mikri għal skop ta’ kummerċ. Dan l-indiċi għadu ma ġiex fisseħħ. L-artiklu li jikkontrolla din iż-żjieda huwa l-artiklu 1531D tal-Kodiċi Ċivili. Dr R. Zammit, LL.D.

Irtir għar-Reliġjużi Mill-Ħadd filgħaxija, 13 ta’ Lulju sal-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju Imexxi: Fr. Paul Deguara, SJ Dar Manresa, Victoria. 21556635; manresagozo@gmail.com



Parroċċi Maltin • Dun Ivan Scicluna

Lulju 2014 | 23

Il-Parroċċa tal-Bambina

I

l-knisja ewlenija tal-Isla nbniet għallewwel darba fl-1580 b’tifkira tar-rebħa importanti li l-Maltin, flimkien malKavallieri ta’ San Ġwann, kienu għamlu fuq it-Torok. Fit-8 ta’ Settembru ta’ 15-il sena qabel (1565) kien spiċċa l-Assedju l-Kbir. Sena wara, jiġifieri fl-1581, l-Isla ħadet il-limiti kollha tagħha mill-parroċċa ta’ San Lawrenz tal-Birgu. B’digriet tal-Papa Girgor XIII din il-knisja saret parroċċa. Fra Tumas Gargallo, l-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, ħatar lil Dun Anton di Nicolaci bħala l-ewwel kappillan ta’ din il-parroċċa ġdida. Fil-21 ta’ Mejju, 1786 il-parroċċa saret Kolleġġjata, u fit-3 ta’ Jannar, 1921 saret Bażilka. Aktar tard dik is-sena saret ukoll santwarju għaliex ġiet inkurunata l-istatwa ta’ Marija Bambina. F’Jannar tal-1941 il-knisja ġġarrfet bilbombi tal-għadu, iżda nbniet mill-ġdid u reġgħet ġiet ikkonsagrata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-24 ta’ Awissu, 1957. Fil-lista twila ta’ 26 kappillan li mexxew din il-parroċċa ma nistgħux ma nsemmux lill-Kappillan Dun Franġisk Azzopardi li ta saħtu kollha, u saħansitra ħajtu, fi żmien ilpesta tal-1676. Insemmu wkoll lill-Arċipriet Dun Salvatore Bonnici, li fi żmienu l-parroċċa saret Kolleġġjata, u lill-Arċipriet Dun Emmanuel Brincat li fi żmien l-aħħar gwerra ssogra

ħajtu kuljum billi ma warrab qatt mill-Isla. Il-parroċċa llum hija magħmula minn 2,700 persuna, li jiffurmaw 1,100 familja. Il-ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Isla hija mifruxa fuq diversi għaqdiet reliġjużi fosthom il-Leġjun ta’ Marija, il-Museum, l-Azzjoni Kattolika, ilGrufan u l-Grupp Kariżmatiku. Bl-iskop li din il-ħidma tkun organizzata bl-aħjar mod possibbli, l-Arċipriet għandu s-sostenn kemm tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali kif ukoll ta’ bosta kummissjonijiet, fosthom dawk li jieħdu ħsieb il-liturgija, ilfamilja u d-djakonija. F’din il-parroċċa hemm ukoll il-preżenza importanti tal-komunità tas-saċerdoti Salesjani li minbarra li jżommu ħajja l-knisja tal-Porto Salvo, jgħinu fil-ħidma pastorali fost il-komunità parrokkjali Sengleana. Oażi ta’ paċi u ġabra fiċ-ċentru ta’ din il-parroċċa hija l-knisja filjali ta’ San Ġiljan li tkun miftuħa kuljum għall-adorazzjoni kontinwa.

L-Imħabba tagħti t-tama Il-Fondazzjoni Reaching Cambodia (VO/0870) twaqqfet bl-għan li tgħin tfal orfni u tat-triq filKambodja. Aktar minn nofs miljun tfal huma orfni u b’livell baxx ħafna ta’ edukazzjoni, u għalhekk kważi mingħajr ebda prospetti għall-futur. Qed nipprovdulhom mediċini, ikel u prodotti għall-iġjene, u bdejna proġetti edukattivi. Permezz ta’ sponsorship tista’ tgħin finanzjarjament u tiżgura futur aħjar għal tifel jew tifla. Proġett ieħor huwa l-bini ta’ orfanatrofju. Għal tagħrif dwar kif tgħin finanzjarjament, esperjenzi ta’ volontarjat, jew il-proġetti tagħna: www.reaching-cambodia.com; email info@reaching-cambodia.com; 79056371; Reaching Cambodia Foundation, 42, Triq Orlando, Żabbar, Xgħajra, XJR 1404


ed ay s !

fe

t

re

Pe r c

he

e ls in j ust

th

Dare to bare your feet this Summer?

scholl cracked heel repair cream and cracked heel express stick stamp out the problem of dry, rough feet and painful cracked heels. Visible results in three days.

