Page 33

IR-RAĦAL TA' L-IMQABBA

U Xl TAGĦRIF STORIKU DWARU Jikteb is-Sur Alfred Camilleri

KIF BEDA ISMU?; Tista tgħid li kull min kiteb biex jagħti tifsir ta' isem dan ir-raħal, ipprova jkun oriġinali billi qal xi ħaġa li ma qalha ħadd qabel. Hemm min qal li "Mqabba" hi ġejja minn Imħabba. L-avukat Bellanti meta kkwota littabib G. Micallef, seta' qorob aktar lejn is-sewwa meta qal li "Mqabba" hija ġejj a mill-verb "qabb" (laqta· ġebla) u allura b'xi mod jasal għall -konklużjoni, forsi xejn ġusta, li n-nom huwa "Mqabba" (barriera) . Dan jista' jkun tassew minnu għali ex dan ir-raħal kien sa minn ħafna żmien ilu, iċ-ċentru tal-barrieri !'Malta. Oħrajn ippruvaw igħidu li isem dan ir-raħal hu ġej millkelma Semitika "Micabba" li tfisser għati moħfi. Kittieb ieħor li qal li hi kelma Għarbija hu l-Konti Ċiantar li kiteb bejn 1-1772-1780 u qal li "Mqabba" ma tfisser xejn ħlief 'una copletta' jew aħjar vażett li jservi biex igħatti. Dan qisu jikkonfermah il-Profs. Ġuże Aquilina għaliex minn sejbiet arkeoloġiċi jidher biċ-ċar li !'dawn l-inħawi kien hemm xi kolonja ta' nies li difnet il-mejtin tagħha !'oqbra għamla ta' ċelel, bħal tal - Feniċi . Issa jekk dan hu minnu, in-nies ta· l-Orjent ihobbu jibnu lbini tagħhom bħall-koppla. Dan għadu jidher sal-lum Il-ibliet Għarab. (1) IA·ROLLO TA' L-ISQOF DE MELLO : Bla ebda dubju, wieħed mid-dokumenti l-aktar interessanti fl-istorja tal-knisja !'Malta huwa l-hekk im· sejjeħ "Quinterniolus pro Concordia Taxarum" _i~~ aħjarir-Ro llota' l-1436. Dan t1uwaġabr~_ta· pe~eh~CJI li kellha f'dawk i ż-żminijiet il-knisja MalhJa u min kien igawdi minnhom. Kien ġie ordnat mill-Isqof Senatore De Mello permezz ta' erba' kanonċital -Kattidral sabiex tinstab soluzzjoni għal kwistjoni twila bejn il-kleru !'Malta u dak ta' Għawdex, dwar it-taxxi ekkl eżjast iċi li wieħed kellu jħallas. (2) I l-be n efiċjarji msemmija f'di n il-ġabra kienu: arċidjaknu , dekan, kantur, teżorier, tn ax-il Kanonku tal-Kattidral ta' L-Imdina (3), tlettaxil "presbiter" u żewġ benefiċjarji. lr-Rollo jagħt i lista ta' 144 benefiċċju, fosthom id·dħul minn tnax-il cappella li kienu: lu Zurrico, Zebug, Bir Miftuħ (Gudja), San. Catharina (Żejtun). Mellecha, lu Naxaru. Bircircar~. raħal Curmi, Santa Dominica (Dingli), lu Burgu, S1geui u S. Paolo di lora (Rabat). S~ dan_ iż-ż':lien. lImqabba bl-irħula oħra żgħar ħdejha kienu Jaqgħu taħt il-ġursdizzjon1 ta l-parroċċa ta· BIR MIFTUĦ (GUDJA). (4)

L-IMQABBA SSIR PARROĊĊA U KELMA DWAR IL-KNISJA PARROKKJALI TA~ SANTA MARIJA: Fl-1575, il-poplu ta' dan ir-raħal kien ressaq it-talbiet tiegħu biex jinqata' !'parroċċa għalih quddiem ilviżitatur Appostoliku Mons. Pietru Dusina iżda t-talba ma ntlaqgħetx. Ġara li fl-1592, wara l-mewt tal-Kappillan ta' Bir Miftuħ Dun Bertu Manġion, 1-lsqof Tumas Gargallo, preċiżament fid-29 ta' Mejju, fired millmatri ċi ta' Bir Miftuħ lill-knisja ta' Ħal-Kirkop, taħt il· titlu ta' San Ġakbu. Hawnhekk ittellgħet knisja ġdida li ġabret magħha l-irħu l a ta' Ħal-Safi u Mqabba. X'aktarx li t-talb ta' l-abitanti ma waqafx għal i ex nhar is-16 ta' Settembru 1598 l-imsemmi Gargallo fired mill-ġdid iż-żewġ knejjes mill-parroċċa ta' Ħal-Kirkop u waqqafhom f'żewġ parroċċi għalihom. Il-knisja ta' l-Imqabba ġiet imtella' taħt it-titlu ta' lAssunzjoni u hawn ta' min igħid kelma dwar kif taħsibha l-liġi tal-knisja rigward it-titular. Mis-seklu 7, il-liġijiet tal-knisja bdew jinsistu li t-titular għandu jġib biss l-isem ta' qaddis jew ta' Misterju tal-Fidi u mhux aktar tal-fundatur jew donatur tal-post bħal fi żmien lużanza pagana. L-ideja tal-qaddis patrun kompliet tissaħħaħ u ċ-ċelebrazzjonijiet inbidlu f'manifestazzjonijiet kbar ċivili, !'okkażjonijiet ta' laqgħat u swieq pubbliċi. L-offerti lil xi knisja bdew jitqiesu daqs kieku mogħtija lill-patrun bħala ħwejjeġ i mħarsa minnu u kull vjolazzjoni tal·ġid tal-knisja kienet titqies daqs kieku att kontra t-titular. Skond il- l iġi tal-knisja, kull knisja kkonsagrata, kull altar u kull oratorju irid ikollu "titolu"ta· xi qaddis, misteru tal-Fidi, ta' l-Anġli jew talMadonna. Titolu ta· knisja ġeneralment ik:.in stabbilit mill-isqof li jbierek il-knisja, fuq proposta tal-poplu tallokal jew ta' min jiehu ħsieb dik il-knisja. Skond irRitwal Ruman, isem il-qaddis jew il-Madonna jiġi msejjaħ fit-tberik ta' l-ewwel ġebla , jingħad mal-li~ tanija tal-qaddisin u fl-orazzjonijiet tal-Konsagrazzjon1 ta' l-istess tempju . Jitniżżel bil-kitba fil-parċmina li tindifen fl-altar maġġur . Il-qaddis titulari irid ikunwieħea li ismu jidher almenu fil-Kalendarju tal -Lokal. (6) Meta l-Imqabba twaqqaf !'parroċċa, il-funzjonijiet kienu jsiru lil·knisja ta· San Bażilju , li kienet ewle~ija firraħal waqt li akbar minn dik ta' l-Assunta u li allura baqgħet taqdi lill-poplu sakemm ittellgħet il-knisja li naraw illum. X' aktarx li l-knisja l-qadima kienet imtella' minn ċertu Mikiel Żammit u kien fiha ħames artali.

....Ikompli !'paġna 33 '

MQABBA 1993

.

·~·

'~

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement