Page 15

MILL-PINNA TAD-DIRETTUR SPIRITWALI

MARIJA TRESSAQNA LEJN ĠESU' Meta aħna l-Maltin insemmu "festa", minnufih tiġi f'moħħna l-FESTA TAR-RAĦAL jew tal-belt · tagħna ...b'dak kollu li ġġib magħha : tridu u translazzjoni, paneġierku u purċissjoni, tiżjin u baned, murtali u ġigġifogu , ikel tajjeb u xi qatra żejda! Imma FESTA tfisser wisq iżjed minn dan, u mhux hekk biss! Tafu li għan-Nisrani l-akbar FESTA hi dik tal-GĦIO, ukoll jekk ma tidhirx daqs dik li nagħmlu lil ..Santa Marija"? Fl -Għid infakkru l-akbar Misteru tal-fidi tagħna, il-

Mewt u l-Qawmien ta' Gesu·. Dan hu tant importanti li nfakkruh ukoll kull nhar ta' Ħadd u !'kull Quddiesa. Issa, tafu xejn li f'dan kollu jidher sewwa l-kobor ta' Marija, u dan insibuh preċiżament fir-rabta intima tagħha ma Gesu'? Ftakru sewwa f'dan: billi Alla għażel lil Marija biex tkun Omm Ibnu l-waħdieni, u din l-A~bar Tajba laqgħetha b'qalbha kollha, il-Mulej ħarisha minn kull tebgħa ta' dnub sa minn mindu tnisslet, hekk li l-ebda ħlejqa ma hija bħalha: "mimlija bil-grazzja", kif sellmilha l-anġlu tal-Mulej! Il-poplu Nisrani fil-parroċċa ta' l-Imqabba għandu wisq għax jifraħ li l-Knisja tiegħu hi ddedikata 'l Marija mtellgħa fis-sema b'ruħha u ġisimha għax din il-Mara

"lmbierka fost in-nisa" għexet wisq viċin Binha Ġesu' hekk li malli temmet ħajjitha f'dal-wied tad-dmugħ instabet denja li tingħaqad miegħu minnufih fil-glorja tal-ġenna!

Minn dan kollu jmissna napprezzaw aħjar kemm ilQaddisa Marija Omm Alla dejjem għexet viċin ilMisteru tat-Għid, bil-Mewt u l-Qawmien ta' Binha Ġesu'. Miegħu rabtet ħajjitha bl-akbar intimita', sa minn qabel ma twieled filiJħar ta' Betlehem, miegħu baqgħet sa f'mewtu , wieqfa maġenbu taħt is-Salib li daħħlu fil-glorja ta' Missieru ... Ma għandniex għalfejn nistagħġbu li, minkejja li l-Vanġelu xejn ma jsemmi, Marija kienet l-ewwel li mtliet bil-ferħ tal-Għid ... malli rat lill-Mulej Ġesu' "ħaj mill-ġdid". Dan ma kienx ħabbru Hu stess kif kien qal kemm-il darba? Kellhom tassew raġun missirjietna li rrikorrew dejjem għand Marija, fil-ferħ u fin-niket li bihom tintiseġ ħajjitna. f'dan il-wied tad-dmugħ . Ngħożżu l-eżempju twajjeb tagħhom aħna lkoll, u mimlija bil-fiduċja nersqu lejn Ommna Marija. Ħadd, bħalha u daqsha, rna jressaqna lejn Binha Ġesu' li bata u miet u qam millmewt għa li na!

J.M. Ghigo SJ

PANDA GIFT-SHOP Triq Karmenu Ciantar -

Mqabba,

Fejn issibu: Għażla ta' Għamara bħal corners, sidetables, m irja. trolleys, inkwadri ta' kull għamla u daqs u affarijietutili oħra. Issibu wkoll linef; silver p laed jew silver; ċeramika f ina: figurini; affarijiet tal-kristall u oġġetti ta lkċina

u ħafna affarij iet għad-dar.

Għalhekk għaliex

le? Aslu wasla sal-

PA NDA f'dawn

il-ġranet

GIFT~SHOP

d-djar tagħkom . NAĊĊETTAW WEDDING LISTS

tal-festa biex tkunu

tistgħu ssebbħu

-•

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement