Kalendarju Museumin Lulju - Awissu 2018

Page 1

KALENDARJU MUSEUMIN

Episodju: Inġibu quddiem għajnejna s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu għall-mejda f’dar Xmuni l-imġiddem fost it-tgergir tad-dixxipli tiegħu, ifarraġ lill-mara midinba li dilkitlu rasu b’ingwent prezzjuż wisq, u jħabbar li b’tifkira tagħha tixxandar mad-dinja kollha din l-azzjoni li għamlet hemm miegħu. Talba: Ġesù Nażżarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nżommuk f’qalbna b’uniku oġġett prezzjuż tal-imħabba tagħna. Ammen. Proponiment: Aħwa tiegħi, nipproponu li ngawdu dejjem paċi perfetta billi ma nixtiequ ebda ħaġa ta’ dina l-art. Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani, Numru 99 Kristu u l-Mara l-Qaddisa (Georges Rouault, 1935)

LULJU - AWWISSU 2018 IS-SOĊJETÀ TAD-DUTTRINA NISRANIJA MUSEUM



† Verbum Dei caro factum est It-88 Sena Ħarġa Numru 4 / Lulju-Awwissu 2018

Editorjal Ambjent ta’ Ħlewwa Is-Siegħa ta’ Bejnietna Assenjatur Barka (2)

194

Skrittura Il-Profeta Mikea

222

196

Il-Perfezzjoni Evanġelika “Kunu Mela Perfetti...” (4)

230

Irrid Naqra Sibt ’l Alla fid-Deżert ta’ Harry Formosa SJ

235

Skola ta’ Virtù Il-Paċenzja 201 Il-Kelma tal-Kultur Sehmi fil-Qasam

205

Mill-Bieb ’il Ġewwa Is-Superjur mal-Aħwa (4)

210

Aħna u l-Midja Soċjali Relations! Relations! 213 50 Sena mill-Humanae Vitae Il-Kontenut tal-Humanae Vitae (2)

217

Varji Dun Ġorġ u l-Ispiritwalità tal-Karmelu 238 Nittama li Kien Biss Qed Jgħidhieli biċ-Ċajt 243 Nirringrazzjak, O Alla! 245 Djarju Museumin Mejju-Ġunju 2018

247

Assenjatur Lulju-Awwissu 2018

248

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207, Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org | e-mail: info@sdcmuseum.org


Editorjal

Ambjent ta’ ħ

lewwa

I

l-Qasam Museumin huwa realtà sabiħa. Din is-sbuħija tidher b’ħafna modi u dawn kollha jikkontribwixxu biex bħal f ’mużajk wieħed ikollu immaġni stupenda magħmula minn ħafna biċċiet żgħar. Kollha huma importanti u mingħajr waħda minnhom l-opra ma tkunx l-istess. Fost dawn il-biċċiet ċkejknin li jiffurmaw din ir-realtà li tant hija għal qalb Alla nsibu l-uċuħ ferħanin tat-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu l-Qasam. Fi kliem xi ġenituri: “It-tfal jiġġennu biex jiġu l-Museum!” Kulma wieħed irid jagħmel biex ikun xhud ta’ dan il-ferħ u l-ġenn sabiħ huwa li joqgħod ftit attent u jinnota lit-tfal, speċjalment fil-ħin ta’ meta jkunu deħlin fil-Qasam u f ’ħinijiet informali. Għall-grazzja ta’ Alla dan tarah kull fejn hemm Qasam tasSoċjetà. Aħna nistaqsu: X’jaraw fil-Museum? X’inhuma dawk l-affarijiet li jattirawhom biex jattendu u jieħdu pjaċir? Bla dubju li waħda mir-raġunijiet hija li fil-Qasam isibu ambjent ta’ ħlewwa li jinħoloq minn membri li mhux biss ta’ kuljum iġeddu l-Vot tal-Manswetudni imma jgħixuh fil-prattika tant li issa sar attitudni ta’ ħlewwa. Il-ħlewwa mhijiex xi ħaġa awtomatika li tiġi mingħajr tagħlim u formazzjoni. Din hija biċċa xogħol ta’ ħajja sħiħa fejn wieħed ikompli jikkultiva lil qalbu biex din issir dejjem iktar tixbah lill-qalb ħanina u kollha ġentilezza ta’ Ġesù. U filwaqt li nirringrazzjaw ’l Alla li s-Soċjetà iffurmatna fil-manswetudni, irridu nkomplu naħdmu biex mhux talli ma nitilfux dak li għandna imma nkomplu nkabbruh u nwassluh għall-maturazzjoni.

Aħna kbirna fl-eku ta’ “Ħadd ma jagħti minn dak li m’għandux” u allura biex tassew inkunu ħelwin ma’ kulħadd bilfors li rridu nkunu doqna l-ħlewwa ta’ Alla fl-esperjenza personali tagħna. Aħna kuljum niftakru u nitolbu li dak kollu li Alla tana permezz tasSoċjetà tahulna b’xejn, għax hekk għoġbu ... u mill-ħniena tiegħu biss. Il-membru li jixtieq jikber filħlewwa tal-qalb ma jistax jinsa din il-verità kbira li żżommu f ’postu u ma tħallihx isir arroganti.

Fost l-ewwel għajnuniet biex il-ħlewwa ma tonqosx fina hija li ngħixu fil-preżenza ta’ Alla u taħt il-ħarsa kollha ħniena tiegħu.

Ambjent ta’ ħlewwa jinħoloq meta l-membri jakkumpanjaw, joffru u mhux jimponu t-tagħlim u l-formazzjoni Museumina.

194 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Fi żmienna t-terminu akkumpanjament sar popolari ħafna u kemm hu sewwa li hu hekk. Imma fis-Soċjetà dan ilu jsir sa mit-twaqqif tagħha. Is-Superjur, bħala ragħaj, tabib u missier, minn dejjem kien akkumpanjatur ta’ sħabu l-membri. L-istess jista’ jingħad għas-Servjent waqt l-Assenjatur, għall-Kultur mal-Kandidati u għall-Prefett mal-Magħżulin u l-Aspiranti. Fil-Museum kulħadd jagħti u jirċievi xi ħaġa u din hija attitudni li toħloq ambjent ta’ ħlewwa għax ħadd ma jispikka, ħadd ma jieħu r-rwol tal-protagonista, tal-espert jew tal-indispensabbli. Meta xi ħadd ikollu dawn l-attitudnijiet ego-ċentriċi, itaqqal l-ambjent li jkun fih, ibiegħed lill-oħrajn u postu (sakemm ma jikkonvertix) mhuwiex filMuseum. Għall-kuntrarju, aħna nagħmlu kollox flimkien u nħallu l-ħlewwa tanima dak kollu li jiġi organizzat, imqar logħba futbol, ftit logħob tas-sajf, barbikju, laqgħat, kollox bil-ħlewwa hekk li b’imġibitna u kliemna qatt ma niksru jew niskomodaw lil ħadd, inkluż liż-żgħar. It-tfal u ż-żgħażagħ jinġibdu minn dan l-ambjent ta’ ħlewwa għax il-membri, minkejja d-differenzi

ta’ bejniethom, kapaċi jgħinu u jkunu flimkien. Is-sinjal tal-paċi li nagħtu lil xulxin kull filgħaxija mhuwiex ġest insinifikanti. Mingħajru wkoll, fil-Qasam tonqos il-ħlewwa. Apparti li l-paċi nagħtuha lil xulxin fi spirtu ta’ talb, nifhmu wkoll li wara numru ta’ sigħat flimkien fejn forsi nkunu nqasna lil xulxin, malajr nerġgħu nirranġaw bejnietna u nkomplu ninħabbu b’imħabba kbira. It-tfal u ż-żgħażagħ rari jarawna nagħtu l-paċi lil xulxin imma l-effett tagħha jkun jidher u jinħass. U meta f ’xi okkażjoni speċjali jarawna, huma jitbissmu u f ’qalbhom jifirħu għax ikunu filkumpanija ta’ nies ħelwin fil-qalb u li huma veri ħbieb ta’ xulxin. Liżżgħar dan jagħtihom ħafna sigurtà li disgrazzjatament mhux dejjem isibuha fl-ambjenti li jkunu fihom. Malli jsir il-ħin, it-tfal u ż-żgħażagħ jitilqu u għal xi wħud din tkun ħaġa iebsa daqskemm ikunu qed jieħdu gost. Huma jitilqu bit-tama li għada jerġa’ jasal il-ħin tal-Museum u jkunu jistgħu jerġgħu jgħumu f ’dan il-baħar ta’ ħlewwa. Sadanittant il-membri flimkien u iktar tard b’mod individwali jifirħu f ’Alla u ma’ Alla u jirringrazzjawh li ħawwilhom f ’dan il-ħelu u l-għażiż Museum.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

195


Is-Siegħa ta’ Bejnietna

Assenjatur Barka (2)

Hu ta’ ġid kbir għal ruħna li nissieħbu flimkien, biex nitħaddtu fuq ħwejjeġ tar-ruħ, l-aktar jekk nixxierku flimkien b’qalb u fehma waħda kif irid Alla.” (L-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, Kap 10)

Għal min jaf japprezza, l-Assenjatur hu bħal ħaġra prezzjuża mħollija lis-Soċjetà mill-Fundatur. L-istess bħall-ħaġra, jolqotna bis-sbuħija u l-preġju tiegħu, inħarsu lejh minn fejn inħarsu. Diġà rajna fl-artiklu ta’ qabel kif l-Assenjatur hu mezz mill-aqwa biex niksbu l-għerf tassema, l-għerf li jgħinna nagħmlu għażliet tajba skont kif irid Alla. Permezz tiegħu jiġina wkoll kull xorta ta’ ġid, l-aktar il-paċi tal-qalb. Bih nitħejjew għall-appostolat; nistagħnew aħna biex ikollna x’nagħtu lill-oħrajn. Fuq kollox l-Assenjatur iġibna kuljum wiċċ imb wiċċ mal-kelma ta’ Alla, ix-“xabla b’żewġt ixfar” li “tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu ... u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb” (Lhud 4, 13). F’dan l-artiklu se nkomplu nikkunsidraw is-siwi ta’ din il-laqgħa ta’ bejnietna bil-għan li napprezzawha dejjem aktar u nieħdu minnha l-ġid kollu li nistgħu.

Rifda għall-Vokazzjoni Il-membri Museumini mhumiex bħar-reliġjużi li parti sewwa minn ħajjithom jgħadduha fil-kunvent. Huma jgħixu u jaħdmu f ’ambjenti li huma ferm differenti minn dak tal-Qasam fejn jinġabru kull filgħaxija. Għalhekk is-sigħat twal li jgħaddu ’l bogħod missħana tal-Qasam ma tantx jgħinu biex tkompli tħeġġeġ f ’qalbhom il-fjamma tal-vokazzjoni. Bla dubju l-Fundatur kien jafu dan u fittex li jirrimedja. Ħoloq l-Arloġġ Museumin li bih fehem iżomm lill-membri magħqudin ma’ Alla u mas-Soċjetà matul il-jum. Ippreskriva mbagħad l-Assenjatur li bih xtaq mhux biss jifforma lill-membri imma wkoll iġibhom flimkien u jagħtihom sens ta’ għaqda u appartenenza li jibqa’, anke meta huma finalment jirritornaw lejn djarhom u l-għada jmorru għax-xogħol. Il-Fundatur ma xtaqx li s-Soċji jiltaqgħu biss biex jgħallmu u wara forsi jqattgħu ftit ħin ta’ rikreazzjoni flimkien. Ried ħafna

196 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


aktar minn hekk. Ried li s-Soċji jitilqu kollox u jinġabru biex jibnu lil xulxin permezz tal-kelma ta’ Alla u t-talb. Filwaqt li r-Regola minnha nfisha tippreserva u tgħaqqad lis-Soċjetà, l-Assenjatur jagħmel dan b’mod li jidher u jinħass. Permezz tiegħu l-Fundatur xtaq li l-imsieħba jkunu, bħallewwel Insara, “ruħ waħda u qalb waħda” (Atti 4, 32) medhijin biss bil-ħwejjeġ tas-sema. Hekk, bis-saħħa tal-għaqda li jkun esperjenza waqt l-Assenjatur, kull membru jibqa’ marbut ma’ sħabu fl-ispirtu anke meta jitbiegħed mill-Qasam. Is-sħana tal-Assenjatur bħal tagħmel tajjeb għall-kesħa ta’ barra. Dan ukoll hu barka. Ftit Arja Friska Min minna ma japprezzax ftit arja friska wara li jkun ilu f ’post magħluq? U min ma jkunx jixtieq jimla l-pulmun bl-arja safja talkelma ta’ Alla wara li jkun għadda ħin twil matul il-jum f ’ambjent ta’ distrazzjonijiet, biex ngħidu

l-inqas? Din l-opportunità joffrihielna proprju l-Assenjatur. Aħna li għażilna minn rajna li nkunu biss ta’ Alla, inkunu f ’postna meta nedhew b’Alla, meta nisimgħu u nitkellmu fuqu. Kemm għandna għax inkunu grati lejn il-Fundatur li tana l-opportunità biex kuljum ninġabru fl-Oqsma tagħna u hemm bil-ferħ ta’ qalbna nitħaddtu dwar Dak li jimlielna ħajjitna! L-Assenjatur, l-istess bħall-klassi tal-katekiżmu, mhux obbligu li jtaqqal imma gost li jerfa’ l-ispirtu. Niftakru ftit kif il-Fundatur kien jieħu r-ruħ meta fi xjuħitu kien jibda jkellimna fuq Alla. Jalla lkoll nibdew inħarsu lejn l-Assenjatur bħala mument ipprivileġġjat li fih ninsew kollox u nedhew b’Alla tagħna u b’dak kollu li għandu x’jaqsam miegħu. “Min hu minn Alla jisma’ l-kelma ta’ Alla.” Spazji ta’ Talb Bħall-Insara l-oħra, aħna mħeġġa nieħdu sehem fil-Liturġija Mqaddsa biex minnha nieħdu

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

197


s-sostenn li neħtieġu u nqimu lil Alla flimkien ma’ ħutna. Li għandna favur tagħna hu li aħna, forsi mingħajr ma nindunaw, kuljum nitħejjew permezz talAssenjatur biex is-sehem tagħna fil-Liturġija jkun sħiħ, ħaj u mifhum sewwa. Din it-tħejjija neħduha b’mod indirett permezz tat-tagħlim li naqsmu bejnietna u b’mod aktar dirett permezz tattalb u l-paraliturġija li rregalalna l-Fundatur. Min jista’ jinnega s-sbuħija tal-qimiet u l-kultijiet li aħna niċċelebraw b’tant regolarità? Ma tridx wisq biex tintebaħ li l-imħabba li titkebbes fina permezz tagħhom tgħinna nipparteċipaw b’mod aktar ħaj u devot fl-azzjoni liturġika. Dan waħdu hu biżżejjed biex nifhmu l-preġju tal-Assenjatur u b’mod partikulari tat-talb li hemm assenjat fih. Imma hemm ġid ieħor. Meta aħna s-Soċji u l-Kandidati nitolbu flimkien inkunu qed nagħmlu xi ħaġa li suppost hi naturali

għalina. Fl-Asssenjatur nitkellmu u nisimgħu fuq Alla bl-iskop uniku li nagħrfuh u nħobbuh u b’hekk insaħħu r-relazzjoni tagħna miegħu. Din ir-relazzjoni mbagħad twassal b’mod naturali għall-orazzjoni. Min iħobb jieħu gost jitkellem ma’ min iħobb. Iva, jagħmlu ħafna sens l-ispazji ta’ talb li għandna fl-Assenjatur. Jagħtuna ċans “niftħu qalbna” ma’ “Alla tal-qlub tagħna”. Mingħajrhom kien ikun aridu wisq l-Assenjatur. Kieku kellna niltaqgħu biex nitgħallmu biss, konna nkunu bħal min jibni dar sabiħa u mbagħad ma jidħolx fiha. Imma aħna, permezz tat-talb preskritt, nidħlu tabilħaqq fittempju fejn jgħammar Alla, għax nikkomunikaw mas-Sinjur innifsu. Hekku mmela aspett sabiħ ieħor tal-Assenjatur. Skola ta’ Umiltà Il-Museum jaffaxxina għax iġib flimkien nisa u rġiel minn ambjenti differenti bl-iskop

198 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


waħdieni li huma jagħrfu aħjar lil Alla u jħobbuh aktar. L-etajiet, il-gosti, il-karattri, il-kapaċitajiet, ix-xogħol, il-professjoni u l-livell ta’ edukazzjoni jvarjaw ħafna, imma l-motivazzjoni hija l-istess: nitgħallmu u ngħallmu biex finalment nitqaddsu u nqaddsu. Għalhekk meta nirfsu l-għatba tal-Qasam ninsew għal ftit irresponsabbiltajiet, il-kwalifiki, ix-xogħol u l-pożizzjoni li għandna fil-ħajja ta’ kuljum u nqisu lilna nfusna u lil ħutna biss bħala aħwa fi Kristu, dixxipli tiegħu. X’kuntrast mad-dinja li moħħha fl-inkini! Fil-Qasam ħadd ma jħossu aqwa minn ħadd għax persważi li “r-rabta talimħabba (tkun) ġabritna f ’ħaġa waħda”. Meta mbagħad ninġabru għall-Assenjatur, dan is-sens ta’ ugwaljanza jidher fl-aqwa tiegħu. Minkejja d-differenzi fl-edukazzjoni u l-ħiliet, kulħadd ikollu l-opportunità li jagħmel il-materja tiegħu u sħabu joqogħdu jisimgħu u jitgħallmu bil-qalb it-tajba. Ħadd ma jħossu imbarazzat għax forsi quddiemu jkollu sħab bi kwalifiki akkademiċi wisq ogħla minn tiegħu. U minnaħa l-oħra ħadd ma jħossu superjuri. Għalhekk l-Assenjatur hu minnu nnifsu skola ta’ umiltà fejn il-membri kuljum juru li jemmnu tassew kliem Kristu li qal: “L-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa.” (Mt 23, 8)

Sforz Komunitarju Qabel nagħlqu xieraq li niffukaw ftit fuq is-sentenza mill-Kempis li biha ftaħna dan l-artiklu. Tgħidilna li “hu ta’ ġid kbir għal ruħna li nissieħbu flimkien, biex nitħaddtu fuq ħwejjeġ tar-ruħ”. Qisu l-awtur qed jgħidha għalina! Iva, l-Assenjatur hu fuq kollox sforz komunitarju biex il-membri jitqaddsu u jqaddsu. Sforz li ma jistax ikun aktar nobbli. Sforz b’intenzjoni għal kollox safja. Sforz li bilfors jilħaq l-għan tiegħu għax, meta niltaqgħu biex nibnu lil xulxin, il-qdusija ssir aktar possibbli. Kif kien itanbar il-Fundatur, “mal-qaddis issir qaddis”. Ir-rieda u t-tħabrik talaħwa jsaħħu r-rieda u t-tħabrik tal-membri individwali, l-aktar meta, mal-mogħdija taż-żmien, joktru d-diffikultajiet u l-għeja tibda tagħmel tagħha. Kemm hu xxurtjat min isib min irid jimxi miegħu fit-triq tal-qdusija! Jiddependi Minna Quddiem dan kollu li kkunsidrajna, x’se tkun irreazzjoni tagħna? L-ewwel nett għandna rroddu ħajr lill-Mulej tal-ġid li kuljum ixerred fuqna permezz tal-Assenjatur. Meta nisimgħu l-ħames tokki ejjew niftakru mhux biss li aħna ħaddiema tal-aħħar siegħa imma wkoll li s-Sinjur qed isejħilna biex għal darb’oħra jagħtina sehem

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

199


Il-Parabbola tal-Ħaddiema fl-Għalqa tad-Dwieli ta’ Salomon Koninck

tassew tajjeb. Jalla lkoll nidħlu għal dan is-sehem bl-entużjażmu ta’ qalbna, persważi li l-Assenjatur hu tassew mument ta’ grazzja. Jiddependi minna, issa, kemm se nistagħnew bl-Assenjatur. Dan “it-talent” li s-Sid għoġbu jħalli f ’idejna jista’ faċilment jitlef bosta mis-siwi tiegħu jekk jispiċċa jsir sempliċiment parti mir-rutina.

Bil-maqlub, jekk ninqdew sewwa bih nistgħu naqilgħu “talenti oħra”. “Min għandu jingħatalu,” assigurana l-Mulej (Mt 13, 12). Jekk aħna nidħlu għall-Assenjatur bid-dispożizzjoni xierqa u nitħejjew sewwa biex flimkien naqsmu l-kelma li taħjina, allura din il-laqgħa ta’ bejnietna tkun tabilħaqq għalina lkoll barka fuq barka. Joe Spiteri

200 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Skola ta’ Virtù

Il-Paċenzja

J

ingħad li fi żmien ir-Reġina Eliżabetta I Dr Thomas Cooper, kittieb, isqof u lessikografu Ingliż, kien qed jaħdem fuq edizzjoni ta’ dizzjunarju. Kien ilu jaħdem tmien snin fuqu. Ried itejjeb u jżid ma’ dak li kien hemm qabel u fil-fatt irnexxielu jżid mat-33,000 kelma oħra. Darba fost l-oħrajn, meta hu ma kienx hemm, martu (deskritta bħala mara li ma kienet tajba għal xejn) daħlet f ’kamartu u ħarqitlu n-noti li kien ilu jfassal għal tmien snin sħaħ. Beżgħet li żewġha kien se jiġġennen. Iżda hu, meta sar jaf li l-ħsara kienet xogħol martu, ħares lejha u qalilha: “O Dinah, għadek ma tafx f ’kemm taħbit daħħaltni!” Imbagħad poġġa bilqiegħda u reġa’ beda millbidu. Alla: l-Akbar Xempju tal‑Paċenzja Qatt irriflettejt kemm Alla jieħu paċenżja bl-ingratitudni tagħna? Hu li jista’ kollox, ħalaq kollox għall-bniedem. Mhux darba jew tnejn issib min jargumentalek li ma jemminx b’Alla jew li jippreferi jsostni li x-Xjenza hi fuq kollox u li kollox hu dak li hu grazzi għaliha. Min-naħa l-oħra Alla wkoll jieħu paċenzja bina; bija u bik, aħna li nemmnu f ’Alla bħala l-Ħallieq ta’ kollox. Kemm fil-verità napprezzaw dak li Alla għamel u kuljum għadu jagħmel magħna? Jeħtieġ li l-fidi tagħna f ’dan ilmisteru hekk kbir tinżel sew fil-fond ta’ qalbna u tittrasformana mill-qiegħ. Alla x’jambiha liddinja? Lilna x’jambina? Jaqaw m’għandux x’jagħmel? Meta

wieħed jaħseb sew dwar dan jista’ b’xi mod jasal biex jifhem il-paċenzja kbira li tinsab f ’Alla. Hu mhux biss ħalaq id-dinja u lilna, imma jibqa’ jieħu ħsiebna u jindukrana, anki jekk aħna nwarrbuh. “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw 3, 16‑17) Alla għandu mħabba infinita lejna, tant li tana kollox u ħalliena bħala amministraturi tal-ħolqien. Madankollu kulħadd għandu għajnejh f ’wiċċu u jekk inħarsu lejn l-istorja tal-umanità nagħrfu li l-bniedem mhux dejjem kien amministratur tajjeb. Fid-dinja

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

201


kien u għad hawn wisq mibegħda, ħażen, vjolenza, egoiżmu u kriminalità. Dan minkejja li għamilna passi ta’ ġgant fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-għajnuna soċjali. X’kien ikun hemm lest għalina kieku Alla kellu jirraġuna mal-umanità bl-istess mod kif irraġuna fi żmien Noè!

sabar. Din l-istqarrija tfakkarni fil-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa, meta naqsmu flimkien riflessjonijiet u tagħlimiet li niġbdu minn Kristu Kurċifiss. Tassew huwa l-Ktieb il-Kbir tagħna.

Ġesù: il-Paċenzja ta’ Alla Inkarnata

Kemm taraha fik din il-virtù? Kemm taħdem biex tħaddanha f ’ħajtek? Bħal kull ħaġa oħra, l-isfond kulturali, soċjali u reliġjuż jiddetermina kemm wieħed ikun paċenzjuż. Imma ma nistgħux nieqfu hawn jekk ħajjitna rridu nfassluha fuq dik ta’ Kristu, kif irid Alla. Hu meħtieġ li aħna bħala Soċji nissaraw mattentazzjoni li nitilfu l-paċenzja malajr. Hi din il-virtù li tgħinna nissaportu t-tensjoni li tinħoloq fiċ-ċirkustanzi differenti tal-ħajja. Hemm ċirkustanzi li nistgħu naddattaw skont ix-xewqat tagħna, imma hemm sitwazzjonijiet li trid taċċettahom, inkella tiddispra. Dan jitlob minna ħafna paċenzja.

Fil-parabbola tal-qamħ u s-sikrana Ġesù jkompli jsaħħaħ it-tagħlim tiegħu stess, jiġifieri li Alla jħobbha lid-dinja u lest jistenna lil kull wieħed u waħda minna li nduru lejh. Skont Guardini, Alla li jista’ jeqridna f ’radda ta’ salib jippreferi jkun paċenzjuż magħna u jistenniena. Madankollu l-bniedem mhux hekk. Il-bniedem ma jafx jistenna. Irid kollox u jrid kollox issa! Ilbniedem hu maħluq fuq ix-xbieha ta’ Alla u suppost din il-virtù għandha tidher fina lkoll. Imma aħna nispaċenzjaw ruħna wisq malajr. M’aħniex lesti naħfru, nifhmu u nagħdru lil xulxin finnuqqasijiet tagħna. Spiss inġibu ruħna bħal dak il-qaddej li ma ħennx fil-parabbola ta’ Ġesù. Allaħares Alla kellu jimxi magħna b’dal-mod! Ġesù kien paċenzjuż tul ħajtu kollha, sa fuq is-salib. Issaporta kollox u ġarrab kollox bis-

Kemm Int Paċenzjuż?

Prefett irid ħafna paċenzja biex jara bidla fl-attitudni tat-tfal lejn il-Museum. Dan jgħodd għal kull età. Kultur irid ukoll jieħu paċenzja meta jara li l-Kandidati qed jiżvijaw minn dak li hu Museumin u jrid jiftakar li xi darba hu wkoll kien Kandidat. Superjur ta’ Qasam irid iżomm ħafna ġo fih għall-ġid tal-grupp kollu meta jara Soċju li ta’ spiss

202 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


qed ikun aktar ta’ tfixkil milli ta’ għajnuna. Din il-lista nistgħu nibqgħu għaddejjin biha u mhux fis-Soċjetà tagħna biss. Irrelazzjonijiet umani kollha jitolbu mill-individwu ħafna paċenzja. “Rome wasn’t built in a day, but they were laying bricks every hour.” John Heywood L-Ikbar Paċenzja: Miegħek Innifsek! Ħares sew lejk innifsek. Mhux biss lejn l-apparenza, imma wkoll lejn dak li jagħmlek dak li int. Ikollok tammetti li min jaf kemm tixtieq tbiddel affarijiet fik. Kemm nixtiequ li minn ħajjitna jew mill-karattru tagħna neliminaw xi difett jew xi dnub. Imma nippruvaw kemm nippruvaw

mhux jirnexxilna. Hu diffiċli li dejjem naffaċċjaw lilna nfusna blistess nuqqasijiet. Kemm nixtiequ li għandna karatteristika jew ħila li m’għandniex u kemm nixtiequ li m’għandniex dik ix-xi ħaġa li ilha ttaqqlilna l-ixkora tul il-vjaġġ. Jista’ jagħti l-każ li tħoss ċertu diżgust għalik innifsek jew ma tiflaħx iktar lilek innifsek. Dan la għandu jwaqqfek milli taħdem ħalli ttejjeb lilek innifsek u lanqas għandu jaqtagħlek qalbek. Il-paċenzja hawn tgħinek biex tippersevera u taċċetta lilek innifsek. Li ma tkunx sodisfatt bik innifsek huwa tajjeb ukoll u importanti li dan inħossuh, għax b’hekk inkunu nistgħu nikkonvertu u nissaħħu moralment.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

203


Ftakar li int m’intix swiċċ li kif tixegħlu tinbidel. Trid iż-żmien u trid ħafna paċenzja. Tara li m’intix kapaċi tikkontrolla r-rabja tiegħek? Mela uża kliem mill-inqas u kun aktar prudenti fl-azzjonijiet tiegħek. Tħoss li qed tkun faċli għalik li tgħid kelma żejda? Żomm is-silenzju ta’ spiss u aħseb sew qabel tiftaħ ħalqek. Meta tara xi nuqqas fik, tajjeb li b’ħafna doċilità tiftaħ qalbek mad-Direttur Spiritwali. Erġa’ Ibda Fil-ħajja xejn ma jkompli jekk ma jkunx hemm bidu. Aħna kontinwament irridu nerġgħu nibdew minn fejn ħallejna. M’aħniex magni li malli tfejthom waqfu jaħdmu; aħna nibqgħu għaddejjin. Min jixtieq javvanza, kontinwament irid jerġa’ jibda. Wieħed jeħtieġ li jħares sew lejh innifsu u jara minn fejn għandu jkompli. Dan jeħtieġ nagħmluh bl-għajnuna konsistenti tas-Sinjur. Ta’ kuljum irridu nitolbuh: “Mulej, kun paċenzjuż miegħi, u kattar fija l-paċenzja biex il-possibiltajiet li tajtni f ’ħajti jikbru u jħallu l-frott.”

Ikteb mal-ħitan ta’ kamartek ‘Paċenzja’ u kull għodwa tgħarras magħha, u waqt l-eżerċizzju tagħha ġib quddiem għajnejk id-dannu li jkollok iġġarrab f ’dina d-dinja u wara mewtek, jekk tiksirha magħha. Jekk inti trid tagħraf lilek innifsek, jekk għaqli jew le, ix-xhud hija l-paċenzja. (Dun Ġorġ, Direttorju Spiritwali, 400)

Jean Paul Parascandalo

204 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Il-Kelma tal-Kultur

Sehmi fil-Qasam

R

aġel anzjan li kien jaħdem xogħol iebes fl-għelieqi darba ġabar lil uliedu u qalilhom: “Ara, wara mewti nixtieqkom tfittxu t-teżor li jinsab fl-għalqa tiegħi.” Meta l-missier miet, l-ulied malajr ftakkru x’kien qalilhom u mimlijin ħeġġa marru jħaffru biex isibu t-teżor. Iżda wara ġranet sħaħ ta’ tħaffir it-teżor baqa’ ma nstabx u l-ulied, b’dispjaċir kbir, abbandunaw it-tfittxija. Ma kellhomx triq oħra ħlief li jieħdu fuq spallejhom xogħol missierhom. Iżda ġara li b’riżultat tal-ħidma tagħhom l-art bdiet tagħti ħafna frott, tant li ħallitilhom bosta qligħ. Fi ftit snin draw jaħdmu l-għelieqi u rrealizzaw li missierhom kien verament ħallielhom teżor.

L-Oqsma Museumini L-Oqsma Museumini huma wkoll għalqa fertili. Huma teżor prezzjuż li xi kultant jista’ jkun li ma napprezzawx il-valur tiegħu. F’idejna l-Mulej fdalna teżor kbir biex minnu ngawdu aħna u dawk kollha li jiffurmaw parti millQasam u anke dawk li huma ’l barra minnu. Hu teżor li aktar ma tagħti minnu aktar jitkattar. Fih hemm ġid għal kulħadd. Forsi ftit nirrealizzaw li aħna għonja ħafna għax il-Mulej tagħna x-xorti li ngawdu minn dan it-teżor. Iżda forsi wieħed jistaqsi: “Minn fejn ġej dan il-ġid? Għaliex hu daqshekk abbundanti?” Il-ġid l-ewwel nett ġej mis-Sinjur Alla għax “tal-Mulej hija l-art u kulma fiha” (Salm 24) u “huwa Alla li jkabbar” (1Kor 3, 6). Nistgħu ngħidu wkoll li għandna dan il-ġid

għax ħallihulna b’wirt il-Fundatur bħalma l-missier tal-istorja ħalla l-għalqa b’wirt lil uliedu. Iżda ejja nkunu ftit prattiċi u ngħidu li l-ġid li għandna huwa wkoll frott il-ħidma u d-dedikazzjoni ta’ tant Soċji u Kandidati fl-Oqsma Museumini. Sehmek fil-Qasam bħala Kandidat Għażiż Kandidat, inti wkoll għandek sehem minn din l-għalqa. Inti wkoll parti minn din il-ħidma li tista’ tħalli frott bl-abbundanza. Bħala Kandidat għandek tistaqsi: Jiena x’qiegħed nagħtih lill-Qasam? X’inhuwa sehmi? Kif nista’ nagħti aktar? Mistoqsijiet bħal dawn jgħinuk tirrifletti dwar kif inti tista’ tkun proattiv billi jkollok viżjoni ta’ tmexxija u tkun mudell għal żgħażagħ oħra li minnek jistgħu

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

205


jieħdu eżempju kemm għallħajja Nisranija tagħhom u forsi wkoll biex ’il quddiem jaspiraw li jduqu l-ħlewwa tal-vokazzjoni Museumina. Iż-Żgħażagħ Muturi ta’ Enerġija Iż-żgħażagħ huma muturi ta’ enerġija, mimlijin ħajja, ideat u entużjażmu. Din l-enerġija ma tistax tinħela fix-xejn, bħal bozza li qed titfa’ d-dawl f ’kamra li fiha m’hemm ħadd. Trid tiġi użata tajjeb. Ma jistax ikun hemm ħela ta’ riżorsi; ma jistax jintilef dan il-potenzjal li għandu tant saħħa forsi anke biex jibdel id-dinja. Qatt ħsibt kif Dun Ġorġ Preca beda s-Soċjetà permezz tażżgħażagħ? Kienu huma l-ewwel imsieħba tas-Soċjetà u kienu huma wkoll dawk li ma beżgħux mill-isfidi li poġġa quddiemhom il-Fundatur biex setgħu jkunu katalisti f ’soċjetà li kellha bżonn min jagħtiha ftit arja friska. “Iż-żgħażagħ huma l-għaxqa tas-Soċjetà, it-tama tas-Soċjetà, is-saħħa tas-Soċjetà. Iż-żgħażagħ jimlew is-Soċjetà bl-entużjażmu u l-ferħ. Iż-żgħażagħ huma l-qalba tas-Soċjetà.” (Frater Fragilis p.126) L-Assenjatur Fil-ħajja tal-Qasam, l-Assenjatur hu waħda mill-esperjenzi ġodda li kull Kandidat jesperjenza hekk

kif jibda l-Kandidatura tiegħu. Hija esperjenza komunitarja fejn il-membri, Soċji u Kandidati, jinġabru għat-talb u għat-tagħlim. Sehem il-Kandidat fl-Assenjatur żgur li m’għandux ikun wieħed ta’ spettatur li qiegħed isegwi mill-bogħod dak li qed jiġri. Anzi l-Kandidat għandu jħoss fih ilbżonn li jattendi b’mod regolari, jipparteċipa fid-diskussjonijiet, jistaqsi fejn ma jifhimx u fuq kollox jagħti sehmu billi huwa wkoll jagħmel xi materja assenjata lilu. L-Assenjatur huwa opportunità mill-aqwa biex il-Kandidat jitħarreġ fil-mod kif jipprepara billi jirriċerka u jagħmel sintesi li mbagħad jippreżenta quddiem udjenza ta’ ħbieb li huma lesti jilqgħu u japprezzaw dak li wieħed ikun ipprepara. Huwa wkoll opportunità biex wieħed jidhra ma jiddejjaqx jiffaċċja udjenza. Iżda fuq kollox huwa opportunità li biha l-Kandidat iwassal l-aħbar it-tajba lil sħabu li magħhom qed jgħix l-esperjenza Museumina. Għalhekk, għażiż Kandidat, qatt tibża’ mill-Assenjatur u l-ħames minuti ta’ formazzjoni malKultur. Ħu interess u agħtihom l-importanza li tixirqilhom. “L-Assenjatur huwa s-saħħa tas-Soċjetà u inti s-saħħa talAssenjatur. Mela agħti s-sehem tiegħek bil-preparazzjoni u t-talb.” (Frater Fragilis, p. 129)

206 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Fil-Klassi Jien u nikteb dawn il-ftit ħsibijiet, f ’moħħi erġajt mort lura għażżmien meta s-Superjur staqsieni biex nibda ngħallem klassi. Kont għadni daqsxejn ta’ Aspirant, wasalt biex nitla’ Kandidat. Jien u sieħbi konna ġejna fdati bi klassi tal-katekiżmu. Niftakar li din ma kinitx xi esperjenza faċli. Kont għadni żgħir mingħajr esperjenza u xi ftit tal-biża’ niftakar li kelli wkoll. Li tieħu klassi kienet sfida. Ridt niddedika l-ħin tiegħi għallklassi meta kont għadni student. Ridt insib il-ħin biex naqra u nipprepara meta kelli wkoll l-istudju tal-iskola. Insomma, il-klassi kien fiha l-isfidi tagħha.

Iżda niftakar li minn dakinhar qatt ma ħarist lura u bqajt ngħallem sena wara l-oħra. It-tagħlim sirt inħobbu u l-klassi kienet tagħtini sodisfazzjoni kbir. L-ewwel pass ikun diffiċli imma tul it-triq ilpassi l-oħra jsiru eħfef. Ħassejt li għandi naqsam din l-esperjenza għax nemmen li l-Kandidat għandu jagħmel kuraġġ u jinvolvi ruħu kemm jista’ jkun fit-tagħlim. Din hija l-kariżma tagħna u għalhekk Kandidat ma jistax ma jħobbx it-tagħlim. Sehem il-Kandidat fil-Qasam għandu jkun ukoll fil-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ għax din mhijiex xi ħaġa tas-Soċji biss. Fir-Regola nsibu miktub: “Il-Kandidatura

Is-Sejba ta’ Teżor Moħbi f ’Għalqa ta’ Bertram Poole

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

207


għandha sservi wkoll biex ilKandidati jibdew jitħarrġu biex jieħdu sehem attiv fl-appostolat tas-Soċjetà.” (DĠ 26) Il-Kandidat irid iħobb it-tagħlim u jinteressa ruħu f ’dak kollu li l-Qasam jorganizza għall-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Għalhekk għandu jifraħ meta s-Superjur jassenjah ma’ xi Prefett jew inkella jafdalu klassi biex jgħallimha. Din hija opra ta’ karità mill-aktar nobbli. Ovvjament bħal kull ħaġa oħra trid impenn u dedikazzjoni, iżda huwa bis-sagrifiċċju li wieħed jista’ jagħmel il-ġid. M’hemmx frott mingħajr sagrifiċċju. Awtur anonimu kiteb: “Sometimes you need to sacrifice something that matters to you to offer something that matters more to someone else.” Din hi verità li biex tagħti trid tkun lest li toffri minn dak li għandek. Inxammru l-Kmiem Għall-grazzja ta’ Alla l-Oqsma tagħna huma mimlijin ħajja meta jkunu mimlijin bit-tfal u ż-żgħażagħ. Forsi tajjeb wieħed jistaqsi għaliex it-tfal jiġu b’daqshekk entużjażmu fl-Oqsma tagħna, għaliex xi żgħażagħ li jkunu rċevew is-sagramenti jibqgħu jieħdu interess u jattendu fl-Oqsma tagħna regolarment? Jista’ jkun li waħda mir-raġunijiet hija għax isibu persuni awtentiċi li

jħobbuhom, jinteressaw ruħhom fihom u jilqgħuhom bil-ferħ meta jidħlu, b’mod li l-Qasam ikun għalihom dik “l-oasi li ttaffi l-għatx”. Sehem il-Kandidat għandu jkun ukoll li jara kif jista’ jipparteċipa fil-ħidma fejjieda tal-Qasam billi jressaq l-ideat tiegħu u jipproponi attivitajiet li jgħinu fil-formazzjoni sħiħa tat-tfal u ż-żgħażagħ. IlKandidat irid ixammar il-kmiem u jmidd idu għax-xogħol. Tajjeb li wieħed jissuġġerixxi attivitajiet iżda importanti wkoll li jagħti sehmu. Jekk hemm xi ħaġa li qed tiġi organizzata, il-Kandidat għandu jagħmel ħiltu kollha biex jara li dak li se jsir jirnexxi. IlKandidat ma jistax ikun passiv u jħalli lis-Soċji jaħdmu waħedhom. Meta wieħed jgħin il-grupp jissaħħaħ u l-piż jinqasam bejn aktar nies. Il-Kandidat ma jistax jgħin biss fejn jogħġbu u fejn jaqbillu iżda għandu jara kif jagħti daqqa t’id meta u kif jista’, anke fix-xogħol materjali tal-Qasam bħat-tindif u l-manutenzjoni. Dan huwa l-mod kif il-Fundatur xtaq li l-Kandidati jibdew jitħarrġu fil-ġenerożità. Wieħed ikun ġeneruż meta jagħti ħinu, meta jagħti minn flusu biex isir il-ġid u meta jaqsam ma’ ħaddieħor l-ideat tiegħu. Fi kliem ieħor meta wieħed jinsa lilu nnifsu biex ipoġġi qabel il-ġid tal-oħrajn.

208 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Bis-Sehem Tiegħek il-Qasam Ikun Aħjar Xtaqt nagħlaq b’parir. Għażiż Kandidat, il-Qasam jista’ jkun aħjar daqskemm inti tħobbu u tagħtih il-ħin tiegħek. Ikun aħjar daqskemm inti tagħmel għażliet favur il-Qasam. Ikun aħjar daqskemm tħalli lill-Kultur,

lis-Superjur u lis-Soċji jiggwidawk fil-ħidma tal-Qasam. Ikun aħjar daqskemm taħdem ma’ sħabek u mhux waħdek. Fuq kollox ftakar ukoll li “tal-Mulej hija l-art u kulma fiha” u għalhekk aħdem dejjem fi spirtu ta’ talb, għall-glorja ta’ Alla u għall-ġid tal-bnedmin. Adrian Vella

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

209


Mill-Bieb ’il Ġewwa

Is-Superjur mal-Aħ

wa

T

labt lil ħuk jagħmel biċċa xogħol. Ħsibt dwarha? Tlabt? Ħadt parir? Mela issa afdah. Jekk m’intix tafdah, sinjal li m’intix konvint middeċiżjoni li għamilt, jiġifieri anqas biss qed tafda lilek innifsek, u lanqas qiegħed temmen fit-talb li tlabt u fil-parir li ħadt. Afdah lil ħuk, biex hekk ikabbar il-fiduċja fih innifsu u fik. Meta tixtieq titlob dawl mingħand ħuk, jew biex hu jagħmel biċċa xogħol, ersaq lejh, għidlu dwarha, imbagħad itolbu jaħseb u jitlob fuqha. Erġgħu tkellmu wara li jgħaddi żmien biżżejjed ta’ dixxerniment min-naħa tiegħu jew min-naħa tat-tnejn, skont il-każ. Dejjem irrispettah lil ħuk, u mingħandu tistenna xejn hawn u issa. Tlabt lil ħutek ikunu flessibli. Tlabthom ukoll ikunu lesti li joħorġu barra minn triqthom biex isir dak li jiswa l-iktar għall-ġid komuni. Irresponsabilizzajthom biex jieħdu inizjattiva u jkunu proattivi, u ma joqogħdux jistennew lilek tgħidilhom x’għandhom jagħmlu l-ħin kollu, bħal tfal fil-klassi tan-nuna. Tajjeb wisq. Issa jekk lil ħuk ispirajtu, u ħa inizjattiva, u qiegħed taraha tajba, inti s-Superjur lest tkun flessibli jekk jitlob minnek daqqa t’id? Għax dak li jgħodd għal ħutek, l-ewwel u qabel kulħadd għandu jgħodd għalik. Wara li kliemek 210

qanqalhom, ħutek jistennew l-eżempju tiegħek ikaxkarhom. L-Aħwa mas-Superjur Tħoss li s-Superjur ġej jitlob xi ħaġa mingħandek. Ma tibqax komdu. Għaliex jiġrilek hekk? Xi jfixklek l-iktar? Jaqaw ilprogramm li fassalt int aqwa minn tas-Superjur? Ejja ngħidu li temmen fl-ideat tiegħek, ċert minnhom. Wara li tispjegalu u titkellmu, lest iċċedi dak kollu li fassalt? Għaliex timtela rabja? Għaliex timmuta ġurnata sħiħa jekk mhux iktar? Jaqaw tixtieq tisma’ biss dak li jdoqq għal widnejk? Qatt qsamtha din il-biċċa mad-Direttur? Lanqas jista’ jkun li tieħu pjaċir tinkwieta hekk. Is-Superjur u l-Aħwa Flimkien Kemm għandna naħdmu għal iktar vokazzjonijiet bħal tagħna? Bla heda. Kemm għandu jkollna Kandidati u Soċji? Kemm irid isSinjur. Hu Sid il-għalqa. Għandna

Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


nipprattikaw il-faqar f ’dan is-sens ukoll. L-iffullar u l-iffangar għal iktar vokazzjonijet mhux sinjal sabiħ. Mas-Soċjetà Museumina, flgħejxien tal-vokazzjoni u flappostolat, tfittixx l-inqas, l-eħfef, l-iqsar jew l-orħos. Dawk joqtlu l-ispirtu t-tajjeb. Agħti kemm tiflaħ u agħti bil-ferħ. Għandna Sinjur li jħallas tajjeb, u b’modi li qatt ma nkunu qed nobsru. Għallem dak li temmen (mir-Rit tal-Ordinazzjoni) u emmen dak li tgħallem. Emmen fl-Iskrittura Mqaddsa u l-Maġisteru, ħobbhom u għallem skont ma jgħallmuk huma. Hemm iltaqa’ mas-Sinjur Ġesù u laqqa’ ’l kull min taf miegħu. Imbagħad emmen li lil dawk li s-Sinjur laqqgħek magħhom hu jista’ jmisshom, iqawwihom, jibdilhom permezz ta’ dik il-lezzjoni, dik il-kelma, dik il-korrezzjoni, dik it-tislima.

Ġesù jinqeda bik. Mela imxi ma’ dawk iż-żgħażagħ bħal kumpann f ’pellegrinaġġ. Ma tifraħx tara lil dak iż-żagħżugħ miexi fit-triq ittajba, u lill-ieħor li wasal? U fejn, jekk mhux għand is-Sinjur Ġesù? Inti msejjaħ biex ikollok sehem. Aqdiha din is-sejħa, aqdiha bilferħ, u aqdiha sal-aħħar. L-għejxien u l-ħidma fil-komunità bħal ħabel wieħed, fejn kulħadd jiġbed flimkien, u lejn l-istess naħa. Jekk mhux hekk tiġi tug-ofwar, u ġid ma jistax isir. L-Ispirtu jrid isib art tajba fejn jiżra’. Is-Superjur Kont lest toqgħod kullimkien, imma qatt ma xtaqt tpoġġi fuq is-siġġu tas-Superjur. Imma la talbuk inti aċċettajt. Xi grazzja kbira li taqdi! Is-Sinjur Alla jqiegħdek f ’tant okkażjonijiet biex tara b’għajnejk u tmiss b’idejk il-preżenza tiegħu qalb in-nies.


Għalhekk hu qatt mhu se jħallik waħdek, anki jekk ħafna drabi, iktar minn kemm tixtieq, hekk tħossok. U filgħaxija, inti u tagħlaq il-jum, għamel eżami dwar kemm servejt ta’ ragħaj prudenti, ta’ ħabib ġenwin, ta’ tabib għaref u kollu ħniena, ta’ għalliem eżemplari, u ta’ missier u omm mimlijin imħabba għal uliedhom. Ipproponi li l-għada terġa’ tagħmel l-almu tiegħek biex taqdi kemm tista’ u minn qalbek. Imbagħad orqod, rasek mistrieħa li anki l-għada s-Sinjur se jqiegħdek fl-okkażjoni li sservi minn fuq is-siġġu li qatt ma tlabt imma li Hu għoġbu jagħti proprju lilek bħala żieda.

“Waħda millħwejjeg li jżommuna bogħod mill-perfezzjoni, hija bla dubju ta’ xejn ilsienna. Għax meta wieħed jasal biex ma jonqos f ’xejn b’ilsienu hu żgur perfett, u dan jixhdu l-Ispirtu s-Santu. Għalhekk il-kliem tagħna jkun ftit u tajjeb, ftit u ħelu, ftit u sempliċi, ftit u kollu mħabba.” (Dun Ġorġ, Direttorju Spiritwali, 551)

212

Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Aħna u l-Midja Soċjali

Relations! Relations!

K

ull min jiftakar lis-Superjur Ġenerali Victor Delicata żgur li jiftakru jtenni l-kelmiet “Relations! Relations!” Bħala Superjur kien jaf tajjeb kemm ir-relazzjonijiet sani ta’ bejn il-membri huma fundamentali biex il-Qasam jimxi ’l quddiem u jagħti l-frott. Kif ġa implikajna fl-artikli ta’ qabel, il-midja soċjali u r-relazzjonijiet jimxu id f ’id. Mill-aspett ekonomiku, meta l-midja soċjali bdiet iżżid filpopolarità bosta kumpaniji bdew jistudjaw biex jaraw kif jistgħu japprofittaw minn din ix-xibka ta’ relazzjonijiet online. F’Marzu tal2015 il-Professur Frank Cespedes ta’ Harvard ażżarda jikteb artiklu li fih ikkonkluda li l-midja soċjali mhix kapaċi tirrendi profitti relevanti. Ġara, iżda, li fil-jiem ta’ wara bosta CMO’s (Chief Marketing Officers) ta’ kumpaniji internazzjonali ċaħdu bis-sħiħ il-konklużjoni ta’ dan il-Professur. Huma wrew bil-provi li, filwaqt li r-relazzjonijiet tal-klijenti mal-kumpanija fihom infushom ma jagħtux profitti tanġibbli, ilprestiġju u l-fiduċja li jibni l-klijent mal-persuni ta’ dik il-kumpanija maż-żmien jibdew jikkonvinċuh dejjem aktar biex jixtri minn għandhom. Hekk ir-relazzjonijiet tal-klijenti mal-kumpaniji jibdew jissarrfu fi profitti tanġibbli!

Filwaqt li għall-kumpaniji r-relazzjonijiet online huma pjuttost utilitarji, ma nistgħux niċħdu l-benefiċċji li toffri l-midja soċjali. Minn studju tal-Common Sense Media fl-2015 ħareġ li 52% taż-żgħażagħ iħossu li b’mod ġenerali l-midja soċjali għenithom b’mod pożittiv fir-relazzjonijiet ma’ sħabhom. Apparti l-fatt li kważi disgħa minn kull għaxra jgħidu li permezz tal-internet iżommu kuntatt regolari ma’ dawk fiżikament bogħod minnhom. 69% jgħidu wkoll li dawn il-mezzi għenuhom biex isiru jafu aħjar lil dawk li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Aktar minn hekk, 34% jistqarru li permezz ta’ dawn ilmezzi r-relazzjonijiet ma’ tad-dar tjiebu. Min-naħa l-oħra r-relazzjonijiet fuq il-midja soċjali mhumiex kollox ward u zahar. L-Insafe hi organizzazzjoni Ewropea li fost servizzi oħra għandha wkoll helpline biex tgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ isolvu l-problemi li jiltaqgħu magħhom fuq l-internet.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

213


Sfortunatament, fil-perjodu ta’ bejn Ottubru u Diċembru li għaddew, l-akbar għajnuna mixtieqa mit-tfal u ż-żgħażagħ kienet tirrigwarda s-cyberbullying, l-imħabba u s-sesswalità – tliet suġġetti li juru biċ-ċar kemm il-midja soċjali tista’ tkun kawża ta’ bini iżda anke ta’ tifrik ta’ relazzjonijiet. L-introduzzjoni ta’ relazzjonijiet ġodda online ħafna drabi ġġib magħha bidla fir-relazzjonijiet tagħna fid-dinja reali. Bla dubju l-bidla mhix immedjata, iżda maż-żmien tibda toħroġ. Forsi lkoll għaddejna mill-esperjenza fejn konna mal-mejda ma’ xi mistednin u b’mod naturali waqaf id-diskors. Sa ftit snin ilu, f ’każ bħal dan kulħadd kien jagħmel ħiltu biex jerġa’ jqabbad iddiskors. Iżda llum faċli tara lil xi wħud joħorġu s-Smartphone biex jaħarbu l-iskumdità tal-mument! Tidher ħaġa żgħira, iżda b’mod indirett min iġib ruħu hekk ikun

qed jagħti sinjal li għalih in-nies fiżikament preżenti madwaru mhumiex importanti daqs irrelazzjonijiet li huwa għandu online! Sitwazzjoni oħra tipika hi meta xi ħadd ikun mgħaddas fil-messaġġi tal-midja soċjali fuq is-Smartphone u jibda jħossu irritat għax persuna fiżikament preżenti ħdejh tkun ser tiddistrattah għax trid tkellmu. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-istress tal-inċertezza li wħud iħossu meta l-messaġġ li jibagħtu ma jiġix imwieġeb fil-ħin – stress li ħafna drabi jkun ġej minn ħsibijiet bħal jekk min irċieva l-messaġġ ġralux xi ħaġa, jekk il-messaġġ ġiex interpretat ħażin, jew anke jekk l-ieħor ħassux offiż u t-tnejn spiċċaw miġġildin. Il-proċess fil-bdil tar-relazzjonijiet jieħu ż-żmien u l-bdil jaf ikun sottili, iżda maż-żmien, l-aktar meta wieħed jieqaf u jħares lura, id-differenza tibda tidher b’mod


ċar. Minn numru ta’ studji riċenti fl-Amerka, l-Ingilterra, l-Italja u l-Awstralja nstab li b’paragun mas-snin 2000 il-koppji qed jipprattikaw dejjem anqas l-att taż-żwieġ. Instab li aktar milli l-istress, il-ħin twil tax-xogħol, l-ansjetà u anke d-dipressjoni, l-akbar żewġ kawżi li qegħdin ixekklu lill-koppji milli jagħmlu l-att taż-żwieġ huma l-pornografija u l-midja soċjali. B’mod partikolari l-istudji jagħtu x’wieħed jifhem li bħalma fl-antik it-televiżjoni kellu ftit jew wisq influwenza negattiva fuq il-ħajja sesswali tal-koppja, issa l-midja soċjali b’mod aktar qawwi qiegħda taljena lill-koppji bil-konsegwenza li r-relazzjoni ta’ bejniethom qiegħda tiġi affettwata ħażin. Minħabba n-natura tal-mezzi tal-midja soċjali, it-tibdil li jġibu fina dawn il-mezzi ħafna drabi huwa tant fin u sottili li mhux dejjem faċli li nindunaw bih u nammettuh. Għalhekk kull tant żmien tajjeb nagħmlu xi mistoqsijiet bħal dawn li ġejjin biex nirriflettu ftit fuq x’effetti dawn il-mezzi jistgħu jkunu qegħdin iħallu fuqna. • Qatt ippubblikajt xi ħaġa fuq l-internet u mbagħad qbadt lilek innifsek tiċċekkja regolarment kemm rawha, kemm ikkummentawlek u kemm għamlulek Likes?

• Diffiċli xejn għalik biex waqt diskursata ma’ xi ħadd fiżikament preżenti tirċievi messaġġ jew notification u ma tiċċekkjahx fil-pront? • Waqt il-laqgħa ta’ nhar ta’ Erbgħa, fil-Qasam, fil-bitħa jew fil-passiġġata, kemm hi faċli għalik li toħroġ is-Smartphone biex tagħmel affarijiet ‘li jridu jsiru’? • Ġieli ħassejtek skomdu jew irrabjat għal xi ħadd għax uża l-messaġġ jew ritratt li ppubblikajt b’mod ħażin u issa m’għandek l-ebda kontroll fuqu? • Il-mod u l-attitudni ta’ kif iġġib ruħek ma’ xi ħadd li ma taqbilx miegħu online huma l-istess kif taġixxi meta tkun f ’konflitt ma’ persuna preżenti quddiemek? • Kif tixtieq li n-nies online ikunu jafuk? Fir-relazzjonijiet li għandek online, kemm int meqjus u aċċettat bħala Soċju tal-Museum? • Jekk tifli ftit bir-reqqa l-kontenut tal-messaġġi li bgħatt f ’dan l-aħħar xahar, tista’ tgħid li m’għandekx familjarità mal-barranin kif jitolbu r-Regola u r-raġuni? • Jekk biddilt il-Qasam jew intbgħatt fil-missjoni, il-ħin

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

215


tiegħek fuq l-internet jagħtik x’tifhem li qed tipprova tinqala’ mill-Qasam jew mill-pajjiż fejn kont biex ikollok l-opportunità tibni relazzjonijiet ġodda mannies ta’ fejn intbgħatt? • Mill-mod li bih użajt u qassamt il-ħin tal-ġimgħa l-oħra, faċli tikkonvinċi lil tal-familja, lis-Superjur u lid-Direttur Spiritwali li qed tagħti ħajtek lil Ġesù? • Li kellu jsir rekording ta’ kulma ktibt, ikklikkjajt u rajt fuq ilmidja soċjali f ’dawn l-aħħar sitt xhur, kont tkun komdu xxandru ma’ kulħadd? Bħala katekist li għandek kuntatt regolari ma’ minuri tajjeb li tistaqsi wkoll: • Mir-relazzjonjiet u l-imġiba tiegħek fuq il-mezzi tal-midja soċjali, il-minuri li tagħhom Ġesù talbek tieħu kura qed jarawk bħala Soċju veru tal-Museum, bħal belt fuq muntanja? • Kemm int konxju li fid-dinja tal-lum messaġġ mibgħut

bla ħafna ħsieb jista’ jiġi intenzjonalment interpretat ħażin u jitfgħek f ’baħar ta’ inkwiet? • Liema spirtu qed iqanqlek biex minn jeddek tieħu r-ritratti waqt xi attività, meta l-esperjenza ġa wrietek li fi ftit xhur ir-relazzjoni tiegħek ma’ dawk il-minuri ser tinbidel u dawk ir-ritratti mhuma ser jibqgħalhom l-ebda valur? • Tista’ tgħid b’wiċċek minn quddiem li tħobb lil Ġesù meta ma timxix mal-linji gwida tas-Soċjetà għax konvint li jekk tagħmel kif taħsibha int ser isir aktar ġid? Kif rajna f ’dawn il-ftit ħsibijiet, il-midja soċjali dejjem ser tħalli xi effetti fuq ir-relazzjonijiet tagħna. Għalhekk, bħala bnedmin maturi u bħala membri li nipproponu li nħarsu lejn Ġesù l-ġranet kollha ta’ ħajjitna, jeħtieġ li nagħrfu dejjem aktar niddistingwu bejn relazzjonijiet sani u mhumiex, kemm fid-dinja reali kif ukoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Rainer Bezzina

216 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


50 Sena mill-Humanae Vitae

Il-Kontenut talHumanae Vitae (2)

F

il-ħarġa li għaddiet bdejna naraw il-punti saljenti tal-enċiklika tal-Papa Beatu Pawlu VI, l-Humanae Vitae. Hemm rajna li ż-żwieġ Nisrani jrid jittieħed fil-kuntest aktar wiesa’ tal-viżjoni Nisranija tal-bniedem. Elenkajna wkoll il-karatteristiċi tal-imħabba konjugali u l-għaqda intrinsika taż-żewġ dimensjonijiet taż-żwieġ skont il-pjan oriġinali ta’ Alla – unittiv u prokreattiv – u li dawn it-tnejn qatt ma jistgħu jiġu separati minn xulxin, fosthom bi prattiċi jew bl-użu ta’ mezzi artifiċjali ta’ kontraċezzjoni minnaħa tal-bniedem. F’dan l-artiklu se nkomplu nesponu t-tagħlim sabiħ ta’ din l-enċiklika dwar il-ħajja tal-bniedem u t-trasmissjoni tal-ħajja umana.

Konsegwenzi Serji li Jġib Miegħu l-Użu tal-Mezzi Artifiċjali ta’ Kontraċezzjoni

sesswali jkun akbar.

Meta wieħed jirrifletti b’mod serju u intelliġenti jista’ jintraċċa numru ta’ konsegwenzi li l-użu talmezzi artifiċjali ta’ kontraċezzjoni għandu fuq il-ħajja tal-bniedem. B’ton profetiku, il-Papa Pawlu VI elenka erba’ riskji li jġibu magħhom il-kontraċettivi, riskji li saru urġenti sa mis-snin disgħin:

2. Nuqqas ta’ rispett lejn il-persuna tal-mara. L-użu tal-mezzi ta’ kontraċezzjoni jagħmel aktar faċli li r-“raġel” ma jirrispettax lill-persuna tal-“mara.” Saħansitra r-“raġel” jista’ ma jibqax jagħraf lil martu bħala s-sieħba u l-maħbuba tiegħu imma jibda jqisha bħala oġġett tal-iżvog egoistiku tiegħu.

1. Aktar infedeltà fiż-żwieġ u dekadenza tal-moralità. Id-dgħufija hija realtà li qiegħda f ’kull bniedem. Minħabba f ’hekk jeħtieġ sforz komuni u inkoraġġiment kontinwu sabiex titħares il-fedeltà fiż-żwieġ, b’mod speċjali fost miżżewġin żgħażagħ, fejn it-tqanqil

3. Żieda fl-abbuż tal-poter. F’ambjent fejn l-użu tal-mezzi ta’ kontraċezzjoni jkun mifrux, hemm ir-riskju li ċ-ċittadini jsiru pedina f ’idejn is-setgħat; l-awtoritajiet isibuha aktar faċli jilleġislaw b’mod li jinkoraġġixxu, jew saħansitra jesiġu, “metodu tal-kontroll

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

217


tat-twelid li huma jżommuh bħala l-aktar wieħed effikaċi”. Għas-soluzzjoni tal-problema demografika l-Papa appella għall-prinċipji tal-Populorum Progressio: “Lanqas ma nistgħu mingħajr inġustizzja kbira nżommu lill-Providenza ta’ Alla responsabbli ta’ dak li, għallkuntrarju, jiddependi minnuqqas ta’ għaqal fit-tmexxija, min-nuqqas ta’ ġustizzja soċjali.” 4. Mentalità fejn il-bniedem jaħseb li għandu kontroll assolut fuq il-ġisem tiegħu. Bl-użu tal-mezzi ta’ kontraċezzjoni hemm ir-riskju li l-bniedem jaħseb li jista’ jikkontrolla kif irid il-ġisem tiegħu. Il-ħajja tal-bniedem hija don ta’ Alla li m’għandux jitħalla f ’idejn ir-rieda kapriċċuża ta’ xi bnedmin. Għalhekk jeħtieġ li l-bniedem jagħraf il-limiti tiegħu bħala ħolqien ta’ Alla. Dawn il-limiti huma determinati fost l-oħrajn millfunzjonijiet bijoloġiċi tiegħu.

Knisja li Tipproteġi l-Valuri tal-Bniedem Il-Papa Pawlu VI kien jaf li kien qed jitlob sforz straordinarju, konverżjoni tal-qalb li mhux kulħadd kien lest għaliha. Hu nnota infatti li “għal ħafna”, u mhux għal xi wħud, dan it-tagħlim jidher “diffiċli jew saħansitra impossibbli li jitqiegħed filprattika”. Madankollu, sa mill-bidu tagħha l-Knisja kienet “sinjal ta’ kontradizzjoni”. Il-Knisja hija msejħa biex ixxandar u tipprattika l-liġi morali sħiħa. Fil-qadi ta’ din il-missjoni l-Knisja tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha fit-twaqqif mill-ġdid u t-tisħiħ ta’ soċjetà aktar umana u li tħares tassew il-veru ġid talbnedmin kollha. Din hi kwistjoni li wieħed iħaddan antropoloġija li tirrispetta l-pjan ta’ Alla; u dan jiġġustifika l-impenn serju mistenni millKnisja, mill-individwu, millfamilja u mis-soċjetà.

218 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Il-Knisja, Omm u Għalliema Fix-xandir tal-kelma l-Knisja trid tkun sensittiva ma’ dawk ilkoppji li jsibu diffikultajiet serji biex iħarsu l-liġi morali dwar ittrasmissjoni tal-ħajja umana. Hija tirrikonoxxi li fid-dinja tal-lum diversi koppji għaddejjin minn sitwazzjonijiet kumplessi u diffiċli. Bħala omm trid turi kompassjoni magħhom u tagħmel minn kollox biex tilqagħhom lura fi ħdanha. Fl-istess ħin, bħala għalliema, ilKnisja għandha r-responsabbiltà li xxandar fedelment l-Evanġelju afdat f ’idejha. It-tagħlim tal-Knisja dwar il-valur tal-ħajja umana huwa rilevanti mhux biss għall-Insara imma għallbnedmin kollha. Madankollu, il-liġi divina ma tistax tinftiehem, u wisq anqas titqiegħed fil-prattika, jekk mhux bil-grazzja tal-Ispirtu ta’ Alla li ssostni u ssaħħaħ ir-rieda tajba ta’ kull persuna. L-Importanza tal-Kastità L-osservanza tat-tagħlim talKnisja dwar it-trasmissjoni tal-ħajja umana tiddependi mirrieda soda tal-mara u r-raġel li jkunu fidili lejn is-sejħa tażżwieġ tagħhom, kif ukoll millkontroll tagħhom infushom. Il-kastità hija virtù meħtieġa wkoll għall-miżżewġin għaliex din issaħħaħ l-imħabba konjugali u tipperfezzjonaha.

Dawk kollha involuti fledukazzjoni u dawk li għandhom id-dmir li jħarsu l-ġid komuni tas-soċjetà għandhom irresponsabbiltà li joħolqu ambjent adatt fejn il-kastità tkun tista’ tiġi mgħallma u mħarsa mingħajr xkiel. Għalhekk għandu jkun ikkundannat dak kollu li filmezzi ta’ komunikazzjoni soċjali jippromovi l-ħażen, li minn banda jnaqqas il-valuri morali u mill-banda l-oħra jqanqal aktar passjonijiet diżordinati filbniedem. Huwa assurd l-argument ta’ xi wħud li f ’isem l-arti u l-kultura, inkella bl-iskuża biex tiġi mħarsa l-libertà tal-espressjoni, jiddefendu l-pornografija u kull xort’oħra ta’ ħażen. Appell lill-Awtoritajiet Pubbliċi Fl-Humanae Vitae l-Papa Pawlu VI appella lill-awtoritajiet pubbliċi – li fi kliem il-Papa għandhom ir-responsabbiltà li jħarsu l-ordni morali taċ-ċittadini tagħhom – biex iħarsu l-valuri morali tas-soċjetà, l-aktar fejn tidħol ilfamilja. Bil-leġislazzjonijiet favur ilfamilja, l-awtoritajiet għandhom jaħdmu biex isolvu l-problemi demografiċi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom, filwaqt li jedukaw għallosservanza tal-liġi divina mingħajr ma jxekklu l-libertà taċ-ċittadini.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

219


Appell lix-Xjentisti Ix-xjentisti għandhom sehem importanti fil-progress talbnedmin, mhux l-inqas fl-iżvilupp tal-familja. Ix-xjenza tista’ titfa’ dawl ġdid fuq is-sistema riproduttiva talbniedem u b’hekk tista’ tkun ta’ għajnuna għall-ippjanar naturali tal-familja. Ix-xjentisti Nsara għandhom iħaddnu dak li tgħallem il-Knisja u jagħtu xhieda tiegħu. B’dan il-mod ix-xjentisti jkunu qegħdin jikkonfermaw il-verità fundamentali li ma teżisti l-ebda kontradizzjoni bejn l-ippjanar naturali tal-familja u l-ħarsien bla mittiefes tal-imħabba konjugali. Appell lill-Miżżewġin Insara Il-grazzja li jirċievu fil-Magħmudija tgħin lill-Insara jikkoperaw b’imħabba u libertà mal-pjan ta’ Alla għalihom, u sseħħibhom fil-bini tas-Saltna ta’ Alla. Meta jingħaqdu ma’ xulxin fis-Sagrament taż-Żwieġ, l-Insara jisseddqu f ’din

il-grazzja li tgħinhom isiru qaddisin permezz ta’ xulxin. Dan ma jfissirx li l-għejxien tażżwieġ Nisrani hu faċli; ifisser biss li l-grazzja ta’ Alla ddawwal il-mod li bih il-miżżewġin iħobbu ’l xulxin. Il-miżżewġin għandhom id-dmir li jagħmlu dak li jistgħu biex jilqgħu l-grazzja ta’ Alla f ’ħajjithom, ħajja li trid tkun sostnuta bl-Ewkaristija u mġedda bis-Sagrament tarRikonċiljazzjoni. Il-miżżewġin Insara għandhom id-dmir li jgħinu koppji oħrajn li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet. Din, jgħid il-Papa, hija waħda “fost tant għamliet ta’ appostolat, waħda minn dawk li llum jidhru aktar f ’waqthom”. Huma u jgħinu lil koppji oħra, il-koppji Nsara nfushom ikunu qegħdin jissaħħu fil-vokazzjoni tagħhom. Appell lit-Tobba u lil Dawk li Jaħdmu fil-Qasam tal-Mediċina It-tobba Nsara wkoll għandhom sehem importanti fit-tisħiħ tal-

220 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


familja. Permezz tal-pariri li jagħtu lill-koppji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet relatati malfunzjonijiet bijoloġiċi tagħhom, huma jkunu jistgħu jgħinuhom idawlu l-kuxjenza tagħhom b’tali mod li l-miżżewġin ikunu jistgħu jagħmlu għażliet skont il-Fidi Nisranija li jħaddnu. It-tobba għandhom ir-responsabbiltà li jibqgħu jżommu ruħhom aġġornati mal-iżviluppi fix-xjenza medika biex ikunu f ’pożizzjoni li jagħtu pariri għaqlin u ġenwini. Sejħa lis-Saċerdoti u ’l-Isqfijiet B’mod partikulari dan iddokument sar l-eżami tal-fedeltà tal-“għeżież ulied saċerdoti” u tal-isqfijiet. Lil dawn il-Papa jfakkarhom: “L-ewwel dmir tagħkom – l-aktar ta’ dawk li jgħallmu t-teoloġija morali – hu li tfissru mingħajr kliem ambigwu t-tagħlim tal-Knisja fuq iżżwieġ Nisrani. Kunu tal-ewwel li tagħtu, fit-twettiq tal-ministeru tagħkom, l-eżempju ta’ qima leali, minn ġewwa u minn barra, lejn il-Maġisteru tal-Knisja.” Huwa importanti wkoll, irrimarka l-Papa, li wieħed jiddefendi għal darb’oħra s-sintonija tal-bosta ilħna ġerarkiċi: “Ilkoll għandna noqogħdu għall-Maġisteru tal-Knisja u nitkellmu bl-istess lingwaġġ.” Naturalment, dan għandu jkun lingwaġġ ta’ sabar, tieba u fiduċja u li jistieden għattalb sinċier u kostanti.

Il-Papa għalaq l-enċiklika billi appella lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jagħmlu li jistgħu biex iħarsu l-liġijiet ta’ Alla kif mogħtija mill-Knisja għaliex, saħaq il-Papa, b’hekk biss il-bniedem jista’ jsib il-vera kuntentizza tiegħu. Konklużjoni Kif rajna, fl-Humanae Vitae l-Papa Pawlu VI tenna t-tagħlim konsistenti tal-Knisja dwar iżżwieġ Nisrani u t-trasmissjoni talħajja umana. Bil-pubblikazzjoni ta’ din l-enċiklika, il-Papa kien jaf li kien sejjer kontra l-kurrent. Żgur kien jaf li xi kardinali kollaboraturi qrib tiegħu, bħal Döpfner u Suenens, kienu favur atteġġjament aktar miftuħ u kien jaf dwar issensibilità għall-kontraċezzjoni preżenti fil-Kungress Dinji tal-Lajċi li kien sar is-sena ta’ qabel. Iżda l-punt li hu kellu għal qalbu kien dak li jagħmel is-sesswalità tassew umana skont l-antropoloġija Nisranija. GħallPapa Pawlu VI ma seta’ qatt ikun hemm xi “pillola Kattolika”, ewfemiżmu li kien qed jissemma dik il-ħabta, li telimina l-problemi tal-maternità u l-paternità responsabbli. Bl-Humanae Vitae bdiet tqum ukoll il-kwistjoni tar-relattiviżmu etiku, quddiem ilprogress li beda jsir pass wara pass f ’rabta mal-ħtiġijiet, anki l-aktar intimi, tal-individwu. Jonathan Sammut

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

221


Skrittura

Il-Profeta Mikea

M

ikea hu magħruf magħna l-iktar minħabba l-kwotazzjoni ta’ San Mattew (2, 6) meta l-Kunsill jgħid lil Erodi li skont ilprofeta Kristu kellu jitwieled f ’Betlehem tal-Lhudija. Huwa għex fis-Saltna t’Isfel, dik ta’ Ġuda, bejn is-snin 740 u 699 qK. Hawn huwa wera li s-sitwazzjoni tal-poplu ta’ Alla ma kienet xejn aħjar minn dik tasSaltna ta’ Fuq.

Il-Profeta Il-profeta huwa l-aħħar wieħed fost dawk tas-seklu 8 li ser insemmu. Waqt li Alla għażel lil Ħosegħa biex iwassal il-messaġġ tiegħu fis-Saltna ta’ Iżrael (isSaltna ta’ Fuq), fl-istess żmien Huwa għażel lil Isaija u lil Mikea biex iwasslu kelmtu fis-Saltna ta’ Ġuda (is-Saltna ta’ Isfel). FilBibbja l-ktieb ta’ Mikea nsibuh wara dak tal-Profeta Ġona. Għall-kuntrarju ta’ Għamos u Ħosegħa, fil-bidu tal-ktieb ilprofeta ma jagħtix tagħrif dwar ħajtu u għalhekk ma nafu xejn, la dwar is-sejħa tiegħu u lanqas dwar it-tmiem ta’ ħajtu. Mirriferenzi li jagħmel għall-għelieqi, il-ħsad, id-dwieli u s-siġar tattin, nikkonkludu li kien familjari mal-agrikoltura u l-ħajja rurali. Min-naħa l-oħra d-dettalji talistorja Lhudija li jagħti u l-ġrajjiet li jsemmi jagħtu x’wieħed jifhem li seta’ kien wieħed mill-mexxejja tar-raħal. Il-fatt jibqa’ li kien jgħix

f ’raħal ’il bogħod mill-politika ta’ Ġerusalemm. Bil-maqlub, Isaija li kien kontemporanju ta’ Mikea kellu aċċess għall-palazz tas-sultan u l-qorti tiegħu. Għalhekk filbelt kien hemm Isaija u fl-irħula kien hemm Mikea; it-tnejn kienu kritiċi tal-korruzzjoni li kienet issaltan f ’Ġerusalemm. Nafu li Mikea kien mir-raħal ta’ Moraset: “Kelmet il-Mulej li ġiet lil Mikea il-Morasti fi żmien Ġotam, Aħaz u Ħeżekija, slaten ta’ Ġuda, li hu ra fuq Samarija u Ġerusalemm.” Moraset kien raħal madwar 25 mil in-naħa ta’ isfel ta’ Ġerusalemm, fir-reġjun bejn Ħebron u Gat qrib il-Filistin. Fi żmien Reħoboam, iben Salamun, Moraset kienet fortizza minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha. L-isem Mikea jfisser “Min hu bħal Alla?”. Il-lingwaġġ li juża hu wieħed rustiku u bħal dak ta’ Għamos huwa iebes. Jikkritika spettru wiesa’ ta’ dnubiet li jvarjaw mill-idolatrija sal-inġustizzji

222 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


soċjali u jħabbar il-qerda u t-tmiem tas-Samarija (Is-Saltna ta’ Fuq) u Ġerusalemm (Is-Saltna ta’ Isfel). Jidher li kien hemm min ipprova jfixkel il-messaġġ tiegħu. Fil-fatt, kif ser naraw, il-profeta għandu kliem iebes għall-mexxejja politiċi u reliġjużi tal-poplu. Huwa, bħal Ġeremija 200 sena wara, sab bosta tfixkil mill-profeti foloz. Għall-kuntrarju tagħhom, dak li ġiegħel lill-profeta jitkellem kien l-ispirtu ta’ Alla: “Imma jien mimli bil-qawwa. B’ruħ il-Mulej, bil-ħaqq u bil-ħila, biex inħabbar lil Ġakobb dnubu u lil Iżrael ħtijietu.” Huwa jikkundanna l-profeziji foloz tagħhom u l-għan li għalih huma jipprofetizzaw, jiġifieri l-qligħ finanzjarju u biex jintgħoġbu mal-poplu u l-kbarat: “Profeti li jgħalltu l-poplu tiegħi, li meta jkollhom x’jigdmu bi snienhom iħabbru s-sliem, imma għal min ma jagħtihom xejn f ’ħalqhom iħabbru l-gwerra.” Il-profeta ma jibżax jipproklama l-messaġġ xejn popolari tiegħu, u fil-miftuħ juri d-dnubiet serji

tal-poplu ta’ Alla. Għalhekk bħal Għamos kien hemm min laqqmu bħala l-profeta tal-kastig. Mikea kien influwenti kemm fi żmienu u anke wara mewtu minħabba li l-poplu tas-Saltna ta’ Ġuda, speċjalment bil-miżuri li ħa Ħeżekija, beda jdur lura lejn Alla u s-saltna żammet 135 sena wara li nqerdet is-Saltna ta’ Iżrael. Ilprofezija ta’ Mikea terġa’ tissemma fi żmien il-Profeta Ġeremija fejn dawk li taw is-sapport lil Ġeremija jfakkru lill-poplu kliem il-Profeta Mikea. Mikea pprofetizza fi żmien tliet slaten. Ġotam mexxa għal ħames snin (740-735 QK); warajh laħaq Aħaz li saltan bejn is-snin 735 u 715, żmien fejn ir-reliġjożità tal-poplu kienet ’il bogħod millwegħda tal-Patt. Warajh laħaq ibnu, Ħeżekija. Dan mexxa bejn is-snin 715 u 699 u bħal Ġosija kien meqjus wieħed mill-aħjar slaten għax bil-maqlub ta’ missieru wettaq riforma reliġjuża. Il-Ktieb tas-Slaten isemmi kif “Ħeżekija għamel is-sewwa f ’għajnejn ilMulej…, u ma kien hemm ħadd bħalu fost is-slaten kollha ta’ Ġuda…. Neħħa s-santwarji, kisser il-plieri u qaċċat ix-xbieha ta’ Axera”. Il-perjodu li fih għex Mikea kien imqalleb għaż-żewġ saltniet. Minbarra li laħaq ilwaqgħa tas-Samarija, esperjenza diversi attakki u invażjonijiet li l-Assirjani għamlu fuq is-Saltna ta’ Ġuda.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

223


Il-Qagħda fil-Pajjiż Biex nifhmu ftit din il-qagħda rridu niftakru li fi żmien Ġotam (ċ 740qK) is-saltna kienet għaddejja minn prosperità kbira. Dan kien riżultat tat-tmexxija ta’ missieru Għużżija li dam isaltan għal 39 sena. Ġotam kompla fejn ħalla missieru iżda, bħalma ġara fisSaltna ta’ Fuq, fil-prosperità ħafna nsew lil Alla u tawha għall-idolatrija, għar-regħba, għall-materjaliżmu u għallinġustizzji soċjali. F’kelma waħda kellhom politika bla Alla. Din is-sitwazzjoni ssuktat fi żmien Aħaż, bniedem bla twemmin, mogħti għall-politika. Minkejja l-pariri ta’ Isaija li xtaqu jistrieħ fuq Alla u mhux fuq l-alleanzi militari, huwa spiċċa biex appoġġa lill-Assirjani. Filwaqt li dawn għenuh irażżan l-għedewwa tiegħu, bħas-Samaritani u n-nies ta’ Damasku, l-Imperatur talAssirja Tiglet Pilesar III ittratta lil Aħaż bħala qaddej u ġiegħlu jħallas il-ħaraġ kull sena, sinjal ċar li s-Saltna ta’ Ġuda kienet tilfet l-indipendenza tagħha. Hawn seħħ il-kliem tal-Profeta Isaija li l-mus li Aħaż kera biex iqaxxar l-għedewwa tiegħu qaxxar lilu wkoll. Wara 20 sena li l-poplu dam iħallas il-ħaraġ, il-ministri ħeġġew lis-sultan il-ġdid Ħeżekija jwaqqaf il-ħaraġ bħalma għamlu bosta popli oħra meta l-Imperatur tal-Assirja Sargon II safa maqtul fis-sena 705qK. Meta ra dan, is-

sultan il-ġdid Sanħerib qatagħha li jrażżan ir-rewwixta. Fis-sena 701 huwa attakka l-art ta’ Ġuda u fi żmien qasir rebaħha kollha, kif ħalla mnaqqax fil-palazz tiegħu ġewwa Ninwè. Fil-fatt Sanħerib ħa f ’idejh 46 belt, ħafna rħula u mitejn elf priġunier. “Lis-sultan Ħeżekija,” ftaħar, “għalaqtu filbelt ta’ Ġerusalemm bħal għasfur ġo gaġġa.” Ħeżekija bagħat delegazzjoni biex jitlob maħfra u stqarr li kien lest iħallas il-ħaraġ, tkun kemm tkun it-talba. Sanħerib ordna li jitħallsu 300 talent talfidda u 30 talent tad-deheb, somma enormi li Ħeżekija kellu jintaxxa l-poplu biex iħallasha. Tnax-il sena wara Sanħerib reġa’ attakka lil Ġerusalemm imma din id-darba safa umiljat. Isaija kien ħabbarha din l-umiljazzjoni ta’ Sanħerib fejn qal li s-sultan kellu jispiċċa bħal bhima li jdaħħlulha ħolqa fi mneħirha biex imexxuha mit-triq li minnha tkun ġiet. Dan ġara tassew minħabba li pesta qalila ħarbtet l-eżerċtu ta’ Sanħerib u minħabba f ’hekk kellu jerġa’ lura mingħajr ma tefa’ vleġġa waħda lejn Ġerusalemm. Għal Isaija dan ġara għax Alla ra l-konverżjoni tal-poplu li għaliha tant ħadem Ħeżekija. L-istampa kienet waħda ta’ taħwid politiku fil-livell internazzjonali. Min-naħa l-oħra s-Saltna ta’ Ġuda kienet ikkaratterizzata minn korruzzjoni, teħbir, qerq, vjolenza u xiri tal-imħallfin. Għalhekk

224 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


il-Profeta Mikea jfakkar li jekk is-Saltna ta’ Ġuda mhix ser tbiddel ir-rotta tagħha ser iġġarrab l-istess esperjenza tas-Saltna ta’ Fuq: “Nagħmel is-Samarija ħerba firraba’, art imħawla dwieli; ingerbeb fil-wied ħaġarha u nikxef sisienha. Ix-xbihat tagħha kollha jitfarrku u l-qligħ tagħha kollu jinħaraq bin-nar, u l-allat tagħha kollha nagħmilhom ħerba, għax minn qligħ iż-żina nġemgħu u fi qligħ iżżina jmorru.” Il-Ktieb Il-ktieb ta’ Mikea fih seba’ kapitli u tliet taqsimiet. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-messaġġ hu ta’ Mikea, il-ktieb issawwar wara l-eżilju ta’ Babel. Il-ktieb jista’ jinqasam hekk: l-ewwel kapitlu: ftuħ; it-tieni u t-tielet kapitlu: Alla li jiġbor il-fdal ta’ Iżrael; it-tielet kapitlu: ġudizzju kontra l-mexxejja talpoplu; ir-raba’ u l-ħames kapitlu: Alla jsaltan minn Sijon; is-sitt u s-seba’ kapitlu: Alla jagħti l-ħaqq lill-poplu tiegħu; is-seba’ kapitlu: tama ta’ futur aħjar. Wieħed jista’ jiġbor il-messaġġ ta’ Mikea b’dan il-mod: a) Alla għamel pjan għallbniedem biex jissieħeb miegħu imma dan il-pjan huwa differenti wisq millatteġġjament tal-bniedem.

b) Il-bniedem jista’ jieħu sehem fil-pjan ta’ Alla permezz tal-fidi. Mingħajrha l-bniedem jiġġarraf u jegħreq fil-vizzji. ċ) Il-pjan ta’ Alla għall-bniedem għandu żewġ effetti, jew salvazzjoni jew kundanna. Ħa naraw fil-qosor il-punti prinċipali ta’ Mikea. Kif jgħid tajjeb Thomas L. Leclerc, ilmessaġġ tal-profeta nistgħu niġbruh f ’dak li nsibu f ’Kap 6, v.8: “Do justice. Love goodness, walk humbly with your God.” Dan jimplika l-għażla ta’ dak li hu ġust, I-imħabba għat-tajjeb u l-umiltà. Għal Mikea dawn kienu t-tliet pilastri tal-patt li Alla għamel malpoplu tiegħu, tliet pilastri li kienu ntesew fis-soċjetà tal-profeta. Il-Ġustizzja u n-Nuqqas Tagħha Mikea jgħallem li l-inġustizzji tas-soċjetà jġibu l-korla ta’ Alla u l-qerda tas-saltna. Bħal Għamos, Ħosegħa u Isaija, Mikea għandu għal qalbu l-ġustizzja imma b’xorti ħażina l-inġustizzja kienet kull fejn tħares fis-soċjetà ta’ żmienu fejn kienu jirrenjaw isserq tal-proprjetà, l-oppressjoni tal-foqra u t-tmexxija kollha qerq. Mikea jitkellem kontra s-serq tal-art u d-djar tal-foqra. Is-sinjuri bdew jgħaddu miżuri ta’ miżapproprjament tal-art u l-proprjetà. “Ħażin għal dawk li fuq friexhom jaħsbu kif jagħmlu

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

225


d-deni ... għax għandhom is-setgħa f ’idejhom.” Dan kien imur kontra d-Dekalogu li jipprojbixxi x-xenqa għall-artijiet u r-raba’ tal-ġar. Mikea jitkellem ukoll fuq is-serq tal-foqra, kif kien jiġri fi żmien Aħab. Niftakru x’għamel dan biex ħa l-għalqa ta’ Nabot. F’kapitlu 2 insibu: “Jekk jixxenqu għar-raba’, jisirquh; jekk għad-djar, jehduhom; jaqbdu lir-raġel u ’l daru, lis-sid u l-ġidu.” L-għajta għall-ġustizzja hija l-qofol tal-messaġġ tal-profeta. Mikea jistaqsi: “X’jitlob minnek il-Mulej: li tagħmel biss is-sewwa, tħobb it-tieba u timxi umli ma’ Alla tiegħek.” Dan ma kienx kliem ġdid għall-poplu għax kien proprju l-qofol tal-Patt u tal-messaġġ talprofeti. Tagħmel is-sewwa tfisser tħares id-drittijiet tal-oħrajn; għalhekk il-ġust ma jqarraqx, ma jisraqx u ma joqtolx. Iħobb it-tieba u l-ħniena mal-proxxmu, hesed bil-Lhudi, ħniena li tintwera billi wieħed jgħin lill-batut u lill-fqir. Alla jrid li l-bniedem jimxi miegħu bl-umiltà u jgħix fil-preżenza tiegħu. Ir-rabbini iktar tard urew li dawn l-għemejjel jiġbru fil-qosor is-613-il preċett tat-Torah, għax il-Mulej togħġbu iktar l-imġiba retta milli s-sagrifiċċji u l-gliegel taż-żejt. L-Oppressjoni tal-Fqir Jekk Għamos kien iebes fuq l-oppressjoni tal-fqir, Mikea kien aħrax. Il-fqir tant ħadulu kollox li l-profeta jqabbel lis-sinjuri ma’

biċċiera. Il-ħniena tal-Mulej hi għal dejjem ma’ dawk li jimxu sewwa, iżda l-għonja minflok iħobbu t-tajjeb, minflok iġibu ruħhom skont il-preċetti Lhud, jistagħnew minn fuq dahar ilfqir. Jisirquh, iqarrqu fil-miżien u mingħajr ħniena jgħaddu ġudizzji kontra tiegħu. Il-profeta jaf iddnub tagħhom: “Il-libsa ta’ taħt tieħdu u l-mantar bħall-misbijin tal-gwerra. In-nisa tal-poplu tiegħi tbegħduhom minn dar il-hena tagħhom….’ Ir-regħba tagħhom għamlithom qishom bhejjem slavaġ li jqattgħu u jieklu l-vittmi tagħhom. Dan kollu wassal għarrovina tas-socjetà Lhudija. Ilkumpass morali ntilef minħabba li telqu lil Alla (ingratitudni) u konsegwenza ta’ hekk jassru l-fqir u l-batut (inġustizzja). “Huma jieklu laħam il-poplu tiegħi, u ġildhom minn fuqhom iqaxxru u għadamhom ikissru, iqattgħuhom bħal-laħam fil-borma.” Il-Gwaj tas-Soċjetà Jiġi millMexxejja. Il-mexxejja kemm politiċi kif ukoll reliġjużi kienu korrotti, l-aktar minħabba r-regħba għallflus. Id-dmirijiet tagħhom saru opportunitajiet għall-qerq u s-serq. Jekk il-mexxejja huma qarrieqa, jista’ jkun li l-imħallfin, in-nobbli u n-negozjanti ma jitħajrux iħaxxnu bwiethom? Mikea jfakkarhom: “Ewwilla mhux dmirkom li tagħrfu

226 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


s-sewwa? U qed tobogħdu s-sewwa u tħobbu l-ħażen.” Din l-inġustizzja sistematika wasslet għall-polarizzazzjoni soċjali kif ukoll għall-vjolenza u d-dmija. “Il-mexxejja tagħha jaqtgħu l-ħaqq għall-għatjiet, il-qassisin tagħha jgħallmu għall-ħlas, ilprofeti jħabbru għall-flus.” Ilmexxejja kienu jserrħu moħħhom li jistgħu jagħmlu dan għax Alla kien jinsab f ’nofshom fittempju ta’ Ġerusalemm. Mikea juri li din hi kollha tama fiergħa għax dan mhux aktar il-poplu ta’ Alla u konsegwenza ta’ hekk Ġerusalemm ser issir ħerba. “Għalhekk minħabba fihom, Sijon bħal għalqa tinħarat; Ġerusalemm issir gods ħerba.” L-Idolatrija Bħal Għamos u Ħosegħa, Mikea jikkritika u jakkuża l-idolatija tasSamarija fejn kien hemm l-artal

lil alla Bagħal. Minħabba f ’hekk is-Samarija kellha ssir ħerba għax dan kien ksur sfaċċat tal-Patt. Il-profeta jibki u jagħmel il-vistu għax dak li ser jiġri lis-Samarija ser jiġri wkoll lil Ġerusalemm. Ġerusalemm kien post it-tempju fejn jgħammar Alla u issa kienet saret bħas-Samarija. Minħabba f ’hekk Ġerusalemm bl-għamara kollha tagħha kellha ssir ħerba. Dan dam madwar mitt sena biex iseħħ, minħabba li Ħezekija għamel ir-riformi reliġjużi biex Alla jbiegħed il-kastig tad-dnub u jibqa’ jgħammar f ’nofs il-poplu tiegħu. Min-naħa l-oħra l-profeta jħeġġeg lill-poplu biex la jserraħ fuq l-allat foloz u l-arbli tal-pagani u lanqas fuq l-intriċċi u l-alleanzi politiċi. L-aħjar iserraħ fuq Alla għax dan hu mal-poplu tiegħu. Li sserraħ fuq Alla jfisser li tkun tiddependi minnu. Kif fil-passat, meta l-Lhud kienu nomadi, l-Arka kienet timxi f ’nofs il-

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

227


poplu u kienu jeħduha magħhom kullimkien u f ’kull sitwazzjoni, issa wkoll Alla għadu preżenti mal-poplu. Imma r-reliġjon talpoplu saret iktar superstizzjoni milli reliġjon. Alla mhux ritwal u sagrifiċċji jrid imma awtentiċità fil-qima u fl-għemil. Mikea spiss jagħmel użu minn lingwaġġ ta’ ġudizzju. Alla ġej bħal ġellied għall-poplu tiegħu. Ser jagħmel ħaqq mill-poplu u jsejjaħ fil-qorti lill-muntanji u l-iġbla biex jisimgħu l-kawża tiegħu u jassistu għall-kundanna li ħierġa mill-ġudizzju tiegħu. “Għax għandu l-Mulej tilwima mal-poplu tiegħu u ma’ Iżrael ser jiġġieled.” “Għax ara, il-Mulej ħiereġ minn imkienu…” Alla se jħallas lillmexxejja tal-poplu tal-ħerba li għamlu; saru l-għedewwa stess tal-poplu u għalhekk, bħalma qal Għamos, jum il-Mulej ser ikun għalihom dlam: “Tgħib ix-xemx għall-profeti, u jidlam għalihom innhar…” Il-poplu kien tassew ingrat għax, wara li Alla ma naqsu f ’xejn matul l-istorja, nesa l-għemejjel tal-Mulej. Għalhekk bħala mħallef ġust Alla ser jiġġudika l-idolatrija, il-qerq, id-dmija u l-vjolenza, u se jitħallas mis-sinjuri li stagħnew mill-għaraq tal-fqir. Il-ħaqq jispiċċa bis-sentenza ġusta u inevitabbli li toħroġ mingħand Alla, sentenza mhux li teqred darba għal dejjem lill-poplu imma li tgħaddih minn proċess ta’ purifikazzjoni biex Alla jirrestawra

mill-ġdid lill-poplu tiegħu. Bħal fis-Salmi, hemm ix-xewqa li Alla jerġa’ jreġġa’ lill-poplu lura lejn ittriq tas-sewwa. Żmien Ġdid, Żmien ta’ Restawrazzjoni Minkejja dan kollu, mill-fdal li jibqa’ wara l-eżilju, li huwa inevitabbli, Alla se jerġa’ jsawwar poplu għalih. Dan insibuh fir-raba’ u l-ħames kapitli tal-ktieb. Minflok il-mexxejja korrotti tal-poplu, Alla nnifsu ser imexxi l-poplu tiegħu minn Sijon; minflok il-qassisin li jgħallmu għall-ħlas, se jkun Alla li jgħallem lill-poplu tiegħu. Il-kelma ħajja tiegħu se ssewwi r-rovina li l-poplu kien waqa’ fiha. Minn post ta’ deżolazzjoni, Ġerusalemm terġa’ ssir il-post li minnu Alla jmexxi. Din is-sejħa għandha dimensjoni universali; il-messaġġ ta’ tama u ta’ salvazzjoni mhuwiex limitat għall-poplu Lhudi imma hu indirizzat lill-ġnus kollha. “Jiġru lejha l-popli u jiġu ħafna ġnus u jgħidu: ‘Ejjew nitilgħu ġebel il-Mulej u f ’dar Alla ta’ Ġakobb biex jgħallimna triqatu u nimxu f ’mogħdijietu.’” Iż-żmien talinċertezzi u l-aggressjoni jinbidel f ’wieħed ta’ paċi u prosperità. Mikea jixbah ħafna lil Isaija meta jgħid: “Isawru sjufhom f ’sikek, u l-lanez tagħhom fi mnieġel. Ma jerfax ġens għal ġens is-sejf u ma jitħarrġux aktar għall-ħarb.” Għalhekk din kellha tkun saltna ta’ verità, ta’ ġustizzja u ta’ sliem.

228 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Jekk iż-żmien ta’ Salamun kien żmien tad-deheb fl-istorja Lhudija, dan ser ikun għal darb’oħra żmien tad-deheb meta Alla jerġa’ jiġma’ lil uliedu u jmexxihom fit-triq tassliem: “Joqgħod kull wieħed taħt id-dielja u t-tina tiegħu u ħadd ma jbeżżagħhom għax fomm il-Mulej tal-qtajja tagħhom tkellem.” Filwaqt li l-ktieb mimli ġudizzji u kastigi, l-għeluq inissel tama ta’ futur aħjar fejn jispikkaw kemm illealtà ta’ Alla lejn il-kelma tiegħu kif ukoll l-imħabba u l-ħniena tiegħu lejn il-poplu: “Min hu Alla bħalek li jneħħi l-ħażen u jaħfer iddnub lill-fdal ta’ wirtu? Ma jżommx għal dejjem għadbu għax hu l-ħniena jħobb.” Dan kollu jista’ jsir għax Alla ħa jqajjem David ġdid. Minn Betlehem kellu jitwieled riformatur li jsaltan waqt li jmexxi lill-poplu fit-triq tas-sliem. Bħal David dan il-mexxej kellu jkun ragħaj li jirgħa l-poplu tiegħu, mexxej differenti mis-slaten korrotti u idolatri li fl-imgħoddi mexxew lill-poplu. Dan il-mexxej se juri fil-milja tagħha l-imħabba ta’ Alla għall-poplu tiegħu. Kif jgħid Neal Flanagan: “This restoration is related to the rise of a shepherd-ruler of the family and city of David. As a shepherd to the restored people, he will imitate in human fashion the shepherd

function of God himself.” Wieħed jara għalhekk il-paralleliżmu ma’ Ġesù, mhux biss għax bħalma jsemmi San Mattew dan ġie minn Betlehem u kellu jreġġa’ l-poplu lura minn dnubietu, kif qal l-anġlu lil San Ġużepp, imma wkoll għax Ġesù f ’San Ġwann iqabbel lilu nnifsu mar-ragħaj it-tajjeb. Dan iwassal sa fil-milja tiegħu l-kliem ta’ Mikea li qal: “Hu jieqaf u jirgħa b’qawwet il-Mulej…” It-talba talprofeta f ’għeluq il-ktieb hija biex Alla jirgħa l-poplu tiegħu. Il-wegħda li Alla għamel lillPatrijarki tibqa’ tgħodd għax Alla hu fidil lejn kelmtu. Alla li ta poplu, art u wirt lil Abraham jerġa’ jiftakar fil-kelma tiegħu u jerġa’ jqajjem ulied lill-istess Abraham. Għalhekk il-profeta juża l-passat, l-istorja, biex jindirizza l-preżent u l-futur. Alla li daħal u qabeż għall-poplu tiegħu filpassat jibqa’ juri mal-poplu tiegħu l-ġustizzja u l-ħniena, kwalitajiet li huma l-garanzija ta’ futur aħjar. Il-ġustizzja u l-ħniena li jsemmi l-profeta laħqu l-qofol tagħhom fil-miġja ta’ Ġesù li l-missjoni salvifika tiegħu hija l-aqwa eżempju tal-ħniena u tal-ġustizzja ta’ Alla. Matthew Vassallo

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

229


Il-Perfezzjoni Evanġelika

“Kunu mela Perfetti...” (4) (Mattew 5, 48)

“Intom il-melħ tal-art; jekk il-melħ jitlef imluħitu, biex jimmellaħ? Għal xejn mhu tajjeb ħlief biex jintrema barra u jirtifes min-nies.” (Mt 5, 13) Din kienet l-ewwel stqarrija ta’ Ġesù wara li għallem it-Tmien Beatitudnijiet bħala l-programm ta’ kif għandu jgħix kull min irid jimxi warajh u b’hekk tintlaħaq il-perfezzjoni li Ġesù nnifsu kkmanda minn kull dixxiplu tiegħu. “Nil utilius sole et sale.” “Xejn mhu utli aktar mix-xemx u l-melħ.” Hekk kienu jgħidu r-Rumani. U hekk ukoll kien jinżamm filmentalità Lhudija ta’ żmien Ġesù. Fid-dinja antika l-melħ kellu valur kbir u kien marbut l-aktar ma’ tliet kwalitajiet: is-safa, ilpreservazzjoni u t-togħma. Is-Safa Għar-Rumani l-melħ kien ingredjent safi għax huwa r-riżultat tal-ilma baħar u taxxemx. Is-safa hija karatteristika

li trid tidher fin-Nisrani. U għax huwa msejjaħ biex ikun il-melħ tal-art jeħtieġlu jimxi fuq dak li jgħid San Ġakbu fl-ittra tiegħu fejn iħeġġiġna biex inħarsu lilna nfusna “mit-tinġis ta’ din id-dinja” u jfakkarna biex f ’qalbna nżommu “tieba safja u bla tebgħa quddiem Alla Missierna” (Ġak 1, 27). Mela n-Nisrani, għalkemm huwa bniedem li jgħix fid-dinja, irid joqgħod attent li ma jiċċappasx mit-‘tinġis’ tagħha. Il-Preservazzjoni Il-melħ huwa marbut ukoll malpreservazzjoni tal-ikel. L-antiki kienu jippreservaw ħafna mill-ikel tagħhom bil-melħ. B’hekk l-ikel ma kienx jeħżien imma jibqa’ tajjeb għal tul ta’ żmien. Hekk ukoll in-Nisrani. B’dak li jgħid u b’dak li jagħmel irid jippreserva dak li huwa tajjeb u ma jħallihx jintilef. Kull min jiġi f ’kuntatt jew f ’relazzjoni man-Nisrani għandu jsaħħaħ dak it-tajjeb li għandu fih.

230 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


It-Togħma Forsi l-aktar kwalità marbuta mal-melħ hija li dan jagħti togħma lill-ikel. In-Nisrani wkoll huwa msejjaħ biex jagħti ‘togħma tajba’ lill-ambjent li jkun fih, fis-sens li janimah u jagħtih il-ħajja. L-isfortuna hija meta naraw Insara dejjem bil-geddum, Insara ta’ nofs kedda. Wiċċhom qisu, kif ngħidu, wiċċ Laskri. Oliver Wendell Holmes darba wasal biex qal: “X’aktarx li kont naqbad it-triq tas-saċerdozju kieku ma rajtx diversi saċerdoti li kienu jġibu ruħhom qishom deffiena!” Għall-kuntrarju n-Nisrani, jekk tassew irid ikun il-‘melħ tal-art’, għandu jnissel il-ferħ f ’dinja li ħafna drabi hija mimlija ansjetà, tensjoni u inkwiet. U l-ferħ tiegħu jrid jidher u jinħass. Inkella jiġrilu bħal dak il-melħ li jitlef imluħitu u ma jkun tajjeb għal xejn ħlief biex jintrema u jiġi mirfus minnies. Din it-tixbiha Ġesù jeħodha

mill-ħajja Lhudija ta’ żmienu stess. Għax il-Lhud kienu jifirxu l-melħ taħt iċ-ċangatura tal-forn biex dan isaħħan aktar. Imma wara ċertu żmien il-melħ kien jitlef l-effett tiegħu u allura jispiċċa mormi biex floku jagħmlu melħ ġdid. Il-melħ mormi kien jitħallat mat-trab tal-art u jispiċċa mirfus minn min ikun għaddej fit-triq. Lil dan il-melħ mormi jkun jixbah dak in-Nisrani li la bi kliemu u wisq anqas b’għemilu ma jkun juri li huwa tassew dixxiplu ta’ Kristu. F’dan il-kuntest tinftiehem id-drawwa li kellhom il-Lhud fi żmien Ġesù. Meta Lhudi kien jitlef twemminu u mbagħad jispiċċa mkeċċi mis-sinagoga, biex mill-ġdid jerġa’ jsir parti millkomunità Lhudija kellu jimtedd f ’bieb is-sinagoga u bi spirtu ta’ umiljazzjoni u ndiema kien iħalli lil-Lhud jirfsuh huma u deħlin biex juri li kien qisu bħal dak ilmelħ mormi li tilef imluħitu.


U għalhekk, l-ewwel bħala Nsara u mbagħad bħala membri Museumini, jekk tassew irridu nkunu ‘l-melħ tal-art’ għandna nagħmlu attenzjoni għal kliemna u għemilna. Mingħajr din l-attenzjoni malajr nitilfu dak li aħna msejħin għalih bħala dixxipli ta’ Ġesù. Dan ifakkarni f ’dik il-ħrafa Indjana li smajt snin ilu minn fuq il-bankijiet tal-Museum ta’ dak it-tfajjel li kien iterraq ma’ missieru mat-truf ta’ għolja. Fil-għoli, f ’bejta mdaqqsa, lemaħ bajda ta’ ajkla li riedha u baqa’ sa ma ġabha. Xħin mar id-dar poġġieha taħt qroqqa. Faqqset mal-flieles u kibret magħhom, hekk li bdiet tagħmel bħalhom: timxi u tagħmel l-istess ħsejjes bħall-flieles. Il-flieles kibru u saru tiġieġ u sriedak. U magħhom ukoll kibret l-ajkla. Imma qatt ma ttajret fil-għoli għajr għal ftit piedi ’l fuq mill-art bħal sħabha t-tiġieġ. Jum fost l-oħrajn minn ġol-gallinar rat tajra tisseqqer fil-għoli u malajr qalet lit-tiġieġa: “Dik x’tajra hi li qiegħda tisseqqer fuqna?” “Dik ajkla, ir-reġina tat-tajr kollu,” weġbitha t-tiġieġa. “Ara qatt tixxennaq li tkun bħalha għax aħna maħluqin biex nibqgħu hawn fil-gallinar.” U hemm baqgħet l-ajkla. Iddur mat-tiġieġ l-oħra meta kellha kull potenzjal li titla’ fil-għoli. U dan li jista’ jiġrilu n-Nisrani li jitlef ‘imluħitu’ u ma jibqa’ tajjeb għal xejn għajr li jintrema.

Id-Dawl tad-Dinja Ġesù lid-dixxipli tiegħu ma jistedinhomx biss biex ikunu l-melħ tal-art imma wkoll iddawl tad-dinja. “Intom id-dawl tad-dinja; ma tistax tinħeba belt li qiegħda fuq għolja. U ma jixegħlux musbieħ u jqegħduh taħt il-kejl, imma fuq l-imnara biex jagħti d-dawl lil kull min hu fid-dar. Hekk għandu jiddi dawlkom quddiem in-nies, biex jaraw l-għamil tajjeb tagħkom u jfaħħru ’l missierkom li hu fissmewwiet.” (Mt 5, 14-16) Meta Ġesù kkmanda lid-dixxipli tiegħu biex ikunu d-dawl tad-dinja ma kien qiegħed jordna xejn ħlief li jkunu jixbhu lilu. “Jien id-dawl tad-dinja.” (Ġw 9, 5) Hekk stqarr Ġesù għalih innifsu dakinhar li ta d-dawl lil dak l-agħma mittwelid. Kien diliklu għajnejh bittajn u, wara li bagħtu jaħsilhom bl-ilma tal-menqgħa ta’ Silwam, ġie jara. Meta madwarek ikun isaltan iddlam, kemm tapprezza dik innitfa dawl li turik fejn inti sejjer! U kemm huwa siewi d-dawl! Meta naħseb fuq dan, f ’moħħi titfaċċa l-istorja ta’ dawk iż-żewġ aħwa subien li lejla minnhom marru mbeżżgħin fejn nannuhom għax mill-kantina kienu ġejjin ħsejjes mhux tas-soltu. “Morru għajtu kemm tifilħu biex dak li hemm jibża’ u joħroġ,” qalilhom nannuhom. In-neputijiet għamlu

232 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


kif qalilhom imma l-ħsejjes hemm baqgħu. “Idħlu b’xi lasta tal-injam f ’idejkom u sawtu fil-vojt ta’ dak id-dlam. Hekk issa jibża’ u malajr joħroġ ’il barra.” Imma lanqas dan ma waqqaf il-ħsejjes ta’ ġol-kantina. “Morru u ixegħlu xemgħa,” qalilhom fl-aħħar innannu. U hekk għamlu. Sabu landa vojta maqluba li kienet titħarrek min-naħa għal oħra talkantina bir-riħ li kien dieħel minn tieqa ċkejkna li tħalliet miftuħa. “Qed taraw kemm jiswa d-dawl?” qalilhom in-nannu. “Bih keċċejtu dak li kien qiegħed ibeżżagħkom.” Il-messaġġ ta’ din l-istorja jgħodd għalina wkoll. Aħna wkoll imsejħin biex inkunu ‘dawl’ għal ħaddieħor. Bħad-Dawl tal-Qamar Bħalma l-qamar billejl jagħti d-dawl billi jirrifletti dawl ix-

xemx, hekk in-Nisrani jrid jirrifletti d-dawl ta’ Kristu. U min jista’ jagħti minn dak li m’għandux? “Jien hu d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott, għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” (Ġw 15, 5) Inkunu nistgħu nwasslu ‘d-dawl’ ta’ Kristu meta Kristu jkun jgħammar fina u aħna fih. Id-dawl ma jistax jiġi moħbi imma jeħtieġ li jidher. Id-djar tal-Lhud ta’ żmien Ġesù kienu x’aktarx mudlama, mibnija bi ftit twieqi żgħar bħal dik it-tieqa li dari kienet tissejjaħ l-imrewħa. Dan minħabba s-sigurtà u l-kenn, speċjalment billejl biex ħadd ma jidħol fuqhom għal għarrieda. U allura kienu jinqdew bl-imsiebaħ mixgħula biż-żejt li kienu jitpoġġew kemm jista’ jkun fil-għoli biex idawlu. Hekk għandha tkun il-ħajja tan-Nisrani. Id-dixxiplu ta’ Ġesù ma jistax jaħbi l-istil tal-ħajja tiegħu. Il-ħajja


Nisranija lanqas tista’ tibqa’ biss ’il ġewwa mill-ħitan tal-Knisja, imma trid tidher kullimkien. Bħal-Lanterna Id-dawl jista’ jservi wkoll ta’ gwida, bħal-lanterna li turi lill-kaptan tal-vapur id-direzzjoni lejn il-port. In-Nisrani huwa msejjaħ biex ikun ‘gwida’ għall-oħrajn. Dan iseħħ aktar bl-eżempju milli bil-kliem. Ejjew niftakru x’għamel Franġisku ta’ Assisi. Lil sieħbu talbu biex jakkumpanjah għal prietka li kellu jagħmel. Bdew mexjin ittnejn flimkien fit-toroq ta’ Assisi, għaddejjin minn triq għal oħra sakemm reġgħu lura fit-triq li telqu minnha. “U l-prietka? Fejn ser tagħmilha?” staqsieh il-patri żagħżugħ lil Franġisku. “Ġa għamilnieha, aħna u mexjin fit-toroq tal-belt,” wieġbu l-qaddis. Il-Papa Franġisku wkoll wassal dan il-messaġġ meta darba f ’Udjenza Ġenerali qal: “Għandna ngħallmu dejjem. U xi drabi bil-kliem ukoll.” Hawn hi l-importanza tal-eżempju li nagħtu b’għemilna. Min jaf kemm-il darba smajnieha l-frażi li l-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar! U hawn

tgħodd ħafna dik is-sentenza li darba kien qalli Soċju anzjan: “Dak li qiegħed tagħmel tant qiegħed jgħajjat li m’iniex nisma’ dak li qiegħed tgħid!” Għalhekk f ’dinja fejn dak li huwa negattiv u li jdallam donnu jidher u jinstema’ wisq aktar minn dak li huwa pożittiv u li jdawwal, sewwa li mingħajr biża’ nkunu dawl għalloħrajn. U dan jitlob kuraġġ kbir għax inkunu nidhru differenti. Xi ħadd darba qal: “Difference is a sign of leadership. It takes courage, great courage, to be different.” Nitolbu lil Ġesù, li huwa d-dawl veru, biex idawwal lil moħħna bilbenefiċċji tiegħu. U ma’ Dun Ġorġ nitolbu t-talba li nsibu fil-ktieb tiegħu Il-Mansjonijiet: “Alla, O Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesù Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti ma tħallinix niddallam bil-passjonijiet talbniedem il-qadim. Ammen.” Michael Debono (Ħsibijiet imnebbħin millmeditazzjonijiet tal-irtir li għamel P. Charló Camilleri O. Carm.)

234 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Irrid Naqra

Sibt ’l Alla fid-Deżert ta’

Harry Formosa SJ

D

an l-aħħar kelli okkażjoni li nerġa’ naqra l-ktieb Sibt ’l Alla fid-Deżert. Għedt “nerġa’ naqra” għax jien ktieb tajjeb u li jogħġobni nerġa’ ndur għalih u naqrah iżjed minn darba. Drabi oħra naqra partijiet minnu skont il-ħin li jkolli jew il-ħtieġa, speċjalment fil-preparazzjoni ta’ xi taħdita li nkun mistieden nagħmel. Il-ktieb li qiegħed nirriferi għalih hu għal qalbi ħafna. Fih varjetà ta’ suġġetti fuq temi reliġjużi, mhux miktub bi kliem għoli iżda aktarx b’mod sempliċi u l-kontenut fih tassew x’tomgħod u x’tixtarr. Ilkelma ħafifa u l-ħsibijiet qosra li Patri Harry Formosa jaddatta għal dan il-ktieb iwasslu veritajiet talfidi tagħna u jgħinu lil dak li jkun isib il-mod ta’ għejxien spiritwali li jixtieq, bil-grazzja ta’ Alla, jilħaq u jżomm. Barra minn hekk il-ktieb hu mibni minn kapitli żgħar, ħafna minnhom mhux aktar minn żewġ jew tliet paġni, u għalhekk wieħed ma jegħjiex jaqra minnu, imqar ftit kuljum.

fil-kappella ċkejkna ta’ Wajir fiddeżert tat-tramuntana tal-Kenja fejn hemm ftit Insara jgħixu qalb ħafna Musulmani, esperjenza li tmur lura lejn is-snin tmenin tas-seklu għoxrin. Kienet iddifferenza ta’ bejn l-Insara u n-nies ta’ reliġjonijiet oħra li ġagħlitu jaħseb u jimmedita aktar fuq ittwemmin tagħna, speċjalment fuq Alla Trinitarju u fuq il-Missier li bagħat lil Ibnu jsir bniedem biex iwasslilna l-messaġġ tal-Missier tagħna u jurina l-ferħ ġenwin li nsibu fih u fl-Ispirtu li kien mogħti

Patri Formosa, li miż-żmien li ġie ppubblikat il-ktieb (Jannar 2012) laħaq għadda għall-ħajja ta’ dejjem, donnu xtaq li jħalli xi kitba warajh biex aħna bħalu nsibu ’l Alla tal-imħabba kif skoprieh hu f ’ħajtu. Dan għamlu speċjalment bl-esperjenza qawwija li kellu Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

235


lilna għax aħna, bħal Kristu, insiru midlukin għal missjoni speċjali li għandha mill-istess missjoni talIben ta’ Alla. Il-ktieb hu magħmul minn tliet taqsimiet prinċipali. L-ewwel taqsima titkellem fuq Alla taħt diversi aspetti u ma tonqosx tenfasizza r-relazzjoni tagħna miegħu. Allura hemm ukoll kapitli (dejjem żgħar) fuq kif għandna nogħdsu fit-talb, kif ngħixu l-moralità Nisranija, kif ikun Nisrani ideali u kif għandna nintrabtu mal-volontà ta’ Alla. It-tieni taqsima tal-ktieb tiffoka l-aktar fuq Ġesù li għoġbu jsir wieħed mill-aħwa tagħna u tagħti titwila fuq il-ġrajjiet l-iżjed sinifikanti li għadda minnhom. Titkellem ukoll fuq is-sentimenti ta’ Ġesù (il-ħniena tiegħu, l-għażla favur il-foqra, kif fisser x’inhu l-ferħ u saħansitra l-gradwazzjoni ta’ Ġesù li seħħet kompletament bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet). F’din ittaqsima wieħed isib ukoll riferenzi qawwija għall-Ispirtu Qaddis, kif ukoll żewġ kapitli dwar Marija, omm Ġesù. It-tielet taqsima tixħet dawl ċar ħafna fuq is-sagramenti inġenerali kif ukoll wieħed, wieħed. Hawnhekk wieħed jara fejn l-iżjed li kienet tħabbat qalb l-awtur Ġiżwita għax fuq is-Sagrament tal-Ewkaristija jiddedika mhux

inqas minn tmien kapitli (madwar għoxrin paġna). Huwa jitkellem dejjem b’mod ħelu u frisk fl-ideat tiegħu, għax xħin taqra donnok qiegħed tiltaqa’ ma’ dawn l-ideat għall-ewwel darba. Ma jonqosx li jsemmi diversi eżempji ta’ Padre Pedro Arrupe li kien is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti, bniedem kbir u devot tal-Ewkaristija. F’din it-taqsima wieħed isib ukoll kapitli fuq il-mewt, il-ħajja ta’ wara din u liema hi l-vera reliġjon. Fid-diversi taqsimiet jidħlu wkoll mumenti ta’ talb li l-awtur ħa milletteratura reliġjuża, fosthom talb ta’ Michel Quoist, San Franġisk Saverju u Patri Arrupe, dan talaħħar bil-kitba famuża tiegħu Talba lil Ġesù, il-mudell tagħna (imqassra). Nixtieq ngħid ukoll li fost il-kitbiet ta’ Patri Formosa hemm waħda li t-titlu tagħha hu It-Tbatija Fiha Sens? u li jiena qrajt diversi drabi. Żgur li mhijiex l-aħħar kelma fuq it-tbatija, iżda żgur ukoll li tgħin bil-kbir lil min jistaqsi din ilmistoqsija li tant ħabbtet u għadha tħabbat il-bnedmin, inklużi l-Insara ta’ kull żmien. Ħaġa li għadni ma semmejtx hi li waqt il-qari ta’ dan il-ktieb wieħed jiltaqa’ mal-esperjenza personali tal-kittieb li ried jaqsam magħna xi aneddoti li kellu ma’ nies partikulari. Ma’ dawn wieħed jista’ jżid li l-ktieb fih ukoll għadd

236 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


imdaqqas ta’ eżempji mill-ħajja ta’ kuljum, eżempji oħrajn meħudin minn ġrajjiet kurrenti u xi stejjer qosra, ħelwin kemm tridhom. Dawn l-eżempji u l-istejjer bla dubju jkomplu jħaffu l-qari u jagħmluh aktar pjaċevoli. Wieħed jista’ wkoll jiftakar iżjed it-tagħlim permezz ta’ dawn l-eżempji li jikkumplimentaw il-messaġġ talawtur. Bla dubju Sibt ’l Alla fid-Deżert huwa frott ta’ ħajja mgħoddija b’tant gost spiritwali f ’għaqda ma’ Alla Trinitarju u f ’relazzjoni millaktar sana mal-bnedmin. Il-ktieb huwa xhieda ta’ dan. Żgur ukoll li l-ħsibijiet qaddisa kienu minn dejjem f ’moħħ u f ’qalb Patri Harry Formosa SJ, iżda mbagħad l-esperjenza tad-deżert (proprja u metaforika) kompliet

tagħni u tkabbar dawn il-ħsibijiet. Biex nagħlaq ħa nikkwota x’kellu jgħid l-awtur innifsu fuq dan. “Dawn il-ħsibijiet komplew jiżviluppaw fija matul is-snin, hekk li r-reliġjon tagħna saret għalija l-isbaħ ħaġa f ’ħajti, li tagħti tifsira għall-mistoqsijiet li jiġuni u li jesprimu miegħi n-nies bħala saċerdot. Saret parti integra minn ħajti li tagħtini direzzjoni ċara fejn jien sejjer. “Għalhekk xtaqt naqsam ma’ oħrajn dawn il-ħsibijiet, bit-tama li nwasslilkom l-entużjażmu tiegħi għall-ħajja fit-Trinità u l-intimità ma’ Ġesù li skoprejt. Nittama li min jaqra dan il-ktieb ikollu idea ħafna isbaħ tal-fidi li Alla tah filMagħmudija.” Ġorġ Borg

Għandi l-impressjoni li ħajti tista’ tinkiteb f ’sentenza waħda: “Din immaturat u kibret skont ir-rieda ta’ Alla.” Pedro Arrupe

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

237


Varji

Dun Ġorġ u l-Ispiritwalità tal‑Karmelu

L

-ewwel jum tat-tridu tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca ħabat il-Ħadd 6 ta’ Mejju 2018 (Is-Sitt Ħadd tal-Għid). Il-quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża kienet immexxija mill-Provinċjal tal-Karmelitani, Patri Alexander Vella. Din il-quddiesa kienet ukoll imxandra b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni. Ħassejna li l-omelija ta’ Patri Alexander għandha tiġi ppubblikata minħabba l-ħsibijiet profondi tagħha kif ukoll għax proprju fix-xahar ta’ Lulju jitfakkar il-mitt anniversarju minn meta Dun Ġorġ inkiteb bħala Terzjarju Karmelitan fil-Knisja tal-Karmelitani f ’Santa Venera. Permezz ta’ dan l-artiklu nistgħu nifhmu iktar ir-rabta profonda bejn l-ispirtu Museumin u dak Karmelitan. It-tema tal-Liturġija ta’ dan ilĦadd partikulari kienet: “Sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.” L-iktar ħaġa li tikkaratterizza l-ħbiberija hija l-kapaċità li l-ħbieb jaqsmu bejniethom l-iktar affarijiet li għandhom għal qalbhom. Ġesù ġie biex jagħmilna ħbieb tiegħu; mhux sempliċiment isejħilna ħbieb imma jagħmilna ħbieb tiegħu tassew, idaħħalna fl-intimità tiegħu. Għaliex dak li sama’ mingħand Missieru, jiġifieri dak li jaf għaliex Hu u l-Missier huma ħaġa waħda, jgħarrafhulna. San Ġwann fl-Evanġelju tiegħu l-ħin kollu jurina lil Ġesù bħala dak li jgħarrafna lill-Missier, jgħarrafna lill-Missier bħala wieħed li lill-Missier jafu minn

ġewwa, għax Hu u l-Missier huma ħaġa waħda. Jgħarrafna lill-Missier u jdaħħalna fl-istess relazzjoni illi Hu għandu ma’ Missieru: “Ibqgħu fija u jiena nibqa’ fikom, kif jiena fil-Missier u l-Missier fija.” Ġesù sejħilna u għamilna ħbiebu għaliex kixfilna beraħ is-sigrieti li Hu jaf mingħand il-Missier. San Ġorġ Preca daħal fil-qalba ta’ dan il-misteru, ta’ Ġesù li jgħarrafna lill-Missier, ta’ Ġesù li jsejħilna u jagħmilna ħbiebu għax jirrivelalna u jgħallimna dak kollu li Hu rċieva mingħand Missieru. M’hemmx dubju li Dun Ġorġ

238 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


għex fil-ħbiberija ta’ Ġesù, għex f ’intimità miegħu, u mingħandu tgħallem, b’mod l-iktar personali u dirett, is-sigrieti tal-Missier, il-ħajja ta’ Alla nnifsu, it-tagħlim tal-Evanġelju. Għal San Ġorġ Preca din kienet il-vokazzjoni partikulari tiegħu, il-kariżma li rċieva mingħand Alla, li jsir ħabib intimu ta’ Ġesù Kristu. Ġesù jgħallem dak li rċieva mingħand il-Missier biex kull dixxiplu jgħaddih lill-oħrajn u jagħmel nies oħrajn “ħbieb talEvanġelju”, kif kien isejħilhom Dun Ġorġ, biex dawn imbagħad jagħmlu ħbieb tal-Evanġelju minn persuni oħra. U allura din ir-rivelazzjoni li Ġesù ġabilna, it-tagħlim tal-Missier li Ġesù ġie biex jagħtina, tibqa’ tinxtered. Ix-xewqa kbira ta’ San Ġorġ Preca kienet: “Mgħallem, mhux li kien li l-Evanġelju jilħaq id-dinja kollha.” Xewqa bħal din seta’ jesprimiha proprju għaliex daħal fil-qalba ta’ dan il-misteru tal-ħbiberija ma’

Ġesù li f ’din il-ħbiberija jgħarrafna tassew lill-Missier. Aħna lkoll imsejħin biex nidħlu f ’din ilħbiberija ma’ Ġesù, ħalli aħna wkoll insiru ħbieb tal-Evanġelju, ħbieb ta’ Ġesù. Nitgħallmu dejjem iktar minn Ġesù min hu Alla. Mhux sempliċiment nitgħallmu fuq Alla, imma nħallu lil Ġesù jdaħħalna fl-istess relazzjoni li Hu għandu mal-Missier ħalli mbagħad insiru xiehda tiegħu fid-dinja. Dan hu preċiżament dak li jgħallimna San Ġorġ Preca. Din kienet il-qalba tas-sejħa tiegħu u tal-missjoni tiegħu. Dun Ġorġ ħa bis-serjetà ħafna din is-sejħa tiegħu għall-intimità ma’ Ġesù, għall-ħbiberija ma’ Ġesù. Xorobha l-ewwel nett mill-Evanġelju, millkelma ta’ Alla, imma xorobha wkoll mill-għejun kollha talispiritwalità Nisranija li tul ħajtu fittex u xtarr. M’hemmx dubju li din l-intimità ma’ Ġesù xorobha wkoll millispiritwalità tal-Karmelu. Hu

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

239


kien midħla tal-ispiritwalità tal-Karmelu għaliex twieled qrib is-Santwarju tal-Madonna talKarmnu tal-Belt u meta kien għadu tifel ġie miktub fil-Labtu. Imma f ’mument partikulari ta’ ħajtu, mument li fih kien għaddej minn ċerta diffikultà minħabba s-Soċjetà li waqqaf, San Ġorġ Preca rċieva l-ispirazzjoni li jidħol ftit iktar ’il ġewwa f ’din l-ispiritwalità Karmelitana. Proprju mitt sena ilu, preċiżament fil-21 ta’ Lulju tal-1918, huwa daħal fit-Terz Ordni Karmelitan fil-knisja tagħna ta’ Santa Venera. U ħadha bis-serjetà din is-sejħa tiegħu li jkun terzjarju Karmelitan; kien saħansitra jiftaħar li hu terzjarju Karmelitan. U l-Ordni Karmelitan irrikonoxxa l-ħidma ta’ Dun Ġorġ b’risq it-tixrid taddevozzjoni lejn il-Madonna talKarmnu billi wara ċ-Ċentinarju tal-Labtu, li fih Dun Ġorġ ħadem bis-sħiħ, tah dik li nsejħulha l-filjolanza tiegħu, jiġifieri prattikament għamlu membru talOrdni, b’mod onorarju. Minbarra li kien terzjarju, tah ukoll dan l-unur. X’kien dak li xorob San Ġorġ Preca mill-ispiritwalità Karmelitana? X’fittex fiha? Jiena naħseb li l-iktar ħaġa li ġibditu lejn il-Karmelu u l-ispiritwalità tiegħu kienet id-devozzjoni li huwa kellu lejn il-Madonna. Devozzjoni li ma kinetx waħda superfiċjali imma frott l-għarfien veru tar-rwol ta’

Marija fil-Pjan tas-Salvazzjoni, rwol li ma jiqafx sempliċiment filfatt li ġabet lil Ġesù fid-dinja imma jkompli fil-fatt li ssieħbet miegħu fil-misteru tal-fidwa u saret omm id-dixxippli, omm il-Knisja. Dun Ġorġ kien jemmnu bis-sħiħ dan u kellu din ir-relazzjoni ma’ Marija bħala omm il-Knisja, omm iddixxipli u allura l-omm li qiegħda tnissel fina lil Ġesù. Naħseb li din kienet waħda mill-affarijiet li fittex meta ssieħeb fit-Terz Ordni Karmelitan - il-protezzjoni speċjali tal-Madonna. Huwa jħares lejn il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu preċiżament bħala sinjal ta’ protezzjoni min-naħa ta’ Marija, sinjal tal-ħniena li Alla juri magħna. Imma mhux biss. Dan għaliex il-Labtu tal-Karmnu fih żewġ dimensjonijiet. Huwa sinjal tal-protezzjoni min-naħa ta’ Marija, imma min-naħa l-oħra huwa wkoll sinjal tal-impenn tagħna li nfasslu ħajjitna fuqha. U allura Dun Ġorġ huwa u jitkellem fuq il-Labtu tal-Karmnu jgħid li permezz tal-Labtu tal-Karmnu Marija tonorana għax tqisna bħala aħwa tagħha. Aħna fl-Ordni Karmelitan niftaħru li nġibu

240 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Il-Profeta Elija

l-isem tal-Aħwa tal-Imqaddsa Marija Verġni tal-Għolja talKarmel. Dun Ġorġ fehmu dan l-aspett tal-ispiritwalità tagħna u qies il-Labtu bħala ħaġa li tonorana għax Marija tqisna bħala aħwa tagħha. Imma x’jiġifieri aħwa tagħha? Aħwa tagħha jiġifieri nies li jimpenjaw ruħhom li jgħixu l-istess ħajja tagħha. U allura San Ġorġ Preca jgħid ukoll li min jilbes il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu jrid jgħix il-virtujiet tagħha – dak hu li jfisser fl-aħħar mill-aħħar. Dan hu l-patt: il-protezzjoni min-

naħa tagħha u min-naħa tagħna t-telqa f ’idejha billi nimxu fuq ilpassi tagħha u ngħixu l-istess ħajja li għexet hi, bħala dixxipli ta’ Ġesù. Ma naħsibx, iżda, li dan kien l-uniku aspett li Dun Ġorġ Preca xorob mill-ispiritwalità Karmelitana. Forsi huwa aspett mill-iktar li jidher, imma hemm ieħor partikulari fil-kitbiet ta’ San Ġorġ Preca u fil-ħajja tiegħu li għalina bħala Karmelitani huwa essenzjali. U dan huwa l-għejxien fil-preżenza ta’ Alla.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

241


L-ispiritwalità tagħna hija spiritwalità kontemplattiva, ta’ min jipprova jgħix fil-preżenza ta’ Alla. Għalina l-figura tal-Profeta Elija hija l-figura fundamentali flimkien ma’ dik ta’ Marija. Il-Profeta Elija li fl-Iskrittura jistqarr: “Jiena wieqaf quddiem il-Mulej, jiena ngħix fil-preżenza tiegħu.” U allura flispiritwalità tagħna għandna dak li nsejħulu l-eżerċizzju tal-preżenza ta’ Alla, jiġifieri li matul ilġurnata mhux biss insibu ħinijiet partikulari li fihom ninġabru, li ninqatgħu biex inkunu ftit ma’ Alla fis-skiet fit-talb, imma li anke waqt l-okkupazzjonijiet tal-ġurnata, bħall-Profeta Elija, infittxu li ngħixu l-ħin kollu fil-preżenza ta’ Alla. San Ġorġ Preca fil-pedagoġija kbira tiegħu ħoloq, għall-membri tas-Soċjetà tiegħu, l-Arloġġ Museumin. U l-Arloġġ m’għandux skop ieħor ħlief dak li jgħin lill-membri jgħixu fil-preżenza ta’ Alla, kwarta wara l-oħra tul il-ġurnata kollha. Ġakulatorja żgħira, talba żgħira li tfakkar lil dak li jkun li qiegħed filpreżenza ta’ Alla. Huwa indikattiv li San Ġorġ Preca qiegħed l-Arloġġ Museumin taħt il-protezzjoni tal-Profeta San Elija, tal-profeta tal-preżenza ta’ Alla, tal-profeta

li minnu l-Ordni Karmelitan jitgħallem jgħix fil-preżenza ta’ Alla. U f ’ħafna mit-talb tiegħu għandu dik il-frażi li mill-ġdid tisħaq fuq dan l-aspett: “Sinjur Alla, inti hawn u jiena fik.” Naħseb dan jindika b’mod l-iktar ċar dan l-eżerċizzju kontinwu li ngħixu fil-preżenza ta’ Alla: “Sinjur Alla, inti hawn. Qiegħed fejn qiegħed, inkun nagħmel xi nkun nagħmel, inti hawn u jiena fik!” Din irrelazzjoni tant intima li kellimna fuqha Ġesù fl-Evanġelju tal-lum: “Ibqgħu fija u jiena nibqa’ fikom.” San Ġorġ Preca, imlaqqam ukoll f ’din l-ispiritwalità tal-Karmelu, bil-kliem ta’ Ġesù Kristu flEvanġelju tal-lum jistedinna hu wkoll biex inkunu ħbieb ta’ Ġesù, biex ngħixu fih, f ’Ġesù. Biex infittxu l-preżenza tiegħu, il-preżenza ta’ Alla f ’ħajjitna, ħalli Ġesù jgħarrafna dejjem iżjed lilu nnifsu, jgħarrafna lillMissier, u bħalu, bħal San Ġorġ Preca, ikollna l-grazzja li mhux biss nagħrfu aħna lil Ġesù u lillMissier imma nkunu tant ħbieb tal-Evanġelju li nippruvaw irressqu nies oħra biex ikunu bħalna ħbieb ta’ Ġesù, biex jitgħallmu dejjem aktar min hu Ġesù, min hu Alla, u jidħlu f ’relazzjoni vera miegħu. Patri Alexander Vella O. Carm.

242 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Varji

L

Nittama li Kien Biss Qed Jgħ idhieli biċ‑Ċajt!

estejna bħas-soltu mil-lezzjoni u nżilna isfel biex nilagħbu ftit fil-bitħa. Ma konniex ħafna, anzi numru żgħir. Meta nkunu hekk nieħu gost ngħid xi kelma magħhom, waqt li nixxuttjaw il-ballun. U kultant lanqas taf fuqiex jiġi d-diskors. Imma ma’ dan iż-żagħżugħ ħin minnhom semmejt il-ġenna u allura ma jistax jonqos li semmejna wkoll lil Ġesù. Niftakar li qalli: “Imma l-ġenna x’ser noqgħod nagħmel?” U jien weġibtu: “Ħeqq, mhux tgawdi lil Ġesù għal dejjem? Tkun miegħu għall-eternità!” Niftakar dan iżżagħżugħ ħares lejja b’ħarsa li tfisser ħafna u b’nofs daħka qalli: “Daqshekk biss? ... Mhix worth it!” Għedtlu: “Ma tridx tmur il-ġenna?” “Iva,” qalli, “imma mhux hekk!” Min jaf x’jiġi f ’moħħhom? Niftakar darba kont qed nitkellem ma’ qassis spiritwali ħafna u jidhirli li konna qed insemmu wkoll dan is-suġġett, jiġifieri l-ġenna, u niftakar li qalli li filġenna ser nieħdu pjaċir ingawdu lil Alla għall-eternità imma l-ħin kollu b’mod ġdid u sabiħ, qisek qed iddawwar djamant u l-ħin kollu tara l-isplendur tiegħu. Jien u int, qed nixxennqu xejn biex naraw lil Ġesù? Qed niżirgħu xejn din ix-xewqa fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna? Dan iż-żagħżugħ ħasadni ftit bir-risposta tiegħu meta qalli: “Mhix worth it.”

F’qalbi għedt: “Mhix worth it, tkun ma’ Ġesù?” Ftakart f ’dik l-espressjoni qawwija talFundatur: “O siegħa feliċi li fiha naraw il-wiċċ li jifforma l-għaxqa tal-qaddisin!” Jew it-talba ta’ dawk il-Griegi li marru għand Filippu u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.” ( Ġw 12, 21) Inħoss din l-istess xewqa qawwija fil-jum qaddis tal-Għid il-Kbir. Niftakar f ’dik l-istatwa sabiħa li kellna ta’ Kristu rxoxt u tant kont inħoss ferħ fija meta kont naqra l-kliem ‘Resurrexit sicut dixit!’ F’dik l-atmosfera ta’ ferħ il-qawmien tal-Ħadd filgħodu kont inħossni, u għadni, nitqanqal biex lil Ġesù nifraħlu, inkun

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

243


nixtieq ngħannqu miegħi, nixtieq immissu bħal Marija fil-ġnien, nixtieq narah u ma nitilqux minn quddiemi. Min ikun iħobb lil xi ħadd jixtieq li jibqa’ miegħu għal dejjem. Hekk nixtieq jien ma’ Ġesù, inkun miegħu għal dejjem. Imissha mhix worth it! Min jaf kemm huwa sabiħ Ġesù! Jiena nemmen li hemm xewqa moħbija ta’ intimità ma’ dan Ġesù f ’kull bniedem, anki jekk qatt ma jkun sama’ bih, anki jekk ma jkunx jafu. Xhieda ta’ dan huwa l-ħalliel imsallab li talbu bil-ħerqa biex jiftakar fih meta jkun fis-saltna tiegħu. Naħseb li dan qatt ma kien rah lil Ġesù, imma qalbu nġibdet lejh. Ġesù b’xi mod jiġbed lil kulħadd lejh: “Illejla stess tkun fil-ġenna miegħi.” (Lq 23, 43) Xi tħoss kieku Ġesù kellu jgħidlek l-istess illum? Fil-ktieb tiegħu Seven Last Words, id-Dumnikan Timothy Radcliffe juri kif Alla għandu sens differenti ta’ żmien milli għandna aħna.

Jgħid li Alla jgħix fl-illum taleternità. L-eternità ta’ Alla tidħol ’il ġewwa f ’ħajjitna issa stess. L-eternità mhix x’jiġri fl-aħħar taż-żminijiet wara li mmutu. F’kull ġest ta’ mħabba u għemil tajjeb inkunu mattarna saqajna fl-eternità, li hi l-ħajja ta’ Alla, dan Alla li tant jiggosta ’l-bniedem u jrid jissieħeb miegħu kull mument. Iva, ma’ Ġesù jew se nkun għal dejjem, jew inkella xejn. Irrid li t-tinda tiegħi tibqa’ mwaqqfa għat-tul tal-eterna. “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn!” (Lq 9, 5) Irrid li jinfetħuli għajnejja u nagħraf: “Imbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh, iżda Hu għab minn quddiemhom.” (Lq 24, 31) Dakinhar hu għab u d-dixxipli marru lura Ġerusalemm. Meta nkun wasalt jien ħdejh, din iddarba ma jgħibx imma jħaddanni miegħu għal dejjem. Għalija jkun wasal l-iktar mument li jiswa ... u jkun worth it żgur! Kevin Scicluna

244 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Varji

Nirringrazzjak, o Alla!