Available from all leading pharmacies, supermarkets and Scholl Foothealth Centres.

schollfoothealthcentre.com


Saħħitna • Dr Anna Maria Vella

Lulju 2014 | 25

Vjaġġ twil

9

xhur

G

ħal dawn id-disa’ ħarġiet li ġejjin, u flimkien magħkom il-qarrejja, se nagħmlu vjaġġ. Vjaġġ twil disa’ xhur. F’dan il-vjaġġ se ngħixu mill-qrib l-esperjenza ta’ koppja li qed jistennew tarbija. Għall-iskop ta’ din is-sensiela se nsejħulhom Marianne u David. Naturalment se ngħidu wkoll xi jkun qed jiġri lit-tarbija. U peress li se ndumu disa’ xhur, il-qarrejja se jkollhomm ukoll idea taż-żmien li wieħed irid jistenna biex dan it-twelid iseħħ. Din it-tarbija se tkun qisha tnisslet f’Lulju, u titwieled f’Marzu-April li ġej! Se nippruvaw “inħossu” il-ħsibijiet u l-beżgħat li se jgħaddu minnhom Marianne u David. Nidħlu ftit fl-intern tal-ġuf tal-mara biex “inħossu” dak li t-tarbija tkun qiegħda tħoss u tgħix. Se ngħixu din l-avventura sabiħa biex forsi nifhmu ftit x’miraklu kbir ikun qed jiġri kull darba li titnissel u titwieled tarbija. Jekk Marianne u David ippjanaw li jkollhom tarbija żgur li jkunu ħerqana li din it-tqala tibda kemm jista’ jkun malajr. Ftit li xejn jgħaddilhom minn rashom li l-affarijiet mhux dejjem huma daqshekk sempliċi. Mhux lakemm tagħfas buttuna u tiġi tarbija! Marianne u David jistgħu jkunu jridu tarbija u, naturalment, għandhom is-sehem tagħhom x’jagħtu, imma l-verità tibqa’ li huma biss

strumenti biex tiġi ħlejqa oħra fid-dinja! X’jiġri fl-ewwel xahar tat-tqala? Bejn wieħed u ieħor wara 14-il ġurnata mill-ewwel jum li tkun rat id-demm tal-period tagħha, il-mara jkollha dik li tissejjaħ ovulazzjoni, jiġifieri tinqata’ bajda mill-għanqud tagħha (ovum tfisser bajda). Il-mara jkollha ovulazzjoni darba kull ċiklu, u kull ċiklu jdum bejn wieħed u ieħor 28 ġurnata. Dawn in-numri nsemmuhom biss bħala indikazzjoni ġenerali, għax ċiklu jista’ jkun ta’ 21 ġurnata u anki ta’ 42 ġurnata. Ċikli bħal dawn xorta nqisuhom “normali”. It-tul jew il-qosor taċ-ċiklu mhux indikazzjoni ta’ kemm il-mara tkun fertili, jew kemm għandha ċans “tinqabad” tqila. Il-fatt li l-mara jkollha ċiklu irregolari ma jfissirx li l-mara ma tistax toħroġ tqila. Waħda mill-aktar affarijiet li ma jħallux lill-mara tinqabad tqila hija l-biża’ li tista’ ma tinqabadx! Biża’ żejda tista’ timblokka l-ovulazzjoni. Jekk Marianne u David ippjanaw li jkollhom it-tfal, importanti li l-istil ta’ ħajja li jgħixu jkun joffrilhom ċerta trankwillità, u jkollhom ħafna ħin flimkien. Aktar tard, meta t-tarbija titwieled u tikber, it-tifkira ta’ dawn iż-żminijiet tibqa’ magħhom: memorji li jgħożżuhom għal dejjem għax ikunu għaqqduhom aktar flimkien!


ISLAND INSURANCE BROKERS

For all your insurance requirements 7.5% discount on any new motor or home insurance policy on presentation of this advert W T A

www.islandins.com 2385 5555 ‘Insurance House’, 239 Psaila Street, Birkirkara BKR 9078

Island Insurance Brokers Limited is an enrolled company regulated by the Malta Financial Services Authority


Logħob • Claudia Cini

Mimdudin 1. Qalbu tajba; jaf jagħder (5) 3. Dabra tonda fl-għajn li tara biha (5) 6. Reġistrazzjoni ta’ sħubija (11) 8. Wieħed mill-erba’ evanġelisti (3,4) 12. Mhix intunata (7) 15. Qaddis minn Assisi (3,8) 16. Kittieb; kompożitur (5) 17. Għanbaqar niexef (5) Weqfin 1. Injam niexef tajjeb għall-ħruq (5) 2. Fihom jinqabdu l-ġrieden u l-ħut (5) 4. Dil-pedala twaqqaf karozza milli tkompli timxi (5) 5. Jaħdem fuq il-palk jew f’xi film (5) 7. Kanzunetta sentimentali (7) 9. Azzjoni; għemil (3) 10. Lemħet; indunat (3) 11. Tidħolx bejnha u bejn qoxritha għax tibqa’ b’riħitha (5) 12. Kunsill ta’ anzjani (5) 13. Spirtu tal-melħ (5) 14. Ponta rqiqa; traba (5) Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. A B C D E F G H I J K L M

N+Z L-C AxN O+F I-S K÷M WxN E÷N F+R X-W NxJ H+T G÷Z

26

N O P Q R S T U V W X Y Z

R-D L÷N S+M NxP H+U Y÷Y AxZ Q-M CxN ZxZ V+S B+W X÷P

2 7

Lulju 2014 | 27

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Soluzzjoni ta’ Ġunju

Rebbieħ: F. Micallef, Raħal Ġdid

Mimdudin: 1. TABIB, 3. ĦASSA, 6. PROBABBILTA, 8. UMANITA, 12. KANARIN, 15. PRINĊIPESSI, 16. APPIK, 17. SKADA. Weqfin: 1. TOPPU, 2. BRODU, 4. SALVA, 5. AVANZ, 7. BANDANI, 9. MĦA, 10. TRI, 11. SOPPA, 12. KLIPP, 13. NASSA, 14. KĊINA Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Alfakodo

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Soluzzjoni ta’ Ġunju A 14 N 5 3

B 1 O 22

C 21 P 11

D 9 Q 20

E 23 R 6

F 2 S 17

G 15 T 12

H 10 U 26

I 19 V 7

J 3 W 24

K 25 X 13

L 16 Y 18

Rebbieħ: P. Azzopardi, in-Naxxar

Waqt magħmudija Saċerdot: X’isem se tagħtu lit-tarbija tagħkom? Ġenituri: Tigra. Saċerdot: Jiddispjaċini, imma dan mhux isem addattat għal tarbija. Missier: Għaliex le? Kien hawn Papa jismu Ljun!

M 4 Z 8


YEARS OF SUSTAINED SUCCESS

The APS Income Fund is a low to medium risk investment aimed at those investors who want a moderate degree of risk and expect regular income together with the potential of capital growth. Investments are mainly held in Malta Government Stocks and local corporate bonds that are quoted on the Malta Stock Exchange.

LIMITED OFFER 2122 6644

investments@apsbank.com.mt

Applicants will benefit from reduced entry fees till the end of July 2014.

apsbank.com.mt

The value of the investment may fall as well as rise and currency fluctuations may also affect the value of the investment. Past performance is not a guarantee of future performance. Any initial charges and any exit fees that may apply, may lower the amount invested and the amount received upon redemption. The frequency of payments is not guaranteed. Investments should be based on the full details of the Prospectus and Supplement which may be obtained from APS Bank Ltd, any of its branches and other licensed financial intermediaries. APS Funds SICAV p.l.c. and its sub-funds are licensed by the MFSA. APS Bank Ltd. is licensed to provide investment services in Malta by the MFSA. Issued by APS Funds SICAV p.l.c., APS Centre, Tower Street, Birkirkara BKR4012.


PAĠNA GĦAT-­‐TFAL

Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Lulju 2014 | 29

Storja Claudia Cini – Illustrazzjoni Graziella Grech Cachia

KOMPETIZZJONI Nissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara l-mistoqsija. Ibagħtuha hekk: Flimkien, Komik, Kurja, PO Box jwieġbu 90, il-Marsa. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Rebbieħ ta’ Ġunju: Y. Carabott, Birżebbuġa KOMPETIZZJONI KONT TAF? Il-Ġiraffa

Ìirien Ìodda

• • • • • • • •

Nissuġġerixxu Tinsab fl-Affrika bissli t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara jwieġbu l-m Ibagħtuha hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Hi l-itwal annimal fid-dinja: 18-ilKomik, pied mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411). Re Ilsienha twil 20 pulzier xahar l-ieħor:għajnejha xxxxxx xxxxxxx Kapaċi ddawwar dawra tond Tisma’, ixxomm u tara tajjeb ħafna L-ebda ġiraffa m’għandha disinn fuq daharha bħal tal-oħra Il-Ġiraffa: L-iljun hu għadu tagħha tinsab l-uniku fl-Affrika biss Tgħix madwar 25 sena hi l-itwal annimali fid-dinja: 18-il pied ilsienha twil 20 pulzier


