Page 13

APPELL MILL-KAXXIER

Għaddiet

sena oħra u l-festa tant mistennija ta' Santa Marija reġgħet waslet. Il-festa hija l-fjur ta' sena ħidma mill-kumitat, membri u partitarji, ħidma bla waqfien sabiex tiġi żgurata festa kbira kif nafu nagħmlu aħna llmqabbin. Wara s-suċċessi kbar li kellna s-sena l-oħra fejn is-Soċjeta' tagħna tibqa' msemmija għall­ festi speċjali li organiżżat sabiex jiġi mfakkar ·· il-Konvoy ta' Santa Marija, fejn kellna lokkażjoni li niltaqgħu mal-Familja Rjali kif ukoll li nospitaw fil-każin u r-raħal tagħna tteam magħruf tar-Red Arrows, hekk ukoll din is-sena ninsabu ppreparati sabiex niffesteġj aw b'mod grandjuż il-festa tagħna. Appena għaddiet il-festa, il-kumitat beda jaħdem bla waqfien. L-ewwel ma kien hemm bżonn kien li jinbidel is-saqaf tat-tromba fejn tneħħew ix-xorok u sar saqaf tal-konkrit Wara kien imiss il-bini ta' maħżen ieħor sabiex fih ikun jista' jingħata bidu għall­ planċier. Hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor kien ta' għajnuna sabiex dawn l-affarijiet setgħu jsiru. Il-grupp ta' żgħażagħ li jieħdu ħsieb l-armar wettaq ħidma sfieqa sabiex jitlesta' r-restawr fuq l-armar tal-festa, li minn sena għall­ oħrajkun irid il-manutenzjoni meħti eġa. Barra minn hekk dawn l-istess żgħażagħ ħadmu bla heda sabiex ilestu sett pavaljuni għat-triq tan-nofs. Ta' dan kollu ħaqqhom kull tifħir. Il-Banda wkoll kellha sehem importanti filpreparamenti tal-Festa ta' din is-sena fejn

taħt it-tmexxija għaqlija tas-surmast Twanny

Camilleri ħejjiet programm imżewwaq u li mistenni jintgħoġob minn kulhadd. Hawn nixtieq nerġa' nifraħ lis-surmast tagħna li din is-sena kiseb il-Liċenzjat fil-mużika. Taħt ittmexxija tiegħu, mgħejjun minn Leonard Farruġia u Raymond Camilleri, il-banda kif ukoll l-iskola ta' l-allievi għamlu passi ta' ġgant il-quddiem u nawguralhom kull suċċess għal l -futur. Ħajr ħaqqhom

ukoll il-grupp tan-nar illi b'sagrifiċċju u sogru kbir għal ħajjithom jaħdmu s-sena kollha biex jagħtuna dak l-ispettaklu uniku, ta' kwalita' u mill-isbaħ fil-gżejjer Maltin. F l-aħħar nixtieq insemmi lin-nisa li t< nt jirsistu sabiex bl-attivitajiet soċjali u ġbir ieħor li jagħmlu jtaffu xi ftit mill-piż kbir finanzjarju li għandha l-Festa. Huma wkoll jgħinu liż­ żgħażagħ ta' l-armar permezz tal-ħjata. Fl-aħħar

nixtieq nagħmel appell speċjali sabiex inħeġġeġ lill-membri u partitarji kollha sabiex jagħtu l-għ ajnuna tagħhom, sew finanzjarjament kif ukoll waqt ix-xogħol ta' larmar u żzarmar. Nixtieq nieħ~ wkoll din lopportunita' biex nawgura festa mill-isbaħ, festa li tgħaqqadna flimkien, festa li fiha kulħadd għandu jipparteċipa anke fil-festa ta' ġewwa, biex b'hekk inkunu ħadna sehem sħiħ kif tixtieq Ommna Marija Patruna Universali. Il-Festa t-tajba lil kulħadd .

Carmel Briffa Kaxxier.

Profile for Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993  

Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 1993

Advertisement