Page 1


11


Il-Kelma tad-Direttur Johann Schembri

Dawn il-kelmtejn qosra tiegħi nixtieq niddedikahom l-aktar biex nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor kien ta’ għajnuna biex wasalna fejn qegħdin illum. Il-ħolma li ilha mixtieqa minn bosta Tarxiniżi, dik ta’ Każin Palazz qed tieħu l-forma tagħha. Każin enormi, spazjuż u li jilqa’ l-bżonnijiet kollha għaż-żminijiet tal-lum. Bħalma ssemma fil-ktieb tal-festa tas-sena l-oħra, il-ħsieb kien li wara l-festa nkomplu bit-tieni fażi tal-proġett. Iżda kellna nieqfu daqsxejn minħabba ntopp primarju li sfortunatament ma kellniex kontroll fuqu. Irridu ngħidu li biex l-Proġett wasal s’hawnhekk, il-Kumitat kellu jaffaċċja diversi ntoppi oħra, kważi mill-bidunett. Għalhekk, nixtieq nirringrazzja lil kull min kien involut sabiex illum il-ġurnata għelibniehom kollha. Dawn dejjem ġabu diskussjonijiet u ħtieġa ta’ pariri professjonali minn kull qasam ikkonċernat sabiex dejjem imxejna fid-deċiżjonijiet għaqlija għall-ġid tas-Soċjetà. Il-ħasra hija li xi kultant ċerti nies jikkritikaw dan id-dewmien għax ma jkunux jafu l-fatti. Jiena minn dejjem kont dilletant tal-festa inġenerali, fejn minn tfuliti nvolvejt ruħi fl-armar tal-festa u meta kbirt tajt daqqa t’id fix-xogħol tan-nar ukoll. Issa ilni aktar minn sena fil-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata, fejn fl-aħħar laqgħa ġenerali ta’ Novembru li għadda ġejt afdat bil-kariga ta’ Direttur ta’ din is-Soċjetà. Inħoss li bħalissa l-priorità tal-festa tagħna hija li jitwettaq dan il-proġett hekk ambizzjuż, li permezz tiegħu fil-futur qarib se jkollna wieħed mill-ikbar u l-isbaħ każini ta’ Malta. Nitlob lill-poplu ta’ Ħal Tarxien u lil kull min iħobb lis-Soċjetà biex jagħti s-sehem tiegħu kemm f’għajnuna fiżika, kif ukoll finanzjarja. Anke jekk din tkun limitata, kull għajnuna tgħodd. Nirringrazzja minn qalbi lil kull min qiegħed jgħin u jiddedika ħinu, speċjalment dawk li s-sena kollha jiffrekwentaw il-każin. Niftakru, li dak li qed jitwettaq illum se jitgawda minna u jibqà mnaqqax fl-istorja tas-Soċjetà tagħna għallġenerazzjonijiet ta’ warajna. Grazzi Madonna.

Inti l-għaxqa ta’ Ħal Tarxien!


Messaġġ mill-Kappillan Dun Reuben Deguara

Il-Fidi ta’ tfajla Lhudija Ninsabu fis-sena tal-Fidi. Xi tfisser ‘fidi’ u fidi fiex? Qegħdin fil-ġranet tal-festa, għalhekk ejja nħarsu lejn il-Madonna u nieħdu t-tagħlim minn għandha. Ejja nirriflettu fuq din it-tfajla Lhudija, b’mod partikulari f’dak il-mument kruċjali li biddel l-istorja tad-dinja. Jekk inħarsu lejn Ommna Marija, fil-mument tal-annunzazzjoni nieħdu idea sewwa ta’ xi tfisser dil-kelma ‘fidi’. Marija kellha fiduċja fil-kliem tal-anġlu. Kellha fidi fil-Kelma t’Alla. Għalkemm ma fehmitx u staqsiet, emmnet u aċċettat. Il-fidi mhix faċli, anzi hija iebsa biex iżżommha, biex tibqa’ sod fiha. Hija iebsa li tibqa’ temmen sal-aħħar. Li minkejja li tbati tibqa’ temmen; li tibqa’ temmen minkejja li kollox jidher li ġej kontra; li tibqa’ temmen minkejja li tweġġa’. Minkejja li tidher li qed titlef. Il-fidi ssaħħek: Marija minn tfajla, tfajla żagħżugħa, ħadd ma jafha, ċkejkna f’għajnejn id-dinja, wasslitha għal għeġubijiet kbar ... għal responsabbiltà li qatt ma nsemgħet bħalha! ... li trabbi lil Alla tarbija. Il-fidi tagħtik ċertu kobor u dinjità - lill-Madonna wasslitha biex tkun l-aqwa fost l-akbar kreatura t’Alla: ilbniedem. Marija għaddiet mill-prova li minkejja li kienet iebsa, ma waqfitx f’nofsha. Baqgħet temmen fid-dawl anki fil-ħinijiet tad-dlam; baqgħet temmen fir-raġġi tax-xemx anki matul il-lejl kiesaħ, bla qamar; baqgħet temmen flgħeġubijiet ta’ Alla anki fil-passjoni u waqt it-tislib ta’ binha Ġesù. Li temmen f’dak li jidher impossibbli hija tassew ħaġa kbira u ma tistax tispjegaha: jiġifieri li temmen filħniena waqt li tesperjenza krudeltà, temmen fil-maħfra waqt l-inġustizzji, temmen fost poplu li ma jemminx, temmen fl-imħabba fost il-mibegħda, temmen f’Alla li ma jidhirx, ma jinstemax, ma jinħassx ... ħlief fis-sinjali tażżminijiet u fil-messaġġiera tiegħu. Hija iebsa li tagħraf liema hija l-vuċi t’Alla fost ħafna ilħna. Ma rridux ninsew li Marija fil-mument tal-annunzazzjoni, lil Alla ma kinitx tafu daqs kemm nafuh aħna llum. Ġesù kien għadu ma wriniex il-wiċċ ta’ Alla, għax propju kien għadu ma ġiex! L-idea li l-Lhud kellhom ta’ Alla dak iżżmien kienet differenti minn kif sirna nafuh, skont ir-rivelazzjoni tal-Iben t’Alla nnifsu. U propju minħabba dan ilfatt, l-ammirazzjoni tagħna lejn Ommna Marija għandha tkun tassew kbira. “Urina Marija kif nagħrfu dak li jagħmel magħna l-Mulej kuljum u nneħħu kull idea falza li għandna ta’ Alla sabiex il-wiċċ veru tiegħu narawh f’Ġesù, minkejja s-slaleb li niltaqgħu magħhom, ma nħallux li l-Fidi tagħna tiddgħajjef imma aktar tissaħħaħ, fuq l-eżempju tiegħek li bqajt temmen fih sal-aħħar, saħansitra sal-mewt tiegħu fuq is-salib.”

Nawguralkom festa qaddisa u kunu mberkin

14


Messaġġ mis-Sindku Joseph Abela

Il-Lunzjata tgħaqqadna flimkien

Inħossni kburi, onorat u fuq kollox privileġġat li qed niktbilkom wara li l-poplu ta’ Ħal Tarxien fdani bħala sSindku l-ġdid ta’ Ħal Tarxien. Hija responsabiltà kbira imma sabiħa li nservi għall-ġid tar-raħal għażiż tagħna. Qalbi, bħal qalbkom, tħabbat għal Ħal Tarxien. Minn dejjem rajt kif stajt nagħti l-kontribut tiegħi b’risq Ħal Tarxien biex inkun fuq ta’ quddiemnett fost l-ibliet u l-irħula Maltin. Issa ser inkun qed nagħmel hekk mill-qalba tat-tmexxija amministarttiva u ċivili tar-raħal. Din mhux l-ewwel darba tiegħi fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, iżda hija l-ewwel darba li ser inkun qed inservi bħala Sindku. Madankollu nistqarr li ma għandi xejn aktar minn ħaddieħor. Anzi din il-kariga ġdida ċċekkkini quddiem l-appoġġ tagħkom. Nibqa’ bħal dejjem wieħed minnkom u nwiegħed li ser nagħmel ħilti kollha biex ir-raħal għażiż tagħna ntejbuh fl-oqsma kollha u bil-mezzi u r-riżorsi kollha possibbli. Il-ħsieb tiegħi minnufih jimraħ fl-għaqda tagħna bejnietna bħala Tarxiniżi. Bla dubju ta’ xejn din l-għaqda għandha tikber u tissaħħaħ f’dawn il-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Annunzjata. Il-Lunzjata u l-qima li għandna lejn ilMadonna, għandha tkun il-fattur ewlieni li jgħaqqadna flimkien. Fuq kollox ilkoll kemm aħna nemmnu li Omm Alla, Omm Ġesù, hija l-Omm tagħna lkoll. Hija l-Omm li tgħaqqadna, uliedha, ilkoll flimkien, aħseb u ara kemm aktar għandna ningħaqdu biha bħala Patruna tagħna. Jien nitlobha sabiex tbierek lil Ħal Tarxien u lill-parroċċa tagħna. U fuq kollox ippermettuli nitlobha wkoll isseddaq il-ħidma tiegħi flimkien ma’ sħabi l-Kunsilliera fil-Kunsill Lokali tar-raħal tagħna. Nawgura li l-festi li ser niċċelebraw ad unur Ommna Marija Annunzjata jagħmlulna dehen li nġorru isimha. Ejjew niċċelebraw festi dinjitużi, ta’ għaqda bejnietna, b’mod ċivili u dekoruż kif dejjem għamilna f’sens ta’ ħbiberija bejnietna lkoll bħala Tarxiniżi. Ejjew f’dawn il-jiem tal-festa nħallu impatt pożittiv fuq dawk kollha li jżuruna f’dawn il-jiem, fuq il-Maltin u l-Għawdxin li jżuruna minn lokalitajiet oħrajn, fuq it-turisti li jiġu jduqu l-festa Maltija u flimkien ma’ ħutna l-emigranti li jiġu lura f’Ħal Tarxien apposta f’dan iż-żmien tant mistenni. Il-festa t-taja lil kulħadd. VIVA MARIJA ANNUNZJATA!

15


Messaġġ mill-President Onorarju Maġistrat Joe Cassar

Dun Anton Zammit ħareġ iqaddes il-Kantata tat-8:30am bħal kull nhar ta' Ħadd. Dahru lejn in-nies talab bil-Latin. Ipprietka fil-qasir bil-Malti, in-nies fehmitu. Fl-aħħar tal-quddiesa talab għar-reġina. Il-ġemgħa bdiet ħierġa. In-nisa rashom mgħottija bil-velu iswed, tfal jifirħu jiġru fuq iz-zuntier, l-għajnejn ta' ġuvni u xebba ltaqgħu b'tama li jingħaqdu f'dik il-knisja. Irġiel bis-sidrija, leħja mqaxxra jintasbu bilqieghda fuq it-taraġ taz-zuntier, jgħidu kelma, jdaħħnu pipa tabakk. Il-bqija kollox ħiemed. Ftit ġimgħat u tiġi l-festa tant mistennija.

Gerbeb iż-żmien. Nies marru, oħrajn ġew. Ħabbew lit-tfajla safja li matul iż-żmien berkithom, għenithom, sabbrithom. Sena wara sena l-istatwa tagħha tiddawwar mar-raħal, it-tfajla safja ta' kuljum tnissel it-tama għal għada u l-imħabba bejn il-bnedmin tad-dinja kollha, huma min huma, jinsabu fejn jinsabu għax kollha maħluqa xbieha t'alla. L-imħabba ma tgħaddi qaqq fuq ħadd għax hi bla tarf.

Il-President u l-Kumitat Ċentrali tal-Każin tal-Banda Marija Annunzjata iħeġġu lill-membri tas-Soċjetà kif ukoll lit-Tarxiniżi kollha sabiex jattendu għall-funzjonijiet reliġjużi li se jsiru fil-Knisja fl-okkażjoni tal-Festa ta' l-Annunzjata 16


Messaġġ mill-President Onorarju Anthony Cassar

Jekk irridu li t-tama tagħna li l-binja tal-każin tkun aktar minn xewqa fl-arja, hemm bżonn ta’ aktar għajnuna minn ħafna nies biex dan il-proġett jitwettaq kif ippjanat. Hemm eluf ta' modi kif nistgħu nagħmlu differenza.

Il-bżonn tas-sehem tal-volontiera huwa iktar minn qatt qabel f’kull soċjetà. Però, nifhem ukoll il-problemi li jiltaqgħu magħhom ċerti individwi, għaliex id-dinja llum saret aktar mgħaġġla. Biex nitfgħu d-dawl fuq dawn lisforzi u nħeġġu iktar nies jipparteċipaw, għandna bżonn qabel kollox il-committment sħiħ tagħna. F’dan is-sens nixtieq infaħħar lill-membri tal-Kumitat u diversi nies oħra li jissagrifikaw il-ħin personali tagħhom biex jaraw ilkażin tal-banda dejjem jikber. Inħeġġeġ aktar żgħażagħ biex jipparteċipaw f’dak kollu li tidħol għalih l-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata u flimkien jikkonkorru bħala teamwork għal għan wieħed. F’dawn l-aħħar snin filkomunità ta’ Ħal Tarxien saru diversi proġetti ġodda u issa nħoss illi l-proġett kbir li jmiss huwa l-bini tal-Każin talBanda.

Dalwaqt niċċelebraw il-jiem tal-festa u flimkien niltaqgħu biex nieħdu pjaċir u napprezzaw ix-xogħol kollu li sar. Nawgura li tissaħħaħ il-ħidma ta’ kulħadd biex dak li hemm proġettat jitwettaq. Minn qalbi nawgura festa millisbaħ lid-dilettanti kollha tal-festa ta’ Marija Annunzjata.

Prosit u Awguri!

17


Messaġġ mis-Surmast Direttur Mro Hermann Farrugia Frantz

Inkomplu mexjin imsaħħin bis-suċċessi miksuba. Matul is-sena li għaddiet iċċelebrajna l-festi tal-150 sena mit-twaqqif tal-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien. Għal din l-okkażjoni l-banda kienet impenjata bis-sħiħ, fil-fatt qabel il-festa għamilna żewġ recordings wieħed funebri u l-ieħor brijjużi, marċ ċelebrattiv fejn saret ċerimonja fejn l-ewwel sede tas-Soċjetà, daqqejna fl-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-Soċjetà, kunċert ta’ mużika sagra fil-Knisja parrokkjali, kunċert speċjali fuq il-planċier fil-festa, kif ukoll kunċert memorabli fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta. Naturalment, sabiex tipprepara l-banda għal dawn l-avvinimenti kollha speċjalment il-programmi trid ħafna u ħafna mpenn. Meta wieħed iħares lejn il-mużika esegwita jsib fost l-oħrajn l-Inno di Gloria A Maria Annunziata ta’ Lorenzo Gonzi, Il-Laudate ta’ Anton Nani, l-1812 Overture, Selezzjoni mill-opra Carmen, il-ballu tal-opra Faust ta’ Gounod, il-Peer Gynt Suite nr. 1 ta’ Grieg u l-Festive Overture ta’ Shostakovich. Din l-mużika kbira żejnet mhux ftit ir-repertorju tal-banda Marija Annunzjata. Għal programmi li ppreżentajna kulħadd kellu kliem ta’ tifħir u dejjem spikkat l-interpretazzjoni u l-ħoss distingwenti li kellha l-banda.

