Page 1

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin

Numru 21 Settembru 2011

L-Aħħar Fażi tal-Proġett tal-Bar Area Kien eżżattament f’April tas-sena 2009 li nbeda proġett importanti, dak tar-rinovazzjoni tal-bar area, proġett li wassal biex f’dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sfieqa biex is-sular t’isfel tas-sede tasSoċjetà jingħata dehra totalment ġdida. Saret ħidma kbira minn diversi membri voluntiera biex dan il-proġett ikun jista’ jirnexxi, anki minħabba l-fatt li proġett bħal dan ifisser spejjeż finanzjarji kbar. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma billi ġiet livellata l-art, ġiet mgħoddija sistema ġdida ta’ drenaġġ, ilma u dawl u saret kċina u store ġdid. Dan minbarra li nksew bil-ġibs il-ħitan kollha. »3

It-tapit grandjuż li nħaraq bħala l-parti finali tal-ispettaklu pirotekniku Thunders of Fire 2011 mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja, uniku fil-madwar. » Aktar f’paġna 2

Il-Banda b’aktar impenji mużikali Minbarra l-festa ta’ San Ġużepp, ilBanda Sagra Familja tkun impenjata matul is-sena kollha f’diversi servizzi mużikali madwar Malta. Din is-sena sservizzi kienu dawn li ġejjin: il-Ħadd 29 ta’ Mejju fil-festa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, il-Ħadd 19 ta’ Ġunju fil-festa tat-Trinità Qaddisa l-Marsa, it-Tnejn 15 t’Awwissu fil-festa tal-Assunta ġewwa

Ħal Għaxaq, u s-Sibt 20 t’Awwissu filfesta tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Dan minbarra t-tagħlim talallievi li qed isir kull ġimgħa mis-Surmast Ugo Buhagiar. Il-Kummissjoni Banda fi stqarrija qed tappella lil dawk kollha li għandhom għall-qalbhom il-mużika u l-banda sabiex jaslu wasla sal-każin u jibdew jitgħallmu l-mużika. Kulħadd jista’

jinkiteb ma’ xi membru tal-Kummissjoni Banda jew inkella permezz ta’ email fuq info@sagrafamilja.org. Bħalissa qiegħed isir ukoll appell lil dawk il-benefatturi kollha li jixtiequ jirregalaw xi strument biex javviċinaw lid-Delegat tal-Banda Mario Attard. Sadanittant ġie mħabbar li f’Diċembru li ġej ser terġa’ tittellgħa serata tal-allievi oħra. ĠR


2

Aħbarijiet

Festa 2011: Indimentikabbli » 1 Għalkemm għaddew diġà xahar u nofs mill-ġranet sbieħ tal-festa, żgur li lmemorji tal-festa titulari 2011 għadhom friski f’moħħ kulħadd. Ġimgħa u nofs ta’ festi fejn l-attivitajiet, l-entużjażmu u lattendenza ma naqsux. Dan minbarra ddiversi proġetti li ġew imżanżna, u x-xow pirotekniku li għadu fuq fomm kulħadd. L-ewwel proġett imżanżan kien dak talpavaljun tad-dawl fi Triq Marina, disinn ta’ Joseph Cauchi, u maħdum kollu millGħaqda tal-Armar. Dan fih aktar minn 1,200 bozza u jinsab imponenti f’din ittriq, minbarra li jidher minn kullimkien.

ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

minn Emmanuel Micallef. Ix-xogħol ta’ karpenterija sar minn Lawrence Cini, ilkanċell minn Anthony Mifsud, filwaqt li d-disinn ta’ din l-opra mill-isbaħ sar minn Jeremy Cachia. Proġett mill-isbaħ li ħadu ħsiebu mill-bidu sal-aħħar il-Kummissjoni Żgħażagħ, u ġie mżanżan f’atmosfera mill-isbaħ, bil-kantanta Claudia Faniello tkanta d-diska tal-anniversarju.

Saru diversi opri oħra, fosthom ta’ min insemmu li tkompla l-isfumar tal-pavaljuni ta’ Triq is-Sienja u Triq is-Sibi, filwaqt li nħareġ l-ewwel pavaljun minn sett ta’ ħamsa għal Triq Patist Borda, disinn ta’ Silvio Pace. Dan minbarra li ġiet Proġett ieħor imżanżan nhar l-ewwel imżanżna pittura oħra fi Triq ir-Rnella, jum tat-tridu kien dak tal-kolonna ta’ dik ta’ Ġesù misjub fit-tempju, xogħol ilSan Ġużepp, li din issa tlestiet fejn tidħol pittur Għawdxi Manuel Farrugia. skultura fl-injam minn Eddie Hili, induratura minn Daniel Busuttil u irħamar Ma nistgħux ma nsemmux is-sehem millaqwa tal-Banda Sagra Familja, kemm matul il-marċi akkumpanjati mill-akbar briju fil-Kalkara, kif ukoll fuq il-planċier matul il-programm mużikali tal-festa. Hawn il-banda ħarġet bl-unuri kollha f’diversi biċċiet mużikali, kemm dawk klassiċi kif ukoll dawk aktar kontemporanji. Is-sehem tal-Għaqda tan-Nar din is-sena nistgħu ngħidu li ħareġ bl-unuri kollha, speċjalment fil-ħarqa spettakolari talaħħar tridu, kemm f’dik tal-ajru kif ukoll Il-pavaljun tad-dawl fi Triq Marina, disinn f’dik tal-art. Ma nistgħux ma nsemmux iltal-Għawdxi Joseph Cauchi. murtali u blalen kbar li nħarqu, kif ukoll

Dettall mill-kolonna l-ġdida ta’ San Ġużepp, bi skultura kollha fl-injam. Disinn ta’ Jeremy Cachia.

l-irdieden mekkanizzati, waħdiena filmadwar. L-Għaqda tan-Nar ħadet ħsieb li taħraq fil-ġranet kollha li nieħdu ħsieb, ġifieri t-Tnejn, l-Erbgħa u il-Ġimgħa, filwaqt li ngħata s-sehem nhar ta’ Ħadd. Is-sehem tal-membri u partitarji deher matul iċ-ċelebrazzjonijiet li saru matul il-ġimgħa kollha, mhux biss bil-preżenza, imma anki bl-għajuna b’mod speċjali finanzjarja li ħadet is-Soċjetà. ĠR

Ġbir mill-Kummissjoni Nisa A f f i l j a t i Ir-rwol tan-nisa fi ħdan is-Soċjetà huwa primarjament dak ta’ ġbir ta’ fondi. Dan isir l-aktar permezz ta’ prumistrati u attivitajiet matul is-sena kollha.

mall-MQC

Fi stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Nisa intqal li bħalissa qed isiru diversi prumistrati b’riżq il-festa 2012. Dawn qed isiru minn Jane Camenzuli u Maria Xuereb, Chairperson u Segretarja talKummissjoni Nisa rispettivament. IlKummissjoni qed tħeġġeġ lill-membri u l-partitarji kollha jieħdu sehem f’dan ilġbir. Sadanittant nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju l-Kummissjoni Nisa organizzat Ġurnata għal Għawdex li kienet suċċess kemm

Wara li s-Soċjetà fl-2009 saret membru tal-Għaqdiet Volontarji bin-numru VO/228, u s-sena l-oħra ġiet reġistrata bħala persuna legali skont il-liġi (legal person), matul ix-xahar t’Awwissu sar żvilupp ieħor u din id-darba s-Soċjetà ġiet reġistrata mall-Malta Qualifications Council bħala għaqda li tipprovdi tagħlim informali. Għalhekk issa s-Soċjetà tista’ tipprovdi tagħlim fil-mużika u l-arti li jkun rikonoxxut fl-iSchool Leaving Certificate tal-istudenti li jixtiequ. ĠR

fl-attendenza u l-organizzazzjoni. Matul dawn il-ġimgħat il-Kummissjoni Nisa qed tbiegħ id-dvd tal-festa 2011. Kull min jixtieq jakkwista kopja jista’ jkellem lil xi membru tal-Kummissjoni. ĠR


Aħbarijiet

3

Jinbeda l-ġbir għall-puġġaman ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

» 1 Kif kulħadd jaf sar ukoll taraġ ġdid fin-nofs tond, li propju fil-bidu ta’ din issena ġie mlibbes minn irħam mill-isbaħ, u saru wkoll żewġ niċeċ maħdumin filġebla Maltija, li tqiegħdu fl-irkejjen tat-taraġ. Jonqos issa li jsir puġġaman klassiku għal dan it-taraġ. Il-Kumitat ħa ħsieb li jinkariga lid-disinjatur Silvio Pace sabiex joħloq disinn għal dan ilpuġġaman. Iżda sadanittant, il-Kaxxier tas-Soċjetà, Sammy Persico, diġà beda l-ġbir għal dan il-puġġaman u permezz ta’ din il-pubblikazzjoni nappellaw lil kull min jista’ jagħmel xi donazzjoni sabiex javviċina xi membru tal-Kumitat.

gia, fuq pjanti ta’ Mario Vassallo. Inxtrat snooker canopy għal meta jiġi biex jintrama l-billiard, filwaqt li ġew ordnati wkoll il-fittings kollha tad-dawl li se jkun hemm mas-suffett. Dawn mistennija jitqiegħdu f’posthom minn Jesmond Stivala eżattament kif jitlesta s-suffett kollu.

Propju matul dawn il-ġimgħat qed jinġiebu stimi għal erba’ bibien ġodda, jiġifieri tnejn tat-toilets, wieħed tal-bar u ieħor għall-maħżen żgħir tal-Kumitat, fejn se jinħażnu affarijiet relatati mallattivitajiet bħal platti u pożati. Dan ilmaħżen żgħir mistenni jiġi mkaħħal u rranġat kollu matul ix-xahar ta’ SettemMatul dawn il-ġimgħat tinsab għaddejja bru, sabiex issirlu wkoll għamara adegl-aħħar fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuż. wata aktar tard. Wara li ftit tax-xhur ilu tlestiet il-pjanta tal-bar counter, bħalissa nbeda x-xogħol Fl-istess ħin għandhom isiru l-aħħar ta’ karpenterija fuq dan l-istess disinn. arranġamenti fuq il-bitħa biex din tkun Sadanittant qed titkompla l-aħħar fażi lesta minn kollox. Dan ix-xogħol kollu tas-suffett tas-saqaf minn Chris Farru- qed isir minn membri voluntiera u ta’ dan

il-Kumitat Ċentrali fi stqarrija xtaq iroddilhom ħajr. Dan minbarra li ringrazzjament mistħoqq imur għal kull min għin lis-Soċjetà permezz ta’ xi donazzjoni jew għotjiet oħra, għaliex kull ħaġa li saret s’issa tħallset fil-pront.

Sintendi, l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett tkun tinkorpora fiha tibjida ġenerali u mwejjed u siġġijiet ġodda, skont il-parir tekniku tad-disinjatur Mario Cassar. Dwar dan iżda nitkellmu iżjed fil-ħarġa li jmiss. Sadanittant, hekk kif se jkun lest dan ilproġett se titkompla parti oħra tas-sede tas-Soċjetà u għalhekk bħalissa qed isiru l-preparamenti kollha meħtieġa mill-Kumitat Ċentrali biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol tentattivament is-sena d-dieħla. Madankollu dwar dan, il-membri se jkunu qed jingħataw aktar dettalji matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali li se ssir f’Ottubru 2011. ĠR


4

Editorjal

ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

Is-Sena tal-Volontarjat

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża. Pubblikazzjoni ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Kalkara A.D. 1897 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233 Tel: (+356) 27352789 Email: info@sagrafamilja.org Web: www.sagrafamilja.org Bord Editorjali Duncan Brincat Andrew Cilia Ritratti Mill-Arkivji Artikolisti Duncan Brincat Brady Bugeja Etienne Camilleri Andrew Cilia Patri Deo Debono Ryan Fava Kathleen Grima Stampat fl-istamperija Bestprint Ltd., Qrendi Setting, Produzzjoni u Dritt tal-Kopja IMI Publications

Tħares fejn tħares madwarek, speċjalment f’pajjiżna, żgur li se tara forom differenti ta’ volontarjat. Il-voluntiera huma dawk in-nies li kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu ħinhom għal xi kawża jew għan li jemmnu fih, u dan kollu mingħajr ma jirċievu xejn lura, għajr is-sodisfazzjon li toħroġ mir-riżultati tal-ħidma li tkun saret.

Duncan Brincat isseħħ. Qisu kollox fid-dinja jdur madwar il-flus jew oġġetti materjali. Mur ġib lil dawn in-nies jirrealizzaw li xi drabi lvoluntiera joħorġu flus minn buthom stess biex isostnu l-ħidma tagħhom! Iżda l-voluntier ikun għaraf lat ieħor tal-ħajja: dak li l-ikbar ħlas huwa s-sodisfazzjon li tara r-riżultat tal-ħidma li ħdimt.

F’dinja globalizzata, fejn il-liġi tal-konsum u l-bejgħ tirrenja f’atmosfera kapitalista, bla ma trid iġġiegħel wieħed jaħseb li jekk oġġett jew ħidma m’hemmx renumerazzjoni jew ħlas għaliha, din il-ħidma ma tistax issir u hija impossibbli biex isseħħ. Kif kien jgħid il-Malti sa minn żmien twil ilu, “bla flus la tgħannaq u lanqas tbus!”

F’din is-sena li b’mod internazzjonali qed tiġi ddedikata lill-volontarjat, permezz ta’ dan l-editorjal nixtieq f’ismi u f’isem isSoċjetà nsellem lil dawk kollha li jagħtu ħinhom u flushom għal ħidma volontarja fid-diversi oqsma tal-ħajja. Sintendi, tislima speċjali tmur lil dawk kollha involuti fil-festi madwar Malta u Għawdex, li Alla biss jaf l-ammont kbir ta’ sagrifiċċju li jsir minnhom f’affarijiet bħall-banda, armar u nar. U għalkemm xi drabi jintwera nuqqas ta’ apprezzament minn xi persuni għal din il-ħidma, ċert li l-maġġoranza tal-poplu Malti għarfet is-sabiħ tal-festi tagħna, sabiħ li jista’ biss ikompli jixxettel jekk inkomplu nsostu l-voluntiera f’kull qasam.

Iżda fir-realtà l-istorja turina mod differenti. Turina li bosta drabi, ħidma li ssir b’mod volontarju, bla ħlas jew dħul ieħor, normalment tkun aktar ġejja millqalb. Tkun ħidma li ssir b’imħabba u entużjażmu, għaliex ma tridx tagħmilha bilfors. Mhux kulħadd lest li jkun voluntier. Anzi, xi kultant għax persuna tkun qed tagħti sehmha f’xi qasam jew ieħor b’mod volontarju, hawn min jgħaddieha b’miġnuna jew bħal li qisu qed tagħmel xi ħaġa li ma tagħmilx sens. Għax kif għidt aktar ‘l isfel, għal ċertu nies ħidma li ssir mingħajr ħlas jew dħul ieħor m’għandiex

Is-Soċjetà ilha issa sentejn membru mad-Dipartiment tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, u barra li konna l-ewwel għaqda fil-Kalkara li għamilna dan, konna wkoll waħda mill-ewwel Soċjetajiet Mużikali Maltin li ġejna approvati. Dan għaliex il-Kumitat emmen fis-sħiħ filliġi li għaddiet dwar l-għaqdiet volontarji, u nemmnu li l-kelma “volontarji” m’għandiex tfisser li għaqda ma tkunx amministrata b’mod professjonali. Anzi nemmnu li għaqda volontarja għandha tkun waħda professjonali u li tagħti stampa ta’ serjetà speċjalment lis-soċjetà ġenerali. Nittamaw biss li mas-snin ikomplu jiġu żviluppati forom differenti ta’ għajnuna lil dawn l-għaqdiet volontarji, mhux biss dawk finanzjarji, iżda wkoll għajnuna teknika speċjalment flamministrazzjoni. M’għadux iż-żmien li nibqgħu lura, u aħna bħala Soċjetà żgur li avvanzajna f’diversi aspetti, fosthom dak tal-komunikazzjoni. Għad fadal xi jsir, u għalhekk nappella għal iżjed għajnuna minn kulħadd. ĠR Karikatura Andrew Cilia Servizzi tal-Banda f’dawn l-aħħar snin.


Is-Sagra Familja fl-1921 ILĠILJUREBBIEĦ

Storja

Settembru 2011

5

Duncan Brincat

Fis-sena 1921 il-festa ġewwa r-raħal talKalkara ħadet xejra oħra. Kienet f’din issena li s-Soċjetà ordnat l-istatwa titulari preċedenti mingħand l-iskultur Għawdxi Wistin Camilleri. Dan wassal biex ilkażin l-ieħor tal-Kalkara Circolo Nazionale, li kien twaqqaf ftit tas-snin qabel, ordna statwa ta’ Malta Rebbieħa. Żewġ membri tas-Soċjetà mal-ewwel ġiehom f’moħħhom li jagħmlu u jiġbru statwa tas-Sagra Familja. Dawn kienu Loretu Mintoff u Marianu Stivala. F’din il-paġna qed nirriproduċu l-minuti ta’ tliet seduti tal-Kumitat li jitrattaw id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp u dik tas-Sagra Familja. Id-diskussjoni l-aktar li daret kienet dwar meta se jsir il-marċ tas-Sagra Familja, kif ukoll dwar il-ġbir li kien għaddej speċjalment biex issir il-festa ta’ barra. Fil-laqgħa tal-Kumitat li saret fit-18 ta’ Ġunju 1921 ġie deċiż dan li ġej (nikkwotaw mill-minuti): 1. Id-deċiżjoni fuq id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet differita għal nhar it-Tnejn 21 ta’ dan fit-8.30 ta’ filgħaxija. Għaddiet unanimament. 2.

Id-deċiżjoni

fuq

id-dimostrazzjoni

tas-Sagra Familja baqgħet illi l-Kumitat tal-Każin San Giuseppe għandu jikkorrispondi ma’ dak tal-Każin Nazionale bil-miktub fuq il-ftehim kif għandhom jitilgħu l-istatwi tas-Sagra Familja u talMalta u jekk issirx dimostrazzjoni waħda. Għaddiet unanimament.

baned: San Giorgio ta’ Bormla u Duke of Edinburgh tal-Birgu.

F’Seduta oħra tal-Kumitat li saret fid-19 ta’ Novembru 1921, ġie diskuss ir-rigal li s-Soċjetà kienet se tagħti lill-iskultur Wistin Camilleri tal-opra verament sabiħa li kien għamlet, jiġifieri l-istatwa 3. Il-banda għad-dimostrazzjoni tas-Sa- preċedenti ta’ San Ġużepp: gra Familja għandha tinġabar barranija mill-ġbir illi qiegħed isir għall-festi ta’ Deċiżjoni fuq il-kaxxa tar-rigal li għandna barra. Din il-laqgħa tkompliet fl-20 ta’ nagħtu lill-imgħallem tal-vara ta’ San Ġunju 1921, fejn fuq dan il-punt tkom- Ġużepp. Loreto Mintoff u Angelo Velpliet id-diskussjoni u ġie deċiż li dak li la għandhom javviċinaw lil Domenico jibqa’ minn tal-vara (ġbir) jista’ jiġġonġa Camilleri jistaqsuh għadux bil-ħsieb li għad-Dimostrazzjoni tal-Ġimgħa. Il- jaħdem l-istess kaxxa, u filkaż li huwa baned għandhom ikunu mistiedna. għadu bil-ħsieb inħalluha f’idejh, filkaż li le mill-aktar fis nordnawha. Sadanittant, il-laqgħa dwar il-vara titulari ta’ San Ġużepp ġiet posposta għal nhar Is-Soċjetà kienet irregalat lil Wistin is-27 ta’ Ġunju 1921. Fiha ttieħdet din id- Camilleri palella tal-fidda li tqegħdet fildeċiżjoni: kaxxa imsemmija. Din il-palella għadha miżmuma b’għożża għand il-familja Seduta fuq id-dimostrazzjoni tal-vara Camilleri Cauchi sal-lum il-ġurnata. ta’ San Ġużepp, li azzjoni ħażina ma nagħmlu lill-ebda banda la lil ta’ Bormla B’dawn il-minuti nikkonfermaw min u lanqas lil tal-Birgu, u li l-vara tiġi bil- tassew ordna l-istatwi ta’ San Ġużepp u banda u nagħmlu mill-aktar ekonomija. s-Sagra Familja u li s-Soċjetà mill-1921 ‘il quddiem baqgħet magħrufa bħala dik Għaldaqstant ġie deċiż li l-wasla tal-vara “tas-Sagra Familja”. Nikkonfermaw ukoll ta’ San Ġużepp, ordnata mis-Soċjetà, kel- li l-ewwel statwa tas-Sagra Familja saret lha tkun festa kbira. Dan wassal biex anki fl-1921, kif ukoll li l-festi esterni kienet għall-fini ta’ etika, jiġu mistiedna żewġ tieħu ħsiebhom is-Soċjetà tagħna. ĠR


6

Mużika

ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

George Gershwin

Ryan u Owen Fava Want’Em, You Can’t Get Em (When You’ve Got’Em, You Don’t Want’Em). Sal-1919 George Gershwin kien diġà sar popolari u wara dan iż-żmien kiteb diversi diski, fosthom l-iktar waħda popolari Swanee. Diska oħra li kiteb hu ġġib l-isem ta’ Rhapsody li ntużat fil-Manhattan u fl1984 intużat ukoll fil-ftuħ tal-Logħob Olimpiku tas-Sajf f’Los Angeles. Gershwin siefer f’bosta pajjiżi u minn kull pajjiż ġie L-ewwel diska tiegħu ħariġha meta influwenzat mill-mużika tal-post. Huwa kellu 18-il sena, bl-isem ta’ When You miet f’età żgħira f’Lulju tal-1937. ĠR klassika u fl-imħabba lejn il-mużika jazz. Meta huwa ma riedx imur iżjed skola, beda jaħdem bħala pjanista b’paga ta’ $15 fil-ġimgħa. Huwa kien joqgħod idoqq mużika ġdida biex jisimgħuha nnies u jagħżlu liema waħda riedu jixtru. Hawnhekk huwa iltaqa’ ma’ ħafna nies importanti, fosthom iż-żeffien u attur Fred Astaire.

George Gershwin (1898-1937)

Morris Gershovitz, missier George Gershwin siefer mir-Russja għal New York fis-sena 1890 biex ifittex il-maħbuba tiegħu Rose Bruskin. Dawn iżżewġu fl1895. Huma kellhom erba’ ulied: Ira (1896), George (1898), Arthur (1900) u t-tifla Frances (1906). Biex jinstema’ iżjed Amerikan, huma biddlu kunjomhom minn Gershovitz għal Gershwin. It-tieni tifel tagħhom, George, kienu jqisuh bħala l-iktar imqareb. Ma kienx student tajjeb u anki kien ifalli l-iskola. Imma l-familja Gershwin kollha kienet tħobb il-mużika. Ira kienet tħobb tikteb il-lirika (kliem għad-diski), Frances kienet kantanta tajba, Arthur kien iħobb jikteb id-diski, filwaqt George kellu jsir kompożitur famuż Amerikan. Il-familja Gershwin xtrat pjanu meta George kellu 12-il sena biex fuqu titgħallem Ira. Iżda hu kien diġà sab l-imħabba għal mużika permezz ta’ ħabib tiegħu vjolinista ta’ tmien snin, Max Rosenzweig. Għalhekk meta wasal il-pjanu, huwa beda jitgħallem waħdu kif idoqq. Ftit wara beda jieħu l-lezzjonijiet u anki jmur il-kunċerti. Aktar tard, George Gershwin beda jmur jitgħallem għand Charles Hambitzer li kien hu li influwenzah ħafna fil-mużika


ILĠILJUREBBIEĦ

Josefoloġija

Settembru 2011

7

Il-Kalvarju ta’ San Ġużepp (3) ...ikompli minn ħarġa 20

Tajna eżempji ta’ qaddisin kbar; iżda anki f’livelli iżjed umli, bħall-każ ta’ nsara twajba, l-eżempju u l-għajnuna ta’ San Ġużepp huma ferm importanti. Josserva s-serv t’Alla Dun Ewġen Reffo, “Ladarba Ġesù jintilef, kif intilef minn San Ġużepp, għalkemm ma kellu l-ebda tort, u fejn jirtira l-konsolazzjoni tiegħu fuq prova tal-virtù, hija din il-piena taddesolazzjoni li taħkem bosta erwieħ twajba. Ftakar allura fil-kliem li qal Ġesù lill-Appostli, “jaqblilkom li jiena mmur” (Ġw. 16, 7) u twassal biex tipperswadina li telfa bħal din isseħħ għaliex Alla jridha għal ġid tagħna.

f’Anversa (Belġju) fl-1854, peress li ried ipitter is-seba’ duluri ta’ Marija Santissima, ma setax jaħrab minn din it-tema. Fi triq ta’ Ġerusalemm, Ġużeppi għajjien u mifni, jistrieħ fuq il-bastun tal-vjaġġ, jistaqsi lil raġel zopp nofsu mal-art fittriq dwar Ġesù, filwaqt li jpoġġi idu fuq spalltu għera. Marija fuq il-ġenb l-ieħor, tinsab mitlufa f’talba mill-qalb.

Din l-esperjenza li għex u sofra San Ġużepp, tikwalifikah bħala interċessur mill-aqwa għall-midinbin. Huma meta jirrikorru lejh għall-għajnuna u konverżjoni ta’ veru, jistgħu jisimgħu ġewwa qalb- San Ġużepp u l-Madonna jfittxu lil Ġesù hom, “Ħija, jien ġarrabt mill-esperjenza fit-tempju, bħala wieħed mid-duluri ta’ xi tfisser tkun mingħajr Ġesù. Din hija Marija, impitter minn Joseph Janssens. verament il-mewt tar-ruħ, lejl mudlam, Normalment, l-artisti jippreferu ipittru tl-infern. tema ta’ dik li nsejħulha “Ġesù jiddisputa mad-dutturi fit-tempju”. F’dan l-ambjent, Kuraġġ! Bl-indiema u l-qrar terġa’ ssib lil ħafna drabi jdaħħlu, normalment fl-isĠesù. F’dak il-mument, f’ruħek se tixgħel fond jew anki fuq quddiem, lil Marija u lil bid-dija x-xemx u tkun kuntent. Huwa Ġużeppi, kuntenti. biss Ġesù l-ferħ ta’ veru u s-salvazzjoni!”

Il-pittur

Joseph

Janssens,

imwieled

Insemmgħu xi artisti tal-epoka Romanika u Gotika: Duccio ta’ Boninsegna (1255-1319), Iacopo Giusti (1320-1391), Simone Martini (1284-1344) u Taddeo Gaddi (seklu XIV). Mill-era Umanistika u Rinaxximentali: Beato Angelico (1387-1455), il-Pinturicchio (1454-1513), Gaudenzio Ferrari (1471-1546), Bernardino Luini (14901523) u Paolo Veronese (1528-1588).

Akkumpanjati allura ma’ San Ġużepp, mifni, ifittex lil Ġesù mat-toroq ta’ Ġerusalemm, u għall-merti ta’ dan iddulur, nistaqsuh biex jgħinna, jikkunslana u jħallina niksbu l-frott minn prova diffiċli bħal din.”

3. Ġesù jintilef u jinstab fl-arti Din it-tema, din il-ġrajja skonċertanti u misterjuża, kellha ftit li pittruha fl-istorja tal-arti, li nistgħu narawh bħala nuqqas ta’ interess min-naħa tal-artisti. Minn dawn il-ftit artisti li affrontaw din it-tem, nosservaw li ftit ipittru t-tiftix drammatiku li għamlu Ġużeppi u Marija. Kif tista’ tesprimi b’mod adegwat id-dwejjaq, it-turment fuq l-uċuh, l-atteġjament u l-ġesti ta’ Marija u Ġużeppi?

Duncan Brincat Din il-ġrajja hija normalment rappreżentata bħala l-aħħar waħda flinfanzja ta’ Kristu, u ftit tiġi murija għallmerti tagħha stess. Ma tantx issibha bħala titular jew kwadru ta’ xi artal ta’ xi knisja jew kappella.

Matul is-snin 1600 u 1700, din il-ġrajja tiġi rappreżentata bħala l-ħames misteru tal-ferħ fil-kwadri ta’ bosta artali tal-Madonna tar-Rużarju, fejn jintwerew il-15-il misteru tar-rużarju, bħal fil-każ ta’ Guido Reni (1575-1642). Fis-snin tal-1800 insibu lil Holman Hunt (1827-1910), Dominique Ingres (17801867) u Carl Heinrich Bloch (1843-1890), filwaqt li kontemporanji nistgħu nsemmu lil F. Bergametti, L. Pellegrini u A. Trivisonno. F’dawn tal-aħħar, insibu l-ewwel parti tas-sejba ta’ Ġesù, filwaqt li Pellegrini jurina lil Ġesù jagħti t-tweġiba, “ma tafux li għandi nkun fid-dar ta’ Missieri?” ĠR

Rokna Letterarja Il-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “Just a Simple Carpenter: The Story of Joseph”, miktub minn Benjamin Potter. X’tagħmel

l-anġli jitolbuk tbiddel il-pjanijiet tiegħek? Hekk kellu jagħmel Ġużeppi, iżżewweġ lil Marija u kiseb imħabba li qatt ma stenna. Dan il-ktieb jagħtina ħarsa lejn il-ħajja ta’ Ġużeppi u Marija filwaqt li jiskopru kemm Alla jħobbhom u kemm saru jħobbu lil xulxin.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwista kopja. (90 paġna; Loom & Wheel PubĠR kieku lishing, ISBN 096776680X).


8

Spiritwalità

ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

San Ġużepp u l-familja llum

Patri Deo Debono OSA

Għall-knisja Nisranija il-familja hija l- ma tintrebaħx. Iżda l-problemi fiż-żwieġ Ġużepp biex iħares lill-familji tagħna. qalba ta’ kollox. Fil-familja, Alla jsib il- jintrebħu meta ma jkunx hemm biża’ tas- Liż-żgħażagħ tagħna nħeġġiġhom biex mistrieħ tiegħu għax fejn tnejn jew tlieta sagrament inniffsu. jibqgħu dejjem qrib tal-knisja u ta’ Alla. jkunu qed jitolbu f’ismu, hu jkun magħhom. Hekk kien wiegħed Ġesù Nwegħdkom it-talb tiegħi sabiex lid-dixxipli tiegħu. Mela aħna nemil-familji Kalkariżi jingħaqdu dejjem mnu, li meta l-familja tagħna tkun aktar bejniethom għax il-familja magħquda, Alla ser ikun magħna. hija t-teżor kbir tal-knisja. Nħarsu Meta familja tkun magħquda, dik lejn il-vara tant sabiħa tas-Sagra tkun l-isbaħ talba li familja tista’ Familja tagħna u nieħdu l-messaġġ tagħmel. Sfortunatament llum nsitagħha. Marija u Ġużeppi bu ħafna taqsimiet fil-familji. jippreżentawlna s-sigriet ta’ familja u ta’ żwieġ b’saħħtu għax Marija u Waħda mill-akbar weġgħat talĠużeppi jippreżentawlna lil Ġesù familja Maltija llum hi l-inċertezza bħala l-qalba tal-familja. Għalhekk fl-imħabba li qed iġġib inċertezzi nagħmlu wegħda magħna nfusna li kbar oħra fil-familji. Jien ma naqbilx bħal Marija u Ġużeppi ser inpoġġu ma’ dawk li jitkażaw jew li jiġġieldu lil Alla fiċ-ċentru tal-ħajja familma’ żgħażagħ li qed jgħixu din itjari tagħna. Familja magħquda hija tip ta’ mħabba għax mhix għażla familja li titlob għax fit-talb issib tagħhom dejjem iżda hija wkoll frott l-għaqda. tas-soċjetà kollha kemm hi. Din ilproblema ilha ġejja numru kbar ta’ Lil dawk kollha li qed jgħixu dawn snin u llum rridu nieħdu r-responil-problemi fil-familji tagħhom, sabbiltà li nippruvaw nirranġaw inħeġġiġkom biex tersqu aktar lejn is-sitwazzjoni. M’aħniex ser insibu Ġużeppi għax ħadd ma jista jifhem rimedju malajr għax bħalma problelilkom aktar minn Ġużeppi. Ftakru Is-Sagra Familja, Murillo (1660). ma ddum snin kbar biex tikber, trid li Ġużeppi kien żagħżugħ bħalkom tieħu ħafna snin biex titranġa. Nappella u li għex misteru hekk kbir. L-istorja ta’ lil dawn iż-żgħażagħ biex ma jħarsux lejn Jekk aħna verament nħobbu lil San l-imħabba tiegħu ma’ Marija ma kenis-separazzjoni bħala s-soluzzjoni għall- Ġużepp bħala l-kap tas-Sagra Familja, itx waħda romantika iżda waħda mimproblemi tal-ħajja miżżewġa. Il-ħajja rridu naħdmu flimkien biex insaħħu l- lija tbatija, dubji, biżgħa, iżda fuq kollox miżżewġa mhix faċli u dan jafu kulħadd. familja. Ma nistgħux nkomplu naqsmu waħda mimlija bl-imħabba t’Alla! Hu Min jiltaqa ma’ problemi għandu jfittex l-familji tagħna iżda rridu nissaħħu. jista’ jmexxikom u jurikom is-sbuħija tall-għajnuna bla mistħija. Min lest li jfittex Nissaħħu billi nirrispettaw u nħeġġu lil ħajja, tal-familja u taż-żwieġ. ĠR l-għajnuna huwa bniedem li jagħti valur xulxin biex ningħaqdu. Lil dawk il-familji lill-ħajja. Deċiżjoni ta’ malajr hija dejjem li għandhom żgħażagħ li għandhom ħażina. it-tfal u mhumiex jaħsbu fuq iż-żwieġ, ngħidilkom li xejn m’għandu jsir blBarra minn hekk irridu nibdew ngħixu ta’ għaġla. Iżda kunu magħhom fil-mumenvera nsara! Kif tista’ omm tiġi tgħammed ti sbieħ u koroh tagħhom. Il-problema Il-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa lil bintha meta hi stess ma tridx li tintra- prinċipali hija l-biża ta’ commitment dan li ġej: bat quddiem Alla? Nieħu pjaċir ħafna li quddiem Alla għax il-commitment ma’ koppja li mhix miżżewġa, xorta tħoss ix- xulxin xorta jagħmluh daqs koppja li Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karxewqa li tgħammed lil uliedha, iżda hem- tkun miżżewġa. Il-commitment lejn xulxlin. mhekk hemm xi ħaġa sejra ħażin għax in hemm qiegħed iżda ż-żwieġ jarawh allura ser ngħixu kontradizzjoni. Ovvja- biss qisu ħabs. Lill-ġenituri nħeġġiġhom Il-kelma karlin tfisser sistema ta’ flus. ment, kull koppja trid tħares lejha bl- biex juru lil uliedhom kemm iż-żwieġ F’dan ix-xahar ta’ Lulju l-ħajjata kienu jibistorja partikulari tagħha. Hemm koppji huwa mument ta’ grazzja u mhux mudew jaqilgħu xi ftit tal-flus sewwa għaliex li jixtiequ jiżżewġu iżda minħabba diversi ment ta’ debolezza. Liż-żgħażagħ tagħna il-ġurnata tkun twila, u jibdew diversi raġunijiet, jibqgħu lura. Lil dawn il-koppji nuruhom li l-imħabba ma tiġix espresokkażjonijiet soċjali fosthom diversi festi nagħmlilhom il-kuraġġ u nfakkarhom li sa fir-relazzjonijiet sesswali biss iżda u ħruġ ieħor. ĠR l-ebda diffikulta ma hi daqshekk kbira li f’ħafna modi differenti. Nitolbuh lil San

Il-Qawl


ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

Soċjetà

9

L-Intervista: Duncan Brincat Għal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lil Duncan Brincat, Segretarju tas-Soċjetà, li eżattament għaxar snin ilu, f’Settembru 2001, inħatar f’din il-kariga importanti tal-Kumitat.

M: Min hu Duncan Brincat? T: Twelidt fl-1981, għalhekk għandi 30 sena. Noqgħod Santa Luċija, iżda b’xorti tajba ġejt mgħammed fix-xahar sabiħ ta’ Marzu fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp talKalkara. Familti hija kollha Kalkariża, binnannu Lorry Brincat li serva bħala President ta’ din is-Soċjetà għal diversi snin, u n-nannu l-ieħor Karmenu Consiglio serva wkoll għal xi snin fil-Kumitat talistess Soċjetà. Bħala skola mort dik Primarja ta’ Ħal Tarxien, il-Liċeo Minuri ta’ San Ġużepp f’Kordin, il-Junior College fl-Imsida u gradwajt fl-Ekonomija millUniversità ta’ Malta fl-2003. Ili minn dik Duncan Brincat f’mument rilassanti is-sena naħdem fl-amministrazzjoni ta’ ġewwa l-Bidnija ħdejn il-Kappella ddedikata lis-Sagra Familja. kumpanija privata Maltija fl-industrija taż-żejt. Lokali, Parroċċa, u entitajiet oħra fosthom dawk reliġjużi u governattivi. Rwol M: Kif dħalt inti f’din is-Soċjetà u x’kienu ieħor importanti fl-opinjoni tiegħi huwa l-irwoli tiegħek fi ħdan il-festa u l-każin? dak li żżomm l-għaqda bejn kulħadd. T: Minn meta kont żgħir ħafna dejjem Hija tentazzjoni kbira li kulħadd jiġbed kont litteralment iffissat fuq il-festa lejn dak li jħobb hu, eżempju nar, artagħna. Niftakar li kemm-il darba ġejt mar u banda. Għalhekk ikun hemm avviċinat biex insir abbati, iżda jien ta’ bżonn li kull ftit żmien tlaqqa’ lin-nies erbatax-il sena dħalt fratell għax minn kollha involuti madwar mejda u tfakkar dejjem ridt nagħti sehmi fil-festa. Kont lil kulħadd li b’din il-ħidma volontarja nistenna li nagħlaq 18-il sena ħalli nkun kulħadd qed jaħdem għal għan wieħed. nista’ nidħol soċju fis-Soċjetà, u hekk Dan sintendi minbarra li trid tieħu ħsieb għamilt ftit wara li għalaqt din l-età. il-koordinament ta’ dak kollu li jkun qed Fil-fatt fis-sena 2000 dħalt bħala As- isir, fosthom proġetti u attivitajiet. sistent Segretarju fil-Kumitat, filwaqt li f’Settembru 2001 ġejt maħtur bħala M: X’inhuma l-aktar avvenimenti li tgħożż Segretarju, fejn għadni f’din il-kariga kemm ilek Segretarju? sal-lum. Nagħti sehmi b’mod speċjali fil- T: Bħala avvenimenti hemm bosta u kull pubblikazzjonijiet tas-Soċjetà, fosthom sena taf toffri xi ħaġa differenti mis-sena fil-ktieb tal-festa, u anki fil-ħjata ta’ di- ta’ qabel. Fuq kollox dak hu s-sabiħ tasversi bnadar, bandalori u pavaljuni, li Soċjetà u b’mod speċjali tal-festa. Avvenniftaħar ngħid jinstabu imxerrda madwar imenti sbieħ li nsemmi huma l-proġetti Malta kollha. tal-armar li żżanżnu f’dawn l-aħħar snin, fosthom dawk li ħadu ħsieb il-KummissM: Xi rwol tinvolvi l-kariga ta’ Segretarju joni Żgħażagħ bħall-imrewħa, l-umbreltas-Soċjetà? la, il-proġett ta’ Triq il-Missjoni Taljana u T: Is-Segretarju huwa r-rappreżentant anki l-kolonna meravilja ta’ San Ġużepp legali tas-Soċjetà. Minbarra li jżomm li veru ġiet sabiħa. Insemmi wkoll is-sodiil-minuti tal-laqgħat, u flimkien mal- sfazzjon li nħoss kull darba li nara xi pavPresident jgħajjat is-seduti, għandu rwol aljun ġdid jittella’ f’postu u li nkun ħadt ċentrali kemm fil-korrispondenza kollha, ħsieb il-ħjata tiegħu jien. Żgur li dak ilkif ukoll f’laqgħat mall-Pulizija, Kunsill ħin tinsa’ dawk is-sagrifiċċji kollha li tkun

Andrew Cilia għamilt. Avveniment ieħor li ma ninsiex huwa meta erġajna daħħalna n-nar talart fil-festa tagħna, u sintendi l-unur li ksibna meta ħadna sehem fil-kompetizzjoni tan-nar tal-art fuq il-Fosos tal-Furjana. Dan minbarra l-kunċerti li saru jsiru fil-festa mill-banda, li tant huma għal qalbi. Kif għidtlek, kull mument huwa speċjali għalija għax huwa mument fejn flimkien naħdmu, flimkien nibku, imma flimkien niċċelebraw. M: Kif taħseb li ser ikun il-futur tas-Soċjetà? T: Il-futur tas-Soċjetà jidher wieħed sabiħ, għaliex nara fiha żgħażagħ qalbiena li lesti li jagħtu l-enerġija tagħhom u ħinhom b’riżq is-Soċjetà. Dan għandu jagħmilna dejjem iżjed professjonali, u kull ħaġa li tiġri għandha ssir b’imħabba u mill-qalb.

M: X’taħseb fuq din ir-rivista? T: Il-Ġilju Rebbieħ ilu joħroġ sa mis-sena 2002. L-esperiment irnexxa, tant li ħaddieħor prova jagħmel xi ħaġa simili iżda mhux kulħadd irnexxielu. Jien dejjem nemmen li għandna nżommu kuntatt kontinwu mhux biss mall-membri, iżda mall-Kalkariżi kollha. Naħseb li permezz ta’ din ir-rivista, il-ktieb tal-festa, il-website u l-paġna ta’ Facebook qed nagħmlu dan possibbli. M: Għaddi messaġġ lill-qarreja. T: Nixtieq nirringrazzja lil kull min jaqra din ir-rivista u jieħu interess f’dak kollu li għandu x’jaqsam mas-Soċjetà. Inkompli nħeġġeġ lil kulħadd biex iħoss din is-Soċjetà bħala t-tieni familja u dar tiegħu. Hemm bżonn li kulħadd jifhem li l-każin mhux il-bar biss. Anzi, wara l-bieb ta’ barra tal-każin hemm storja kbira ta’ ħidma, ta’ nies jagħtu ħinhom għal għan wieħed. Jien nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ lil kull min irid sabiex jingħaqad magħna. Is-Soċjetà m’hi ta’ ħadd, imma hija tagħkom kollha li tħobbu s-Sagra Familja. Komplu agħtu sehmkom, komplu għinnu lis-Soċjetà, permezz tal-ħidma tagħkom u għajnuna finanzjarja. IsSoċjetà għandha bżonn anki lilek li qed taqra din l-intervista għax il-ħidma ta’ kulħadd tkompli ssaħħaħ dak kollu li jsir u jseħħ fi ħdanha. ĠR


10

Tfal

ILĠILJUREBBIEĦ

Leġġendi Maltin:

Settembru 2011

Il-Leġġenda ta’ San Dimitri Kien żmien fejn il-Musulmani u t-Torok kienu jattakaw ħafna l-gżejjer tagħna, jisirqu ż-żgħażagħ u l-irġiel u jħallu ħerba u dmija mat-toroq tal-irħula Maltin.

ma qabduhom. Lil Żgugina sawtuha u ħallewha fl-art nofsha bla ħajja u lil Pawlu rabtuh bil-ktajjen u kaxkruh għax-xini tagħhom bħal ilsir.

Ġewwa l-Għarb, viċin ħafna tax-xtajta hemm kappella ddedikata lil San Dimitri. F’dawn l-inħawi l-qaddis San Dimitri kien maħbub ħafna tant li n-nies tarraħal kienu jitolbu lilu fi żmien l-għawġ. Ftit bogħod minn din il-kappella ħelwa kienet toqgħod waħda mara jisima Natalizja Cauchi mlaqqma Żgugina. Din romlot meta tilfet lir-raġel tagħha filbaħar u bagħqet tgħix waħeda mat-tifel tagħha Pawlu ġo dwejra żgħira. Kien filgħodu kmieni, kemm kemm id-dlam jibda jiċċara, meta Żgugina qamet maħsuda b’għajjat u storbju fil-bogħod li f’dan ilħin tal-lejl instemgħu qisom għefiered.

Meta stembħet Żgugina u ħarġet barra twerżaq għall-għajjut rat fil-bogħod ix-xini li fuqu kien hemm it-tifel għażiż tagħha. Ħadd ma mar jgħina u mbikkma u b’qalbha maqsuma marret tiġri fil-kapella ta’ San Dimitri biex issib ftit kenn. Inxteħtet għarkubbtejha taħt l-inkwatru tal-qaddis, inkwatru mil-isbaħ fejn San Dimitri qalbieni jidher fuq iż-żiemel bajdani tiegħu. Ħarset fiss f’għajnejh u talbet lilu bil-ħerqa u tama biex ikun hu li jsalva lit-tifel tagħha mis-swat tat-Torok. Wegħditu li tixgħellu qasba żejt quddiem dik il-pittura. Ma’ dan il-kliem il-qaddis beda jħarrek għajnejh u xuftejh filwaqt li ż-żiemel tiegħu għolla rasu u maddaqqa b’dembu għola fuq riġlejh.

Il-kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb.

Hi ħarġet fuq l-għatba titawwal biex tara x’kien ġara u fil-bogħod rat ċorma Torok jaqbżu minn ġox-xini għal isfel u bdew resqin lejn darha. Mbeżża’ Żgugina daħlet tiġri ġewwa u sakkret il-bieb bilfirrolli filwaqt li marret titrekken ħdejn it-tifel tagħha. Ma damux wisq sakemm it-Torok waslu wara biebha u b’naqra sforz il-bieb sgassawh. Għalxejn pruvaw jipproteġu ruħhom għax ma damux wisq

F’daqqa waħda San Dimitri fuq iż-żiemel ħareġ minn ġol-pittura, ilebbet lejn ixxtajta. Iż-żiemel jiżher qabeż fuq il-baħar u qeda jaqbeż fuq il-mewġ bi dritt ix-xini. San Dimitri għeb fl-orizzont u wara ftit minuti tilmah l-istess żiemel reġa’ ġej lura b’San Dimitri u Pawlu. Għanqitu u bisitu u bkiet għax Pawlu tagħha reġa’ ġie. San Dimitri reġa’ daħal fil-pittura daqs li kieku qatt ma ġara’ xejn. Żgugina bħal ma wegħdet xelgħet il-qasba żejt quddiem din il-pittura li rodditilha lura il-ferħ li serqulha l-għedewwa.

Etienne Camilleri

Il-pittura ta’ San Dimitri.

li qasam l-art fejn kien hemm din il-kappella u għerqet iżda baqgħet ma nkisritx. Għalkemm f’qiegħ il-baħar jingħad li ma daħlitx qatra ilma ġo din il-kappella. Issajjieda jgħidu li matul l-iljieli bla qamar jidher jiddi dawl minn taħtha, u jgħidu li huwa l-istess dawl li jagħti il-lampier tażżejt li xelgħet lil dan il-qaddis Żgugina li għadu jixgħel sal-lum taħt il-baħar.

Il-knisja li nsibu ilum hija oħra li nbniet għall-istess patrun fejn fl-inkwatru naraw lil San Dimitri ma’ Pawlu marbut bil-ktaBil-ferħ hi xandret l-istorja tagħha mad- jjen. Ma’ ġenb din il-knisja insibu imarkawar Għawdex kollu u d-devozzjoni lejn ta ir-rifsa taż-żiemel li ħalla warajh meta ĠR dan il-qaddis kibret minnufih! Ħafna snin salva lil Pawlu. wara li seħħet din il-ġrajja seħħ terremot

Obitwarju Is-Soċjetà tixtieq turi s-sogħba tagħha għallmewt ta’ Joseph Bugeja li mar jiltaqa’ malMulej fid-29 ta’ Marzu 2011 fl-età ta’ 55 sena. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Dan l-avviż qiegħed jinġieb minħabba żball tat-tipa fuq il-ktieb tal-festa 2011.

AVVIŻ Is-Soċjetà tappella lil dawk kollha li għandhom xi ritratti jew dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-istorja tal-każin sabiex jikkuntattjaw lis-Segretarju jew lil xi membru tal-Kumitat. Ir-ritratt jew dokument jiġi skenjat u jingħata lura lil sidu. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq info@sagrafamilja.org.


ILĠILJUREBBIEĦ

Sports/Attwalità

Settembru 2011

11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva Kalkariża Matul dawn l-aħħar xhur komplew ilpreparamenti għal staġun ieħor sportiv, b’mod speċjali fix-xena tal-futbol u anki dik tad-darts, filwaqt li hemm stennija kbira għal riżultati pożittivi fil-kompetizzjoni nazzjonali tar-Regatta tat-8 ta’ Settembru li ġej.

Sadanittant, James Camilleri se jkun il-Head Coach tan-Nursery u se jibqa’ membru wkoll fil-kumitat tal-Kalkara F.C. Tħabbar ukoll li fil-ġimgħat li għaddew William Gauci rreżenja minn President. Minn din ilpaġna wkoll nawguraw kull suċċess lit-tim tal-futbol Kalkariż.

Naqilbu x-xena u nitkellmu dwar ir-regatta. Fit-2 ta’ Lulju l-Under 18 ħadu sehem f’regatta apposta għalihom li saret fil-bajja tar-Rinella. Il-Kalkara klassifikat fit-tielet post fost ħames parteċipanti. Prosit lill-qaddiefa li ħadu sehem, għax għalkemm kien ħaqqhom riżultat aħjar għall-prestazzjoni li taw, żgur urew l-abbiltà tagħhom f’dawn it-tiġrijiet. Ħafna minn dawn il-qaddiefa Fuq is-settur tal-kbar, għar-raba’ staġun tal-Under 18 se jkunu qed jikkompetu konsekuttiv il-Kalkara se jkollha tim talUnder 19. Wara li għal tliet staġuni t-tim Ir-Riċetta: tal-kbar kien immexxi minn James Camilleri bħala kowċ, issa nħatar Gorgi Draganov bħala kowċ tat-tim tal-kbar. Minn dan l-istaġun li ġej, in-Nursery tal-Kalkara se tibda’ tieħu sehem għallewwel darba f’kull kategorija li tħaddan il-Youth F.A. Nazzjonali. Għaldaqstant minn din il-paġna nawgurawlhom kull suċċess, speċjalment għax dawn il-plejers għandhom jitqiesu bħala l-futur tal-klabb Kalkariż.

Brady Bugeja

fil-Kategorija B tar-Reserves fir-Regatta Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, filwaqt li lqaddiefa li fis-sena 2010 kienu kkompetew f’din l-istess kategorija, fit-8 ta’ Settembru se jkunu qed jikkompetu fil-kategorija Open. Sadanittant anki fil-każ tal-klabb tar-Regatta, ftit tal-ġimgħat ilu inbidel ilPresident tal-klabb, u nħatar Joseph A. Borda bħala l-President il-ġdid. Minn din il-paġna nawguraw lilu u lill-klabb Kalkariż is-suċċess kollu mistħoqq. Min-naħa l-oħra, fis-Sagra Familja Darts Team inbeda t-training għal dan l-istaġun. Madankollu, aktar dettalji dwar l-andament tat-tim inkun nista’ ngħaddihulkom fil-ħarġa li jmiss. ĠR

Bruschetta u Dip tat-Tuna Illum se nippreżentalkom żewġ riċetti oħra: il-famuża Bruschetta, u Dip tat-Tuna. Nibdew bil-Bruschetta: Ingredjenti għall-Bruschetta: Bezzun tal-Malti mqatta’; 5 tadamiet; Basla żgħira; Ħabaq frisk imqatta’ fin jew oregano; Żejt; Ketchup; Mozzarella jew ġbejniet.

Ko m p e t i z z j o n i Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqsija: Skont il-Ġnus Magħquda, lil min hi ddedikata b’mod speċjali s-sena li ninsabu fiha?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ottubru 2011, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara. Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ €5 mingħand il-Bar ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. ĠR

Kathleen Grima

Ingredjenti għad-Dip tat-Tuna: Landa ton taż-żejt; 2 magħref żebbuġ imqatta’; Mgħarfa kappar; Metodu għall-Bruschetta: Basla żgħira; Aqsam it-tadam f’erbgħa u neħħilu 4 trijangoli cheese spread; ż-żerriegħa. Qatta’ t-tadam u l-basal Mayonnaise; f’kubi żgħar ħafna u itfagħhom ġo bowl. Galletti/cocktail crackers/gristini. Ħallat magħhom il-ħabaq ( jew oregano), mgħarfa mimlija ketchup u ż-żejt. Poġġi Metodu għad-Dip tat-Tuna: mgħarfa mit-taħlita fuq kull slice ħobż. Ħallat kollox f’liquidizer sa kemm jiġi qisu Agħmel fuqu slice mozzarella jew ġbejna paste. Servi bil-galletti, gristini jew cocku itfahom fil-forn jew taħt il-grill sakemm tail crackers. jinħall il-ġobon. Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu Inkomplu issa bir-riċetta l-oħra: email fuq info@sagrafamilja.org ĠR


12

Aħbarijiet/Kalendarju

ILĠILJUREBBIEĦ

Settembru 2011

Attivitajiet matul is- Diċina millSajf b’riżq il-festa Għaqda tan-Nar

f’żewġ postijiet differenti. Aktar tard, nhar il-Ġimgħa 12 t’Awwissu, il-Kumitat Ċentrali organizza Barbeque ieħor, din id-darba fil-bajja tar-Rnella, fejn f’attendenza millaqwa, kien hemm varjetà sabiħa ta’ ikel, fosthom platt Malti, kebabs u frott. L-appuntament li jmiss issa huwa għal nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru ġewwa t-Torri L-għada tal-festa, nhar it-Tnejn 11 ta’ tal-Qrendi fejn se jkun hemm barbeque ĠR Lulju, il-Kumitat Ċentrali organizza Bar- ieħor u bl-użu tal-pool. beque fi Pjazza Sagra Familja, li matulu ntwerew filmati meħudha matul il-festa li kienet għadha kif għaddiet. L-atmosfera kienet waħda mill-aqwa. Eżattament mill-għada tal-festa 2011, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-fergħat bdew bil-ħidma tagħhom b’riżq il-ġbir ta’ fondi għall-festa 2012 u anki b’riżq il-proġett finali tal-parti t’isfel tas-sede tas-Soċjetà, jiġifieri l-puġġaman artistiku tat-taraġ.

Sadanittant, nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Nisa organizzat ġurnata għal Għawdex. Kienet attività oħra millaktar divertenti, fejn il-grupp telaq minn kmieni filgħodu minn quddiem il-każin, u attenda għall-quddiesa fil-Knisja ta’ Pinu, dawra madwar ir-Rabat Għawdex, ikla mill-aqwa ġewwa Marsalforn, u għawma

Fi stqarrija maħruġa mill-Għaqda tanNar Sagra Familja ntqal li matul ix-xahar ta’ Settembru se tibda tinġabar diċina mingħand il-membri u l-partitarji b’riżq il-ħarqa tan-nar għall-festa 2012. Matul ix-xahar t’Awwissu tqassmu karti f’diversi djar li jindikaw kif se taħdem din id-diċina b’riżq in-nar tal-ajru: jiġifieri €2 fix-xahar jew inkella €25 darba f’sena. Dan il-ġbir qed jiġi koordinat mid-Delegat tan-Nar Joseph Persico, bl-għajnuna ta’ Joe Grech u membri oħra tal-istess għaqda. Barra minn hekk, kull ġimgħa qed isir primustrat b’riżq il-ħarqa tan-nar tal-art. Dawn il-primustrati flimkien ma’ xi ġbir ieħor qed jiġu koordinati minn Carmen Grech. Sadanittant il-ħidma b’riżq il-ħarqa 2012 diġà bdiet, tant li beda t-tqassim tal-programm għas-sena d-dieħla, filwaqt li tlesta x-xogħol ta’ tindif fuq l-irdieden minn Alan Grech u Shawn Cauchi. L-istqarrija ntemRitratt meħud waqt il-Barbeque li sar met billi appellat lil kulħadd sabiex jikkonĠR nhar it-12 t’Awwissu fil-Bajja tar-Rnella. tribwixxi f’dan il-ġbir.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Settembru-Novembru

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, 8.30pm L-Għaqda tan-Nar tippreżenta The Kalkara End of Summer Concert għat-tieni sena konsekuttiva, din id-darba fl-inħawi ta’ Bighi. Se jkun hemm stands bl-ikel u x-xorb, filwaqt li kantanti u mużiċisti lokali se jallegraw lil dawk kollha preżenti Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru, 7.00pm Il-Kumitat Ċentrali se jorganizza Bar- minn fuq il-palk prinċipali. Dħul għal din beque kbir ieħor din id-darba ġewwa l-attività huwa mingħajr ħlas. t-Torri tal-Qrendi, ġentilment misluf għall-okkażjoni mingħand il-President Is-Sibt 15 ta’ Ottubru, 9.00am Onorarju Dr. Marlene Pullicino. Matul din L-Għaqda tal-Armar se torganizza Carl-attività se jkun hemm varjetà kbira ta’ ikel wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq ilflimkien ma’ bar armat. Kull min jattendi se proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jkun jista’ jagħmel użu mill-pool li jinsab fl- jattendi għall-prezz ta’ €3. istess torri. Biljetti fuq bażi first come first served għall-prezz ta’ €15, li jinkludu ħlas Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru, 8.30pm għat-trasport, jinkisbu mingħand il-mem- Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganbri tal-Kumitat. Trasport jitlaq minn qud- izza Lasagna Night ġewwa s-sede tasdiem is-sede tas-Soċjetà fis-6.30pm. Soċjetà. Aktar dettalji jinkisbu minn fuq in-notice board. Is-Sibt 17 ta’ Settembru, 9.00am L-Għaqda tal-Armar se torganizza Car- Is-Sibt 5 ta’ Novembru, 5.30pm wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il- Quddiesa li fiha niftakru fil-membri mejproġetti tal-armar. Kulħadd mistieden tin tas-Soċjetà. Kulħadd mistieden sabiex jattendi għall-prezz ta’ €3. jattendi. Hawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organizzati matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2011. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru, 10.00am Żjara fuq l-oqbra tas-Soċjetà ġewwa ċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata f’Raħal Ġdid. Trasport jitlaq minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fid-9.45am. Il-membri kollha huma mħeġġa jattendu. Il-Ħadd 13 ta’ Novembru, 12.00pm Il-Kummissjoni Nisa ser torganizza l-ħarġa annwali lejn il-Baħrija fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Is-Sibt 19 ta’ Novembru, 9.00am L-Għaqda tal-Armar se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq ilproġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3. Attivitajiet oħra Matul ix-xahar t’Ottubru ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, flimkien ma’ dawk tal-fergħat kollha. Dwar dan il-membri jirċievu ċirkulari. ĠR Stampat fuq karta riċiklata.

Gilju Rebbieh Settembru 2011  

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you