Page 23

Lohengrin: Fantasia - Richard Wagner. Din l-opra eplka Germani ża, ġ iet komposta fi tlett atti u mtella' għall-ewwel darba ġewwa WelmarCourt Theater nhar it-3 ta'April, 1871. Kull min qara l-ħajja ta' Richard Wagner (1813 - 1883) jaf minn kemm għadda gwaj mi nħabba l-attivitajiet u l-idejat rivoluzzjonarji tiegħu. F'nofs dan il-gwaj insibu proprju l-Lohengrln illi għalkemm oriġinarjament ikkomponiha għat-teatru ta' Dresden, din ġiet irrifjutata għal raġunijiet politiċi. Kellu jkun il-ħabib kbir tiegħu Liszt (li aktar tard Wagner iżżeww iġlu t-tifla t i egħu Cosima) li kellu l-kuraġġ jippreżenta din l-opra għall-ewwel darba fl-Isvizzera, b'mhux aktar minn38 mużiċist u fl-assenza tal-kompożitur innifsu tgħidilna l-istorja. Fil~fatt, Wagner kellu jistenna sal-1861 biex jismagħha fi Vjenna. Il-kobor ta' dan il -kompożitur huwa indiskutibli; daqstant ieħor hija indiskutibli id-diffikulta fl-esekuzzjoni saħanistra anki tal-anqas xogħol minn tiegħu . Din il-Fantasla ta' Giuseppe Manente kien irregala J is-Soċjeta' tagħna lewwel Surmast tagħha j iġifieri Mro. J.M. Barbara, A. Mus. L.C.M. Tinkludi wkoll uħud mill-aqwa mumenti bħall-preludju u l-ferm famuż Weddlng March. Js-solisti tul dan ix-xogħol ikunu Leonard Farruġia (Trumpet) u RICHARD WAGNER FL·1865

Paul Mifsud (Althorn),

żewġ

'

bandisti tal-post.

Sinfonia No. 40: Theme - Wolfgang Amadeus Mozart. Wara li l-kummissjoni banda irnexxiela takkwista kopja tal-partitura tal -arranġament ta' Guyllar, grazzi għal­ tħabrik tas-surmast tagħn a li b'paċenzja kbira ħareġ il-partijiet għall-istrumenti , din is-sena nistgħu nippreżentaw dan ix-xogħol hekk sabiħ u klassiku. Ibbażat fuq l-ewwel moviment (Allegra Molto) ta' din is-Sinfonija No. 40 in Sol Minore, K. 550, dah l -arranġament għandu jolqot il-widna ta' kulħadd minħabba li t-tema prinċipali hija ferm popolari. Ta' 32 sena (1788), Wolfgang Amadeus Mozart (1756-1791) insibuh jikkomponi l-aqwa tlett sinfoniji tiegħu, l-aħħar tlieta fost il-41 , jiġifieri dik i msejjħa ln Mi Bemol Maggiore, l·ln Soi Mlnore u .·ln Do Magglore, magħrufa wkoll bħala l-Jupiter. Għalkemm ta' eta' żgħira, xorta waħda kien diġa' laħaq livell ta' maturita' mużikali eċċezzjonali u mhux ta' b'xejn dawn l-aħħar xogħolijiet kellhom ikunu ta' mudell għall· sinfonisti oħra kbar u ixjeħ minnu bħal Joseph Haydn.

Under the Double Eagle: March ·Josef Franz Wagner. Dan i l-kompożitur Vjenniż ma kien jiġi xejn minn Richard Wagner li semmejt aktar qabel. Huwa twieled fl-20 ta' Marzu, 1856 u miet fil-5 ta' Gunju, 1908. Għal żmien twil serva bħala Direttur tal-banda tal-47th. u l-49th. lmperlal Reglments. In-nuqqas ta· suċċess li kellu lil-kompożizzjonijiet tejatrali panieh b'oħrajn li jinkludu danzi u marċi, fosthom dan il-marċ minn tal-aħħar (1893), li għadu meqjus bħala wieħed mill-aqwa fid-dinja. "

Blue Danube: Grand Waltz - Johann Strauss Jr. Wara li s-sena l-oħra daqqejna l-waltz Ħoses trom the South, kienu ħafna dawk fostkom li xtaqu j isimgħu xogħol ieħor ta' dan ir-re tal-Valzi. L-għażla waqgħet fuq dan ix -xogħol famuż u tal-widna li Johann Strauss Jr. (1825-1899) ikkompona madwar 1-1860. L-arranġament bandistiku huwa ta' P. Vidale u jitlob attenzjoni kbira minn kull sezzjoni tal-banda, speċjalment bejn valz u ieT1or.

Raymond Camilleri, B.Sc.

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement