Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 2018

Page 123

X’nixtieq jien issa li għaddew dawn il-25 sena? B’dak li ktibt sa issa bl-ebda mod ma rrid nidher li qiegħed niftaħar b’dak li għamilt matul dawn l-aħħar 25 sena. Meta qaluli biex nikteb xi ħaġa għall-ktieb talfesta fl-okkażjoni tal-20 sena mill-Ġemellaġġ, inħolqitli diffikultà żgħira u ġewwa fija għidt: “X’ser naqbad nikteb? Mhux diġà ktibt drabi oħrajn fuq din?” Meta ħsibt ftit iddeċidejt li nirrakkonta dawn l-esperjenzi, u li ngħaqqad l-involviment tiegħi fis-Sezzjoni Żgħażagħ magħhom ħalli nagħmel kuraġġ kemm lil dawk li llum jinsabu jaħdmu fis-Sezzjoni Żgħażagħ, li bla dubju qed jagħmluh b’suċċess kbir, kif ukoll lil dawk iż-żgħażagħ imħajrin li jibdew jaħdmu fil-futur, biex jagħmlu kuraġġ u ma jaqtgħux qalbhom. Jien, 26 sena ilu lanqas biss kien jgħaddili minn moħħi li għad jirnexxieli nagħmel dak li għamilt. Ma kienux affarijiet faċli. F’ħafna middrabi jkun hemm bżonn tegħleb ostakli li meta ssibhom quddiemek jaħbtu jaqtgħulek qalbek u tkun ser tieqaf. Imma bi ftit kuraġġ u b’naqra determinazzjoni kull ostaklu jista’ jingħeleb. Li nista’ ngħid hu illi esperjenzi bħal dawn, meta tarahom jirnexxu jħallu fik sens ta’ sodisfazzjon enormi. Fl-aħħar ta’ din il-kitba nħoss li għandi nħeġġeġ lil dawk iż-żgħażagħ Imqabbin biex ma jaqtgħux qalbhom. Il-Motto ta’ Raħalna hu ‘BISS BIL-ĦILA’. Dan hu motto li fil-veru sens tal-kelma jagħmilna Mqabbin. L-Imqabba hu raħal żgħir, imma li jħaddan nies b’qalb kbira. Apparti hekk l-Imqabbin minn dejjem urew li huma nies ta’ qlubija u intelliġenza kbira. Mod speċjali u li ħadd ma jista’ jinnegah huwa x’kapaċi nagħmlu aħna l-Imqabbin fejn jidħlu

s-Soċjetajiet Mużikali u l-festi. Fl-Imqabba jsiru żewġ festi fost l-aqwa f’Malta. Iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali jippossedu każini li Soċjetajiet ħafna akbar u bi storja ferm antika m’għandhomx. Kulħadd jaf bil-ħila talImqabbin fejn tidħol arti piroteknika. Li forsi nixtieq jien hu illi fir-raħal tagħna forsi nistgħu naħdmu iżjed u nimirħu ftit aktar fejn tidħol l-isfera Internazzjonali. Ninnota illi fejn irħula oħrajn għandhom kuntatti stabbiliti, f’ħafna minnhom rikonoxxuti uffiċjalment permezz ta’ Ġemellaġġi, flImqabba, fuq livell ta’ raħal għadna ftit lura. Bla dubju dan in-nuqqas ma nħossux fuq livell ta’ Soċjetajiet Mużikali. Anzi f’dan il-lat bħala Soċjetajiet Mużikali it-tnejn għandhom kuntatti u jagħmlu ħidma tajba ħafna sabiex jibnu u jżommu kuntatti sodi ma’ barra minn Malta. Il-possibiltajiet illum aktar minn qatt qabel qegħdin hemm. L-għajnuniet sabiex wieħed jimraħ fl-isfera Internazzjonali llum żdiedu. Illum Malta tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea u tikkwalifika aktar minn kemm kienet 20 sena ilu għal għajnuniet sabiex affarijiet bħal dawn isiru. Inizjattivi simili għal dak li sar 20 sena ilu llum saru iktar faċli u huma wisq aktar imħeġġa u rikonoxxuti. Jonqos biss illi fl-Imqabba jkollna ftit iżjed ħeġġa sabiex f’din il-ħaġa wkoll nilħqu l-livell ta’ bliet u rħula Maltin u Għawdxin oħrajn. Nieħu pjaċir ninnota l-maturità, l-għaqda, il-koperazzjoni u l-ħbiberija li teżisti bejn l-entitajiet differenti fl-Imqabba. Wasal iżżmien li din il-ħaġa issa nisfruttawha sabiex flimkien inkomplu ngħollu l-isem tal-Imqabba, u permezz t’hekk anke dak ta’ Malta madwar l-Ewropa u d-Dinja.

Festa sabiħa hija festa dinjituża! Sokor, tgħajjir u firdiet ma jixirqulniex u ma jogħġbux lill-Madonna!

Għalhekk nieħdu sehem fil-marċi u l-briju fit-toroq imma nżommu dejjem imġiba li tagħmel ġieħ lilna bħala Mqabbin u li togħġob lill-Patruna tagħna SANTA MARIJA! Soċjetà Santa Marija Banda Re Ġorġ V – L-Imqabba

Festa 2018

113


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.