Page 45

Ġanni'Ghigo u Abram Gatt. Meta l-mibki iżda qatt minsi ex-President tas-Soċjeta' tagħna Ġiovanni Ghigo tħarreġ sew fuq il-pedestalli kif ukoll b'konsegwenza tal-esperjenza ta' xogħol taħt Mastru Abram Gatt, li kien iċ-Chargeman tiegħu ilTarzna, beda l-proġett ambizjuż tal-Pedestall tallnkoronazzjoni, mgħejjun mill-aħwa lnnocenzo u Giuseppe Psaila. Għal din l-opra, li oriġinat minn Baskal Gauċi (ta' Pasins) u li semmejt aktar il-fuq, ħarġu Lm25 kull wieħed Mikiel Żammit (tal-Mejlaq), Katerina Camilleri (tal-Giżżu) , l-aħwa xebbiet Inguanez u l-kumplament inġabru mill-membri tal-Każin bissold ta' kull nhar ta' Ħadd. L-istatwi tal-lnkoronazzjoni ħallashom Emanuel Sciberras (tal-Kalora) u qamu Lm20, filwaqt li l-figuri femminili mill-Antik Testment li jirrapreżentaw il-Madonna qamu Lm10. Mastru Karm ħadem dawn l-istatwi mill-kartapesta mimlijin tant ħajja u naturalezza, fuq il-mudelli tal-famuż statwarju Senglean Karlu Darmanin. L-iskultura abbondanti u fina saret ukoll minn Piju tal-Kalkara u qamet Lm20.

' GIOVANNI GHIGO Għalhekk kif tistgħu preċiżament it-tifkira

taraw, barra s-sbuħija tagħha, din l-opra għandha valuri oħra marbutin magħha: ta' dawk kollha li taw sehemhom u ħau• nuh b'tant sagrifiċċji u li għalkemm ħallewna, għandna x-xorti ngawdu ħ idmiethom. Jien, li llum jiskantani huwa kif biċċa armar hekk imponenti nħadmet kollha l-każin l-antik (li dak iż-żmien kien bieb ma bieb ma fejr:i qiegħdin issa), !'post hekk żgħir, bil-minimu tal-għodda li kienet teżisti dak iż-żmien, u jġibuh hekk tal-qies !'kollox. Dan qed ngħidu għax minn sena għall­ oħra, kull min ikun magħna waqt li nkunu narmawh jaf b'liema eżatezza jridu jitpoġġew dawk il-partijiet kollha li minnhom jikkonsisti biex !'għo l i ta' 'l fuq minn żewġ sulari ma jkollok ebda avarija u jaqbel kollox.

Restawr.

3

Tul dawn is·70 sena, kienu żewġ okkażjonijiet li fihom i nħass il -bżonn li jiġi rrestawrat. Fl-1967 sar l-ey.wel wieħed minn xi membri tas-Soċjeta' fil-maħżen tal-Kappella ta' San Bażilju . Aktar riċenti u niftakru jsir jiena stess huwa dak li sarfl-1987, fl-istess post, taħt it-tmexxija ta' Joe Sciberras. lr-ridekorazzjoni saret minn John Pace ta' Marsaxlokk. (Ara r-ritratt f'paġna 45).

Għeluq. . L-istorja turina biċ-ċar li tul dan iż-żmien kollu, il-pjazza ta' l-Imqabba dejjem kien et imżejna bl-aqwa armarfilfesta titulari ta' Santa Marija. L-aqwa mhux biss għax sabiħ iżda aktar għall-valu r storiku u artistiku tiegħu· mi nħabba s-sehem dirett fih ta' tant nies li l-istorja tal-arti kontemporanja Maltija tqishom bħala l-ewlenin nett. ls-Soċjeta' tagħna għandha tkun kburija b'dan ix-xogħol u huwa dmirna lkoll li nieħdu ħsiebu ħalli dan il-wirt is-surmastrijiet jibqa· jitgawda mill-ġenerazzjonijiet li jsegwuna.

Referenzi: 1. 2. 3.

c..

Clews Artist kbir: Abram Gatt, il -Torċa, Marzu '93. . . Zammit E. (tal-Gross), 1/6/84, informazzjoni mħollija qabel miet. Programm tal-Festa ta' Santa Marija, 1987, paġna 19.

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement