Page 73

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI ARMAR

Bl-għajnuna

ta' Santa Marija għaddiet sena oħ ra ta' ħidma minn fuqna fejn matula komplejna naħdmu bla heda biex inkomplu niżguraw il-konsolidiment u ssuċċess ta' dan l-appuntament annwali tagħna - ilFesta Titulari ta' Santa Marija. Komplejna fejn ħallejna s-sena l-oħra billi l-ewwel u qabel kollox, taħt it-tmexxija tas-sur Paul Gauċi , irrestawrajna l-pedestalli ta' l-Anġli li jintramaw filTriq tan-Nofs (i l -Parroċċa). Biex din it-triq inkomplu nagħtuha dehra unika fil-festa tagħna, ser inżanżnu sett ta' ħames pavaljuni (disinn u sfumatura ti egħi)° u bis-sopraporti xogħol is-sinjuri Carmel Ellul (mas· trudaxxa) u Francis Vella (xogħol ta' żebgħa u disinn). Komplejna wkoll is-settta' 14-il-pavaljun tat-Triq San Bażilju, u biex kollox jiġi jaqbel, għandna l-pjaċir inħabbru li tlestew ukoll erba' bandalori li ser jintramaw wara l-knisja. Dan ix-xogħol kollu żgur ma kienx ikun possibli li jsir li kieku ma kienx għas­ sagrifiċċji ta' ħafna żgħażagħ bħali li flok noqgħodu nħarsu jew niġġerrew minn discogħall-ieħor, nqattgħu il-ħin liberu tagħna nippreparaw kif jixraq għall-Festa tant għażiża għalina. ·Ta' min ukoll jiftakar fix -xogħol ta' ħjata li jwettqu n-nisa tas-Soċjeta' biex ix-xogħol kollu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li għandu t· timbru tas-Soċjeta' tagħna biss. Rigward il-pedestall tal-Papa, dan kien għad jonqsu erba' a nġli biss u li tħal lew !'idejn is-sur Renzo Gauċi ta' Ħal -Tarxien kif ukoll xogħol ieħor ta' dawl li qed isir mis-sur Peter Psaila. Għand is-sur Gauċi wkoll, bħalissa għaddej xogħol fuq ir-restawr ta' erba' statwi· tal-pjazza. opri kbar li għandhom il-fuq minn 70 sena u li hu dmirna nieħdu ħsiebhom kif jixraq.

Għa ll- partitarji numerużi

ta' Triq Santa Katerina għandna sorpriża sabiħa għalihom billi nħabbrulhom li tajna bidu għal sett ta' 12-il-pavaljun fuq disin tassur Renzo Gauċi . Dan ser ikun challenge kbir ieħor għal ina iżda konxji ta' l-esperjenza li s'issa ggwadanjajna minn xogħol na , ser nagħmlu minn kollox biex ikunu ta' l-għola livell. · Għal din is-sena qed nistinkaw biex intlestu l-ewwel wieħed, fuq tfassil tassur Paul Gauċi u ħjata tan-nisa partitarjl, bl-isfumar nerġa nidħol għalih jien filwaqt li sieħbi s-sur Francis Vella, mgħejjun bħal dejjem mill-ħabrieki mastrudaxxa s-sur Carmel Ellul, ħa ħsieb is-sopraporta. Il-pittura li tispikka fin-nofs ta' dan il-pavaljun qed jieħu ħsiebha ż-żgħażugħ is-sur Keith Sciberras, wild ieħor ta' din is-Soċjeta'.

Kif qegħdi n taraw. sena għalina tgħaddi bħal ħo l ma, · għax meta x-xogħol tagħmlu mill-bidu sa l~aħħar int, barra s-sodisfazzjon li tieħu, tipprova tagf1mlu dejjem aqwa għax tkun qed tagħmlu minn qalbek u għalhekk jeħodlok aktar ħin . J'Alla nibqgħu b'din il-ħeġġa għax ġejjin sfidi ġodda u akbar għalina fit-futur qarib biżżejjed wieħed isemmi l-planċier li ser nibdew aktar tard din is-sena u li jekk Alla jrid i nżanżnuh fl1996. Minn din il-paġna nixtieq nirringrazzja lil sħabi kollha li ħadmu miegħi , lil dawk kollha li kkontribwew permezz ta' għotjiet finanzjarji kif ukoll b'għajnuniet oħra diversi (bħall-ħjata) u l-kumitat eżekuttiv li fih insibu l-akbar imbuttatura ta' kuraġġ. Viva Santa Marija, Patruna ta' l-lrnqabbln.

Patrick Ghigo Mejju '93. (Ara r-ritratti f'paġna 73)

NOTA TA' L-EDITUR Jiena, f'isem sħabi tal-kumitat, membri u partitarii. nixtieq nirringrazzja li dan ilgrupp ta' żgħażagħ, li hu l-għira ta' kulħadd, għax-xogħol siewi u imprezzabbli li ilu jwettaq għal dawn l-aħħar snin. J'Alla jkollhom is-sodisfazzjon mistħoqq ta' xogħlhom u nappella biex ngħin u hom fl-armar u żżarmar u billi, kif dejjem għamilna, n i bżgħu għall-affarijiet.

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement