Page 1

3 1 Oct - 29 N ov

University of Malta, Valletta Campus


hors concours (ɔr kɔkur)

2019 Printed: Malta 2019 Design: Anna D’Alessandro All rights reserved. No part of this publication may be reproduced or transmitted in any form or by any means, electronically or mechanically, including photocopying, recording, or any information storage or retrieval system, without prior permission in writing from the owners.

2


Dan ir-ritratt juri lil Catherine Galea née Zerafa fuq quddiem tal-grupp tagħha filjum tal-gradwazzjoni fl-Università ta’ Malta. Iggradwat bil-B.Sc flInġinerija Ċivili fl-1973. The cover image shows Catherine Galea née Zerafa leading her graduation class at the University of Malta. She graduated B.Sc. in Civil Engineering in 1973.

L-Artisti Kristina Borg Charlie Cauchi Amber Fenech Margerita Pulè

Artists Kristina Borg Charlie Cauchi Amber Fenech Margerita Pulè

Il-Kuratur Raphael Vella

CURATOR Raphael Vella

Id-Disinjatur tal-Wirja Tom Van Malderen

Exhibition Designer Tom Van Malderen

Il-Maniġer tal-Proġett Margerita Pulè

Project Manager Margerita Pulè

Arti Performattiva (Kristina Borg) Coryse Borg Margherita Borg Josephine Burden Miriam Calleja Concetta Cariello Louise Fenech Florinda Camilleri (konsulent)

Performance (Kristina Borg) Coryse Borg Margherita Borg Josephine Burden Miriam Calleja Concetta Cariello Louise Fenech Florinda Camilleri (consultant)

L-INSTALLAZZJONI (MARGERITA PULÈ) Simone Inguanez (adattazzjoni tat-test) Mark Vella (vuċi) Andrew Pace (ħoss) Tom van Malderen (disinn) Ir-riċerka ġejja mingħand Patricia Camilleri Yosanne Vella Godfrey Baldacchino TRADUZZJONIJIET TAL-MATERJAL TESTWALI FILWIRJA Charles Briffa

INSTALLATION (MARGERITA PULÈ) Simone Inguanez (text adaptation) Mark Vella (voice) Andrew Pace (sound) Tom van Malderen (design) Research sourced from Patricia Camilleri Yosanne Vella Godfrey Baldacchino TRANSLATION OF EXHIBITION TEXTS Charles Briffa


Irene Condachi enrols as a medical student but abandons her studies after one year. She goes on to study in Naples and graduates M.D. in 1926.

1918

X’aktarx li l-ewwel mara Maltija li attendiet kors fl-UM kienet Lucia Levanzin Inglott, li kisbet id-diploma tagħha fil-professjoni ta’ qabla mill-Università. Possibly the first Maltese woman to attend a course at UM, Lucia Levanzin Inglott, gains her diploma in midwifery from the University.

1918

Fost l-ewwel nisa Maltin li kisbu diploma jew degree minn università barra minn Malta, insibu lil Blanche Tonna Barthet, li ggradwat L.L.A. (Lady Literate in Arts) f’St Andrew’s University fl-Iskozja. Amongst the first Maltese woman to secure a diploma or degree from a university outside Malta, Blanche Tonna Barthet, graduates L.L.A. (Lady Literate in Arts) from St Andrew’s University in Scotland.

1922

L-ewwel gradwata tal-UM kienet Tessie Camilleri li ggradwat B.Litt. wara li segwiet kors fil-Letteratura Ingliża, il-Filosofija, u l-Letteratura Latina.

The first female graduate of UM, Tessie Camilleri, graduates B.Litt having followed courses in English Literature, Philosophy and Latin Literature.

1980

L-għadd ta’ gradwati nisa laħaq it-30 li kien 21% tat-total ta’ gradwati.

1972

Irene Condachi rreġistrat bħala studenta tal-mediċina imma abbandunat l-istudji tagħha wara sena. Marret tistudja Napli u ggradwat M.D. fl-1926.

The percentage of female graduates is around 33% of total graduates.

The number of female graduates reaches 30, making up 21% of the total number of graduates.

Maria Ganado u Hilda Micallef kienu l-ewwel nisa Maltin li nħatru fil-korp akkademiku tal-Università ta’ Malta; ingħataw il-ħatriet bħala Assistant Lecturer fid-Dipartiment tal-Ingliż tal-Fakultà tal-Arti u Demonstrator fil-Patoloġija tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kiruġija rispettivament.

1966

The University of Malta is founded by Grandmaster Pinto as a public institution, after expelling the Jesuits from the Collegium Melitense, itself founded in 1592.

Il-persentaġġ tal-gradwati nisa sar madwar 33% tal-gradwati kollha.

Maria Ganado and Hilda Micallef, the first Maltese women to be appointed to the academic body of the University of Malta receive their appointments as Assistant Lecturer in the Department of English, Faculty of Arts and Demonstrator in Pathology, Faculty of Medicine and Surgery respectively. L-ewwel mara li nħatret fil-korp akkademiku tal-Università ta’ Malta kienet iċ-ċittadina Ingliża Sylvia Mary Haslam, li nħatret Lecturer fil-Bijoloġija fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza.

1964

L-Università ta’ Malta twaqqfet mill-Gran Mastru Pinto bħala istituzzjoni pubblika, wara li keċċa lill-Ġiżwiti mill-Collegium Melitense, li twaqqaf fl-1592.

The first female to be appointed to the academic body of the University of Malta, British citizen Sylvia Mary Haslam, is appointed lecturer in Biology within the Faculty of Science. In-nisa fl-Università ta’ Malta kienu 21 minn total ta’ 170 student, jiġifieri 12% tal-istudenti kollha.

1925 1938

1916

1769

TI M E L I N E

Women at the University of Malta make up 12% of the total student body, consisting of just 21 of a total of 170 students.

Blanche Huber iggradwat bħala l-ewwel tabiba mill-UM. Blanche Huber graduates as the first female doctor from UM.


Għall-ewwel darba, il-persentaġġ ta’ studenti nisa qabeż il-50% tal-istudenti kollha, u baqa’ hekk minn dak iż-żmien. For the first time, the percentage of female students increases to over 50% of the student body, remaining this way ever since. Marie Therese Camilleri Podestà nħatret l-ewwel dekan deputy mara fl-UM. The first female deputy dean at UM, Marie Therese Camilleri Podestà, is appointed.

Mary Anne Lauri nħatret l-ewwel Prorettur mara responsabbli għall-Interessi Istituzzjonali u tal-Istudenti. Mary Anne Lauri is appointed the first female Pro Rector, responsible for Student and Institutional Affairs.

2019 2018

Ms Agatha Barbara, by virtue of serving as President of the Republic of Malta, is also ex ufficio Chancellor of UM.

2016

Is-Sinjorina Agatha Barbara, bis-saħħa tal-qadi tagħha bħala President tar-Repubblika ta’ Malta, saret ex ufficio Kanċillier tal-UM.

2012

Marie Therese Camilleri Podestà becomes the first female full professor at UM.

2011

Marie Therese Camilleri Podestà kienet l-ewwel mara li saret full professor tal-UM.

2008

2007

2006

2001

1991

1982-87

1981

TI M E L I N E

Valerie Sollars, l-ewwel dekan mara tal-UM, inħatret sabiex tmexxi l-Fakultà tal-Edukazzjoni.

Valerie Sollars, UM’s first female dean, is appointed to lead the Faculty of Education.

L-Università ta’ Malta tiċċelebra l-mitejn u ħamsin anniversarju bħala università tal-istat u tagħraf il-mitt anniversarju mir-reġistrazzjoni tal-ewwel żewġ studenti nisa undergraduates. The University of Malta celebrates its two hundred and fiftieth anniversary as a state university and acknowledges the hundredth anniversary from the enrolment of its first two female undergraduate students. Il-persentaġġ ta’ studenti nisa kien ta’ 59% tal-istudenti kollha. Irġiel: 4,695 (41%); Nisa: 6,628 (59%); Total: 11,323. The percentage of female students stands at 59% of the whole student body. Males: 4695 (41%) Females: 6628 (59%) Total: 11323 Ir-rettorat ta’ issa, immexxi mill-Professur Alfred J. Vella, jinkludi għall-ewwel darba żewġ Proretturi nisa: Carmen Sammut u Tanya Sammut Bonnici. The current rectorate, led by Professor Alfred J. Vella, includes two female Pro-Rectors for the first time: Carmen Sammut and Tanya Sammut Bonnici. Maureen Cole saret l-ewwel dekan mara ta’ fakultà ġdida, dik tas-Social Wellbeing. Maureen Cole becomes the first female dean of a brand-new faculty, that of Social Wellbeing. Matul ir-rettorat tal-Professur Juanito Camilleri, Bernardette Mizzi saret l-ewwel mara Prokanċellier tal-UM. During the rectorate of Professor Juanito Camilleri, Bernardette Mizzi becomes the first female Pro-Chancellor of UM. Veronica Grech inħatret Reġistrar wara li għal sena ħadet il-ħatra ta’ reġistrar bla ma kienet stabbilita. Veronica Grech is appointed Registrar, after having acted as Registrar Designate for one year.


hors concours (ɔr kɔkur)

Kelmtejn mill-kuratur Meta bdejt naħdem fuq din il-wirja, f’moħħi kien qed iberren il-ħsieb li ma messnix aċċettajt dil-biċċa xogħol. Għax ma qabbdux mara biex tikkuraha, mela lili, ġaladarba raġel? Minn banda kelli naffaċċja ċerti ħtiġijiet demokratiċi li setgħu jiġu artikolati b’mod ferm iktar effettiv min-nisa milli minni. Mill-banda l-oħra, fuqi, bħal kien hemm sħaba sewda, lesta biex taħsilni b’dulluvju akkużi ta’ essenzjaliżmu. Kif nista’ naqbad suġġett bħal dan mingħajr ma nispiċċa nitrattah bħallikieku kien suġġett wieħed? Kif tista’ ċelebrazzjoni ta’ ‘studenti universitarji nisa’ tevita li tqis il-femminilità daqslikieku kienet suġġett omoġenju bħal ngħidu aħna, ‘il-poplu’? Skoprejt it-tweġiba għal dawn ilmistoqsijiet u oħrajn bħalhom fl-assenza ta’ tweġiba, fid-dell ta’ sħaba oħra – li nsib ruħi mixli b’nuqqas ta’ reżoluzzjoni. Madankollu, irreat akkademiku tal-empiriċiżmu dgħajjef spiċċa biex issarraf fis-saħħa tal-proġett innifsu, forsi saħansitra s-saħħa tan-nisa nfushom. Iktar ma ltqajt u tkellimt ma’ nies dwar il-proġett, iktar bdejt irrawwem din id-dgħufija. U hekk, dan ilproġett żgħir wassal għat- tlaqqigħ flimkien ta’ testi, ritratti u iġsma eteroġenji. Fihom, l-Istorja tikkonfronta l-preżent. Is-siltiet letterarji jieħdu post l-istatistika xotta. In-nisa dejjem jaraw kif se jlaħħqu mar-rwol tagħhom bħala ommijiet u ma’ dak li tistenna minnhom is-soċjetà, kif ukoll mal-bżonnijiet tal-istudju u l-ħolm tal-karriera. Il-gradwazzjoni tista’ tiddemokratizzaha, imma ma jfissirx li b’daqshekk il-qagħda finanzjarja se titjieb. Din ommna ħanina, din l-alma mater tagħna, hija ġeneruża, imma s-suċċess qatt mhu garantit. U t-tbissima fir-ritratt abjad-u-iswed af tolqotna fuq livell emottiv li jibqa’ inspjegabbli. | Raphael Vella Tradott minn Clare Azzopardi

6


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

Curator’s Note I set off to work on this exhibition thinking I shouldn’t have accepted the job. I’m the wrong gender for the job, I thought, why hadn’t they asked a woman to curate this exhibition? On the one hand I was faced by democratic demands that could be articulated far more effectively by women than by me. On the other a dark cloud loomed above me, threatening to shower me with accusations of essentialism. How could I possibly come to terms with a single subject without portraying it as one? How could a celebration of ‘female university students’ avoid treating femininity as a homogeneous subject like ‘the people’? I discovered the answer to these and similar questions in the absence of an answer, under the shadow of yet another cloud – that of finding myself charged with irresolution. Yet, the academic crime of a weak empiricism also became the project’s strength, perhaps even women’s strength. The more people I met and spoke to about the project the more I nurtured this weakness. And this is how this small project became a meeting-point for heterogeneous texts, images, bodies. In them, history confronts the present. Dry statistics are overtaken by literary extracts. Women juggle the demands of motherhood and society with the necessity of study and career-driven dreams. Graduation is democratised but does not always translate into financial improvement. The nourishing mother, this alma mater of ours, is generous but success is never guaranteed. And smiles in black-andwhite photographs touch us at an inexplicable, affective level. | Raphael Vella

7


hors concours (ɔr kɔkur)

aġġ., avv. (postpożittiv) 1. (għal artist, esibitur, eċċ.) li mhux qed jikkompeti | 2. li ma jgħaddih ħadd [litteralment: barra mill-kompetizzjoni] F’seduta tal-Kunsill Ġenerali tal-Università ta’ Malta tat-12 ta’ Novembru, 1923, il-membri talkunsill iddiskutew sittax-il applikazzjoni li rċevew għall-Katedra tal-Letteratura Ingliża u l-Istorja Ġenerali. Erbgħa minn dawn l-applikazzjonijiet intbagħtu minn nisa, li isimhom ma ġewx irrekordjati fil-minuti. Il-minuti tal-Kunsill Ġenerali jgħidu:

fis-seklu tmintax. Il-lingwist u l-istorjografu l-Kanonku G.F. Agius de Soldanis fl-1733 kiteb li n-negliġenza tal-edukazzjoni tal-bniet kienet wasslet għal sitwazzjoni ta’ abbuż u saħansitra ddeskriva mudell possibbli ta’ skola għall-bniet. Lejn tmiem dak is-seklu, l-idea tiegħu twettqet meta nfetħu żewġ skejjel għall-bniet il-Belt u Bormla.

“Sittax-il applikazzjoni waslu, u erbgħa minnhom minn nisa. Għalkemm is-sess ma jbarrix lil persuni milli japplikaw, għal raġunijiet ovvji dawn in-nisa kienu kkonsidrati barra millkompetizzjoni.”

L-ewwel skola għall-qwiebel twaqqfet fl-1869 u lin-nisa offritilhom iċ-ċans li jiksbu diploma f’dan il-qasam. Imma l-ewwel studenti nisa fl-Università ta’ Malta ggradwaw fil-bidu tal-1920ijiet. Din ilwirja tesplora b’mod ħieles il-perjodu bejn l-1919 (is-sena meta l-ewwel studenti nisa daħlu għal degree fl-Università) u l-2019, u tgħaqqad għażla ta’ fatti u xbihat storiċi ma’ interpretazzjonijiet artistiċi, kontemporanji, u aktar reċenti taledukazzjoni għan-nisa. F’din il-wirja hemm xi wħud mill-istudenti nisa tal-bidu nett tal-Università ta’ Malta, waqt li gradwati aktar reċenti ntalbu jgħinu billi jibagħtu xi ritratti li jirrappreżentaw l-esperjenzi tagħhom fl-Università. F’xogħlijiet ikkommissjonati apposta, erba’ artisti, tlieta minnhom iggradwaw mill-Università, jagħtu l-ħsibijiet kritiċi tagħhom fuq l-edukazzjoni u l-opportunitajiet għall-karrieri tan-nisa, kif ukoll fuq perċezzjonijiet tas-soċjetà dwar in-nisa.

Qatt ma aħna se nkunu nafu x’kienu dawn ir-“raġunijiet ovvji”, imma dawn il-minuti jintroduċuna għar-relazzjoni x’aktarx ambivalenti bejn in-nisa f’Malta u l-qasam tal-edukazzjoni, b’mod partikulari fl-edukazzjoni terzjarja. Deskrizzjonijiet storiċi ta’ żminijiet ta’ qabel jirreferu għal xi eżempji ta’ nisa edukati, imma l-bniet ġeneralment ma kinux jintbagħtu l-iskola

8


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | Women and Higher Education

adj, adv (postpositive) 1. (of an artist, exhibitor, etc) excluded from competing | 2. without equal; unrivalled [literally: out of the competition] At a sitting of the University of Malta General Council on 12th November, 1923, the members of the council discussed sixteen applications that were received for the Chair of English Literature and General History. Four of these applications had been sent by women, whose names were not recorded in the minutes. The minutes of the General Council state:

school in the eighteenth century. The Maltese linguist and historian Canon G.F. Agius de Soldanis wrote in 1733 that the neglect of girls’ education had led to situations of abuse and he even described a possible model for a girls’ school. Towards the end of that century, his idea came to fruition when two schools for girls were opened in Valletta and Cospicua.

“Sixteen applications had been received four of which from ladies. Although sex did not debar persons from applying, for obvious reasons these ladies were considered to be ‘hors concours’.”

While a school of midwifery was founded in 1869, offering women the possibility of gaining a diploma in the field, the first female students at the University of Malta only graduated in the early 1920s. This exhibition freely explores the period between 1919 (the year the first female degree students entered the university) and 2019, combining a selection of historical facts and images with more recent, contemporary and artistic interpretations of women’s education. Some of the earliest female students at the University of Malta are included, while more recent graduates were encouraged to participate by sending in photos that represent their experiences at the university. In specially commissioned works, four artists, three of whom graduated from the University, cast a critical eye on women’s education and career opportunities as well as societal perceptions about women.

We will never know what these “obvious reasons” consisted of, but these minutes introduce us to the rather ambivalent relationship between women in Malta and the field of education, particularly tertiary education. Historical accounts of earlier times refer to a handful of examples of educated women, however girls were generally not sent to

9


hors concours (ɔr kɔkur)

Fid-diċennji reċenti l-attitudnijiet differenti lejn in-nisa fl-impjieg wasslu għal żieda gradwali fil-populazzjoni tal-istudenti nisa fl-Università ta’ Malta. Fl-1991, l-għadd ta’ studenti nisa fluniversità qabeż dak tal-irġiel. L-istatistiċi kontemporanji tal-istudenti juru li hemm aktar studenti nisa milli rġiel fil-biċċa l-kbira talkorsijiet offruti mill-università llum. Il-korsijiet offruti mill-Fakultà tal-Inġinerija u l-Fakultà tatTeknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni għadhom numerikament iddominati millistudenti rġiel. Madankollu, rapport tal-Kummissjoni Ewropea fl2017 wera li Malta għandha proporzjoni li huwa t-tieni l-aktar baxx ta’ staff akkademiku li huma nisa fl-UE (34.4%). Minkejja li s-sena akkademika 2018-19 rat numru rekord ta’ promozzjonijiet ta’ nisa għal full professor fl-Università ta’ Malta, l-istampa ġenerali xorta turi diskrepanza bejn l-irġiel u n-nisa ’l fuq mil-livell ta’ assistant lecturer. Ir-rapport tal-2019 tal-Kummissjoni fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE wkoll juri li Malta għandha wieħed mill-aktar proporzjon baxx fuq boards ta’ kumpaniji pubbliċi kbar u ta’ nisa li jservu bħala ministri fil-gvern, waqt li l-istatistiċi tiegħu fuq l-impjiegi juru li l-qasma tal-impjieg skont il-ġender f’Malta bejn l-etajiet ta’ 20 u 64 għadha l-ogħla fl-Ewropa. Minkejja d-dominanza numerika tal-istudenti universitarji tan-nisa fuq l-irġiel, jidher ċar li n-nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ xi ostakli fil-karrieri tagħhom.

10


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

In recent decades, different attitudes towards women in employment led to a gradual increase in the population of female students at the University of Malta. In 1991, the number of female students at the university surpassed that of males. Contemporary student statistics show that there are more female than male students in most courses offered by the university today. Courses offered by the Faculty of Engineering and the Faculty of Information and Communication Technology are still numerically dominated by male students. However, a report by the European Commission in 2017 indicated that Malta has the second-lowest proportion of female academic staff in the EU (34.4%). Even though the academic year 2018-19 saw a record number of promotions of women to full professor at the University of Malta, the overall picture still shows a discrepancy between males and females beyond the level of assistant lecturer. The Commission’s 2019 Report on equality between women and men in the EU also showed that Malta has one of the lowest proportions of women on boards of large publicly listed companies and serving as ministers in government, while its statistics on employment showed that Malta’s gender employment gap between the ages of 20 and 64 is still the highest in Europe. Despite the numerical dominance of female over male university students, it is clear that women still face various obstacles in their careers.

Ritratt ta’ grupp gradwati fl-1931, ma’ Cettina Bajona, l-ewwel mara gradwata bil-B.Sc. Photo of a group of graduates in 1931, with Cettina Bajona, the first woman to graduate B.Sc.

11


hors concours (ɔr kɔkur)

The Lady’s Chair Kristina Borg 2019 Il-koħort kurrenti tal-istudenti nisa fl-Università ta’ Malta jaqbeż il-50% tal-populazzjoni kollha talistudenti. Dan il-fattur, imma, mhux bilfors ifisser li hemm ugwaljanza tal-ġender. Hemm qasma talġender li tidher sew, b’ċerti dipartimenti jattiraw l-aktar jew lin-nisa jew lill-irġiel. B’referenza għall-istatistiċi nazzjonali u Ewropej u stejjer komuni miġbura minn intervisti ma’ akkademiċi, edukaturi tal-iskejjel primarji u sekondarji, konsulenti ta’ karrieri, u professjonisti oħra, ilperformance The Lady’s Chair tal-artista Kristina Borg, b’kollaborazzjoni ma’ grupp ta’ performers nisa, tipprova tiddubita u tanalizza l-fatturi tassoċjetà li jistgħu jwasslu għal dan ix-xenarju. Għaliex postijiet ta’ karriera għolja fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet għadhom iddominati mill-irġiel? X’jiġri meta l-lady tkun iċ-Chair?

12


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

The current female student cohort at the University of Malta exceeds 50% of the total student population. This, however, does not necessarily translate into gender equality. A gender gap is highly visible, with certain departments attracting mainly either women or men. By referencing national and European statistics and day-to-day stories collected from interviews with academics, primary and secondary school educators, career advisors and other professionals, the performance The Lady’s Chair by artist Kristina Borg, in collaboration with a group of female performers, attempts to question and analyse the societal factors that could be leading to such a scenario. Why are high-career and decision-making posts still male-dominated? What happens when the lady is Chair?

13


hors concours (ɔr kɔkur)

Alma Mater: 100 years, 100 women Charlie Cauchi 2019 Id-differenza tal-ġender m’għandha x’taqsam xejn mal-abilità kognittiva. Id-differenza tinsab fl-attitudnijiet tas-soċjetà. Alma Mater: 100 Years, 100 Women huwa installazzjoni ġdida ta’ video minn Charlie Cauchi, li tipprova tiċċalinġja u teżamina dawn in-normi kulturali. Permezz ta’ konversazzjonijiet ma’ nisa differenti, dan ilproġett jiġbor l-esperjenzi tagħhom fuq id-dħul jew l-isforzi tagħhom biex jidħlu fl-edukazzjoni għolja f’Malta. L-arti, l-istudji umanistiċi, ix-xjenzi, il-business, il-liġi, il-matematika, l-inġinerija... l-oqsma tal-istudju jibqgħu varjati bħal dawk innisa li jieħdu sehem f’dawn l-oqsma.

14

Gender difference has nothing to do with cognitive ability. The difference lies in societal attitudes. Alma Mater: 100 years, 100 women is a new video installation by Charlie Cauchi, which tries to challenge and examine these cultural norms. Through conversations with different women, this project gathers their experiences of entering or trying to enter higher education in Malta. Arts, humanities, sciences, business, law, mathematics, engineering… the fields of study remain varied as do the women that take part in this work.


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

15


hors concours (ɔr kɔkur)

Veritas Amber Fenech 2019 Amber Fenech, l-ewwel MTL studenta tal-Arti flUniversità ta’ Malta (iggradwat fl-2019), iffokat fuq l-iġsma tan-nisa fil-pitturi u t-tpinġijiet reċenti tagħha. Ix-xbihat tagħhat jiġbdu l-attenzjoni għall-pressjonijiet u l-perċezzjonijiet soċjali dwar il-ġmiel femminili. Waqt li n-nisa huma spiss mistennija li jżommu ċerta dehra fiżika, dawn ix-xogħlijiet tal-arti jipprovdu realtà alternattiva għal min ikun qed iħares lejhom – waħda li tirrappreżenta l-ġisem femminili kollu għeri bla mistħija. Is-sbuħija nagħmluha aħna, imsawra minnormi li nistgħu nbiddlu jekk nifhmu għala jsiru dawn l-assunzjonijiet fuq id-dehra fiżika tagħna.

16

Amber Fenech, the first MTL Art student at the University of Malta (graduating in 2019), has focused on women’s bodies in her recent paintings and drawings. Her images draw attention to social pressures and perceptions about female beauty. While women are often expected to adhere to a certain physical appearance, these artworks provide the viewer with an alternative reality – one which depicts the female body without shame and in all its rawness. Beauty is what we make of it, forged out of norms that we can change if we understand why such assumptions about our physical appearance are made.


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

17


hors concours (ɔr kɔkur)

This far but no further Margerita Pulè 2019 Tul il-ġrajja storika, in-nisa ma kellhomx il-libertà jew is-sapport għall-istudju, u kienu ddestinati jibqgħu d-dar jew jagħmlu xogħol li ma jitlob ebda sengħa u bi prestiġju baxx, u ma kellhom ebda libertà prattika, familjali, jew intellettwali. Il-bidliet fis-soċjetà jfissru li n-nisa jkunu jistgħu jsegwu edukazzjoni fil-livell terzjarju, u – fitteorija – ikunu ħielsa li jistudjaw u jfittxu l-karriera li togħġobhom. Maria Caruana studjat fl-UM fil-bidu tas-seklu 20 u kienet l-ewwel mara li kitbet għal-Leħen il-Malti, il-pubblikazzjoni tal-Għaqda tal-Malti – Università. This far but no further tieħu silta mill-kitba ta’ Caruana u ddawwar il-protagonist raġel f’mara. Imma l-qari tas-silta huwa b’leħen baxx ta’ raġel.

18

Throughout history, women have not had the freedom or support to study, and have been destined to remain at home or in menial jobs, with no practical, familial or intellectual freedom. Changes in society mean that women can pursue tertiary level education, and – in theory - are now free to study and pursue the career of their choice. Maria Caruana studied at UM during the early 20th century was one of the first women to write for L-Għaqda tal-Malti – Università’s publication, Leħen il-Malti. This far but no further takes a piece of writing by Caruana and turns its male protagonist into a female. But reading the piece is a male deep voice.


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

19


hors concours (ɔr kɔkur)

20


In-nisa u l-edukazzjoni għolja | women and higher education

21


Ħajr lil kull min wieġeb għas-sejħa miftuħa u bagħat xi ritratti u tagħrif.

Thanks to all those who responded to the open call and sent in photographs and information.


Profile for Unfinished Art Space

Hors Concours  

The catalogue for Hors Concours, a University of Malta exhibition acknowledging 100 years of women at UM.

Hors Concours  

The catalogue for Hors Concours, a University of Malta exhibition acknowledging 100 years of women at UM.

Advertisement