Issuu on Google+

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin

Numru 24 Diċembru 2012

Surmast Direttur Ġdid għall-Banda Sagra Familja Eżattament nhar it-Tlieta 4 ta’ Settembru 2012 ġie ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu Mro. Twanny Borg ġie formalment appuntat bħala Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja. Mro. Borg kien ilu sa millaħħar ġranet tax-xahar ta’ Frar iservi bħala Assistent Surmast tal-Banda u aktar tard ħa f’idejh ukoll it-tagħlim tal-allievi tassezzjoni ramm. Din id-deċiżjoni ttieħdet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà li saret nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru, fejn ġie deċiż li kien wasal iż-żmien li jinħatar Surmast Direttur ġdid għall-Banda Sagra Familja. Twanny Borg twieled fl-20 ta’ Ottubru 1980 u fl-1994 ħareġ idoqq il-baxx mal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta. » 3

Il-Banda Sagra Familja waqt it-tieni Akkademja Mużikali tagħha ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara, nhar l-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp, 27 ta’ Ġunju 2012.

Ħidma kbira fuq Proġetti tal-Armar Propju wara li għaddiet il-festa ta’ San Ġużepp 2012, bdiet ħidma intensiva fuq proġetti ġodda tal-armar, fosthom ir-restawr ta’ diversi kolonni antiki li saritilhom ħafna ħsara matul iż-żmien blelementi naturali. Eżattament kif daħal l-armar kollu f’postu ġewwa l-maħżen tal-armar, saret laqgħa għal dawk kollha interessati li jagħtu sehmhom fil-ħidma

tal-armar. Din il-laqgħa kienet immexxija minn Pierre Magro, Delegat tal-Armar u matulha ġie diskuss programm sħiħ ta’ ħidma fuq l-armar. Matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru, Pierre Magro bl-għajnuna ta’ diversi persuni fosthom Vince Pace, ħa ħsieb li jiġu rrestawrati l-kolonni tal-Papa Ljun XIII, tal-anġlu tal-banda u taż-żwieġ. Dan

minbarra li sar restawr estensiv fuq ilbradella u l-pedestall li jintużaw waqt id-dimostrazzjoni tal-vari ta’ San Ġużepp u tas-Sagra Familja. Dan ir-restawr sar minn Pierre Magro stess, filwaqt li ddisinn, sfumar, induratura u pittura saru minn Ryan Stivala. Dan ix-xogħol wassal biex il-bradella u l-pedestall ħadu dehra ġdida u aktar attraenti. »2


2

Aħbarijiet

Tkompli Ħidma Intensiva fuq l-Armar ILĠILJUREBBIEĦ

» 1 Sadanittant tkompliet il-ħidma fuq il-ħjata tas-sett pavaljuni għal Triq Patist Borda. Dan is-sett, fuq disinn ta’ Silvio Pace, qed jinħiet minn Melvin Calleja u Duncan Brincat, filwaqt li t-tfassil qed isir minn Etienne Camilleri. L-Għaqda tal-Armar fi ħsiebha tibda x-xogħol ta’ sfumar fuq dan is-sett matul din is-sena.

żewġ pavaljuni ta’ Triq is-Sienja minn Mario Baldacchino u l-isfumar tal-aħħar pavaljun ta’ Triq ir-Rnella minn David Borg.

Min-naħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-proġett ewlieni dak tat-trufej il-ġodda għal Pjazza Sagra Familja. Dan is-sett ta’ trufej Rigward sfurmar, bħalissa qed jitkom- qed isir fuq disinn ta’ Renzo Gauci, filpla l-isfumar tal-pavaljuni ta’ Triq is-Sibi waqt li l-ħidma ta’ karpenterija qed issir minn Ryan Stivala, l-isfumar tal-aħħar minn Lawrence Cini.

Ix-xogħol ta’ karpenterija fuq il-proġett tat-trufej il-ġodda minn Lawrence Cini.

Diċembru 2012

Din il-ħidma wasslet biex sal-lum jinsabu lesti zzukklatura, vażi u anki l-ewwel parti tat-tromba ta’ nofs dan is-sett ta’ trufej. Il-ħidma miexja b’ritmu tajjeb ħafna, tant li nistennew li sa tmiem din is-sena, l-ewwel nofs ta’ dan is-sett ikun lest Melvin Calleja waqt xogħol ta’ minn kollox fejn ħjata fuq il-pavaljuni l-ġodda jidħol xogħol talta’ Triq Patist Borda. injam.

Id-Delegat tal-Armar Pierre Magro flimkien ma’ Vincent Pace waqt xi xogħol ta’ restawr fuq l-armar ġewwa l-maħżen.

Il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa jinsabu għaddejjin b’ħidma kontinwa ta’ ġbir ta’ fondi b’riżq dan il-proġett, fosthom permezz ta’ ġbir bieb u bieb, u anke attivitajiet relatati. Fl-istess waqt, l-istess Kummissjoni tinsab għaddejja b’ħidma ta’ proġett ieħor, dak tal-kruċetti tal-arbli għallistess Pjazza Sagra Familja. Dawn ilkruċetti għandhom l-arma tal-Patrun San Ġużepp, b’kuruna u ġilju, kif ukoll bi globu blu ġewwa fihom. Fi stqarrija, ilKummissjoni Żgħażagħ appellat lill-partitarji sabiex ikunu ġenerużi b’riżq dawn iż-żewġ proġetti. ĠR

Il-Proġett tal-Bar Area Kummissjoni Planċier Kull min wasal wasla sal-każin fil-ġranet tal-festa ċertament innota l-iżvilupp kbir li sar fuq il-proġett tal-bar area, tant li x-xogħol kollu ta’ karpenterija kien mitmum.

Sadanittant saru d-disinji għall-antiporta ġdida, xogħol Mario Vassallo, u anki talpuġġaman tat-taraġ, disinn ta’ Renzo Gauci. Dan il-puġġaman, b’ħidma filħadid, bronż u injam, se jkun qed ikompli jsebbaħ lit-taraġ fin-nofs tond li jagħti Matul ix-xhur ta’ wara l-festa dan il- għall-ewwel sular. proġett tkompla permezz ta’ dawl dekorattiv mal-kolonna, stainless steel Il-Kumitat Ċentrali għandu fi ħsiebu li top għall-parti ta’ wara tal-bar counter, minn Jannar li ġej se jsir ġbir apposta speakers għas-suffett, kif ukoll intrama’ l- għall-proġett tal-puġġaman, u għalhekk billiard għall-użu tal-membri. Minħabba fi stqarrija l-Kumitat ħeġġeġ lill-membri f’hekk, matul dawn ix-xhur twaħħal ukoll u lill-partitarji sabiex jagħtu sehmhom id-dawl tal-billiard li nxtara apposta għal f’dan ir-rigward. mas-suffett. Matul dawn ix-xhur, il-Kumitat qed Il-pass li jmiss huma mwejjed u siġġijiet jiddiskuti proġett ieħor importanti li adattati għall-istess bar area, fosthom għandu x’jaqsam mas-sede tas-Soċjetà, dawk madwar il-bar, fejn bħalissa qed b’mod speċjali mat-tagħlim tal-allievi. issir l-għażla skont il-parir espert tad- Madankollu, iżjed dettalji ser ikunu qed disinjatur Mario Cassar. jingħataw fiż-żmien li ġej. ĠR

B’ħidma mmirata sabiex jiġu ffinalizzati diversi proġetti prestiġġjużi li s-Soċjetà daħlet għalihom f’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Ċentrali ħatar Kummissjoni Planċier sabiex tikkordina l-ħidma dwar dan il-proġett importanti. B’disinn ta’ Michael Camilleri Cauchi, bl-għajnuna ta’ ibnu Adonai, dan il-planċier ċertament li se jkun ġawhra quddiem is-sede tas-Soċjetà. Il-Kummissjoni ser tkun magħmulha minn Ġużi Gauci bħala Chairperson, u mill-membri Albert Borg, Melvin Calleja, Duncan Brincat, Noel Mallan, Jonathan Calleja, Joseph Camenzuli u Pierre Magro. Il-ħidma ser tkun qed tikkonċentra fuq it-tkabbir tad-disinn talfaċċata sabiex aktar ‘il quddiem jinbeda x-xogħol ta’ karpenterija. ĠR


Aħbarijiet

3

Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Il-Parroċċa tal-Kalkara din is-sena kellha x-xorti li tgawdi mill-Viżta Pastorali li għamel l-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona matul ix-xahar t’Ottubru. Kien il-Ħadd 7 t’Ottubru li Mons. Arċisqof qaddes quddiesa bħala bidu ta’ din il-viżta, fejn attendiet rappreżentanza tas-Soċjetà. Matul din il-Viżta Pastorali saru diversi laqgħat fosthom mat-tfal li jattendu l-MUSEUM, u mal-kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa, fosthom dik tal-Familja, dik tal-Implimentazzjoni tas-Sinodu, tal-Evanġelizzazzjoni, tal-Liturġija, u tad-Djakonija.

Dan minbarra li saru laqgħat mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali. Is-Soċjetà ħadet sehem b’mod integrali matul laqgħa li saret għas-Soċjetà Ċivili, nhar il-Ħadd 21 t’Ottubru, kif ukoll kienet rappreżentata fl-Assemblea Parrokkjali li saret l-għada tTnejn 22 t’Ottubru. Il-Viżta Pastorali ntemmet il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru. Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà rringrazzja lill-Mons. Arċisqof ta’ din il-Viżta Pastorali Maria Xuereb waqt l-intervent tagħha u anki tal-opportunità li nsemmgħu l-vuċi quddiem l-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona tagħna fi ħdan il-Knisja Maltija. ĠR matul il-laqgħa għas-Soċjetà Ċivili.

Il-Bieb tas- Ħatriet fl-Għaqda Każini tal-Banda Salvatur Minn żmien għal żmien din ir-rivista tgħaddi l-fehma tas-Soċjetà rigward l-istorja ta’ raħalna, u s-salvagwardja tagħha. F’din il-ħarġa qed inġibu għall-attenzjoni tagħkom il-qarrejja l-istat diżastruż li jinsab fih il-bieb hekk magħruf “tas-Salvatur”, li jinsab fuq dik li qabel kienet id-daħla (jew mina) tal-Kalkara. Mhux biss din il-binja tinsab fi stat ta’ abbandun, iżda nazzardaw ngħidu wkoll li se tkun ta’ periklu anki għall-pubbliku u l-vetturi fiż-żmien li ġej. Nittamaw li l-karba tagħna bħala Soċjetà li naraw restawrat dak kollu li jsawwar l-istorja ta’ raħalna xi darba sseħħ f’realtà. Sadanittant nistennew li forsi naraw azzjoni minn min hu konċernat biex ma nitilfux dan is-sit darba għal dejjem! ĠR

Il-Bieb tas-Salvatur: fi stat diżastruż.

Bi pjaċir inħabbru li żewġ membri tasSoċjetà ġew eletti bħala membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda matul ix-xahar ta’ Ottubru 2012. Dawn huma l-Kavallier Duncan Brincat, Segretarju tas-Soċjetà, li nħatar Assistent Teżorier tal-Għaqda, u s-Sinjorina Maria Xuereb, Segretarja tal-Kummissjoni Nisa, li nħatret bħala membru żgħażugħa fi ħdan l-istess Eżekuttiv. Din hija t-tieni darba li s-Soċjetà tinsab rappreżentata fl-Eżekuttiv tal-

Għaqda Każini tal-Banda, wara li fis-snin 90, is-Sur Mario Attard kien serva għal xi żmien fl-istess Kumitat.

L-Għaqda Każini tal-Banda ġiet imwaqfa fl-1947 bl-għan tagħha jkun dak li tieħu ħsieb l-interessi ta’ l-għaqdiet imsieħba, speċjalment b’mod nazzjonali. Illum insibu 83 għaqda mużikali affiljati fi ħdan l-Għaqda, b’eċċezzjoni taż-żewġ baned tal-Belt Valletta. ĠR

Surmast Direttur Ġdid » 1 Huwa studja taħt diversi Surmastrijiet magħrufa, fosthom Mro. Mario Testa, Mro. Paul Borg, Mro. Joseph Vella, Mro. Raymond Zammit u Mro. Ronnie Debattista. Huwa kiseb id-diploma A.(Mus.) V.C.M. fit-teorija mill-Victoria College of Music, kif ukoll l-A.L.C.M. Diploma filkompożizzjoni mil-London College of Music. Huwa jdoqq il-baxx mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sadanittant, ftit ġranet wara, eżattament nhar l-Erbgħa 12 ta’ Settembru ġie ffirmat il-kuntratt ma’ Jessica Ellul bħala Għalliema tal-Allievi Sezzjoni Qasba. Jessica Ellul twieldet nhar it-12 ta’ Mejju 1991, u ta’ età żgħira ħarġet iddoqq ilkwartin mal-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Hija studjat taħt Godfrey Mifsud, kif ukoll taħt Prof. David Campbell f’Masterclasses l-Ingilterra. Hija kisbet id-diploma A.L.C.M. f’April li għadda, filwaqt li propju matul ix-xahar li għadda,

Mro. Twanny Borg jidderieġi silta millprogramm mużikali tal-Festa 2012.

dak ta’ Novembru, hija kisbet id-diploma L.L.C.M. Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali awgura ħidma fejjieda fil-qasam bandistiku. ĠR


4

Editorjal

ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Ċelebrazzjonijiet Kbar

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża. Pubblikazzjoni ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Kalkara A.D. 1897 VO/0228 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233 Tel: (+356) 27352789 Email: info@sagrafamilja.org Web: www.sagrafamilja.org Bord Editorjali Duncan Brincat Andrew Cilia Ritratti Mill-Arkivji Artikolisti Duncan Brincat Etienne Camilleri Andrew Cilia Patri Deo Debono Jessica Ellul Kathleen Grima Karl Mallia Stampat fl-istamperija Bestprint Ltd., Qrendi Setting, Produzzjoni u Dritt tal-Kopja IMI Publications

Żgur li l-festi li ċċelebrajna bħala Soċjetà matul din is-sena anniversarja kienu ċelebrazzjonijiet kbar u li ser jibqgħu jissemmew matul is-snin. Għal ħafna minna għadhom friski l-memorji tas-sena ċentinarja tal-1997, fejn iċċelebrajna l-ewwel mitt sena mit-twelid tas-Soċjetà, l-ewwel waħda fil-Kalkara. Kienet sena li fiha rajna l-ewwel Akkademja Mużikali ġol-Knisja Parrokkjali tagħna, kunċerti ta’ klassi, kif ukoll mawra mill-aqwa li lbanda għamlet ġewwa l-Ingilterra. Din is-sena, għalkemm ma kienetx sena ċentinarja, xorta waħda ħadna ħsieb bħala Kumitat li norganizzaw ċelebrazzjonijiet kbar li fihom infakkru avvenimenti importanti għall-Kalkara u għas-Soċjetà tagħna.

Duncan Brincat Kalkariżi, Patri Martin Mamo OFM Cap. u Patri Deo Debono OSA, biex nuru li l-Kalkara għadha tgħożż il-wirt li ħalliet din l-ewwel Knisja Parrokkjali. Iċċelebrajna wkoll il-125 sena anniversarju mit-twelid tal-ewwel Surmast Direttur, Mro. Lorenzo Gonzi. Għaldaqstant, ħadna ħsieb biex tittella’ Akkademja Mużikali mill-Banda Sagra Familja ġewwa l-Knisja Parrokkjali, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Din kienet it-tieni akkademja li tellgħet il-banda tagħna fl-istess Knisja, unur waħdien ġo raħalna, u matulha ndaqqet biss mużika propjetà tas-Soċjetà. Kburin li komplejna niktbu l-istorja. Sadanittant, ma setgħax jonqos li ma nfakkrux il-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja fl-1987. Għaldaqstant ilprogramm mużikali annwali tal-festa sar f’ġieh din l-okkażjoni. Iżda ċertament li ninsabu wisq kburin bil-produzzjoni ta’ double cd ta’ marċi brijużi mill-Banda Sagra Familja, b’waħda minnhom bilkanta tal-partitarji. Żgur li dan kien laqwa rigal li l-banda setgħet tingħata f’dan l-anniversarju, għaliex jibqa’ bħala tifkira ta’ din is-sena. Bi produzzjoni talKummissjoni Banda, din is-cd inbiegħet kollha, tant li kellha terġa’ ssir ordni oħra ftit taż-żmien wara.