W

aqt waħda mill-Ġimgħat ta’ Formazzjoni Museumina li qed isiru għal gruppi żgħar ta’ Oqsma, sar eżerċizzju fejn il-membri u l-Kandidati kellhom ftit ħin biex fi spirtu ta’ talb jaħsbu u jiktbu xi realtajiet ta’ ħajjithom li jħossu li għandhom jirringrazzjaw lil Alla tagħhom. Hawnhekk qed inġibu xi wħud mir-riflessjonijiet li nkitbu b’mod anonimu. Impossibbli għan-Nisrani u għall-membru Museumin li jgħix ħajja awtentika bil-ferħ u li tispira lill-oħrajn jekk f ’qalbu ma jkollux sens kbir ta’ gratitudni lejn Alla li kollox minnu ġej. Dawn ir-ringrazzjamenti huma ta’ membri u Kandidati partikulari. Imma jistgħu jkunu tiegħek ukoll! Nirringrazzjak, O Alla, ... Għall-grupp tal-Assenjatur li lest li jisma’ u jaqsam l-ideat u l-pariri ta’ kulħadd. Għall-okkażjonijiet fejn nista’ nipprattika tassew il-virtujiet Insara u Museumini. Għall-ħin ta’ riflessjoni fil-ħajja tiegħi fejn tinħass il-preżenza tiegħek. Li tagħtini l-grazzja li nisma’ l-Quddies kuljum. Għall-persuni li jagħtu kasi u li sinċerament jieħdu ħsiebi. Tal-imħabba li l-membri tal-Qasam u tas-Soċjetà juruni, flimkien malgħajnuna li jagħtuni.

Tat-talenti li tagħtini biex bihom ngħin fil-Qasam u permezz tagħhom niskopri iktar lili nnifsi. Tal-ferħ u l-paċi ġenwina li tagħtini fil-vokazzjoni Museumina. Tal-klassijiet li ngħallem, tal-ħidma li nagħmel fil-Qasam, tal-materja fl-Assenjatur, tal-ħin tal-logħob mat-tfal u tal-ħin ta’ preparazzjoni għas-servizz tas-Soċjetà. Għall-ħin li nagħti għall-oħrajn biex ngħix il-vokazzjoni Museumina. Talli minkejja d-diffikultà bejn il-ħin tax-xogħol u tal-Qasam, inti tibqa’ ssostnini sabiex inkun strument f ’idejk biex inkun nista’ nagħti formazzjoni lit-tfal, liż-żgħażagħ u nies oħra li jiġu f ’kuntatt miegħi.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

245


Talli sibt nies li jgħinuni meta nkun għaddej minn xi diffikultà fil-ħajja.

Tal-ħeġġa li nara fil-grupp talQasam li tant timlieni bil-kuraġġ.

Tas-sagrifiċċji li l-membri u l-Kandidati jagħmlu minħabba fija.

Talli nibqa’ naċċetta malajr kull servizz li niġi mitlub nagħmel.

Talli tagħtini l-okkażjoni li niltaqa’ miegħek b’mod regolari.

Tal-ħin, tal-attenzjoni u tal-ħsieb fuq dak kollu li hu Museumin.

Tal-isforz li nagħmel biex inħobbok dejjem iktar billi nipprova nagħmel iktar ir-rieda tiegħek.

Għall-attendenza assidwa fil-Qasam billi nipprova ma nfalli qatt.

Tal-għajnuna li tagħtini waqt l-eżamijiet. Talli jibqa’jikolli l-għatx biex nadurak u jekk tiġi n-nixfa nibqa’ ffukat fuqek. Tal-fidi li tajtni għax permezz tagħha jien għandi post għalik. Tat-tama u l-kuraġġ li tnissel filqalb tiegħi, speċjalment f ’dawk il-mumenti ibsin tal-ħajja. Tal-isforz li nagħmel biex naċċetta u ninkludi lill-oħrajn. Għall-ħin li fih inkun disponibbli biex nagħti għajnuna u sapport lilloħrajn.

Tal-ordni, tad-dixxiplina li tifforma u tal-organizzazzjoni fil-Qasam. Tal-attenzjoni li nagħti lil sħabi billi nipprova nifhem minn xiex ikunu għaddejjin. Tal-eżempji ħajjin li nara ta’ kuljum u li jkabbruli l-fidi. Talli nibqa’ miftuħ biex meta jkun hemm il-bżonn immur naqdi anke f ’Qasam barra minn Malta. Talli tagħtini l-grazzja li nħobb is-Soċjetà. Biex tħobb trid tbati u tinsa lilek innifsek. Jekk ikun hemm bżonn nixtieq inbati iktar għasSoċjetà imma, Sinjur Alla, għal dan għandi bżonnok.

Għall-fatt li inti ħlaqtni u li tajtni din il-vokazzjoni sabiħa.

Talli nifhem li sħabi għandhom l-intenzjoni li Ġesù jkun magħruf u maħbub u mhux xi intenzjoni oħra.

Talli nista’ nitqaddes bil-vokazzjoni Museumina.

Talli nkompli nuża l-ħin, il-ġid u saħħti għall-oħrajn.

Talli tfakkarni biex nitlob għasSoċjetà u għall-membri. 246 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Djarju Museumin

Mejju-Ġunju 2018 Festa ta’ San Ġorġ Preca Il-festa ta’ San Ġorġ Preca ġiet iċċelebrata permezz ta’ diversi attivitajiet. L-Erbgħa 2 ta’ Mejju saret laqgħa ċelebrattiva bejn iż-żewġ sezzjonijiet. Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju kienet organizzata adorazzjoni fil-knisja tadDumnikani r-Rabat, fejn il-membri animaw il-laqgħa permezz ta’ talb tal-Fundatur. L-adorazzjoni kienet imxandra fuq Radju Marija. Mill-Ħadd 6 sat-Tlieta 8 ta’ Mejju sar it-tridu tal-festa fil-kappella tal-Midalja Mirakuluża. F’dawn il-jiem il-kappella baqgħet miftuħa sa tard billejl għal dawk li xtaqu jitolbu fiha. It-Tlieta 8 ta’ Mejju sar il-Programm fl-Oqsma. F’jum il-festa nfetħet għall-pubbliku d-dar ta’ Dun Ġorġ f ’Santa Venera. Filgħaxija fil-parroċċi l-membri ħadu ħsieb janimaw il-Quddiesa tal-festa. Fil-parroċċa ta’ Santa Venera Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Quddiesa konċelebrata wara pellegrinaġġ mill-parroċċa ta’ San Gejtanu filĦamrun. F’dawn il-jiem ukoll beda jitqassam il-ktejjeb Ftuħ il-Qalb, b’ġabra qasira ta’ talb ta’ Dun Ġorġ. Ġimgħa ta’ Formazzjoni Is-Soċjetà kompliet torganizza Ġimgħa ta’ Formazzjoni Museumina

għall-Oqsma. Matul din il-ġimgħa l-membri jkollhom l-okkażjoni jisimgħu u jirriflettu fuq aspetti differenti tal-ħajja Museumina, anke permezz tal-esperjenzi li jaqsmu ma’ xulxin. L-ewwel Ġimgħa saret mit-Tnejn 30 ta’ April sal-Ħadd 6 ta’ Mejju u fiha ħadu sehem l-Oqsma ta’ Ħ’Attard u Lija-Balzan. Fit-tieni Ġimgħa li saret mit-Tnejn 28 ta’ Mejju sal-Ħadd 3 ta’ Ġunju ħadu sehem l-Oqsma tar-Rabat, Sannat, ix-Xewkija u x-Xagħra. Laqgħat fi Gruppi Matul ix-xahar ta’ Mejju u Ġunju l-Laqgħat Ġenerali ta’ tliet Erbgħat konsekuttivi saru fi gruppi skont l-età. Matul dawn il-laqgħat, isSoċji u l-Kandidati ddiskutew tliet aspetti mill-ħajja tal-membri: il-perseveranza u l-ħarsien tasSoċjetà, l-użu tal-midja soċjali u r-rikreazzjoni. Ċerimonja tal-Koperaturi Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju saret iċċerimonji ta’ 59 membru tal-Fergħa tal-Koperaturi u l-Ħadd ta’ wara saret iċ-ċerimonja ta’ 51 membru ieħor. Fiċ-ċerimonja l-membri jipproponu li jaħdmu għall-istess Fergħa u li kullimkien ikunu ta’ eżempju tajjeb għall-ikbar glorja ta’ Alla u għall-ġid tal-bnedmin.

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

247


Assenjatur għal Lulju-Awwissu 2018

DOMMATIKA

Lezzjoni 117: L-għajnuna ta’ Alla lillmaġisteru tal-Isqof ta’ Ruma Lezzjoni 118: Is-sagramenti fit-TQ u t-twaqqif tagħhom minn Kristu Lezzjoni 119: Żvilupp storiku talkelma ‘sagrament’ – is-sagramenti huma sinjali Lezzjoni 120: In-numru tassagramenti fl-istorja – ordni tassagramenti Lezzjoni 121: L-effikaċja oġġettiva tas-sagramenti MORALI Lezzjoni 94: Il-bniedem taħt l-ubbidjenza tal-fidi Lezz. 95-98: Dmirijiet marbuta malfidi tar-Rivelazzjoni (1-4) BIBBJA Lezzjoni 60: L-Eżodu (3) Lezzjoni 61: Il-Levitiku Lezz. 62-63: In-Numri Lezzjoni 64: Id-Dewteronomju (1) SPIRITWALITÀ

L-istorja tal-Ispiritwalità Nisranija (kap 2) Lezzjoni 3: L-imħabba lejn il-ħolqien kollu Lezz. 4-6: Il-bidu ta’ komunità globali STORJA Lezzjoni 24: Il-ħarba tad-dinja talanakoreti Lezzjoni 25: Teodosju l-Kbir u r-rebħa aħħarija tal-Kristjaniżmu

Lezzjoni 26: Wistin Lezzjoni 27: S. Ambroġ KATEKETIKA

Lezzjoni 48: Xi ideat tal-Fundatur dwar il-katekeżi Lezzjoni 49: Kif iġġib ruħek ma’ tifel imfissed Lezzjoni 50: Kif iġġib ruħek ma’ tifel rasu iebsa Lezzjoni 51: Kif iġġib ruħek ma’ tifel aggressiv ma’ sħabu LITURĠIJA Lezz. 6-7: Il-Liturġija fl-ewwel żminijiet tal-Knisja (I sat-III seklu) Lezzjoni 8: Żvilupp kbir fil-Liturġija (mir-IV sas-VII seklu) Lezzjoni 9: Il-Liturġija ta’ Ruma tixtered fl-Ewropa (mis-VII sasXVI-il seklu) TAGĦLIM SOĊJALI TAL‑KNISJA Lezzjoni 7: In-natura tad-duttrina soċjali (ikompli) Lezzjoni 8: Id-duttrina soċjali fi żmienna (ħjiel ta’ storja) Lezzjoni 9: Il-persuna umana u d-drittijiet tagħha Lezzjoni 10: Il-persuna umana “Imago Dei” (ikompli) DOKUMENT TAL-KNISJA L-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia: art. 205-267

248 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Assenjatur għal Lulju 2018

Sancte Elia et Omnes Sancti Carmelitani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali ta’ San Elija u tal-qaddisin kollha Karmelitani. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jippreserva s-Soċjetà mid-dnub, iqegħidha fl-okkażjoni li tagħmel ilġid u jagħmel li hija ssofri. Ħsieb tax-xahar Li min jgħallem jiġbor ħlas f ’mewtu għax it-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid. UNJONI MUSEUMINA 1 Il-karità lejn il-proxxmu Epistola – 1 Kor 13 Evanġelju – Lq 10, 25-37 Ktieb il-Kbir – Paġna 24 PROGRAMM SPEĊJALI 16 Il-Madonna tal-Karmnu 21-22 Programm Speċjali tal‑Virtujiet QAGĦDA 14 Agar (Ġen 16, 1-16) (Qagħda nru. 427) KOMMEMORAZZJONI 13 San Franġisk Solano - Profil nru. 55

TAĦDITA 20 Relations! Relations! (ara artiklu f ’din il-ħarġa tal-KM) PAĠNA TAL-FUNDATUR 3 Soli Deo: It-talb (pp. 51-53) 10 Soli Deo: Abbandun f ’Alla (pp. 53-54) 24 Soli Deo: 6 Apostrofi lil Alla (1-3) (pp. 55-56) 31 Soli Deo: 6 Apostrofi lil Alla (4-6) (p. 56) REGOLA 7 Il-Penitenza, K64-65, D61 17 Il-Penitenza, K66, D62-63 27 Il-Penitenza, D64-67

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin 249


Lulju 2018 1 Il-Ħadd It-13 tas-sena

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Museumina u passiġġata

Omnipotenza

2 It-Tnejn (S. Bernardinu Realino)

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il‑Maħbub

Eternità

3 It-Tlieta S. Tumas Appostlu

Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

4 L-Erbgħa S. Eliżabetta tal-Portugall

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

5 Il-Ħamis S. Anton M. Zaccaria

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

6 Il-Ġimgħa S. Marija Goretti

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

7 Is-Sibt (S. Apollinare)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola

Ħniena

8 Il-Ħadd L-14 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

9 It-Tnejn (S. Veronika Giuliani)

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Eternità

10 It-Tlieta (S. Rufina u S. Sekonda)

Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

250 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


11 L-Erbgħa S. Benedittu

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

12 Il-Ħamis (S. Ġwann Gwalbertu)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

13 Il-Ġimgħa S. Enriku

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

14 Is-Sibt S. Kamillu de Lellis

Qagħda Prekatorju 42 Kant: Sliem għalik

Ħniena

15 Il-Ħadd Il-15 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata 10 posti Rużarju

Omnipotenza

16 It-Tnejn (Il-Madonna tal-Karmnu)

Programm Speċjali 10 posti Rużarju

Eternità

17 It-Tlieta (S. Alessju)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Immensità

18 L-Erbgħa (S. Arnolfu)

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

19 Il-Ħamis (S. Makrina)

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

20 Il-Ġimgħa S. Elija

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

21 Is-Sibt S. Lawrenz ta’ Brindisi

Programm Speċjali

Ħniena

22 Il-Ħadd Is-16 tas-sena

Programm Speċjali

Omnipotenza

Qamar Kwinta

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

251


23 It-Tnejn S. Briġida

Morali Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur

Eternità

24 It-Tlieta (S. Kristina ta’ Bolsena)

Il-132 Anniversarju tat-Twelid tal-Ewwel Superjur Ġenerali, ilQaddej ta’ Alla Ewġenju Borg Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

25 L-Erbgħa S. Ġakbu l-Kbir

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

26 Il-Ħamis S. Anna u S. Ġwakkin

Is-56 Anniversarju tal-Mewt tal-Fundatur tagħna S. Ġorġ Preca Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

27 Il-Ġimgħa (S. Venera)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Ġustizzja

28 Is-Sibt (S. Nażarju u S. Ċelsu)

Eloquia Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik

Ħniena

29 Il-Ħadd Is-17 tas-sena

Arloġġ Korali (it-tieni parti)

Omnipotenza

30 It-Tnejn S. Pietru Krisologu

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ

Eternità

31 It-Tlieta S. Injazju ta’ Loyola

Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

252 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


Assenjatur għal Awwissu 2018

Omnes Sancti Agostiniani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha tal-Ordni Agostinjan. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-potenza u bil-ħniena tiegħu jipprospera s-Soċjetà Museumina għall-utilità tal-Knisja rigward it-tagħlim. Ħsieb tax-xahar Li minħabba li fid-dinja hawn bżonn tat-tagħlim tal-ħajja, għalhekk issa hu l-waqt li nitfgħu żrieragħ tajba biex nieklu frott bil-kotra fi żmien il-ħsad. ASSENJATUR SPEĊJALI 15 Santa Marija UNJONI MUSEUMINA 5 Is-Sempliċità Epistola – 1 Kor 4, 1-5 Evanġelju – Mt 6, 1-18 Ktieb il-Kbir – Paġna 25 QAGĦDA 4 Il-ħmira tal-Fariżej (Lq 12, 1-12) (Qagħda nru. 106) 11 L-Iskrittura (2 Tim 3, 1-17) (Qagħda nru. 316) 18 Id-daħka ta’ Sara (Ġen 18, 1-22) (Qagħda nru. 428) 25 Imħażen imkabbrin (Lq 12, 13-21) (Qagħda nru. 107)

KOMMEMORAZZJONI 10 San Albertu Hurtado 31 San Girgor il-Kbir - Profil nru. 21 TAĦDITA 24 Il-persekuzzjoni tal-Insara fi żminijietna PAĠNA TAL-FUNDATUR 14 Soli Deo: Marija titkellem fuq il-Kelma Eterna (pp. 59-60) 21 Soli Deo: Ġesù (pp. 60-61) 28 Soli Deo: Ġesù (p. 62) REGOLA 7 Il-ħajja tat-talb, K67, D68-70 17 Il-ħajja tat-talb, K69-70, D7172 27 Il-ħajja tat-talb, K71, D73-75

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

253


Awwissu 2018 1 L-Erbgħa S. Alfons M. De Liguori

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

2 Il-Ħamis (S. Ewsebju ta’ Verċelli)

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

3 Il-Ġimgħa (S. Lidja)

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

4 Is-Sibt S. Ġwann M. Vianney

Qagħda Prekatorju 43 Kant: Sliem għalik

Ħniena

5 Il-Ħadd It-18 tas-sena

Quddiesa flimkien Unjoni Museumina u passiġġata

Omnipotenza

6 It-Tnejn It-Trasfigurazzjoni tal‑Mulej

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

Eternità

7 It-Tlieta S. Gejtanu

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola

Immensità

8 L-Erbgħa S. Duminku

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

9 Il-Ħamis S. Edith Stein

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

10 Il-Ġimgħa S. Lawrenz

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

254 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018


11 Is-Sibt S. Kjara ta’ Assisi

Qagħda Prekatorju 44 Kant: Sliem għalik

12 Il-Ħadd Id-19 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

13 It-Tnejn (S. Benildu)

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Eternità

14 It-Tlieta S. Massimiljanu M. Kolbe

Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur 10 Posti Rużarju

Immensità

15 L-Erbgħa It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija

Assenjatur Speċjali 10 posti Rużarju

Immutabiltà

16 Il-Ħamis S. Stiefnu tal-Ungerija

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

17 Il-Ġimgħa (S. Ġjaċint)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Ġustizzja

18 Is-Sibt S. Albertu Hurtado

Qagħda Prekatorju 45 Kant: Sliem għalik

Ħniena

19 Il-Ħadd L-20 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

20 It-Tnejn S. Bernard

Morali Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ

Eternità

21 It-Tlieta S. Piju X

Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

Qamar Kwinta

Lulju - Awwissu 2018 / Kalendarju Museumin

255


22 L-Erbgħa Marija Reġina

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

23 Il-Ħamis S. Roża ta’ Lima

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

24 Il-Ġimgħa S. Bartilmew

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

25 Is-Sibt S. Lwiġi IX

Qagħda Prekatorju 46 Kant: Sliem għalik

Ħniena

26 Il-Ħadd Il-21 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

27 It-Tnejn S. Monika

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Eternità

28 It-Tlieta S. Wistin

Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur

Immensità

29 L-Erbgħa Il-Martirju ta’ S. Ġwann il-Battista

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

30 Il-Ħamis S. Ġwanna Jugan

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

31 Il-Ġimgħa S. Rajmondu Nonnatu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

256 Kalendarju Museumin / Lulju - Awwissu 2018



KALENDARJU MUSEUMIN

Episodju: Inġibu quddiem għajnejna s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu għall-mejda f’dar Xmuni l-imġiddem fost it-tgergir tad-dixxipli tiegħu, ifarraġ lill-mara midinba li dilkitlu rasu b’ingwent prezzjuż wisq, u jħabbar li b’tifkira tagħha tixxandar mad-dinja kollha din l-azzjoni li għamlet hemm miegħu. Talba: Ġesù Nażżarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nżommuk f’qalbna b’uniku oġġett prezzjuż tal-imħabba tagħna. Ammen. Proponiment: Aħwa tiegħi, nipproponu li ngawdu dejjem paċi perfetta billi ma nixtiequ ebda ħaġa ta’ dina l-art. Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani, Numru 99 Kristu u l-Mara l-Qaddisa (Georges Rouault, 1935)

LULJU - AWWISSU 2018 IS-SOĊJETÀ TAD-DUTTRINA NISRANIJA MUSEUM


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.