Is-suċċessi miksuba jibqgħu mniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-banda tagħna, imma issa rridu nkomplu mixjin b’aktar responsabiltà sabiex inkunu denn ta’ dawn is-suċċessi u niksbu aktar. Issa li waslet l-festa ta’ Ħal Tarxien il-festa titulari ta’ Marija Annunzjata, il-banda tinsab ippreparata sabiex tagħti tliet servizzi mill-aħjar, il-programm tal-ewwel tridu, l-marċ tradizzjonali tal-Anġlu u l-marċ brijjuż ta’ nhar il-festa wara nofsinhar. Naturalment, l-akbar impenn ikun il-programm tal-ewwel tridu li nista’ ngħid ser ikun programm ta’ livell.

Sabiex il-banda tibqa’ miexja ‘l quddiem fit-triq tas-suċċess hija vitali l-ħidma kbira tad-delegat tal-banda Simon Sciberras, li minn hawn nixtieq nirringrazzjah mill-qalb tax-xogħol kbir li jagħmel għall-ġid tal-banda tagħna. Importanti hija wkoll il-ħidma kbira li twettaq il-Kummissjoni Banda li jien ninsab ferm kuntent u kburi bil-ħidma tagħha. Nirringrazzja lill-Kumitat Eżekuttiv li dejjem jikkopera bis-sħiħ miegħi. Nirringrazzja wkoll b’mod speċjali lill-assisstent surmast Darren Dimech u lill-bandisti kollha tal-post li jwettqu isem l-Banda Maria Annunzjata, ilbanda ta’ Ħal Tarxien

18


Messaġġ miċ-Chairperson tal-Akkademja Mużikali Joey Micallef, Ass. Segretarju Finanzjarju

Għaddiet sena oħra u reġa’ jmissni biex bħala Chairperson tal-Akkademja Mużikali nikteb żewġ versi fuq l-attivitajiet li sSoċjetà tagħna għoġobha tesegwixxi matul is-sena 2012.

L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali li għoġbu jafdali din il-kariga. Fil-bidu tas-sena l-oħra, li kienet il-150 sena mit-twaqqif tal-banda tagħna bdejna b’quddiesa fil-Knisja Arċimatriċi tar-raħal tagħna. Ħadna sehem ukoll fil-pageant talpassjoni madwar it-toroq. F’April ippreżentajna kunċert ta’ Mużika Sagra taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus. F’Mejju ħadna sehem fit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-każin il-ġdid mill-President ta’ Malta, Dr George Abela. Ħadna sehem kif jixraq fil-festa titulari ta’ Marija Annunzjata, meta għall-programm fuq il-planċier kellna mistieden il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi.

Komplejna billi fis-sajf tajna s-servizz tal-banda fil-festi tal-Imqabba, Raħal Ġdid, B’Buġia u Ħal Għaxaq. F’Settembru daqqejna għall-ewwel darba fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta, li kien programm interessanti ħafna. Spiċċajna s-sena 2012 b’quddiesa ta’ radd il-ħajr lill-Mulej u lill-Marija Annunzjata fil-Parroċċa li tmexxiet mill-Isqof Awżiljarju Mons Charles J. Scicluna.

Il-banda dejjem kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Hermann Farrugia Frantz.

Nawgura l-festa t-tajba lill-poplu Tarxiniż kollu.

TAĦRIĠ MUŻIKALI MAL-BANDA MARIJA ANNUNZJATA It-tagħlim tal-Mużika jkattar il-Kultura u jbiegħed lil uliedek minn kull periklu jew vizzju. Għalhekk ħajjar lil uliedek jitgħallmu strument mużikali mal-Banda Marija Annunzjata. It-tagħlim isir mill-Assistent Surmast Darren Dimech, MINGĦAJR EBDA ĦLAS. It-Tagħlim isir kollu fil-Każin matul il-ġimgħa. Għal aktar informazzjoni u l-formoli ta’ l-applikazzjoni, kkuntatjaw lill-għalliem jew xi rappreżentant tal-banda. Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Triq Paola, Ħal Tarxien TXN1806 Tel: (+356) 21806 618 E-mail: tarxienbandclub@gmail.com Website: www.tarxienbandclub.com

20


Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji Dillon Mercieca, Segretarju

L-entużjażmu f’qalbna kuljum

Waslet festa oħra li kull Tarxiniż ikun qiegħed jistenna fuq ix-xwiek. Din is-sena hi speċjali għalina ż-żgħażagħ għax qegħdin niċċelebraw l-20 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji.

Il-Kumitat beda bil-ħidma tiegħu immedjatament wara li ġie maħtur fl-laqgħa ġenerali li saret f’Novembru li għadda. Ftaħna l-Lunzjata Kids Club, li b’wiċċi minn quddiem ngħid li kien suċċess. Organizzajna t-Trick Or Treat mat-toroq ta’ Ħal Tarxien fejn tfal ta’ kull età libsu l-kostumi u ġabru l-ħelu mir-residenti. Komplejna b’attività kbira fil-parti l-antika ta’ wara l-bjut, fejn organizzajna villaġġ tal-Milied bl-isem ‘Milied f’Ħal Tarxien’.

Waslet is-sena 2013 u bdiet is-sena anniversarja. Saret l-ewwel attività, li kienet ikla biex tagħti l-ftuħ taċċelebrazzjonijiet tal-20 Anniversarju, fejn ġiet inawgurata l-arma uffiċċjali ta’ din is-sena hekk speċjali għalina. Disinn ta’ Charlon Bonello. Ġiet inawgurata wkoll il-kanzunetta li tfakkar dan l-anniversarju, b’versi ta’ Jonathan Bondin u tkanta Alexia Fenech.

Hekk kif wasal April, bdew il-preparamenti għal aktar attivitajiet fosthom il-Blue Rally, Eurovision u Champions League Final fuq Big Screen u l-marċ tal-anġlu ż-żgħir fil-każin. Ma jonqsux ukoll il-prepramenti għall-marċi talfesta. Minbarra l-briju u l-armar li jikkumplimenta fil-marċi, din is-sena ser narmaw il-bandalora fi Triq Birżebbuġa biex titgawda aktar u tkun f’post fejn taqbel mal-armar eżistenti.

Il-ħidma tagħna ma tieqafx hawn, anzi tkompli mill-ewwel wara l-festa biex nibdew għall-preparamenti tal-festa titulari tas-sena d-dieħla.

F’ismi u f’isem il-kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji nixtieq nawgura l-festa t-tajba lit-Tarxiniżi kollha u nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali, ‘il-Kumitat Ċentrali, lill-Kumitati ta’ diversi għaqdiet organizzattivi tal-festa titulari u lir-residenti kollha tal-għajnuna u l-paċenzja tagħhom.

24


Matul il-kunċert, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Hermann Farrugia Frantz, kienu eżegwiti diversi siltiet ta’ preġju li jinkludu l-preludju tat-Te Deum miktub minn Marc-Antoine Charpentier, l-Ave Maria ta’ Gaetano Donizetti u s-salm Laudate Pueri ta’ Anton Nani. Is-salm Laudate Pueri ser jindaqq mill-Banda Marija Annunzjata għall-ewwel darba minn banda fuq traskrizzjoni tas-surmast Hermann Farrugia Frantz. Ma’ dawn is-siltiet kienu eżegwiti wkoll il-Concerto per Clarinetto ta’ Mozart, bil-parti solista nterpretata millassistent surmast Darren Dimech, kif ukoll l-Innu ta’ Ferħ lil Marija Annunzjata kompożizzjoni ta’ Mro Joseph Vella fuq il-versi li Dun Karm Psaila kiteb bħala Innu Popolari lil Marija Annunzjata għall-festa titulari li ssir ad unur tagħha fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien. F’okkażjoni daqstant speċjali ma setgħax jonqos ukoll l-Inno di Gloria A Maria SS. Annunziata, kompożizzjoni ta’ Mro Lorenzo Gonzi. Versi tradotti għall-Malti minn Dun Frans Camilleri, mill-oriġinal ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-kunċert, li kellu s-sehem tat-tenur Charles Vella Zarb, il-baritonu Alfred Camilleri u l-Coro Bel Canto, għalaq bl-Hallelujah chorus mill-oratorju Messiah ta’ Handel. Intant kien ilu jberren il-ħsieb li fl-għeluq ta’ dan l-anniversarju tant speċjali nippreżentaw kunċert kbir. Kunċert indimentikabbli, f’post mill-aqwa għal din l-okkażżjoni tant speċjali. Jibqa’ msemmi għalhekk il-kunċert grandjuż li sar fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta, il-Ħadd 23 ta’ Settembru 2012 bl-isema MUŻIKA150. Il-Palazz, il-pjazza u l-madwar tiegħu li raw tissawwar fihom l-istorja ta’ Malta minn żmien il-Kavallieri l’hawn. Minn fejn ħakmu l-Gran Mastri. Fejn wasal l-ewwel ilma fil-Belt. Fejn seħħew l-avvenimenti kostituzzjonali wara s-7 ta’ Ġunju 1919. Fejn ngħataw merħba sabiħa l-Papiet Ġwanni Pawlu u Benedittu. Fejn jintlaqgħu l-Prim Ministri mal-ħatra tagħhom. Il-kunċert sar fil-Bitħa Presidenzjali grazzi għall-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. George Abela, li għoġbu jospitana u jestendi l-patroċinju distint tiegħu għal din il-kunċert speċjali. Il-Banda Marija Annunzjata, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Hermann Farrugia Frantz, fetħet bl-Omaggio l-ġdid u kompliet eżegwit sitt siltiet mużikali ċelebri fosthom il-movimenti kollha sħaħ tal-ballet Faust ta’ Charles Gounod u l-movimenti kollha sħaħ ta’ Peer Gynt Suite ta’ Edward Grieg. Magħhom ukoll il-Festive Overture ta’ Dmitri Shostakovich, l-intermezzo mill-opra Manon Lescaut ta’ Giacomo Puccini, il-poema simfonika In the Steppes of Central Asia ta’ Alexander Borodin u l-valz Roses from the South ta’ Johann Staruss II. Il-kunċert kien sponsorjat personalment mill-Onor. Dott. Jason Azzopardi, u kien possibli wkoll grazzi għall-għajnuna loġistika mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Iżda probabilment l-aktar avveniment importanti matul is-sena anniversarja kien it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-każin il-ġdid mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. George Abela, li sussegwentement inħatar bħala Patrun ad Vitam tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata. Kienet ċerimonja sinjifikattiva ħafna li tat bidu għall-akbar proġett li qatt daħlet għalih is-Soċjetà Tarxiniża b’ħafna sfidi u qalb ħafna diffikultajiet 28


Mill-Kumitat tal-Festa Joe Debono, Segretarju

Ir-riħa taż-żahar fil-ġonna ilha ftit li ħabbret il-Festa tal-Lunzjata. Issa jmiss lill-armar tat-toroq biex juri li l-festa qorbot. Waqt li qiegħed nikteb, fil-bogħod qiegħed nisma’ t-tismir tal-filsa tal-antanjoli. Dan ifisser li għaddiet sena oħra, sena li għad-dilettant, medhi fuq ix-xogħol tal-festa dehret qasira.

Ma kinitx sena faċli. Meta jkollok avvenimenti ta’ importanza bħal ma hi l-elezzjoni dejjem titħasseb jekk l-ispirtu partiġġjan hux se jtellef mir-ritmu tal-preparazzjonijiet. Iżda bi pjaċir ngħid li għal darb’oħra s-sens ta’ għaqda b’risq il-festa rebaħ. Kieku ma kienx hekk ma kienx jitlesta l-programm ta’ ħidma li xi frott tagħha tistgħu tarawh f’din il-pubblikazzjoni iżda l-frott kollu tkunu tistgħu tgawduh fil-ġranet tal-festa.

Rigward din il-pubblikazzjoni nixtieq nifraħ lill-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata għall-pass kuraġjuż li qegħda tagħmel u minn karta stampata għaddiet għal C.D.

Kienet sena oħra ta’ ħidma u koperazzjoni mal-għaqdiet l-oħra li jipparteċipaw fil-festa. Nixtieq nifraħ u nawgura lill-Għaqda tan-Nar San Gabriel li din is-sena qegħda tiċċelebra l-ħmistax-il sena mit-twaqqif tagħha. Din nistgħu ngħidu twieldet f’dan il-kumitat u issa kibret f’għaqda awtonoma li tagħti sehem importanti fil-festa tagħna.

L-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata din is-sena tfakkar l-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha. Il-Fergħa żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata wkoll għandha anniversarju importanti. Lil dawn l-għaqdiet nawguralhom aktar snin ta’ ħidma b’risq il-festa tagħna. Kelma ta’ ħajr tmur lill-għaqdiet kollha għall-koperazzjoni tagħhom.

Ħajr ukoll lill-poplu Tarxiniż li kull meta rrikorrejna lejh weġibna mill-aħjar li seta’. Lill-komunità Tarxiniża ngħidilha li jekk trid sodisfazzjon tal-kontribut tagħha tattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u dawk festivi. L-ewwel appuntament huwa għat-23 ta’ Mejju, l-ewwel jum tan-novena.

Poplu Tarxiniż, ejja gawdi u ifraħ b’dak li ilu jitħejja sena. Li tifraħ b’rixek huwa dritt iżda dejjem żomm f’moħħok li l-imġiba tiegħek trid tkun prudenti u ta’ eżempju.

32


Mill-Għaqda tan-Nar San Gabriel Marlon Grima, Segretarju

Għadni niftakar sewwa l-mumenti sbieħ tal-festa 2012. Kważi ma nistax nemmen li reġgħet waslet festa oħra. Konna wisq aljenati u medhijin bix-xogħol u l-preparamenti għal din il-festa. Għaddejna minn ħafna problemi li kull festa ġġib magħha però ma nistax ngħid li ma fraħniex ukoll flimkien mal-kollegi tiegħi ta’ dan il-kumitat, kif ukoll ma’ membri ta’ xi għaqdiet oħra li jieħdu sehem f’din il-festa. Ta’ min isemmi li din is-sena ser jiġu ċċelebrati tliet anniversarji, u fosthom hemm ukoll l-Għaqda tan-Nar li din is-sena ħa tagħlaq 15–il sena mit-twaqqif tagħha, is-Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji tal-Każin tal-Banda li se jagħlqu 20 sena u li bi pjaċir ngħid li għal xi żmien jien kont ukoll wieħed mill-membri ta’ dan il-kumitat u kif ukoll l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata li ħa tagħlaq 25 sena. Awguri. Għal din is-sena ħejjejna programm xieraq, għal dak li għandu x’jaqsam ma piroteknika. Il-preparamenti ma waqfux, u ma qtajniex qalbna għalkemm konna konxji mit-telgħa wieqfa u iebsa li kellna quddiemna. Għal darboħra kellna kliem ta’ tifħir u għalkemm fejn għaqdiet pirotekniċi oħra għadna kemxejn żgħar jidher li qed insibu postna f’dan il-qasam speċjalment bix-xogħol li qiegħed ikollna fil-ġranet tal-festa. Meta nisimgħu dawn il-kummenti pożittivi aħna nimtlew b’kuraġġ u nkomplu nsaħħu l-fehma tagħna li mhux il-kwantità biss tgħodd iżda wkoll il-kwalità. Qagħdna attenti ħafna biex nimxu ma’ budget li nifilħu għalih biex wara l-festa ma nispiċċawx bi żbilanċ li jkompli jżid mad-diffikultajiet l-oħra, u s’issa jidher li ħa jerġa jirnexxielna. Kif tistgħu tobsru, dan ix-xogħol ma jsirx fi ftit ġranet u jrid ħafna ħin u dedikazzjoni biex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq. Ma nistax ngħid li mexa kollox ħarir, iżda bil-għaqal u bi ftit maturità rnexxielna. Ħdimna wkoll id f’id mal-għaqdiet kollha li huma involuti fil-festa ta’ Marija Annunzjata u flimkien ħejjejna programm ta’ attivitajiet biex ma jaħbtux attivitajiet f’daqqa. Waħda minn dawn l-attivitajiet sakemm ħa taqraw dawn il-kemtejn qabel jew fil-gimgħa tal- festa ħa tkun għadha m’għaddietx u ħa tkun eżattament fl-għeluq tal-festa titulari, eżattament wara d-dħul tal-vara fin-niċċa. Il-ħsieb hu li niġbru d-dilettanti kollha għal din l-attività taħt saqaf wieħed, nixorbu xi ħaga u nieklu ikla tajba flimkien, u ma’ dan ma jonqosx li ngħidu kelmtejn fuq il-festa li ħa tkun għada friska f’moħħna u naraw x’seta mar aħjar. Waqt li qed insemmi dawn l-attivitajiet ma nistax ma nsemmix in-nisa ta’ xi wħud mill-membri ta’ dan il-kumitat u kif ukoll xi oħrajn li qed jgħinu fit-tisjir tal-attivitajiet kollha li qed jiġu organizzati, u fejn jidħol l-ikel qed ikun hemm t-tifħir. Ta’ dan grazzi mill-qalb lil dawk involuti. Partikolarment din is-sena ħassejt ħafna nuqqas ta’ għajnuna mill-membri ta’ din l-Għaqda. Nifhem li bil-ħajja mgħaġġla li qegħdin ngħixu fiha tkun diffiċli għal xi wħud mill-membri li jideddikaw xi ftit ħin għal festa u għalhekk il-problemi dejjem ikomplu jiżdiedu xi ftit. Drajna naraw il-festa tikber minn sena għal oħra u għalhekk xi wħud minna nistqarr magħkom li qiegħdin jerfgħu aktar milli jifilħu u dan b’tant sagrifiċċju. Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li x-xogħol li kien ppjanat fil-bidu tas-sena twettaq kollu, avolja jekk f’waqtiet sfurzajna, iżda maż-żmien għad irridu nieħdu s-sodisfazzjon ta’ dan. Sakemm ktibt dan il-messaġġ ix-xogħol pirotekniku kien wasal kwazi fil-qofol tiegħu. Ippruvajna xi murtali biex ikollna l-aqwa riżultat għas-sodisfazzjon tagħna, kif ukoll għal dawk li jiġu jżuruna waqt il-festa. 34


Mill-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Etienne Schembri CLJ, Segretarju

Għaddiet sena mill-festa ta’ Ommna Marija Annunzjata. Kienet sena li matulha ħalliet ħafna marki fuq ħajjet kull wieħed u waħda minna. Xi wħud ikejjlu s-successi u l-gwadann li kull bniedem u entità jkunu kisbu meta tkun qed toqrob il-festa tar-raħal. L-Għaqda Kultura u Armar mhix eċċezzjoni, waqt li din is-sena f’jiem il-festa tal-Patruna ħa nkunu qed nibdew infakkru il-ħamsa u għoxrin sena mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna; Għaqda li fl-età tenera tagħha għamlet passi ta’ ġgant u waslet ukoll sabiex mhux biss kisbet unuri għaliha imma wkoll kabbret isem Ħal Tarxien fuq skala Nazzjonali u anke saħansitra rrappreżentat lil Malta bogħod minn xtutna. Wieħed ikun qed jistenna li fi żminijiet bħal dawn l-Għaqda tagħna tagħti għarfien għall-imħabba u d-dedikazzjoni li għandha lejn din il-festa li l-iskop ewlieni tagħha hu li tixxpruna l-imħabba lejn Ommna Marija Annunzjata. Ta’ min isemmi li mal-medda tas-snin l-għaqda tagħna akkwistat bosta tiżjin mill-isbaħ mill-aqwa artisti Maltin u Għawdxin bl-aħħar tiżjin ikun dak li żanżanna fil-festa tas-sena l-oħra fosthom l-istatwa tal-Profeta David xogħol l-istatwarju Aaron Camilleri Cauchi biex tintrama fi Triq San Ġuzepp, fejn din is-sena se nkunu qed inlestu wkoll is-sett pedestalli li jintramaw f’din it-triq u li fuqhom jintramaw sett profeti. Fl-istess triq iżżanżnu wkoll żewg pilandri maħdumin minn Ġorg Agius. Fi Triq is-Sorijiet se jkun qed jiżżanżan it-tieni pavaljun wara dak li żżanżan is-sena li għaddiet bix-xbieha tal-Papa Ġwanni Pawlu II: pittura ta’ Manuel Farrugia fuq disinn ta’ Manuel Grech. Fit-toroq Annunzjata, Il-Karmnu, Lampuka u l-iskola tkomplew il-pitturi u sfumar tal-pavaljuni; xogħolijiet tal-artisti Josef Camilleri, Ryan Stivala, Glenn Copperstone, David Borg u Michael Delmar. Ġnien Joanne kompla issebbaħ bi statwa oħra ta waħda mill-ewwel Martri tal-knisja; Santa Katarina Lixandrina li ġiet maħduma mil-istatwarju żagħżugħ Aaron Camilleri Cauchi u rregalata lill-Għaqda minn Etienne Schembri u John Abela. Fi Ġnien Joanne tkomplew ukoll is-sett tal-bandalori li juru il-Prediakturi tal-Knisja b’pittura ta’ Manuel Farrugia. Issa li wasalna fil-qofol tal-festa u kull Tarxiniz jistenna bi ħġaru l-festa ta’ Marija l-Imħabbra tal-Mulej, nieħu din l-opportunità sabiex f’isem il-President u l-kumitat tiegħi nawgura festa ħienja u li tagħmel ġieħ lil Ommna Marija Annunzjata. Nieħu din l-opportunità wkoll sabiex nawgura lill-Fundatur ta’ din l-Għaqda għall-ħidma tiegħu fi ħdan il-Kunsill Lokali Tarxien, fil-kariga ta’ Sindku. Viva Marija Annunzjata.

36


Programm tal-Festa f’ġieħ MARIJA ANNUNZJATA Iċċelebrata fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien bejn l-23 ta’ Mejju u l-2 ta’ Ġunju 2013

L-Erbgħa, 22 ta’ Mejju Wara l-quddiesa tas-6:30pm ser issir purċissjoni Aux Flambeaux, fejn jintalab ir-Rużarju, mill-knisja parrokkjali san-niċċa tal-Lunzjata fi Triq tal-Barrani.

Mill-Ħamis, 23 ta’ Mejju sal-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju: NOVENA Il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat. L-Innu: Ave Maris Stella jitkanta fil-bidu tal-quddiesa. Wara t-Tqarbin, tingħad il-Kurunella. Fit-tmiem titkanta s-Salve Regina, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Hekk ikomplu il-ġranet kollha tan-Novena. Predikatur tan-Novena: Rev. Pt. Dr. Sandro Vella O.Carm, provinċjal tal-Ordni tal-Karmelitani, professur tal-Iskrittura, lecturer fl-Università. Il-kor parrokkjali Magnificat li jieħu sehem matul in-Novena jkun immexxi mis-Sur Bernard Piscopo. Il-mużika tal-Ġimgħa, is-Sibt, lejlet il-festa u l-Ħadd titmexxa mill-Capella Bel Canto, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz.

Il-Ħamis, 23 ta’ Mejju: Bidu tan-Novena L-Ewwel Salve Jum il-Kumitat tal-Festa, l-Għaqdiet Kulturali u Soċjali 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata u l-Kor Parrokkjali Magnificat. Fi tmiem il-Quddiesa titkanta l-ewwel Salve. Wara jsir il-ħruġ tal-vara minn niċċa. L-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ssellem lill-Madonna bid-daqq ta’ l-Innu Popolari ‘Lil Marija Annunzjata’ versi ta’ Dun Karm Psaila, mużika ta’ Mro Joseph Casapinta. Wara tindaqq l-Antifona Gabriel Angelus u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju Jum l-Għaqdiet tal-Appostolat 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat li għaliha huma mistiedna l-għaqdiet parrokkjali u movimenti reliġjużi.

Is-Sibt, 25 ta’ Mejju Jum iż-Żgħażagħ 6:00pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika (ŻAK), tat-Tarxien Pageant Group u tat-Tarxien Youth Centre, li għaliha l-mistiedna speċjali huma ż-żgħażagħ kollha tal-parroċċa.

Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju Jum il-preżentazzjoni tat-Trabi 5:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena li għaliha huma mistiedna l-ġenituri li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn. Wara l-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Marija Annunzjata.

It-Tnejn, 27 ta’ Mejju Jum it-Tfal 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-kant tat-Tfal stess li jiġu mħeġġa jingħaqdu f’kor wieħed. Għal dil-quddiesa huma mistiedna t-tfal kollha taċ-Ċentri tal-Katekeżi u l-Katekisti li ser tkun animata b'kant apposta tat-tfal. F’din il-quddiesa ser tiġi mnehdija kummissjoni ġdida: il-Kummissjoni Parrokkjali Tfal, u ppreżentati l-membri tagħha.


It-Tlieta, 28 ta’ Mejju Jum il-Familja 9:00am Quddiesa fil-knisja parrokjali għat-tfal tal-Iskola Primarja, Kulleġġ San Benedittu. 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat li għaliha huma mistiedna l-koppji kollha speċjalment dawk li żżewġu matul is-sena li għaddiet kif ukoll dawk il-koppji li din is-sena qed ifakkru l-10, il-25 jew il-50 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju Jum il-Morda u l-Anzjani 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat. Wara l-prietka, jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda. Jiġi pprovdut trasport fejn ikun meħtieġ.

L-Ħamis, 30 ta’ Mejju – Corpus Christi Jum il-Benefatturi, Voluntiera u Emigranti 6:30pm Quddiesa Kantata tan-Novena bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat. Mistiedna speċjali l-benefatturi, voluntiera u l-emigranti li huma fostna għall-Festa. Wara l-quddiesa jkollna l-purċissjoni ta’ Corpus fejn ser ngħaddu minn dawn it-toroq: Triq Paola, Vjal Simmons, Triq Santa Marija u lura għall-Knisja minn Triq il-Kbira.

L-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju L-aħħar Salve, Jum is-Saċerdoti u r-Reliġjużi 6:30pm Konċelebrazzjoni Solenni tan-Novena. Mistiedna speċjali s-saċerdoti u r-reliġjużi rġiel u nisa li huma minn Ħal Tarxien jew li ħadmu jew qed jaħdmu fil-parroċċa tagħna. Wara l-quddiesa, titkanta s-Salve, l-Antifona u ssir ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt, 1 ta’ Ġunju Lejlet il-Festa 8:00am Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara t-tqarbin jitkanta t-TE DEUM, l-Innu ta’ Ringrazzjament u Tifħir lil Mulej fi tmiem tan-NOVENA. Din il-quddiesa tiġi offruta lill-għeżież tagħna li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn. Nitolbu għalihom filwaqt li mimlijin bit-tama, nemmnu li huma wkoll, mis-sema qegħdin jiċċelebraw il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, magħqudin magħna. Iqaddes il-Kanonku Onorarju tal-Basilika Kolleġjata Insigni Sant’ Elena Birkirkara, Rev. Dun Simon Sciberras, is-saċerdot il-ġdid, rettur tal-knisja tar-Reżurrezzjoni (l-Erwieħ). 4:00pm Servizz ta’ qrar bi tħejjija spiritwali għall-festa. 5:00pm Quddiesa. 6:00pm Transulazzjoni solenni bir-relikwa mill-Kappella ta’ San Bert għall-knisja parrokkjali. Mal-wasla fil-Knisja jitkantaw l-Innu: Ave Maris Stella u l-Antifona. Din titkompla biċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar (Salmi ta’ Filgħaxija) tat-Tħabbira tal-Mulej, Salve Regina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Jippresiedi l-funzjoni Rev. Kan. Simon Sciberras. 7:30pm Quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali Magnificat.

Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju Jum il-Festa Fis-6:15am Quddiesa u fis-7:45am Quddies bit-talb tas-Salmi ta’ Sbiħ il-Jum. 9:15am Konċelebrazzjoni solenni preseduta mill-Kanonku Onorarju tal-Basilika Kolleġjata Insigni Sant’ Elena Birkirkara, Rev. Simon Sciberras, responsabbli tal-Knisja tal-Erwieħ. Wara l-Vanġelu, jinseġ il-paniġierku lil Ommna Marija taħt it-titlu tal-Annunzjata il-Kanonku Dun Ġwann Sultana. 11:30am Quddiesa Letta għal ruħ is-Surmast Lorenzo Gonzi li kiteb u rregala l-Antifona li tindaqq fil-jiem tal-Festa. 5:15pm Quddiesa u Għasar Solenni (Salmi ta’ Filgħaxija). 6:45pm Tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota ta’ Marija Annunzjata mbierka u mżanżna fl-1829. Imexxi l-purċissjoni Rev. Kan. Simon Sciberras. Fid-dħul tal-Vara fil-Knisja, isir il-kant tal-Antifona: Gabriel Angelus, miktuba minn Lorenzo Gonzi, u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-Funzjonijiet tal-Festa jintemmu bil-Kant tal-Innu Popolari.

Il-Ħadd, 9 ta’ Ġunju Ottava tal-Festa 10:15am Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali. Wara jsir id-dħul tal-vara fin-niċċa akkompanjata b’kant Marjan u talb.


Messagg mill-Għaqda Każini tal-Banda Joseph C. Camilleri, Segretarju

L-Għaqdiet u s-Soċjetajiet tal-Banda kienu u għadhom punt importanti fil-kommunità tagħna, anke jekk illum, fi żminjietna, minħabba diversi raġunijiet din l-importanza naqset xi ftit. Madanakollu, meta wieħed jirrifletti, jirrealizza kemm għadhom matul is-sena kollha, b’mod partikolari fil-festi, jagħmlu ħafna xogħol fuq bażi volontarja għall-ġid tal-bliet u rħula tagħna. Dan l-involviment kontinwu tagħna għandu jkun wieħed imsejjes fuq rispett reċiproku għal kull min huwa involut, speċjalment fil-festi tagħna għaliex dawn huma espressjoni reliġjuża, imma anke waħda kulturali u tradizzjoni tal-poplu tagħna. Mhix ħaġa ta’ ġid li bħala Għaqda jew Soċjetà tħossha li hija inferjuri lejn xi ħadd jew lejn xi entità oħra. Huwa dritt li hija tħoss li hija ugwali għal kull min għandu xi sehem fl-organizzazzjoni tal-festa, iżda bl-obbligu li tirrispetta dak li jiġi deċiz minn kull min huwa involut. Huwa importanti li kull Għaqda u Soċjetà tagħraf li l-aġir tagħha huwa dejjem taħt skrutinju u għalhekk irridu nuru kemm aħna serji f’dak li nkunu qegħdin nagħmlu.

Irridu nuru li filwaqt li ngħożżu t-tradizzjonijiet tagħna, nafu wkoll naġġornaw ruħna mingħajr ma ninsew minn fejn bdejna u kemm impenjaw ruħhom missirijietna biex l-Għaqda jew Soċjetà hi li hi llum. Huwa propju għalhekk li rridu noqogħdu attenti li ma nħallux lil min jipprova jkisser ix-xogħol siewi li jsir, anke minn dawk li jagħtu l-impressjoni li għandhom għal qalbhom lGħaqdiet u s-Soċjetajiet tal-Banda. Huwa ferm importanti li wieħed ifakkar li kull Soċjetà jew Għaqda hija parti mis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna għaliex it-taghlim, li jsir mingħajr ħlas, speċjalment dak tal-mużika, huwa fih innifsu formazzjoni edukattiva mhux formali li tgħin biex membru tal-kommunità jkattar l-intelliġenza tiegħu u anke sens ta’ dixxiplina. Barra minn hekk it-tagħlim tal-mużika fih innifsu jgħin mhux biss biex jitkattar l-apprezzament lejn il-mużika imma anke ta’ terapija għassahha.

Fl-Għaqdiet u Soċjetajiet isir ħafna ġid, jekk dawn jitmexxew kif jixraq u jirrifletti l-veru sens ta’ dixxiplina, integrità u kontabilità. Dawn huma tliet pilastri biex l-Għaqdiet u Soċjetajiet ikomplu jikbru u hekk ikunu ta’ eżempju lill-kommunita’. Ma’ dawn wieħed iżid is-solidarjetà, għaliex meta tingħata l-għajnuna lil min ikollu bżonn anke jekk tkun Għaqda jew Soċjetà oħra, il-ġid li jkun qed isir jkollu effett li jitwessa’ u jgħin biex il-ħidma tkompli tinfirex.

Għalhekk filwaqt li nawgura l-festa t-tajba, infakkar biex l-impenn tal-Għaqda jew Soċjeta’ jkun wieħed matur u dixxiplinat biex bil-prattika tintwera r-rieda li l-festa tkompli tikber b’mod moderat u mingħajr esaġerazzjonijiet, kemm mill-lat reliġjuz, imma anke mill-aspett kulturali u tradizzjonali tagħha.

54


Kav. Anthony M DeGabriele Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni

Nitgħallmu kullimkien Għarfien tat-tagħlim informali fiċ-Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja Kull wieħed u waħda minna jiftakar iċ-Ċertifikat li konna nieħdu wara l-iskola sekondarja. Kien sempliċement lista tas-suġġetti studjati l-iskola bil-marka li nkunu ġibna fl-eżami annwali tal-ħames sena fl-iskola sekondarja. Kien ikun hemm ukoll kumment fuq l-imġiba u l-attendenza. Illum l-istudenti tagħna, hekk kif ilestu l-istudji tagħhom fl-iskola sekondarja, jingħataw Ċertifikat differenti għallaħħar. M’għadniex ngħidulu School Leaving Certificate iżda Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja (Secondary School Certificate and Profile). U ta’ min jisħaq illi dan il-format taċ-Ċertifikat huwa mibni fuq il-Profil tal-istudent għaliex fih jidher it-tagħlim f’kull forma tiegħu li jkun għamel l-istudent matul il-ħames snin: kemm it-tagħlim formali (li jsir fil-klassi), dak mhux formali (li jsir waqt il-ħin tal-iskola, iżda fil-break) u dak informali (dak li jsir wara l -ħin tal-iskola). Barra minn hekk, dan iċ-Ċertifikat jinkludi fih ukoll il-kwalitajiet personali tal-istudent u lattendenza fl-iskola. Dan kollu jagħmel miċ-ċertifikat profil sħiħ tal-esperjenza edukattiva sekondarja. Tradizzjonalment, dejjem fhimna t-tagħlim bħala proċess li jsir fil-klassi tal-iskola. Imma l-esperjenza turi illi ttagħlim iseħħ ukoll lilhinn mill-klassi formali tal-iskola. U din mhix xi ħaġa ġdida! Wieħed jista’ jitgħallem kullimkien: fil-komunità, id-dar, fil-klabbs, fuq il-post tax-xogħol, fil-każin tal-banda, fl-oratorju....kullimkien. Huwa għalhekk li dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim, lilhinn mill-klassi formali, jissejħu tagħlim informali. Dawn lopportunitajiet jingħataw lil kulħadd minn organizzazzjonijiet ta’ kull xeħta bħal, ngħidu aħna, reliġjużi, filarmoniċi, soċjali, volontarji. U s-sabiħ ta’ dan it-tip ta’ tagħlim huwa illi jista’ jseħħ kull ħin u kullimkien u jista’ faċilment jiġi adattat għall-bżonnijiet tal-individwu jew tal-organizzazzjoni, jew saħansitra tal-komunità. Iċ-Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja jagħti l-opportunità lill-istudenti kollha li jkollhom kwalifika fl-aħħar taċċiklu tal-istudju sekondarju tagħhom ta’ ħames snin jekk dawn jirnexxilhom jimxu skont ċerti kriterji. Dan għaliex iċ-ċertifikat li jingħata lill-istudent jista’ jkun ta’ livell 1 jew ta’ livell 2 tal-iskala tal-Kunsill Malti tal-Kwalifiki (KMK). Naturalment, il-livell mogħti lill-istudent jiddependi jekk l-istudent jirrispettax il-kriterji stabbiliti sabiex jintlaħaq dak il-livell partikulari. Huwa ta’ pjaċir kbir tara li llum l-istudent jingħata kreditu fiċ-ċertifikat sekondarju tiegħu għat-tagħlim li jkun ħa barra mill-ħitan tal-iskola. Dawn huma kollha esperjenzi li jkomplu jgħinu lill-istudent jikber fl-għerf tiegħu waqt li jieħu pjaċir jitgħallem. Madanakollu, huwa importanti li nifhmu illi s-soċjetà jew il-grupp, l-istituzzjoni jew lindividwu għand min imur jitgħallem l-istudent wara l-ħin tal-iskola jridu jkunu rreġistrati mal-KMK sabiex ikunu jistgħu jiċċertifikaw illi l-istudent ikun għamel kors jew tgħallem għandhom. Din ir-reġistrazzjoni tista’ ssir faċilment fuq l-Internet fuq is-sit http://www.mqc.gov.mt/qualificationform?l=1. Wara li ssir ir-reġistrazzjoni, il-KMK jevalwa t-talba li ssirlu u, jekk jaċċettaha, jagħti numru (magħruf bħala SLC number) lill-applikant. Dan in-numru mbagħad, jinkiteb fuq il-formula li l-istudent irid jimla biex l-iskola tagħraf it-tagħlim informali tiegħu. Huwa inkoraġġanti naraw li llum l-istudent qed jingħata kreditu għat-tagħlim li qed jagħmel barra mill-iskola. IdDirettorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jinkoraġġixxi lill-entitajiet li joffru tagħlim ta’ kwalità sabiex dawn jirreġistraw mal-KMK u b’hekk igawdu l-istudenti li qed ikomplu jagħmlu l-almu tagħhom sabiex iwessgħu t-tagħlim tagħhom barra s-sigħat tal-iskola. 55


L-Istorja ta' Ħal Tarxien (Tagħrif miġbur mis-Sur Joseph Farrugia u mill-ktieb “Il-Kunsilli Lokal” ta’ M.J.Schiavone)

Dan hu wieħed mill-eqdem irħula li fih kienu jgħixu n-nies. Ismu x'aktarx ġej mill-plural tal-kelma tirxa, li tfisser ġebla jew blata kbira maqlugħa mill-oħrajn. L-eżistenza ta' dan il-lokal tgħodd għal madwar 4000 sena u skond l-istudjużi ta' l-Arkeoloġija huwa meqjus bħala l-belt ewlenija ta' Malta Neolitika u li fit-tempji tagħha, imwaqqfa b'ħagar kbir, kienet tingħata l-qima pagana lillMara l-Qawwija, alla tal-fertilità, li tinstab fil-Mużew tal-Arkeoloġija, il-belt Valletta. Xhieda ta' dan huma l-istess tempji misjuba fi żmien Sir Temi Zammit fl-1915. Dan ir-raħal hu msemmi fil-lista tal-Milizja tal-1419, u hu wkoll magħruf għas-sejbiet storiċi li hemm fih. Mons. Duzzina għamel żjarat lil diversi knejjes bħal dik ta’ San Luqa li kienu jieħdu ħsiebha l-eredi ta’ Filippu Muscat li kellu art fl-istess raħal; dik ta’ San Nikola li kienet mibnija maġenb il-knisja ta’ San Luqa; dik ta’ San Pawl; dik iddedikata lil Santa Marija Assunta, magħrufa bħala Tar-Rokna; dik ta’ San Leonardo qalb l-għelieqi f’Witja lejn Ħaż-Żabbar mibnija fuq l-art tal-Gran Mastru. Żar ukoll kappella qalb ir-raba‘ taħt it-titlu ta’ San Ġwann Battista, li qiegħda ftit ‘il bogħod mis-swar tal-Birgu (mil-bogħod mill-knisja ta’ Santa Margerita f’Bormla, fl-art imsejħa ta’ Doga jew t’Għuxa). Din taqa’ taħt il-patroċinju ta’ Bir Miftuħ li fil-festa ta’ San Ġwann il-Battista b’devozjoni kbira jagħmel l-ewwel, it-tieni vespri u quddies minn xi dħul li għandha l-kappella. Il-knisja hi mdawwra bi ġnien li fiħ siġar u ħaxix ieħor u dar zgħira li f’xi zmien kien joqgħod fiha eremita. Kif rajna, Mons. Duzzina matul il-viżta tiegħu ltaqa’ ma’ kważi l-Maltin kollha u dawn ressqu quddiemu l-ilmenti tagħhom, l-iktar dwar is-smigħ tal-Quddies u s-Sagramenti. In-nies ta’ Ħal Tarxien kellhom firxa minn Għajn Dwieli, Triq tal-Liedna (Żabbar Road fil-Fgura) , l-Għerien (ħdejn Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid) Kordin, Ħal Saflieni (Triq Ħal Luqa) ukoll ressqu l-ilmenti tagħhom lil dak il-Viżitatur u dan s’intendi niżżilhom fir-rapport tiegħu. Minn żmien għal żmien in-nies ta’ Ħal Tarxien baqgħu jitolbu biex jinfirdu minn Birmiftuħ għax ma kinux qed jiġu moqdija sew minħabba d-distanza kbira li kienet teżisti minn knisja għall-oħra. Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li dak iż-żmien ma kienx hawn mezzi tat-trasport bħal dawk tal-lum u t-toroq, jew passaġġi, xejn ma kienu komdi. Bir-raġun, in-nies ta’ Ħal Tarxien ħassew ruħhom abbandunati. Meta l-kappillan ta’ Bir Miftuħ, Dun Bartilmew Mangion, miet fit-23 ta’ Mejju 1592, l-Isqof Tumas Gargallo għaġġel biex joftom ir-rahal ta’ Ħal Tarxien mill-matriċi tiegħu. Lil Ħal Taxien waqqfu bħala parroċċa għalih fid-29 ta’ Mejju 1592. Dan żgur kien l-akbar avveniment għan-nies ta’ Ħal Tarxien li bilgri għażlu lill-kappella ta’ Marija Annunzjata, l-ikbar waħda, bħala knisja parrokkjali tagħhom. Ħal Tarxien jiġi s-17-il parroċċa fil-lista tal-parroċċi ta’ Malta. L-ewwel kappillan ta’ din il-parroċċa ġdida kien Dun Bastjan Cuscusu li ħa l-pussess tiegħu fis-26 ta’ Marzu 1595 u dam imexxi sas-26 ta’ Settembru 1598. Il-bidu kien iebes, għax ftit wara li Ħal Tarxien sar Parroċċa faqqgħet il-pesta f’Malta li qerdet 300 ruħ minn Malta kollha, iżda ma nafux kemm mietu nies minn Ħal Tarxien. Meta fid-29 ta’ Mejju 1592 l-Isqof Tumas Gargallo fired lil Ħal Tarxien minn Bir Miftuħ. Hu tah ukoll il-medda ta’ art (il-konfini) li kienet taqa’ taħt il-kappillan Dun Sebastjanu Cuscusu. Din il-firxa ta’ art kienet tibda xi sitt mitt metru ‘l isfel mill-kappella ta’ Santa Luċija fil-limiti tal-Gudja u tibqa’ sejra lejn in-naħa l-oħra tal-feudu ta’ Bulebel 58


(li jagħmel maż-Żejtun jew Santa Katerina ta’ Bisqallin), in-naħa l-oħra tal-Witja ta’ San Anard; jgħaddi taħt ir-riħ ta’ Ħaż Żabbar (dak iż-żmien ukoll kien jagħmel maż-Żejtun) u jdur għal ħdejn Bormla b’żewġ lokalitajiet żgħar, Ħal Ħellul u Ħal Għarrat (fejn hemm parti mill-Fgura tal-lum) u jdur għal ħdejn Bormla bil-knisja ta’ San Ġwann il-Battista imsejjħa t’Għuxa, jew Dosa, Għajn Dwieli, tal-Liedna, u Kordin. Kien ukoll jieħu parti mill-Marsa (fejn illum hemm Albertown) biex imiss ma’ Ħal Qormi, biċ-ċimiterju tat-Torok u tal-Lhud, l-Għolja tal-Ħorr (fejn illum hemm iċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata) tal-Għerien (li kien fin-naħa tal-knisja ta’ Santa Ubaldeska), Ħal Saflieni (ħdejn in-naha t’isfel ta’ Triq Luqa u Triq iċ-Ċimiterju). Kien jieħu ukoll ir-raħal ta’ Fuqani (fejn illum hemm Santa Luċija) u jmiss ma’ Wied Ingraw, li kien jagħmel ma’ Bir Miftuh. Is-Salib tal-Marsa kien jimmarka fejn jispiċċaw il-konfini ta’ Ħal Tarxien, ta’ Ħal Qormi u tal-Belt Valletta. Ġewwa din il-medda ta’ art, taħt il-patroċinju ta’ Ħal Tarxien, kien hemm diversi lokalitajiet li ħafna minnhom intesew. Fil-lista tal-Milizzja (tad-Dejma) ta’ l-1419 insibu raħal zgħir, jew parti minn Ħal Tarxien, li hi mniżżla bħala “Sifileni et Galluni” li kien jibgħat tnax-il raġel għad-dejma. Kien hemm ukoll l-inħawi tal-Borġ fejn illum hemm ilgrawnd tal-futbol ta’ Pace Grasso. Ix-Xagħra ta’ Ħal Tarxien kienet fejn illum hemm il-pjazza ta’ Casal Paola. IlQalgħa bit-Torri tad-Dejma kienet fejn illum hemm Villa Tarxien, b’Santa Marija tar-Rokna u n-naħa tas-Salib fejn kien hemm is-Salib tad-Dejma, għax kienu jiltaqgħu ħdejh is-suldati tad-Dejma tal-Parroċċi ta’ Bir Miftuħ li lmilizzja tiegħu kienet tkopri mir-Reġiment ta’ Ħal Tarxien u ta’ Bisqallin, inkluż ta’ Ħaż-Żabbar, qabel ma jmorru jagħmlu r-ronda li kienet twassalhom sa Marsaxlokk u Wied il-Għajn. Il-qalba tan-nies kienet toqgħod fi Sqajjaq, Birbixkilla, Xintill, Wara l-Bjut, bi Triq il-Kbira u Triq Sant’Anna u Strada Rokka bejniethom. Il-bqija, irziezet bil-merħliet ta’ mogħoż u nagħaġ, u xi kappella bħal ta’ San Anard, li kienet filwitja ta’ San Anard (ħdejn il-fabriki ta’ Bulebel), il-kappella ta’ San Ġwann t’Għuxa jew Dosa, li kienet ħames kilometri ‘l bogħod mill-knisja ta’ Santa Margerita Bormla, u tlett kappelli jmissu ma’ xulxin fil-qalba tar-raħal u waħda fit-Triq tal-Barrani, x’aktarx fejn hemm in-Niċċa tal-Lunzjata llum. F'dan ir-raħal wieħed isib ukoll il-kappella ta' San Bert, Ta’ l-Erwieħ, u ta’ Santa Marija tar-Rokna. Il-Patrijiet Agostinjani għandhom il-kunvent u l-knisja ddedikata lil San Nikola, u s-Sorijiet tal-Karità għandhom kunvent u skola għall-bniet biswit il-kappella li kienet iddedikata lil San Ġużepp u wara lill-Kunċizzjoni. F'Ħal Tarxien insibu s-seher tat-Tempji Neolitiċi. Dawn instabu f'Lulju 1915 wara li ċertu bidwi jismu Wenzu Despott irraporta lil Sir Temi Zammit, Direttur tal-Mużewijiet, li l-moħriet kien qed jaħbat ma’ ġebel kbir. Wara kienet tħaffret trinka f'nofs l-għalqa qrib iċ-ċimiterju Tal-Erwieħ u kien nstab ħagar kwadru taħt madwar nofs metru għoli ta' ħamrija. Aktar tard f'dan it-tempju kienu nstabu oġġetti tal-bronż, fuħħar, iġsma ta' nies maħruqa, oġġetti tal-metall, statwetti, żnied, ornamenti u tinqix fil-ġebel. Quddiem il-knisja ta' San Bert tinsab Villa tal-Isqof Leonardu Abela (1541-1605); villa sabiħa u kbira, li bena bħala l-palazz tal-villeġġjatura tiegħu f'Ħal Tarxien xi tliet snin qabel l-Assedju l-Kbir ta' l-1565. Mal-medda taż-żmien din il-villa għaddiet minn bosta jdejn u serviet bħala skola sekondarja tal-Gvern, u kienet ukoll kwartier tas-suldati fi żmien l-aħħar gwerra. Madwar għoxrin sena ilu kienet użata bħala Health Farm. Fi Triq Xintill tinsab l-hekk imsejħa Dar tal-Kejka li, għalkemm mhux kbira wisq, għandha skultura sabiħa. Fejn jinfirdu ż-żewġ toroq taż-Żejtun u Ħaż-Żabbar fi Triq Ħal Tarxien hemm salib fuq kolonna tal-ġebel li jsibuh bħala s-Salib tad-Dejma. L-iStemma ta' Ħal Tarxien hi tarka fuq sfond tal-fidda b'żewġ strixxi vertikali ta' lewn ikħal.

59


Il-festa tal-Lunzjata fil-Gudja Martin Gravina

Id-devozzjoni f’pajjiżna lejn l-annunzjazzjoni ta’ Marija tmur lura sa qabel l-1575. Dak iż-żmien kien hemm diġà sitta u tletin knisja jew kappelli li kellhom bħala titular il-Lunzjata. Mill-viżta pastorali li kien għamel Monsinjur Pietru Dusina fl-1575 kien issemma li fil-qalba tar-raħal tal-Gudja tnejn minnhom kienu ddedikati lill-Annunzjata. Insibu wkoll li kważi tliet kilometri barra minn dan ir-raħal kien hemm oħra ddedikata lil-Lunzjata. Illum minn dawn kollha waħda biss għadha teżisti li tinsab fil-qalba tar-raħal. Din fl-antik kienet tissejjaħ il-Knisja tal-Lunzjata l-Kbira u kienet ukoll magħrufa bħala l-knisja ewlenija tal-Gudja. Fl-1754 kienet inbniet mill-ġdid bil-għajnuna tad-devoti ta’ dak iż-żmien. Il-qima, ir-rispett kważi reliġjuż lejn il-Madonna taħt dan it-titlu tal-Lunzjata minn dejjem u sa żminijietna jinħass li huwa għażiż. Dan jidher sew f’din il-knisja tal-Lunzjata li nsibu fil-Gudja min-numru kbir ta’ benefatturi li matul iż-żminijiet dejjem kellha, kif ukoll iċ-ċelebrazzjoni tas-solennità tal-festa tagħha. Ħarsa lejn inventarju li kien sar fis-6 t’Awwissu 1725 insibu din id-deskrizzjoni. “F’din il-knisja hemm pittura ta’ Marija Santissima, l-Anġlu Gabriel u l-Missier Etern; skarnell ordinarju b’sitt gandlieri u sitt fjuretti mżejnin, salib, sitt trieħi, ventaltar ta’ damask abjad; u gwardarobba. Fuq il-bejt hemm qanpiena u oħra żgħira fil-knisja. Fil-festa tagħha tkun iċċelebrata Quddiesa kantata bl-ewwel u t-tieni vespri, bit-tqassim ta’ tomna ġellewż u nofs qantar inbid. Fl-istess festa jkunu ċċelebrati seba’ Quddisiet kantati’’. Fil-viżta pastorali li l-Isqof Alpheran de Bussan kien għamel fil-parroċċa tal-Gudja fl-1745, wara li jagħti deskrizzjoni tal-qagħda tal-knisja, jagħti wkoll deskrizzjoni dwar il-festa tagħha. Huwa jgħid li din kienet tiġi ċċelebrata bil-kant tal-vespri u bil-Quddiesa kantata. Jissemma wkoll li kienet ukoll id-drawwa li jqassmu xi ikel lill-foqra, jew kif ġieli huwa msemmi li fil-ġurnata tal-festa kien jitqassam kolazzjon jew ikla ta’ filgħodu. Mill-viżta pastorali tal-Isqof Bartholomew Rull li kienet saret fis-26 t’Ottubru 1759 insibu li barra deskrizzjoni tagħha, issemmi li din kienet tbierket nhar Ħadd il-Ġdid (Ħadd fuq l-Għid), fl-1755 mill-kappillan tar-raħal tal-Gudja bil-permess li kien tahulu l-Isqof Alpheran de Bussan. F’din il-viżta tissemma l-festa li kienet issir fil-25 ta’ Marzu bil-primi vespri, b’Quddiesa kantata, u jqassmu kolazzjon. Illum, fis-seklu 21, minkejja l-fatt lin-nies li kienu joqogħdu fil-qalba tar-raħal tferrxu billi marru joqogħdu fid-djar ġodda li nbnew fil-periferija tal-istess raħal, u li wassal li d-djar tagħhom xtrawhom u marru joqogħdu fihom il-barranin, jew inkella nies mill-ibliet jew irħula oħra, huwa fatt li ta’ kull sena din il-knisja għadha tiġbed lejha numru kbir ta’ nies fl-okkażjoni tal-festa. Kull sena ċ-ċelebrazzjonijiet jibdew fl-ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir sa Ħadd fuq l-Għid b’Quddiesa filgħaxija organizzata minn diversi għaqdiet jew gruppi li nsibu fil-Gudja. Jum il-festa jkun iċċelebrat it-Tnejn fuq Ħadd il-Ġdid, meta filgħodu huwa ddedikat għall-attivitajiet miż-żewġ skejjel li nsibu f’dan ir-raħal. Il-qofol ta’ dan il-jum jintlaħaq filgħaxija, meta bis-sehem tal-orkestra tkun iċċelebrata Quddiesa kantata, tindaqq l-antifona ‘Ave Maria’, u fl-aħħar issir il-bewsa tar-relikwa. Għalkemm knisja żgħira, u minkejja li qegħdin ngħixu f’dinja teknoloġika ta’ ħajja mgħaġġla, il-festa għadha tkun iċċelebrata bl-akbar solennità, kif minn dejjem kienet matul is-snin f’wirja t’espressjoni tal-kult Marjan li għad għandu dan il-poplu. 60


61


X’Qalu l-Għorrief Qaddisin tal-Knisja dwar l-Annunzjazzjoni tal-Verġni Marija Joe Chetcuti

Marija hija dik l-għalqa mistika, illi bħala simbolu titkellem l-iSkrittura, dak il-kliem li l-patrijarka Iżakk qal lil ibnu Ġakobb filwaqt illi bierku. Qallu; “Ekku r-riħa tal-Iben tiegħi. Hija bħal dik ir-riħa ta’ dik l-għalqa kollha fjuri u mbierka mis-Sinjur” (Ġenesi XXV11 – 27). Marija hija dik l-għalqa tassew għammiela, tassew imbierka. Għalqa għammiela tagħmel frott tajjeb u bl-abbundanza. L-Anġlu Gabriel semma lil Marija dwar dan il-frott. ‘Imbierek ilfrott tal-ġuf tiegħek’. Liema għalqa jekk mhux qaddisa fl-għola grad setgħet tagħti l-frott li tat Marija lil Ġesù, ilFeddej tal-Umanità kollha. Meta ngħidu l-ewwel parti tal-Ave Maria naħsbu xejn kemm hu ħelu u ammirabbli l-messaġġ ta’ l-arkanġlu Gabriel? Id-Dutturi tal-Knisja marru jidħlu fil-fond u għolew `il fuq fil-ħsibijiet tagħhom meta qagħdu jikkonsidraw il-messagg ta’ Gabriel. Santu Wistin, fil-prietka tiegħu numru 46, kiteb hekk:“L-anġlu sejjaħ lil Marija bħala mimlija bil-grazzja għaliex tnissel ġo fiha l-awtur tal-grazzji kollha. Tnissel u ħa sura ta’ bniedem biex ikun jistà jifdi lil bnedmin kollha”. Nisimgħu xi jgħid it-tawmaturgu San Ġużepp fil-prietka tiegħu dwar l-Annuzjazzjoni ta’ Marija. Hu qal: “Is-Sinjur miegħek – Is-Sinjur mhux biss il-Ħallieq ta’ kulma jeżisti imma hu wkoll is-Sid ta’ kull qdusija, l-awtur ta’ kull virtù, l-awtur tas-salvazzjoni tal-umanità kollha. Ġesù li jsostni u jxerred il-vera paċi, huwa li mill-art verġni ħalaq il-bniedem. Hekk hu s-Sinjur li jinsab miegħek, illi minnek għandu jitwieled.” Issa naraw x’qal San Bernard fl-omelija numru 3 fl-okkażjoni tal-Lunzjata. Huwa qal hekk: “Huwa s-Sinjur Alla li niżel fik, O Verġni Marija, u huwa mhux biss l-Iben t’Alla li tnissel fil-ġuf purissimu tiegħek u fik tlaħħam u kiber u sar bniedem bħalna, imma wkoll bl-intervent tal-Ispirtu t’Alla li b’opra tiegħu int sirt Omm u l-Missier Alla li sa minn dejjem iġġenera lil dan Ibnek. Inti Marija sejra tagħti lid-dinja lil dan ibnek il-feddej tal-Umanità. Il-Missier Alla huwa miegħek u Ibnu sar Ibnek, filwaqt li inti sejra ssir Omm xejn ma tittiefes il-verġinità tiegħek. L-Ispirtu s-Santu huwa miegħek u flimkien mal-Missier u mal-Iben hu jqaddes u jsaħħaħ il-ġuf tiegħek.” Nisiltu issa żewġ versi mill-prietka ta’ Santu Wistin: “Is-Sinjur miegħek; iva is-Sinjur miegħek, anzi s-Sinjur huwa fik, fil-qalb tiegħek bil-grazzja tiegħu, b’ruħu u ġismu fil-ġuf purissimu tiegħek. Qiegħed fik bl-imħabba kollha tiegħu.” Cornelio a Lapide kiteb hekk: Imbierka Inti fost in-nisa; iva Inti mbierka għaliex Ġesù qiegħed fil-ġuf tiegħek. Ġesù li tnissel fik hu l-istess Barka nnifisha. Il-Vanġelu jgħidilna li Marija għall-ewwel tħawdet bil-kliem li qalilha l-arkanġlu; dan għaliex beżgħet illi jekk ikollha t-tbatija titlef il-verġinità tagħha. Imma l-anglu b’delikatezza liema bħalha, tajjar il-biża’ li kellha Marija. Qalilha li fil-każ tagħha mhux se ssegwi dak il-proċess li minnu jgħaddu n-nisa l-oħra kollha biex isiru ommijiet. Gabriel spjegala dwar id-Divinà Maternità. Qalilha – Int iġġib fil-ġuf tiegħek l-Iben illi lilu tagħti l-isem ta’ Ġesù, li jfisser ‘Salvatur’.

62


Il-Verġni Marija emmnet b’dak li qalilha l-anġlu u hawn tidher il-fidi kbira li kellha meta ammettiet ħwejjeġ li jidhru kontra n-natura. Marija tant kellha għal qalbha l-virtù tal-verġinità, anke minħabba l-wegħda li kienet għamlet, li staqsiet lill-anġlu – B’liema mod isir dan? Marija ma għamlitx din il-mistoqsija b’xi kurżità jew minħabba xi dubju, iżda sempliċiment biex iddawwal il-kuxjenza tagħha għax hija ma rat l-ebda salvazzjoni għal din id-dilemma. Gabriel kien pront, imma bi kliem l-aktar delikat, taha r-risposta. L-Ispirtu s-Santu jinżel fik u l-Virtù tal-Kbir tagħmlek Omm. Minkejja l-fatt illi Marija kellha biss madwar ħmistax-il sena hija kellha għerf kbir fejn tidħol il-ħajja spiritwali u sopranaturali. Marija kienet qrat u studjat il-kotba tal-Antik Testment u żgur li ltaqgħet ma’ bosta episodji fejn il-Mulej aġixxa b’mod straordinarju fuq in-natura. L-istess ħolqien kien sar mill-Mulej meta qabel ma kien jeżisti xejn. Qrat dwar nisa xjuħ illi skond l-ordni naturali ma setax ikollhom ulied, imma Alla ried li jkollhom iben u hekk sar. Il-metodu tar-riproduzzjoni u tat-tnissil uman ħalqu Alla stess, allura Alla seta ma jgħażilx dan il-metodu fil-każ tat-tnissil ta’ Ibnu stess. Nixtieq f’dan l-artiklu qasir nispicca bil-kliem ta’ San Bernard li qal: “Liema iben se jkollha din il-Verġni? Se jkollha listess Alla! Marija ssir Omm ta’ dak l-Iben illi l-Missier huwa wkoll Alla. Alla stess ikun il-kuruna li żżejjen ilVerġinità tagħha. Marija fehmet illi għalkemm Ġesù se jkun fraġli bħala bniedem, imma Alla gglorifikah quddiemu fuq is-slaten kollha tal-art. Kulħadd għall-Isem ta’ Ġesù, kull irkoppa tmil fis-sema, fl-art u kullimkien. Il-festa tal-Lunzjata tfakkarna f’dan kollu.

63


Il-Lunzjata fil-Knejjes tagħna Chev. Mario Coleiro OSJ. Fost il-festi tal-Madonna fil-kalendarju liturġiku tagħna l-Insara nsibu l-festa kbira ta’ meta l-Anġlu Gabriel ħabbar lil Marija Santissima li kellha ssir Omm Alla. Din il-festa hija magħrufa bħala ‘tal-Annunzjata’ u liturġikament tiġi ċcelebrata eżatt disa’ xhur qabel il-Milied, nhar il-ħamsa u għoxrin ta’ Marzu. Din hija festa għażiża ħafna u f’pajjiżna nsibu żewġ parroċċi (Ħal Tarxien u Ħal Balzan) li jiċċelebrawa bħala festa titulari. Ma dawn nsibu numru ta’ knejjes u kappelli li jġibu dan it-titular. Dan jixhed kemm din il-festa għandha devozzjoni fostna l-Maltin. Ma‘ dawn insibu wkoll numru ta’ kwadri ta’ altar fil-knejjes tagħna. Dawn il-kwadri ħarġu minn idejn artisti diversi. Is-suġġett tat-tħabbira tal-anġlu minn dejjem kien suġġett mistiku u ħafna artisti kienu jagħmlu ħilithom kollha biex bħala kwadru joħorgu biċċa xogħol tajba u devota. Fost il-ħafna kwadri li nsibu fil-knejjes tagħna f’dan l-artiklu ser nitkellmu fuq uħud minnhom. L-ewwel kwadru li ser nitkellmu fuqu huwa dak li nsibu fil-knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi. Li huwa xogħol tal-pittur Ġużeppi Duca, li pittru fl-1925. Dan l-altar huwa altar antik u l-kwadru li naraw illum kien ħa post ieħor iktar antik. Kwadru ieħor li ser nitkellmu dwaru huwa dak li nsibu fil-Kappella tas-Sagrament fil-knisja parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Dan il-kwadru fuq stil tan-Nazzareni huwa kopja ta’ kwadru tal-pittur Giotto Bondone. Fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq insibu altar iddedikat lil Marija Annunzjata li jmur lura għal-1743. Minkejja din id-data, minn dokument antik nafu li din il-festa kienet ilha ssir f‘Ħal Għaxaq missena 1615. Il-Kwadru fuq dan l-altar sar fl-1744, iżda l-awtur tiegħu mhux magħruf. Xbieha oħra tal-Lunzjata nsibuha fis-saqaf tal-korsija ta‘ din il-knisja. Din il-pittura hija xogħol Emvin Cremona u kienet lesta fis-sena 1965. Fil-knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina tan-Naxxar insibu altar ukoll iddedikat lil Marija Annunzjata. Dan l-altar jinsab fil-kappellun tax-xellug ta’ din il-knisja u huwa altar antik ferm. Jidher li dan l-altar fil-parroċċa tan-Naxxar twaqqaf fis-sena 1502. Il-kwadru li naraw illum fuq dan l-altar huwa xogħol ta’ Fra. Luca Garnier. Kwadru ieħor sabiħ, li din id-darba huwa kwadru titulari, huwa dak li jinsab fil-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu. Fil-fatt din il-knisja hija ddedikata lil-Lunzjata u l-kwadru titulari huwa xogħol Emvin Cremona u sar wara l-gwerra meta din il-knisja kellha tinbena mill-ġdid. Dan il-kwadru kien lest fis-sena 1960. Knisja oħra li hija ddedikata lil Marija Annunzjata u kwadru titulari juri dan l-episodju hija dik tal-Karmelitani fl-Imdina. Dan il-kwadru sabiħ huwa xogħol tajjeb ħafna ta’ Stefano Erardi li pittru fis-sena 1677. Fil-knisja ta’ Marija Bambina tal-Mellieħa nsibu kwadru f’wieħed mill-kappelluni li juri lil-Lunzjata. Dan huwa xogħol Lażżru Pisani. Fil-knisja parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann insibu pittura sabiħa ferm tat-thabbira tal-Anġlu, xogħol l -artista Ġużeppi Briffa. Fil-Knisja tas-Sacro Cuor ta’ Tas-Sliema x-xbieha ta’ Marija Annunzjata nsibuha mpittra fissaqaf tal-korsija tal-knisja, xogħol il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi. Filwaqt li fil-knisja ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema stess ix-xbieha tal-Lunzjata hija xogħol tal-pittur Taljan Mario Caffaro Rore. Ix-xbieha tal-Lunzjata fil-knisja Katidrali ta’ Għawdex hija mpittra fis-saqaf tal-korsija u hija xogħol il-pittur Ġanni Vella. Fl-1976 il-Kavalier Pawlu Camilleri Cauchi pitter il-Lunzjata għall-knisja parrokkjali ta’ Sant' Andrija ta’ Ħal Luqa. Rokku Buhagiar pitter kwadru millisbaħ ta’ Marija Annunzjata għall-knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla. Fil-knisja ta’ San Ġużepp tal-Imsida nerġgħu niltaqgħu ma’ xogħol Emvin Cremona li pitter lil Lunzjata fis-sena 1951. Fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħerba f’Birkirkara nerġgħu niltaqgħu max-xogħol ta’ Ġużeppi Briffa fejn naraw fis-saqaf tal-korsija huwa pitter ixxena tal-Anġlu Gabrijel jidher lil Marija Santissima. 64


Fl-oratorju tal-knisja tal-Ġiżwiti, fil-Belt Valletta, insibu kwadru sabiħ ferm, xogħol Stefano Erardi, li juri lil-Lunzjata, filwaqt li fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija tal-Imqabba l-kwadru li juri lil Lunzjata huwa xogħol il-pittur Tarxiniż Raphael Bonnici Calì. Ġuzeppi Calì pitter il-kwadru tal-Lunzjata li naraw fil-knisja rotunda tal-Mosta.

Tajjeb li nagħlqu din l-informazzjoni fuq uħud mill-kwadri li juru l-misteru tat-tħabbira tal-Anġlu Gabriel lil Ommna Marija Santissima li kellha tkun Omm Alla biż-żewġ kwadri titulari fiż-żewġ parroċċi li jġibu dan it-titlu. Il-kwadru titulari fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan huwa xogħol Ġiuseppe Calleja u sar fis-sena 1859. Dan il-kwadru huwa mfaħħar ħafna u jingħad li kien il-kwadru fuq stil tan-Nazzareni li l-aktar influwenza l-art f’Malta. Fil-fatt, wara dan il -kwadru naraw li l-istil tan-Nazzareni nxtered ħafna u għal xi żmien kien sar imfittex ħafna f’pajjiżna. L-aħħar kwadru li ser nitkellmu fuqu huwa kif jixraq il-kwadru titulari li nsibu fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dan il-kwadru huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar xogħlijiet li l-pittur Taljan Pietro Gagliardi għandu ġo Malta. Dan il-kwadru tpoġġa f’postu fis-sena 1874 u kien ħa post ieħor iktar antik li kien tpitter iktar minn mitt sena qabel minn Alessio Erardi.

B’din id-daqqa t’għajn li tajna lejn uħud mill-kwadri li juru lil Lunzjata fil-knejjes tagħna rajna kemm dan l-episodju mill-ħajja tal-Madonna huwa diffuż fid-devozzjoni Marjana f’pajjiżna. Dawn kienu ftit mill-kwadri; magħhom irridu nżidu n-numru kbir ta’ kwadri li hemm fil-kappelli li huma ddedikati lil Luzjata u ħafna kwadri oħrajn li jinsabu filknejjes tagħna.

Tagħrif : Il-knisja ta’ Ħal Tarxien iddedikata lit-Tħabbira tal-Mulej saret parroċċa fl-1592. Hija nbniet fil-post fejn qabel kien hemm tliet knejjes żgħar li kellhom bħala titulari lil San Pawl, San Luqa u San Nikola. Aktarx li kien Vittorio Cassar, bin Glormu, li ħażżeż il-pjanta, iżda aktar tard Lorenzo Gafà biddel ftit l-istruttura tagħha biex jenfasiżża aktar l-istil barokk. Il-parroċċa, maqtugħa mill-matriċi ta’ Bir Miftuħ, waqqafha l-Isqof Tumas Gargallo u lewwel kappillan kien Dun Bastjan Cuscusù. Il-kwadru titulari li naraw illum hu xogħol ta’ Pietro Gagliardi. L-istatwa titulari ta’ Marija Annunzjata, li x' ħin tħares lejha tnissillek il-paci f’qalbek, hi xogħol fl-injam taż-Żejtuni Xandru Farrugia u tlestiet fl-1829. 65


Il-knisja tal-Lunzjata f’Ħaż-Żebbuġ Joseph C Camilleri BA, DEAM, M.Ed

Il-kampanja Maltija hija mimlija daqs bajda bi knejjes żgħar. Tant ieħor huma l-bliet u l-irħula Maltin. Ħaż-Żebbuġ jiftaħar li għandu 12-il knisja żgħira. Waħda minnhom hija ddedikata lil Marija Annunzjata. L-ewwel knisja tal-Lunzjata tmur lura għal qabel iż-żjara ta’ Monsinjur Pietru Dusina, jiġifieri qabel is-sena 1575. Maż-żmien inħolqot drawwa li mill-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ toħroġ purċissjoni li tispiċċa fil-knisja tal-Lunzjata, u fiha kien jieħu sehem il-kleru ta’ din il-lokalità. Meta l-purċissjoni kienet tasal fil-knisja tal-Lunzjata l-kappillan ta’ Ħaż-Żebbuġ kien iqaddes Quddiesa. Milli jidher il-knisja ma tantx kienet għall-qalb iż-Żebbuġin, għaliex fis-sena 1658 ngħalqet. Iżda fl-1667 il-knisja reġgħet inbniet. L-ispejjeż ħariġhom Dun Ġilju Zammit. Ix-xogħol fuq il-knisja kompla sakemm tlesta fis-sena 1696. Dan il-qassis kien in-neputi ta’ Dun Mariano Zammit. Billi l-knisja ntrabtet mill-qrib mal-familja Zammit, l-eredi ta’ Dun Mariano Zammit indifnu f’din il-knisja, u ħarġu l-flus biex waqqfu fondazzjoni biex bil-flus isir ix-xogħol meħtieġ biex il-knisja tinżamm fi stat tajjeb. Din il-fondazzjoni ġiet imwaqqfa quddiem in-Nutar Benedetto Vassallo fit-22 ta’ Mejju 1696. Il-knisja u t-teżori tagħha Din il-knisja għandha għamla tonda. Il-faċċata għandha stil barokk. Hija mżejna b’diversi opri artistiċi. Il-kwadru ewlieni jirrappreżenta t-Tħabbira tal-Anġlu Gabriel lil Marija Santissima. Dan hu xogħol wieħed mill-aqwa esponent tal-arti Maltija – Stefano Erardi. Il-kwadru jixbah kwadru ieħor tal-istess artist li jinsab fil-knisja tal-Karmnu, fl-Imdina. Jista’ jkun li min ħallas għalih ried kopja ta’ dan ix-xogħol. Id-differenza hija li l-kwadru tal-Karmelitani tal-Imdina hu wieħed kbir u wiesa’, waqt li dan hu wieħed żgħir u tawwali. Il-kwadru, li hu titulari, hu maqsum fi tlieta. Hemm rappreżentanza tal-art, hemm ir-rappreżentanza tas-sema, u l-aħħar livell huwa bejn is-sema u l-art. Fuq kull livell fih figuri maħdumin tajjeb ħafna. Fl-art insibu l-Madonna. Din tinsab għarkupptejha. Rasha tinsab tħares `l isfel. Il-Madonna tidher li aċċettat ir-rieda tal-Missier. Fil-livell tan -nofs hemm l-anġlu. L-aktar ħaġa importanti hija l-id. Din tinsab merfugħa `l quddiem tħares lejn is-sema. Din qed turi lill-Madonna li l-messaġġ tal-anġlu ġej mis-sema. L-anġlu jinsab iżomm f’id l-oħra l-ġilju. Fil-parti tas-sema hemm l-ispirtu s-Santu. Jinsab imdawwar bid-dawl, li hu kuntrast qawwi mal-lewn tas-sħab, li hu iswed. Is-sħab qed jirrappreżenta l-inkwiet u l-ħażen tad-dinja, waqt li d-dawl qed jirrappreżenta l-miġja tas-Sinjur tagħna, Ġesù. Mill-ħin li fih il-Madonna qalet ‘iva’ lil Alla, is-sħab qed jinfetaħ biex jidħlu fuq il-Madonna r-raġġi tal-ispirtu s-Santu. Dawn ir-raġġi qed jirrappreżentaw il-bidu tat-tqala tal-Madonna. Fuq kull naħa tal-ispirtu s-Santu hemm l-anġli. Fuq naħa waħda hemm anġlu wieħed u fuq in-naħa l-oħra hemm qatta’ żgħira ta’ anġli. Fil-knisja hemm sett ta’ erba’ kwadri laterali. Dawn aktarx huma xogħol tal-pittur Franċiż li ġie joqgħod Malta, Antoine de Favray. Kull qaddis li jidher f’wieħed minn dawn l-inkwatri qed jippreżenta persuna li kellha x’taqsam ma’ din il-knisja. Fi tnejn minnhom ir-rappreżentazzjoni hija ċara, iżda fit-tnejn l-oħra r-rappreżentazzjoni mhix ċara. L-ewwel wieħed li nsibu hu ta’ San Martin, Isqof. Dan jirrappreżenta lil Dun Martin Zammit, li wieħed jista’ jgħid li kien il-benefattur ta’ dan il-kult marjan. It-tieni qaddis hu San Ġilju, li jirrappreżenta lil Dun Ġilju Zammit li kien benefattur ieħor ta’ din il-knisja u naturalment kellu sehem fil-kult tat-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija Santissima.

