Page 43

WIRT IS-SURMASTRIJIET

Din is-sena jaħbat għeluq is-70 sena minn meta iżanżan il-pedestal/ tal-lnkurunazzjoni kif ukoll 11-130 sena mit-twelid tad-disinjatur tiegħu il-bravu u kbir attist Abram Gatt. Dan l-artiklu qed nippreżentah bħala tifkira u, aktar minn hekk, bħata apprezzament fejn dawn missirijietna li ħallewlna wirt hekk lmprezzabbll, ....ta' vera Surmastrijiet. ·

Min kien Abram Gatt.

1

Huwa twieled !'Bormla, fl-4 ta' Ottubru 1863, minn Gużeppi Gatt u Reġina Cassar. Tgħammed f'Bormla u tawh l-ismijiet ta· Laurentius, Abraham u Dominicus. Għal xi raġuni , beda u baqa' juża l-isem Abram. Kien mgħallem mill-magħ ru f artist Lazzaro Pisani, kif ukoll minn Karlu Darmanin. Mill-ewwel wera l-ġenju tiegħu li baqa' jurih sa mewtu. Mingħ ajr ma ntawwal ħafna ngħid li l-fama tiegħu (u opri) xterdu ma' Malta kollha. Diversi knejjes huma mimlijin b'opri tal-fidda u fl-injam fuq disinn tiegħu . Kien ukoll restawratur imfittex ħafna. Ħasra kbira hija li meta waqgħet ·id-dar tiegħu fi Triq l-Oratorju !'Bormla, inqerdu bosta disinji, abbozzi u pitturi tiegħu. Abram minħabba l-gwerra, kien ġie evakwat f'Ħaż·Żebbuġ , fejn mietfit-28 ta' Marzu 1944. Huwa ġie midfun fil-qabar talfratellanza tat- Kurċifi ss ta' Bormla, fiċ-ċ i miterju ta· l·Ad· dolorata.

ABRAM GATT

L-ewwel armar fl-Imqabba.

2

Sat-1918, l·armar tal-festa ta' Santa Marija kien jikkonsisti biss f'żewġ pilandri antiki (li inċidentalment kienu jintramaw fiż-żewġ festi) kif ukoll erba' trufej li kienu jintramaw f'Santa Marija biss. L-aħwa Ġiovanni u Wenzu Żammit (tal- Mejlaq), Ġ iovanni Zammit (ta' Brajnek) u Baskal Gauċi (ta' Pasins) inkarigaw ruħhom li jidħlu għal l-ġbir tal-armar u bdew billi ordnaw i ż-żewġ statwi ta' Sant' Anna u San Ġwakk i n (li narmaw fiz-zuntier) għand ċertu statwarju Mastru Karmnu Mallia minn Ħal -Qormi, u li tħallsu minn Katerina u Marija Camilleri (talGiżżu) għas-somma ta' Lm10. Meta Ġiovanni Żammit (ta' Brajnek) u Ġann i Busuttil (ta' Soldi) ġabuhom fuq karettun tat-molol minn Ħal -Qormi, tant i ntgħoġbu li f'qasir żmi en inġabru l-flus kollha għas-sett tal-Appostn u tal-Anġti. Biex l -ispejjeż jonqsu, il-pedestalli tagħhom saru mill-injam tal-kaxxi tal-fajjenza u minn twavel ħoxnin, li nkarigaw ruħhom li jisserawhom Ġużeppi Galea (ta' Krafes) ma oħrajn li jifhmu. Għax-xogħol tagħhom inkariga ru ħu Giovanni Ghigo li kien daħal apprentist it-tarzna u kellu lnstructortiegħu ċertu Drago mill-Birgu li għamillu disinn għalihom . Wara x-xogħol, Ganni ntefa' b'ruħu u ġismu sa tard bil-lejl fuq il. pedestalli, mgħejjun minn ċensu Psaila {ta' Dotor) u minn nii'n kien jaf imidd xi ft it idejh fix-xogħol. L-iskultura tal-pedestalli saret għ and Piju tal-Kalkara filwaqt li d-dekorazzjoni saret minn Karmnu ta' Ħ'Attard .

.... ikompli

f'paġ na

43

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement