Il-Kunsill Tiegħek Is-Siġġiewi - Ħarġa Nru 3

Page 1

Il-Kunsill Tiegħek

is-Siġġiewi

Ħarġa Nru 3 DIĊEMBRU 2015

Wiċċ ġdid għat-­triq li tagħti għas­-Salib tal-­Għolja Ftit tal-jiem ilu tlestew ix-xogħlijiet li permezz tagħhom it-triq li minn Ta’ Żuta twassal għal ħdejn is-Salib tal-Għolja ngħatat wiċċ ġdid mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. B’kollox ingħata wiċċ ġdid lil aktar minn 8,000 metru kwadru ta’ triq b’investiment ta’ madwar €200,000. Dawn ix-xogħlijiet saru bħala parti minn proġett tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b’rabta mas-Salib tal-Għolja u li sar bis-saħħa ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea li l-Kunsill irnexxielu jikseb. B’kollox il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser ikun irnexxielu jikseb u jinvesti kważi €600,000 fiz-zona tas-Salib tal-Għolja bis-saħħa tal-Programm

PJAZZA MILIED FIS­-SIĠĠIEWI

IL-­BAJJA TA’ GĦAR LAPSI

PAĠNA 3

PAĠNA 4

tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013 (Assi 3 - Titjib tal-Kwalità tal-Ħajja fiz-Zona). Bis-saħħa ta’ dan il-proġett, iz-zona tas-Salib tal-Għolja issa hija aktar aċċessibbli, sigura u msebbħa.

Investiment ta’ madwar €200,000 li bih tjieb l-aċċess għas-Salib tal-Għolja

WIĊĊ ĠDID GĦAL NUMRU TA’ TOROQ FIL-­KAMPANJA PAĠNA 5

IT-­TIENI FAŻI TAĊ-­ĊENTRU ĊIVIKU TAS­-SIĠĠIEWI PAĠNA 8


2

Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Korsijiet u attivitajiet edukattivi li jibdew minn Jannar 2016 fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qiegħed jorganizza numru ta' korsijiet u attivitajiet edukattivi matul ix-xhur tax-xitwa. Dawn il-korsijiet u attivitajiet ser isiru fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi.

NHAR TA’ TNEJN Sugarcraft Beginners II Ħin: Mill-­5.00pm sas-­7.00pm Dan il-kors se jkun miftuħ għall-parteċipanti tal-kors li beda f’Ottubru 2015 u għall-parteċipanti li jixtiequ jibdew jitħarrġu fix-Sugarcraft. Il-kors ser ikollu 10 sessjonijiet li jibdew nhar it-Tnejn 11 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet għal dan l-kors jagħlqu nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €20.00

NHAR TA’ TLIETA

Għal aktar informazzjoni kif ukoll sabiex wieħed japplika żur l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi jew inkella ċempel fuq in-numru 2146 6000. Tista' wkoll tibgħat email fl-indirizz siggiewi.lc@gov.mt

tas-Siġġiewi jew inkella online u jridu jaslu għand idDipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa sal-aħħar ta’ Diċembru 2015. Dawn is-sessjonijiet qegħdin jiġu offruti bla ħlas.

Ballroom & Latin American Ħin: Mis-6.30pm sat-8.00pm L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ilkors ser ikollu 15-il sessjoni li jibdew nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €40.00

NHAR TA’ ĦAMIS

Kors fil-­Lingwa Taljana Ħin: Mill­-4.30pm sas­-7.30pm L-applikazzjonijiet għal dan il-kors huma magħluqa.

Bizzilla Ħin: Mill-­4.30pm sas­-7.30pm L-applikazzjonijiet għal dan il-kors huma magħluqa.

Fassal dar għal qalbek - Kors dwar stil u sigurtà fid-dar Maltija Ħin: Mis­-7.30pm sat-­8.30pm L-applikazzjonijiet għal dan l-kors jagħlqu nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €30.00

NHAR TA’ ERBGĦA Sugarcraft Beginners II Ħin: Mid­-9.00am sal­-11.00am Dan il-kors se jkun miftuħ għall-parteċipanti tal-kors li beda f’Ottubru 2015 u għall-parteċipanti li jixtiequ jibdew jitħarġu fix-Sugarcraft. Il-kors ser ikollu 10 sessjonijiet li jibdew nhar l-Erbgħa 13 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet għal dan l-kors jagħlqu nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €20.00

Kors fil-­Lingwa Taljana Ħin: Mill­-4.30pm sas­-7.30pm L­-applikazzjonijiet huma magħluqa.

Yoga Ħin: Mis­-6.30pm sat­-8.00pm L-attendenza hija miftuħa u mhux meħtieġ li wieħed japplika. Ħlas: €5.00 għal kull sessjoni li jibdew fi Frar 2016 (Id-data titħabbar aktar ’il quddiem)

NHAR TA’ ĠIMGĦA Beading Ħin: Mid­-9.00am sa 12.00pm L­-applikazzjonijiet għal dan il­-kors huma magħluqa.

Kors dwar il-Fotografija għal Żgħażagħ u Adulti (minn 13-il sena) Ħin: Mill-5.00pm sas-6.30pm Dan il-kors ta’ 8 sessjonijiet li jibdew nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2016, ser isir f’4 sessjonijiet fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi u 4 sessjonijiet ta’ fotografija barra ċ-Ċentru Ċiviku. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €50.00

Zumba Ħin: Mis­-6.30pm sas-­7.30pm 10 sessjonijiet li jibdew nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €30.00 jekk wieħed jibbukkja minn qabel jew inkella €5.00 għal kull sessjoni.

NHAR TA’ SIBT Kors fid­-Drama għal tfal minn 7 snin sa 12­-il sena Ħin: Mid­-9.00am sal­-10.30am Kors ta’ 8 sessjonijiet li jibdew nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu millKunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €40.00

Kors fid-Drama għall-adulti Ħin: Mill-10.30am sa 12.00pm Kors ta’ 8 sessjonijiet li jibdew nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu millKunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €40.00

Kors dwar il-kitarra Ħin: Mill-11.30am sas-1.00pm Kors ta’ 8 sessjonijiet li jibdew nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu millKunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €40.00

Aerobics Ħin: Mit-8.30am sal-10.30am L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jew inkella online u jridu jaslu għand idDipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa sal-aħħar ta’ Diċembru 2015. Dawn is-sessjonijiet qegħdin jiġu offruti bla ħlas.

Reading & Rhymes

Kors ta’ prattika fil­-Lingwa Taljana

(Italian Conversation) Ħin: Mill­-5.00pm sas-­7.00pm L-­applikazzjonijiet għal dan il­-kors huma magħluqa.

Aerobics Ħinijiet: Mill­-4.30pm sal­-5.30pm Mill-5.30pm sas-6.30pm L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Kunsill Lokali

Inħeġġu lil uliedna jaqraw Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti minn kotba għat-tfal (għal tfal minn 7 snin sa 10 snin) Ħin: Mill-5.30pm sas-6.30pm Kors ta’ 10 sessjonijiet li jibdew nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2016. Fl-aħħar tal-kors it-tfal se jingħataw ktieb. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016. Ħlas: €35.00

Ħin: Mill-10.30am sal-11.30am L-attendenza hija miftuħa u mhux meħtieġ li wieħed japplika. Dawn is-sessjonijiet qegħdin jiġu offruti bla ħlas.

Ġranet u ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi L-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi Ħinijiet tax-Xitwa – mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju • mit-8.30am sa nofsinhar u • mis-2.00pm sal-4.00pm Ħinijiet tas-Sajf – mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru • mit-8.30am sa nofsinhar Nhar ta’ Sibt l-uffiċċju jkun miftuħ mit-8.30am sal-11.30am – sajf u xitwa t 2146 6000 e siggiewi.lc@gov.mt w siggiewi.gov.mt f facebook.com/KLSiggiewi t twitter.com/KLSiggiewi

Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani Nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis mit-8.00am sal-4.30pm t 2146 0715

L-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa mit-8.00am sa nofsinhar t 2146 3041

Il-Berġa

Lezzjonijiet tal-kompjuter ‘Learn-IT’ għall-adulti

Nhar ta’ Tnejn mis-7.30am sal-10.00am Nhar ta’ Tlieta mill-10.45am sas-12.45pm Nhar ta’ Ħamis mis-7.30am sal-10.00am

Id-dettalji dwar dan il-kors se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn is-sessjonijiet se jkunu offruti filgħodu.

t 2146 5252

Il-Kunsill Tiegħek Is-Siġġiewi hija pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Għal aktar informazzjoni jew għal aktar kopji ta’ din il-pubblikazzjoni żur iċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi – 18, Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi. Tista’ wkoll tibgħat email fl-indirizz siggiewi.lc@gov.mt Din il-pubblikazzjoni hija wkoll aċċessibbli mill-paġna tal-Kunsill fuq Facebook fl-indirizz: www.facebook.com/KLSiggiewi


Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Ritratt: Reuben Zarb

Il-bajja ta’ Għar Lapsi: lejn proġett biex tkun imħarsa u titgawda aħjar minn kulħadd Il-bajja ta’ Għar Lapsi hija ffrekwentata mhux biss mill-familji Maltin u Għawdxin iżda wkoll minn numru kbir ta’ turisti matul is-sena kollha. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jemmen li wasal iż-żmien li jitwettaq proġett li permezz tiegħu jitjiebu u jiżdiedu l-faċilitajiet u s-servizzi offruti f’din il-bajja kif ukoll jitjiebu s-sigurtà u l-aċċessibbilità għaliha. Għal din il-għan il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi beda proċess sabiex ifassal u jwettaq proġett li bih iħares il-bajja ta’ Għar Lapsi biex din tkun tista’ titgawda aħjar minn kulħadd.

Fost l-għanijiet ewlenin ta’ din il-proġett hemm: Il-bini mill-ġdid tal-latrina pubblika li tinsab fil-parti magħrufa bħala l-Park ta’ Għar Lapsi; L-installazzjoni ta’ bandli ġodda u l-ħolqien ta’ spazju akbar għat-tgawdija tal-familji fil-Park ta’ Għar Lapsi; Bis-sehem tal-Gvern ċentrali, tingħata wiċċ ġdid it-triq li mis-Siġġiewi twassal għal Għar Lapsi; Titjib fil-faċilitajiet u l-ispazji li fil-preżent jintużaw mis-sajjieda u persuni oħra li għandhom jew iniżżlu d-dgħajjes tagħhom fil-bajja ta’ Għar Lapsi; Titjib fis-sigurtà u l-aċċessibbilità taz-zoni għall-għawm li hemm fil-bajja ta’ Għar Lapsi.

Faċilitajiet ġodda għall-għaddasa u informazzjoni dwar il-gżira ta’ Filfla; u Għajnuna lill-komunità kummerċjali f’Għar Lapsi biex ittejjeb il-prodott tagħha. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser ikun qiegħed ifittex li jissieħeb ma’ dawk kollha li għandhom interess fil-bajja ta’ Għar Lapsi sabiex iwettaq dan il-proġett matul is-snin li ġejjin. Fost oħrajn il-Kunsill Lokali se jkollu diskussjonijiet mal-Awtorità tat-Turiżmu f’Malta u mal-Ministeru responsabbli mill-Infrastruttura kif ukoll ma’ entitajiet mhux governattivi sabiex jissieħbu miegħu fit-tfassil, it-twettiq u l-finanzjament ta’ dan il-proġett. Dan il-proċess ser jinvolvi wkoll konsultazzjoni mar-residenti tas-Siġġiewi, mas-sidien u l-operaturi tan-negozji f’Għar Lapsi, ma’ dawk kollha li għandhom proprjetà f’Għar Lapsi, ma’ dawk kollha li għandhom jew iniżżlu d-dgħajjes tagħhom fil-bajja ta’ Għar Lapsi kif ukoll mar-rappreżentanti tal-komunità tal-għaddasa. Il-Kunsill Lokali ser ikun qiegħed jaħdem biex jikseb fondi tal-Unjoni Ewropea għat-twettiq ta’ dan il-proġett.

Misraħ il-Kliem Mistur f’Għar Lapsi Parti mill-proġett ta’ tisbiħ fil-bajja ta’ Għar Lapsi ser jinkludi proġett ta’ arti li ser jitwettaq bħala parti mill-Programm ta’ Arti fi Spazji Pubbliċi li tħabbar mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Il-proġett ta’ arti li ser jitwettaq f’Għar Lapsi jismu Misraħ il-Kliem Mistur u huwa xogħol l-artist il-Perit Adrian Abela. Dan il-proġett huwa ispirat minn ħsejjes u l-mod kif jidhru bħala mewġ f’apparat teknoloġiku. Dan il-proġett ta’ arti li ser isir fis-Siġġiewi huwa wieħed mis-sitt proġetti rebbieħa li ser jitwettqu sas-sena 2018. L-għażla ta’ dan il-proġett saret minn ġurija esperta kif ukoll permezz ta’ vot tal-pubbliku. Il-Ministeru għat-Trasport u I-Infrastruttura ser ikun qiegħed jipprovdi €30,000 biex jitwettaq dan il-proġett ta’ arti f’Għar Lapsi.

Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ilbajja ta’ Għar Lapsi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qiegħed jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-bajja ta’ Għar Lapsi. Din il-laqgħa ser issir:

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016 fis-6.30pm fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi Waqt din il-laqgħa ser issir preżentazzjoni dwar il-bajja ta’ Għar Lapsi u dwar il-proposti tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi biex il-bajja ta’ Għar Lapsi tkun imħarsa u tkun tista’ titgawda aħjar minn kulħadd. Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi u jipparteċipa f’din il-laqgħa billi jressaq is-suġġerimenti tiegħu.

3


4

Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Pjazza Milied fis-Siġġiewi Għall-ewwel darba l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza l-attività Pjazza Milied fis-Siġġiewi nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 fi Pjazza San Nikola. Din l-ewwel edizzjoni kienet tinkludi mużika, kant u divertiment minn diversi kantanti u gruppi fosthom il-Banda San Nikola, wirja dwar San Nikola mtella’ mill-Grupp tal-Armar Sitta ta’ Diċembru, ikel tradizzjonali tal-Milied, kompetizzjoni tal-presepji, wirja tal-arti u bejgħ ta’ rigali. Numru ta’ għaqdiet mis-Siġġiewi ħadu sehem f’din l-attività billi ramaw stands. L-Għaqdiet li pparteċipaw kienu l-Għaqda tan-Nar San Nikola, il-Każin tal-Banda San Nikola, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika u l-Grupp tal-Armar Sitta ta’ Diċembru. Siġra kbira tal-Milied minn materjal riċiklat Għal matul żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi waqqaf siġra kbira tal-Milied magħmula kollha kemm hi minn materjal riċiklat. Din is-siġra hija għolja aktar minn 8 metri u fiha b’kollox intużaw aktar minn 1,300 flixkun tal-plastik u ammont kbir ta’ injam li kien ser jintrema. Il-fliexken tal-plastik inġabru mill-komunità tas-Siġġiewi u mill-Wasteserv. Din l-inizjattiva saret bħala parti mill-kampanja European Week for Waste Reduction li tnediet organizzata fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti minn din il-kampanja il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza wkoll sessjoni dwar l-istorja ta’ San Nikola li matulha saru dekorazzjonijiet magħmula minn materjal riċiklat u materjal użat.

Rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-presepji KATEGORIJA GĦAL DAWK MINN 14-IL SENA ’L FUQ L-Ewwel post: Brian Cachia It-Tieni post: Errol Christian Farrugia It-Tielet post: Christian Farrugia Errol Christian Farrugia KATEGORIJA GĦAL TFAL TAĦT L-14-IL SENA L-Ewwel post: Russell Cachia


Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

5

Triq Panorama li mis-Siġġiewi tagħti għal Ħaġar Qim

Triq tal-Lawrenti minn ħdejn il-Kappella ta’ San Blas

Jingħataw wiċċ ġdid aktar minn 6 kilometri ta’ toroq fil-kampanja tas-Siġġiewi Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi bi sħab ma’ Transport Malta ibbenefika b’mod sostanzjali minn fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali (2007-2013) biex numru kbir ta’ toroq fil-kampanja tas-Siġġiewi ngħataw wiċċ ġdid. Dan wassal biex tjieb l-aċċess għall-bdiewa u dawk kollha li jagħmlu użu mill-għadd kbir ta’ toroq li jinsabu fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi. It-toroq li ngħataw wiċċ ġdid huma: Triq Panorama (mis-Siġġiewi tagħti għal Ħaġar Qim) Triq il-Qrendi (minn Triq ta’ Kilpa sa ħdejn l-istatwa tal-Madonna ta’ Ħal Xluq) Triq il-Qrendi (minn ħdejn l-istatwa tal-Madonna ta’ Ħal Xluq sal-Qrendi)

Triq tal-Lawrenti minn ħdejn Wied il-Luq

Misraħ Sinjura (bejn is-Siġġiewi u l-Qrendi) Triq tal-Lawrenti (minn ħdejn il-Kappella ta’ San Blas) Triq tal-Lawrenti (minn ħdejn Wied il-Luq) Triq tal-Barrada (minn ħdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza sa ħdejn il-Kappella ta’ San Niklaw) Triq Tax-Xurraf u Ta’ Lanza (minn ħdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza) B’kollox ingħata wiċċ ġdid lil aktar minn 6 kilometri ta’ toroq bis-saħħa ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.


6

Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Pjanta li turi d-daqs tal-art li ser tintuża għat-track u li hija kważi d-daqs taz-zona urbana kollha tas-Siġġiewi.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kontra li art fis-Siġġiewi tintuża għall-bini ta’ track għat-tlielaq tal-karozzi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi huwa kontra li fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi u b’mod partikolari fiz-zona magħrufa bħala ta’ San Niklaw li tinsab viċin id-Dar tal-Providenza, tintuża xi art pubblika jew privata sabiex jinbnew track u faċilitajiet oħra għat-tlielaq tal-karozzi.

tax-xandir, li wieħed mis-siti li ser jiġu proposti minn dawk interessati huwa dak magħruf bħala ta’ San Niklaw fis-Siġġiewi viċin id-Dar tal-Providenza.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li fil-ġimgħat li għaddew il-Gvern ippubblika sejħa għal espressjoni ta’ interess u wara li diġà ġie rrapurtat diversi drabi u b’mod insistenti fil-mezzi

Waqt laqgħa tal-Kunsill li saret fl-1 ta’ Ottubru 2015 is-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina spjega li hu maħsub li l-proġett jitwettaq fuq sit ta’ madwar 80 ettaru ta’ art li tinsab ‘il barra miz-zona tal-iżvilupp (ODZ) u ċjoè 800,000 metru kwadru jew aħjar 712-il tomna, kważi d-daqs taz-zona urbana kollha tas-Siġġiewi.

Jekk dan il-proġett isir ser “ tinqered ammont enormi ta’ art agrikola

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jemmen li dan il-proġett ser ikollu impatt negattiv qawwi fuq ir-residenti tas-Siġġiewi u fuq id-Dar tal-Providenza, ir-residenti u l-ħaddiema tagħha, iwassal għall-qerda ta’ ammont enormi ta’ art agrikola li qed tinħadem minn għexieren ta’ bdiewa u familji ħafna minnhom mis-Siġġiewi u ser jagħmel ħsara irreparabbli lis-Siġġiewi u lill-kwalità ta’ ħajja fil-lokalità.

li tinħadem minn għexieren ta’ bdiewa u familji ħafna minnhom mis-Siġġiewi

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għamel appell lill-Gvern kif ukoll lil dawk kollha li ser jippreżentaw il-proposti tagħhom skont is-sejħa għal espressjoni ta’ interess sabiex ma jipproponu, jikkunsidraw jew jaċċettaw l-ebda sit li jinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi u b’mod partikolari fiz-zona magħrufa bħala ta’ San Niklaw li tinsab viċin id-Dar tal-Providenza.

Il-Gwardjani Lokali m’għadhomx f’idejn il-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni Fil-bidu ta’ Ottubru 2015 bdiet tiffunzjona l-Aġenzija Nazzjonali għall-Infurzar Lokali (fil-qosor magħrufa bħala LESA), li għandha r-responsabbilità esklussiva għall-Gwardjani Lokali fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex. Sa qabel Ottubru 2015 il-Gwardjani Lokali kienu responsabbli għalihom ir-Reġjuni li fil-każ tas-Siġġiewi kien ir-Reġjun Nofsinhar. Għalhekk llum il-ġurnata l-Gwardjani Lokali m’għadhomx f’idejn il-Kunsill Lokali u r-Reġjuni iżda saru responsabbilità ta’ din l-aġenzija ġdida. Jekk wieħed jixtieq jikkontesta kontravenzjoni li jkun ingħata mill-Gwardjani Lokali jista’ jagħmel petizzjoni lill-Bord tal-Petizzjonijiet (email: petitions. dlg@gov.mt website: www.les.gov.mt jew inkella billi jibgħat petizzjoni bil-miktub fl-indirizz: Bord tal-Petizzjonijiet, Kaxxa Postali 62, Ir-Rabat, Għawdex). Jista’ wkoll jagħżel li jidher quddiem it-Tribunal Lokali biex il-każ tiegħu jiġi deċiż mill-Kummissarju għall-Ġustizzja.


Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Is-­Siġġiewi rebbieħ ta’ żewġ unuri waqt il-­Green Council Awards

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dr Karol Aquilina u s-Sur Patrick Decelis waqt il-preżentazzjoni tal-Green MT Council Awards. Sa ftit tax-xhur is-Sur Decelis kien il-Kap tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi u llum huwa l-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina.

Waqt il-Green MT Council Awards li tħabbru nhar il-5 ta’ Novembru 2015, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi rebaħ l-unur għall-aktar Kunsill Lokali li ħa inizjattiva biex jiġbor ħġieġ għar-riċiklaġġ f’Malta u Għawdex. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ilu għal numru ta’ snin joffri servizz b’xejn ta’ ġbir ta’ ħġieġ bieb bieb fis-Siġġiewi. Dan il-ġbir isir kull l-ewwel Tnejn ta’ kull xahar. Fl-istess okkażjoni l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi rebħet l-unur għall-aktar skola li ħadet inizjattiva biex tqajjem kuxjenza dwar ir-riċiklaġġ fosthom permezz ta’ parteċipazzjoni fi proġett tal-Unjoni Ewropea bit-tema The Changing World of Children (Comenius Project).

SPES (Tama)

ID-DAR tAl-pRovIDenzA

.

' a t Festa .

à t i z o r e n Ge

Versi ta’ Dun Nikol Aquilina miktuba fl-okkażjoni ta’ għeluq il-ħamsin sena tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Mużika ta’ Raymond Sant. Il-ħsieb ta’ dawn il-versi huma t-tnehida ta’ persuna b’diżabilità li tfaħħar il-ħidma li wettaq Dun Mikiel Azzopardi. Din il-persuna għandha tama sħiħa fil-ħidma li wettaq il-Mulej permezz ta’ Dun Mikiel Azzopardi, missier u pijunier fil-qasam tal-ħidma b’risq il-persuni b’diżabilità.

16 0 2 r a n n 1 ta’ ja

Ritornell: Is-sliem u l-ħajr jistħoqqlok: ħabbejtna bħal missier; F’ħidmietek kont għalina ħellies u pijunier.

Mid-9:00am ’l quddieM

l-aĦjar talent lokali

Bħal warda tfuħ sabiħa mogħnija b’ħafna lwien; jeħtieġli l-kenn, l-għajnuna f’kull waqt u kullimkien.

Xandira televiŻiva fuq l-istazzjonijiet lokali

Rit. Bħal kwadru mpitter sbejjaħ li għandu xi tiċrit; jeħtieġ pittur tas-sengħa li kull tiċrita jħit.

Rit.

€10

516 02 012

€25

518 02 014

€15 €7

SMS

517 02 013 506 18 922

O Mulej, O Mulej... Bgħattilna ġennien twajjeb ma jċedi għall-ebda xkiel. Pittur b’viżjoni ċara li ismu kien Mikiel.

Rit.

7

organizzata minn


8

Il-Kunsill Tiegħek is-Siġġiewi

Lejn it-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi beda l-proċess biex titwettaq it-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi. Fost oħrajn it-tieni fażi tal-proġett taċ-Ċentru Ċiviku ser tinkludi: Ċentru ta’ Matul il-Lejl għall-Anzjani (Night Centre); Ċentru tar-Riżorsi għall-Komunità, inkluż l-għaqdiet tas-Siġġiewi; Aktar spazji fejn jistgħu jingħataw korsijiet edukattivi; u Librerija pubblika. F’laqgħa li saret nhar l-20 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill Lokali tasSiġġiewi ddeċieda li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bini kollu taċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi jkun fil-pussess tiegħu skont ftehim ta' kera li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għandu mal-Gvern ċentrali. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser ikun qiegħed jagħmel dan il-pass wara li matul l-aħħar 3 snin il-komunità tas-Siġġiewi gawdiet millewwel fażi taċ-Ċentru Ċiviku. Fost oħrajn fl-ewwel fażi nfetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani (Day Centre) u l-uffiċċji tal-Kunsill Lokali saru aċċessibbli għal kulħadd u b’faċilitajiet ġodda għar-residenti.

Il-proprjetà mikrija mill-Gvern lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi tinkludi dik bin-numru 20 li għal matul l-aħħar ħames snin intużat mill-Partit Laburista bħala każin politiku. Din il-parti tal-proprjetà ilha mikrija lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa mit-twaqqif tiegħu fis-sena 1994. Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali s-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina fakkar li t-tieni fażi tal-proġett taċ-Ċentru Ċiviku kienet ukoll proposta ewlenija tal-manifest elettorali għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li saret f'April li għadda u li favur tiegħu vvutat il-maġġoranza tar-residenti tas-Siġġiewi.

It-tieni fażi ser tinkludi Night “ Centre għall-Anzjani tas-Siġġiewi


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.