66


Iż-żewġ qaddisin l-oħra huma San Girgor, Papa, u San Ġorġ, Martri. Wieħed jista’ jifhem aktar mill-qrib għaliex ilfamilja Zammit għażlet lil dawn iż-żewġ qaddisin. San Girġor, Papa, kien igawdi minn devozzjoni kbira fost il-poplu Malti. Kull sena kienet issir purċissjoni kbira f’ġieħ dan il-qaddis, bis-sehem tal-parroċċi kollha ta’ Malta. Din ilpurċissjoni kienet tgħaddi wkoll minn Ħaż-Żebbuġ. San Ġorġ Martri juri aktarx il-konnessjoni ma’ Ħal Qormi jew ma’ xi membru tal-familja Zammit li kien jismu Ġorġ. Dan jirriżulta minn riċerka fl-arkivji ta’ Ħaż-Żebbuġ jew mirrapporti taż-żjarat tal-Isqfijiet. Importanza Din il-knisja artistika hija parti mill-wirt kbir li għandu Ħaż-Żebbuġ. Hu wirt li għandu jnissel interess f’kull Żebbuġi u Żebbuġija. Dawn il-knejjes huma magħmula fuq pjanti tassew artistiċi u huma mżejna b’xogħlijiet artistiċi millaqwa. Barra minn hekk hemm diversi drawwiet li twieldu mill-poplu Żebbuġi u li misshom jiġu kkonservati minn dan l-istess poplu. Għalhekk hu d-dmir ta’ kull għaqda Żebbuġija li tiġbed interess lejn dawn il-postijiet sagri, kif ukoll tal-Kunsill Lokali u għaqdiet oħra. Fl-aħħarnett nixtieq ngħid li dawn il-knejjes huma wkoll parti mill-wirt nazzjonali. Eżempju ser nieħdu mill-knisja tal-Lunzjata. Il-bini tal-knisja, il-kwadri u d-drawwiet marbutin magħha huma parti mill-wirt Marjan li hu mifrux mal-erbat irjieħ ta’ Malta u Għawdex.

Referenzi:Vincent Borg: “Marian Devotions in the Islands of St. Paul ( 1600-1800)”; The Historical Society, Malta 1983 Tony Terribile: “Teżori fil-Knejjes Maltin”, Vol V: Is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ, Pubblikazzjoni Indipendenza, Malta 2004

Ix-Xogħol tal-Każini tal-Baned Il-Każini tal-Baned jafu l-bidu tagħhom sa miż-żminijiet tan-nofs permezz tat-tradizzjoni tad-daqq ta' marċi fil-festi u fil-purċissjonijiet. Nafu fiċ-ċert li fis-sittax -il seklu kienet tezżsti forma ta' banda li kienet tikkonsisti minn 'drums', u flawtijiet u li akkumpanjat purċissjoni. Matul is-seklu dsatax kien hawn f' Malta diversi baned militari tas-servizzi Ingliżi u anke refuġjati Taljani li bdew jaħarbu minn pajjiżhom minħabba ġwerra ċivili li kienet fis-seħħ. Dan wassal sabiex bdew jiġu introdotti strumenti ta' l-injam. Diversi baned bdew jitwaqqfu minn individwi madwar il-pajjiż kollu. F' xi parroċċi ma kienx hemm nies biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jixtru strumenti u għalhekk kien ikollhom jirrikorru għand xi negozjant sabiex jgħin lil dawk li jkunu jixtiequ jitgħallmu strument. B' dan l-iżvilupp bdew jitwaqqfu soċjetajiet lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Bl-għan ewlieni li jieħdu sehem attiv fil-festi organizzati madwar il-gżejjer Maltin.

67


Min hu l-Papa Franġisku? Brian Galea

Imwieled f’Buenos Aires fis-17 ta’ Diċembru 1936, Jorge Mario Bergoglio huwa wieħed minn ħames ulied. Ilġenituri tiegħu emigraw lejn l-Arġentina mill-Italja. Missieru, li kien ta’ nazzjonalità Taljana, kien ħaddiem fuq ilferroviji u ommu kienet mara tad-dar. Qabel daħal is-seminarju, Jorge Mario Bergoglio studja l-kimika u ggradwa bħala inġinier tal-kimika. Bergoglio huwa patri Ġiżwita. Għallem il-letteratura u l-psikoloġija fi Buenos Aires. Ġie ordnat saċerdot fit-13 ta’ Diċembru, 1969, fletà ta’ 33 sena. Fl-1992 il-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru Isqof titulari ta’ Auca. Fl-1997 inħatar Arċisqof ta’ Buenos Aires u sar Kardinal fl-2001. Huwa membru tal-Kunsill Pontifiċju għall-familja u tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerikan Latina. Hu wkoll l-awtur ta’ numru ta’ kotba. Għalkemm ma kienx qed jissemma bħala wieħed mill-kardinali ‘papabbli’ fil-bidu tal-Konklavi, lura fl-2005 kien wieħed mil-kandidati ewlenin biex jilħaq Papa. Tmien snin wara, Franġisku huwa l-ewwel Papa mill-Amerika Latina. Fatti u kurżitajiet dwar Papa Franġisku: · Iħobb juża l-karozza tal-linja biex jivvjaġġa · Għex għal aktar minn 50 sena b’pulmun wieħed · Huwa l-ewwel Papa fl-era moderna minn barra l-Ewropa · Jitkellem bit-Taljan, l-Ispanjol u l-Ġermaniż · Sal-lum kien jgħix f’appartament żgħir, flok fir-residenza tal-Isqof · Talab lin-nies tal-Arġentina biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw jekk jinħatar, biex minflok jagħtu l-flus lill-fqar. · Fl-2001 ħasel u bies riġlejn il-morda bl-AIDS · Jgħid li l-addozzjoni ta’ tfal minn koppji tal-istess sess hi forma ta’ diskriminazzjoni kontra t-tfal għalkemm jemmen li l-kontraċettivi “jistgħu jiġu permessi” biex jiġi evitat it-tifrix ta’ infezzjonijiet. · Għalkemm meqjus bħala konservattiv dwar it-tagħlim tal-Knisja, huwa kkritika lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ single-mothers. · Fl-2005 jingħad li kien minn ta’ quddiem matul il-konklavi biex jinħatar Papa. 68


69


Nisa fuq il-lant tax-xogħol Maġ. Joe Cassar

Ħafna min nisa tal-lum jaħdmu, hekk iħaddmu t-talenti tagħhom u jaqilgħu l-għixien għall-familja. Ħidma aktarx barra r-raħal. L-għadd qiegħed dejjem jiżdied. Meta n-numru tan-nisa fid-disgħijnijiet tas-seklu l-ieħor beda jiżdiet, tbiddlet is-soċjetà Maltija. Fi tfuliti niftakar nisa li kellhom ħanut tal-merċa, oħrajn kienu jbiegħu ħxejjex, frott, ħut, bizzilla jew jieħdu ħsieb il-mogħoz. Wara ġew il-fabbriki. Fl-1900 il-qagħda tal-mara ma kinitx bħal dik tal-lum. L-istatus animarum għas-snin 1891-1900 hu maqsum fi tnejn. Lista ta' nies għall-ewwel ħames snin u lista oħra ghall-ħames snin ta' wara. Il-biċċa l-kbira tal-irġiel għandhom fejn isimhom ix-xogħol tagħhom. Eż. Pastore (ragħaj), agricoltore (ikabbar prodotti), carbonaio (jaħdem fil-faħam). Hemm ukoll nisa li l-kappillan Dun Frangisk Feliċ Attard niżżel il-ħidma tagħhom. Din is-sena ġbart in-nisa li l-kappillan barra li kiteb jekk humiex miżżewġa jew romol, meta twieldu, jew kemm jgħoddu snin, niżżel ix-xogħol tagħhom. In-numru huwa żgħir, aktarx ma tniżżilx ix-xogħol ta' nies li kienu jgħinu fil-ħidma lil xi ħadd tal-familja. Il-lista li ġbart turi l-kunjom tal-mara, isimha, l-istat tagħha, f'liema paġna hi msemmija fl-Istatus Animarum, fejn toqgħod u fejn twieldet. Ix-xogħol ta’ 38 mara hu mifrux kif ġej. Bil-Forn : 1 Bil-Ħanut : 10 Għażżiela : 5 Ħaddiema : 1 Ħajjata : 3 Ħassiela : 1 Nissieġa : 10 Qabla : 1 Seftura : 3 Tagħmel il-ħobz : 1 Tallaba : 1 Tbigħ fit-triq : 1 Taħt numru mdaqqas ta' nisa hemm dawk ma twildux Ħal Tarxien, tagħrif ta' siwi li juri kif qed isiru ż-żwigijiet. In-numru ta' Għawdxin hu mdaqqas. In-numra ta' nisa xebbiet u romol huwa akbar minn dak tan-nisa miżżewġa. L-istat ta' Annunziata Zahra mhux magħruf. Armla : 11 Xebba : 13 Miżżewġa : 13

70


Lista żgħira li tiftaħ tieqa fuq il-ħajja soċjali tan-nies ta' Ħal Tarxien; ħajja li għad trid tinbena Kunjom

Isem

Stat

Pagna

Adami Agius Attard Baldacchino Buhagiar Cachia Calleja Carabott Cutajar Debattista Delfonso Farrugia Frendo Frendo Galea Galea Galea Galea Mangion Marmara Micallef Mifsud Parigin Piscopo Sacco Sant Sant Scerri Schembri Scicluna Sevasta Spiteri Sultana Tabone Vella Xuereb Zahra Zammit

Tereza Maria Angelica Antonio Angela Filomena Carmela Maria Rosa Emanuela Antonia Maria Caterina Giuseppa Domenica Grazia Maria Antonia Rosa Lorenza Carmela Maria Paola Annunziata Angela Maria Rosa Anna Grazia Grazia Caterina Annunziata Maria Rosa Maria Maria Annunziata M. Vincenza

Mizzewga Armla Armla Xebba Armla Mizzewga Xebba Mizzewga Armla Mizzewga Armla Armla Xebba Xebba Xebba Xebba Mizzewga Mizzewga Mizzewga Mizzewga Xebba Armla Mizzewga Xebba Armla Xebba Armla Armla Armla Mizzewga Xebba Xebba Mizzewga Xebba Mizzewga Mizzewga

48 66 38 23 1 66 30 49 26 69 31 31 60 60 33 33 4 4 67 16 66 3 56 21 60 61 61 1 17 32 3 23 65 7 65 65

Xebba

30

Dar

Xoghol

Post Tal-Twelid

Sqaq 5 Triq Rahal Gdid 4 Vjal Simmons 35 Triq Xintill 4 Sqajjaq 12 Triq il-Kbira Vjal Simmons 23/24 Misrah is-Suq Triq Rahal Gdid 21 L-Isqajjaq 15 Vjal Simmons 20 Misrah is-Suq 29 Misrah is-Suq 6 Triq Sant Anna 6 Triq Sant Anna 43 Misrah is-Suq 43 Misrah is-Suq 37 Triq il-Kbira 37 Triq il-Kbira 9 Vjal Simmons 6 Misrah Brittanniku Trq Sant Anna 29 Triq il-Kbira 56 Triq Rahal Gdid 41 Misrah Brittanniku 7/8 Triq Sant Anna 11/12 Triq Sant Anna 11/12 Triq Sant Anna 10. Triq il-Kbira 24 Misrah Brittanniku 34 Misrah is-Suq 24 Triq il-Kbira 4 L-Isqajjaq 32 Triq Sant Anna 7 Triq il-Kbira 32 Triq Sant Anna 32 Triq Sant Anna Dawra Tal-Koccla 17 Triq Birbixkilla

Bil-Hanut Tallaba Ghazziela Haddiema Nissiega Qabla Hajjata Bil-Hanut Ghazziela Hassiela Ghazziela Bil-Form Nissiega Nissiega Hajjata Hajjata Nissiega Nissiega Bil-Hanut Bil-Hanut Seftura Bil-Hanut Bil-Hanut Bil-Hanut Taghmel Il-Hobz Nissiega Nissiega Bil-Hanut Ghazziela Bil-Hanut Bil-Hanut Tbigh fit-triq Nissiega Seftura Nissiega Nissiega Seftura Ghazziela

Bormla Birgu Luqa Tarxien Ghawdex Zebbug Valletta Tarxien Tarxien L-Isla Gudja Tarxien Ghawdex Ghawdex Tarxien Tarxien Ghawdex Ghawdex Tarxien Tarxien Tarxien Ghawdex Haz Zabbar Tarxien Zejtun Ghawdex Ghawdex Qormi Tarxien Tarxien Bormla Tarxien Ghawdex L-Isla Tarxien Ghawdex Bormla Tarxien 71


DUN TOMMASO CIRILLO FORMOSA Alfred Massa Kulmin iqalleb il-pa[ni tal-Istorja glorju\a ta’ art twelidna jinteba] li \-|ejtun jista’ jifta]ar li minn ħdanu ]ar[u persuni li b’g]emilhom g]amlu [ie] lilhom infushom, lil belthom u lil Malta tag]na. Insemmi b’e\empju lill-kompo\itur Carlo Diacono, lill-qalbieni Mikiel Cachia, lill-karitattiv Mons. Salvatore Grima u tant o]rajn. Illum ma’ dawn it-talin wie]ed jista’ j\id isem ie]or; dak ta’ Dun Tommaso Cirillo Formosa. Forsi dan is-sa`erdot ftit li xejn hu mag]ruf, imma meta wie]ed isir jaf tajjeb min kien allura jag]raf il-kobor tieg]u u jpo[[ih fin-ni``a li tabil]aqq tixraqlu. Tommaso Cirillo Formosa twieled i\-|ejtun fl-1700, iben Paolo Formosa u Teresa neé Agius. Minn `kunitu wera li kien im\ejjen b’intelli[enza spe`jali, anki jekk b]ala karattru kien [wejjed, kwiet u xi ftit riservat. Kien ordnat sa`erdot fl-1726 u ftit wara sar l-organista tal-parro``a Santa Katerina u amministratur tal-Fratellanza tal-Agunija fi\-|ejtun stess. L-Awtoritajiet Ekklesjasti`i lokali minnufih raw f’Dun Tommaso persuna dotata b’diversi virtujiet; u ma marrux imqarrqin g]ax dan is-sa`erdot \ag]\ug] inxte]et b’ru]u u [ismu biex jaqdi l-missjoni sa`erdotali tieg]u bi skruplu liema b]alu. L-g]axqa tieg]u kienet il-pulptu u l-konfessjonarju. Kien jg]addi sig]at iqarar u d-don tal-oratorija ]adu minn ra]al g]al ie]or u minn belt g]al o]ra biex iwassal il-Kelma t’Alla lil ]utu l-Maltin. Mhux biss, imma l-atte[[jament tieg]u mal-fqir u l-batut g]enu biex [ibed lejh l-im]abba ta’ dawk ta’ madwaru li filb\onnijiet tag]hom fittxewh u sabuh b]ala l-akbar ]abib tag]hom. Araw ftit kif [ie deskritt dan is-sa`erdot fil-Giornale Cattolico tal-1841. Dun Tommaso Cirillo Formosa, |ejtuni, kien bniedem ta’ `erta fama. G]al xi \mien kien prefett fis-Seminarju Veskovili, qeda wkoll dmirijiet ta’ kappillan fi bnadi differenti, kien konfessur mag]ruf f’diversi monasteri barra milli kien predikatur mill-aqwa. Kien im\ejjen b’]afna virtujiet sbie] u kien dejjem ta’ e\empju mill-a]jar u fl-istess ]in ]awtiel fl-g]alqa li l-Mulej afdalu f’idejh. Arah i]abrek biex jamministra s-Sagramenti Mqaddsa, inkella b’qalb sog]biena jassisti xi moribondi fuq is-sodda ta’ mewthom. Kienet l-g]axqa tieg]u jfisser minn fuq l-altar il-Kelma t’Alla mhux biss waqt il-Quddiesa, imma sa]ansitra fi \mien l-Avvent u fir-Randan. Kien jixbah lil dak il-[ardinar li dejjem attent biex ma j]allix ]axix ]a\in jikber fil-[nien tieg]u. Il-qag]da f’Malta fis-seklu 18 Imma biex wie]ed jifhem sewwa f’liema `irkostanzi ]adem Dun Tumas tajjeb li jag]raf il-qag]da so`jali li kien jg]ix fiha l-poplu tag]na f’dawk i\-\minijiet. Malta kienet tinsab ta]t l-Ordni Gerosolomitan li kien jinsab agunija min]abba l-fatt li kien tilef g]al kollox l-iskop li g]alih kien twaqqaf fis-seklu XII. Bosta kavallieri warrbu l-voti reli[ju\i li wieg]du li ser i]addnu u minflok tawha g]al xalar bla ra\an. Fejn kienu jersqu kienu jnisslu bi\a’, u mhux l-ewwel darba li tebbg]u l-[ie] ta’ bosta tfajliet u anki nisa tal-familja. 72


Min na]a l-o]ra, il-poplu kien jinsab f’faqar kbir; u meta l-bniedem isib ru]u f’sitwazzjoni simili ]afna drabi jag]laq g]ajnejh u jag]mel li ji[i g]al idejh basta jaqla’ l-g]ajxien g]alih u g]al ta’ madwaru. B’hekk il-vizzji sabu art g]ammiela u l-]ajja ]adet xe]ta ta’ superfi`jalità, materjalista u mondana g]all-a]]ar. Il-Gran Mastru ta’ dak i\-\mien, Manoel Pinto de Fonseca (1757-1769), g]amel li seta’ biex i\omm irriedni u ma j]allix lill-Ordni jibqa’ nie\el in-ni\la. I\da ma rnexxilux, u meta ra dan qata’ qalbu u beda jfittex biss l-interessi personali tieg]u. Biex tkompli tag]qad ir-relazzjoni bejnu u bejn il-Kurja Maltija immexxija mill-Isqof Bartolomeo Rull (1757-1769), xejn ma kienet tajba; u dan kompla tefa’ l-mel] fuq il-feriti li missirijietna kienu qeg]din ibatu minnhom. G]aliex qed ng]id dan? G]ax f’dan l-isfond sab ru]u Dun Tumas Cirillo Formosa meta fl-1752 issejja] mill-Isqof Mons. Alpheran de Bussan, Fran`i\, (1728-1757) biex ikun l-10 kappillan tal-parro``a ta’ Marija Annunzjata ta’ }al Tarxien; huwa ]a l-pussess f’April tal-istess sena. Kappillan f’}al Tarxien F’}al Tarxien Dun Tumas ]adem kemm fela]. Bit-t]abrik tieg]u il-knisja parrokkjali akkwistat \ew [ fundazzjonijiet importanti ]afna, inbniet il-kappella ta’ San Bert li ]allas g]aliha `ertu Dun Bert Mangion, qassis Tarxini\, \ejjen il-knisja b’diversi opri me]tie[a b]ala kal`ijiet, pissidijiet, sfera u ornamenti o]ra talfidda u tad-deheb. }a ]sieb jag]mel fonti tal-mag]mudija tar-r]am, \ied g]add ta’ kwadri artisti`i u rran[a d-Dar Parrokkjali li kienet qieg]da taqa’ bi``a bi``a. I\da x-xitan m’g]andux ]alib! Ftit qabel Dun Tumas kien irnexxielu j[ib minn Ruma, għas-spejje\ tieg]u, privile[[ li l-kappillani kollha tad-Djo`esi Maltija setg]u jilbsu r-rukkett u l-muzzetta tal-]arir vjola. Dan id-dritt ing]ata mill-Q.T. l-Papa Klement XIII fis-17 ta’ Marzu 1759. }a[a b]al dik urtat ]afna lill-isqof u lil ta’ madwaru. Tant hu hekk, li wara tmien snin ta’ tmexxija pa`ifika fil-parro``a ta’ }al Tarxien, f’daqqa wa]da qamu l-irwiefen kollha kontra l-imsejken kappillan. Tajjeb li wie]ed ikun jaf li dak i\-\mien ir-relazzjoni bejn il-kappillani u l-Isqof Rull xejn ma kienet tajba. }tija ta’ dan bosta qassisin waqg]u f’apatija kbira u b’hekk batiet il-Knisja lokali li g]addiet minn \minijiet koroh waqt li l-morali misset il-qieg]. Dan kollu inkwieta mhux ftit lil Dun Tumas u dan ma]]a] kemm fela] biex jara x’jista’ jag]mel ]alli dik issitwazzjoni tirran[a ru]ha malajr kemm jista’ jkun g]all-[id tal-erwie]. G]al dan il-g]an fit-30 ta’ Awwissu 1759 huwa laqqa’ lill-kappillani fid-dar tal-familja Bonnici mag]rufa b]ala “Tal-Palma” [ewwa }al Tarxien. Il-kappillani pre\enti, li kienu jg]oddu mat-30, iffirmaw dikjarazzjoni li jibqg]u mag]qudin u qablu unanimament li min minnhom jin]all ikollu j]allas multa ta’ 50 skud. Meta l-Isqof Rull u l-Vigarju {enerali, Mons. Azzopardi saru jafu b’dik il-laqg]a sigrieta, bag]tu minnufih g]al dawk il-kappillani li ]adu sehem fiha, b’e``ezzjoni ta’ Dun Tumas, u wara li ng]ataw ]asla kif tmiss il-li[i, [ew im[ieg]la jo]or[u mill-G]aqda li kienu fiha u jiffirmaw dikjarazzjoni li kienu [ew imxewxin mill-kappillan ta’ }al Tarxien. Kollha `edew minnufih barra tnejn, imma dawn kellhom jg]addu minn martirju s]i], u aktar tard spiċċaw biex irriżenjaw.

73


Dun Tumas [ie msejja] g]alih wa]du u mhedded b]al s]abu. B’danakollu, baqa’ j\omm iebes u stqarr li kien ser jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dik il-laqg]a. Kien propju fid-29 ta’ Jannar 1760 meta g]all-]abta tat-3.00 ta’ waranofsinhar waslu l-membri talKumitat Fiskali flimkien ma’ g]add ta’ suldati wara l-bieb tal-kappillan f’}al Tarxien. B’pubbli`ità kbira dawn arrestaw lil Dun Tumas u ne]]ewh mill-kariga ta’ kappillan. Da]lu f’daru, u ssekwestrawlu kull ma kellu: manuskritti, kotba u sa]asitra 221 skud u ]wejje[ o]ra. Imbag]ad b’manjera l-aktar goffa kaxkruh mag]hom waqt li floku po[[ew b]ala Vi`i Kurat lil Dun Salv Pace. Kienet mossa li g]a[[bet lil kul]add. Fil-fatt, ir-rivista Giornale Cattolico staqsiet: Fuq liema pass evan[eliku sar dak kollu? Fuq liema morali kattolika u teolo[ika? Liema prin`ipju filosofiku j]e[[e[ biex isiru atti barbari b]al dawk li tipprova t]amme[ sa`erdot li kien igawdi reputazzjoni mill-aqwa tal-poplu kollu? Fost l-akku\i li n[iebu kontrieh Dun Tumas kien mixli b’kunkubina[[ ma’ tfajla. Il-verità kienet li min]abba t-ta]wid li kien je\isti f’}al Tarxien dak i\-\mien - b]al f’in]awi o]ra ta’ Malta - Dun Tumas kien idde`ieda li jibni spe`I ta’ Dar g]at-tfajliet u g]an-nisa biex fiha jitg]allmu snajja’ u jie]du formazzjoni xierqa. Biex tie]u ]sieb din id-Dar huwa g]a\el tfajla bil-g]aqal bil-kunsens tal-[enituri tag]ha. G]all-akku\i kollha mi[juba kontrieh, il-qassis talab li jiddefendi ru]u, i\da ma t]alliex jag]mel dan. Fuq kollox kulmeta feta] ]a;qu ma [iex emmnut.[iex emmnut. G]alhekk, ma kellux triq o]ra għajr li jfittex li ssir [ustizzja mieg]u billi jappella lill-Kurja ta’ Palermo. Sab l-g]ajnuna ta’ ]abib tieg]u `ertu Mons. Dr. Giuseppe Grech li g]enu ]afna peress li kellu diversi kuntatti ma’ membri tal-Kurja Palermitana. Anki hawn, meta l-Isqof Rull sar jaf b’dan ]adha bi kbira u appella fit-Tribunal tal-Monarkija ta’ Sqallija. M’g]andniex xi ng]idu, f’Malta qamet g]ag]a. L-Inkwi\itur Durini fid-19 ta’ Marzu 1763 ipprotesta mal-Kurja lokali talli kienet ]adet dak il-pass. I\da Mons. Azzopardi sa]aq li l-isqof kellu kull dritt jag]mel dan permezz ta’ bolla tal-Papa Benedittu XIII tas-sena 1728. Fil-31 ta’ Marzu 1761 il-Qorti Monarkika u Ekklesjastika semg]et aktar xiehda, imbag]ad fit-28 ta’ April tal-istess sena waslet g]all-konklu\joni tal-ka\. Dun Tommaso Cirillo Formosa nstab inno`enti, g]alhekk huwa kellu jer[a’ jing]ata lura l-kariga ta’ kappillan tal-parro``a ta’ }al Tarxien bid-drittijiet kollha li kien igawdi qabel. Fis-sentenza tag]ha l-Qorti bil-firem ta’ A.M. Arch. Icon u D. Petrus Provicenzano Mag. Not., datata 22 ta’ Mejju 1762, ordnat: Dun Tumas jer[a’ lura kappillan fejn kien qabel. Jing]atawlu lura l-flus u dak kollu li tte]idlu. Il-Kurja Maltija t]allas l-ispejje\ tal-kaw\a u d-danni kollha li saru lil dan is-sa`erdot ]tija tal-a[ir in[ust li sarlu. Il-kontenut tas-sentenza kellu jintbag]at lill-Awtoiritajiet kollha - reli[ju\i u `ivili - f’Malta u f’G]awdex. Dawn l-osservazzjonijiet kellhom ji[u ppubblikati bil-Latin u jintbag]tu lill-uffi``ji kollha spiritwali u temporali fis-Saltna delle Due Sicilie pre\enti u futuri. 74


Fil-knisja parrokkjali ta’ }al Tarxien saret `erimonja spe`jali meta laqg]et lura mill-[did lil Dun Tumas b]ala l-kappillan. Din i`-`erimonja saret fit-13 ta’ {unju 1762 u g]aliha l-Gran Mastru Pinto kien bag]at anki rappre\entant tieg]u. Tkanta l-Innu Te Deum u l-poplu pre\enti nfexx f’`ap`ip kbir b’sens ta’ fer] u sodisfazzjon. B]ala apprezzament g]al dak kollu li g]amel mieg]u l-Gran Mastru Pinto, Dun Tumas g]amel kwadru tieg]u fl-Arkivju Parrokkjali, u wara l-istess kwadru tpo[[a fis-sagristija tal-knisja parrokkjali. Imbag]ad fl-1804 ittie]ed fid-dar tal-kappillan. Minn na]a tieg]u l-Gran Mastru irregala lill-knisja ta’ }al Tarxien \ew [ lampieri \g]ar tal-fidda li g]adhom jintramaw sal-lum fil-festa titulari. Dun Tumas ma damx ma beda j]oss l-effett ta’ dak kollu li kien g]adda minnu, u fis-7 ta’ Novembru 1767 miet fl-g]omor ta’ 67 sena. Il-poplu Tarxini\ bkieh bil-qalb, u llum jinsab midfun fil-knisja parrokkjali talistess ra]al. G]eluq Dan hu Dun Tumas Cirillo Formosa. G]edt hu, u mhux kien, g]ax fil-fehma tieg]i l-ispirtu ta’ dan is-sa`erdot g]adu fostna. Fih rajna bniedem straordinarju g]a\-\minijiet li g]ex fihom. Barra minn hekk, nemmen li g]andna ]afna x’nitg]allmu minn g]emilu. Dun Tumas kien bniedem ta’ prin`ipju; ma kienx qasba tixxejjer mar-ri]. Dak li kien jemmen fih, la darba kien `ert mis-siwi tieg]u, kien jag]mel ]iltu kollha biex iwettqu. Xejn ma be\\g]u t-theddid, l-insulti, il-]abs u l-mo]qrija. Quddiem is-sewwa g]addas rasu u baqa’ miexi. Kien jaf li l-kuxjenza tieg]u kienet nadifa u b’hekk kien \gur li Alla kien mieg]u. Kellu tama qawwija li fl-a]]ar mill-a]]ar is-sewwa dejjem jo]ro [ rebbie]; kif fil-fatt [ara fil-ka\ tieg]u. }abib tal-fqar u tal-batuti Dun Tumas mexa fuq l-e\empju tal-Img]allem tieg]u. Qeda dmiru kif kellu jag]mel. Mhux ta’ b’xejn l-imwarrbin ta’ \mienu qasmu mieg]u s-sieg]a iebsa tal-prova li g]adda minnha; mhux ta’ b’xejn meta miet bkew it-telfa tieg]u. G]ax fih dejjem sabu l-bastun li fuqu setg]u jserr]u biex ma jog]trux. F’dan is-sa`erdot jiena nara trejdunjonista sin`ier. Meta ra lil s]abu l-kappillani kienu mirfusin mis-superjuri tag]hom, qabe\ g]alihom. Sej]ilhom, kellimhom, wissiehom u refa’ r-responsabbiltaÏ tal-a[ir tag]hom kontra l-in[ustizzji li kienu qeg]din isofru. Dan kollu g]amlu b’kura[[ liema b]alu g]ax kien konvint li l-[lieda kienet wa]da [usta. B’hekk Dun Tommaso Cirillo Formosa g]andu jkun mudell ta’ kull \mien g]al kull wie]ed u wa]da minna: sa`erdoti u laj`i. Fi ftit kliem, dan il-bniedem g]andu jitqies b]ala Malti ta’ statura nazzjonali u sa`erdot e\emplari. Hu propju dan li sa ftit ilu [eg]elni n]ossni sog]bien meta rajt li bniedem b]al dan baqa’ mistur kemm f’belt twelidu u anki fir-ra]al fejn tant ]adem u stinka. G]adna sa llum ma nsibu xejn li jfakkarna fih. I\da nie]u gost nistqarr li dan l-a]]ar l-ilma donnu beda ji``aqlaq xi ftit. Wara l-appell tieg]i fir-rumanz RA}AL MAQBUD F’TEMPESTA, li ppubblikajt is-sena l-o]ra, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ }al Tarxien ]a passi biex fi \mien qrib fir-ra]al tissemma triq g]alih. Min jaf jekk ’il quddiem g]adx issir xi ]a[a f’belt twelidu? 75


Programm Banda Marija Annunzjata Hal Tarxien 2013  

Festa 2013

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you