30 | Flimkien

L-Aħħar Paġna

L-akbar sinjur tal-wied

D

wardu kien raġel sinjurun. Kellu dar kbira ħafna li kienet tagħti għal fuq wied kbir u sabiħ. Imma Dwardu f’ħajtu kellu ċertu vojt, ma kien jemmen f’xejn, jgħix waħdu, u l-ġid li kellu kien jippossedi lilu, minflok il-kontra. Miegħu kien jaħdem ċertu Ġanni, li kien jeħodlu ħsieb l-annimali. Ġanni kien bniedem ta’ fidi sempliċi, jattendi l-quddies fil-kappella tal-wied kuljum. Fid-dar tiegħu kienet tinħass sew il-preżenza ta’ Alla. Kien ilaqqa’ l-familja tiegħu biex jitolbu flimkien. Għodwa waħda, Dwardu kien qed iħares mit-tieqa lejn dak il-wied sabiħ, jammira l-kobor tal-propjetà tiegħu, u jgħid f’qalbu, ‘Dal-wied kbir kollu tiegħi!’ Dak il-ħin jisma’ l-bieb iħabbat. Fil-bieb deher Ġanni li b’nifsu maqtugħ qallu li l-lejl li għadda kien ħolom li deherlu anġlu u dan ħabbarlu li l-aktar bniedem sinjur fil-wied kien se jmut f’nofsillejl li ġej. ‘Nittama li ma jimpurtax li għedtlek!’ qallu Ġanni, ‘imma ħassejt li kelli ngħidlek!’ Dwardu qallu li hu ma kienx jemmen filħmerijiet tal-ħolm, imma meta ra li Ġanni kompla jinsisti, xi ftit anki hu beda jinkwieta.

Mhux aħjar ikun ċert? Iddeċieda li jibgħat għat-tabib malajr. It-tabib kellu x’jagħmel ħafna imma għal xi l-ħdax ta’ billejl, jiġifieri nofsiegħa biss qabel kellha sseħħ il-ħolma, wasal it-tabib għandu. Dan ma sab xejn x’jinkwetah fi Dwardu, anzi għall-kuntrarju, Dwardu deher f’siktu għall-aħħar u jbigħ is-saħħa. Dwardu, is-sid tal-wied, ġibed nifs twil u ħa r-ruħ, imma biex ikun ċert stieden lit-tabib jibqa’ miegħu għall-ikel biex jekk tinqala’ xi ħaġa għal nofsillejl ikun miegħu. Nofsillejl wasal u għadda, u anki s-siegħa. Dwardu ra li hu kien għadu ħaj. Ġanni, ta’ bniedem sempliċi, miskin, kien jemmen u jgħix fil-ħolm. Il-ħolma, wara kollox, kienet falza. It-tabib telaq għal daru, u hu kien tiela’ ’l fuq biex jorqod, meta f’daqqa waħda beda jċempel il-bieb. Isfel, fil-bieb, isib tfajla tibki. Hu għarafha li kienet bint Ġanni. ‘Sinjur,’ qaltlu, ‘ommi bagħtitni ngħidlek li missieri Ġanni miet illum f’nofsillejl!’ Dwardu kesaħ. Fl-aħħar induna min kien l-akbar sinjur ta’ veru f’dak il-wied!

Dawra ma’ xtutna: Biex issir taf aktar dwar il-kosta tal-gżejjer tagħna. Tluq: il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju, bil-luzzu minn Marsamxett, fit-3pm. Ninżlu lejn ix-Xlokk u nduru lejn il-Punent, sa Marsalforn. Akkomodazzjoni fil-kunvent tal-Agostinjani, ir-Rabat. Is-Sibt: quddiesa Kemmuna, u nsalpaw lejn Marsamxett. Matul il-vjaġġ jingħata tagħrif fuq dak li jidher mil-luzzu u ħsibijiet biex niġġeddu spiritwalment, l-aktar fl-atteġġament tagħna lejn il-ħolqien. Prezz €50 jinkludi kollox. Attività sponsorjata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent. Ikkuntattjana: 21/79380540; ambjent@maltadicese.org



53 hours non-stop

Music, Food, Drink and Kids Area

4TH TILL 6TH JULY 2014 5160 2011 5170 2012 5180 2013 SMS DONATION

5061 8944

€10 €15 €25 €6.99

BOV MOBILE PAY

7932 4834 www.facebook.com/Volley4DTP www.dartalprovidenza.org

B’RISQ ID-DAR TAL-PROVIDENZA SUPPORTED BY Tiles & Décor


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.