Bdejna billi f’April ħadna l-intrigu bħala Soċjetà li nikkommemoraw is-70 sena anniversarju mit-tiġrif tal-ewwel Knisja Parrokkjali matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalkemm dan l-avveniment kien wieħed ta’ swied il-qalb għall-Kalkariżi kollha, ħassejna li mhux sew li ġo raħalna m’hawn xejn li juri l-post fejn kienet din il-Knisja, u wisq aktar dak li ġara fi żmien il-gwerra. Għaldaqstant, eżattament 70 sena wara, nhar l-10 t’April 2012 tellajna Serata Mużiko-Letterarja fi Triq San Mikiel, bis-sehem tal-Banda Sagra Familja kif Dan biex ma nsemmgħux ukoll il-proġett ukoll bil-kitba ta’ diversi riċerkaturi. Dak- li s-Soċjetà applikat u ġiet magħżulha inhar inkixfet lapida minn żewġ saċerdoti għalih, fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ, fejn inxtraw ukoll bosta strumenti għallammont sabiħ ta’ allievi li bħalissa jinsabu jitgħallmu l-mużika mingħajr ħlas ġewwa s-Soċjetà.

Issa żgur li ser nagħlqu bi kbir nhar ilĦadd 9 ta’ Diċembru fejn il-Banda Sagra Familja ser ittella’ programm mużikali ieħor, din id-darba fis-sala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara, fl-okkażjoni ta’ Jum ilKalkara. F’dan il-programm mużikali, li ser jiġi ppreżentat mill-Kunsill Lokali, ser nisimgħu lill-banda tagħna tesegwixxi mużika varjata u impenjattiva, taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-ġdid Mro. Twanny Borg. Awguri lil kulħadd għal Milied ħieni u sena mill-aqwa! ĠR Karikatura Andrew Cilia Is-sens veru tal-Milied x’inhu?


Is-Snin tal-Bidu tas-Soċjetà (3) ILĠILJUREBBIEĦ

Storja

Diċembru 2012

5

Duncan Brincat

Paġni differenti mill-Ktieb tal-Kaxxier 1897/1898. Dawn juru paġni tal-Ħruġ u Dħul Finanzjarju fl-ewwel snin tas-Soċjetà.

Is-sena 1897, bħala s-sena tat-twaqqif tasSoċjetà, tibqa’ mmarkata wkoll bħala dik is-sena li saru diversi spejjeż bżonjużi biex din tibda topera. B’hekk insibu li minbarra spejjeż ta’ gass u anki xemgħa għad-dawl, ġie mħallas mastrudaxxa għal xi xogħlijiet ta’ karpenterija f’Lulju, inxtraw affarijiet bħal żewġ inkwatri f’Settembru u xi xkupi f’Novembru, filwaqt li fl-istess xahar inxtrat tombla doppja. Dan jindika li l-għan ewlieni li għalih is-Soċjetà kienet twaqqfet, dak tar-rikreazzjoni tas-soċji, kien beda jiġi implimentat tant li bejniethom kienu jilgħabu logħob bħat-tombla. Minbarra dan, logħob ta’ dan it-tip kien iwassal għal dħul finanzjarju bżonjuż lil din is-Soċjetà li kienet għadha tibda. Wieħed jinnota wkoll li f’Diċembru ġie mixtri xi xorb mill-Kumitat. Dan probabilment serva għal riċeviment li kien ingħata nhar il-Ħamis 6 ta’ Jannar 1898, il-ġurnata li fiha l-qanpiena l-kbira nġiebet minn Għajn Dwieli bil-banda, eżattament dakinhar tal-pussess tal-ewwel Kappillan, Dun Ġużepp Ciangura. Dwar dan dehret ittra fuq “il-Gazzetta tal-Poplu” miktuba minn “Bormliż” li kienet tgħid hekk:

u brijużi, fost tant applawsi, bandieri u l-evviva tal-popolazzjoni immensa. Kif waslet il-Kalkara din il-famuża banda ġiet trattata minn Francesco Zammit u wara li spiċċa t-trattament reġgħet bdiet iddoqq, u kif waslet quddiem il-Parroċċa l-ġdida daqqet l-Innu tal-Papa fost l-applawsi u l-evviva Ljun XIII. Wara li spiċċa l-Innu tal-Papa, ilKan. Dun Ġużepp Sciortino DD. (il-Vigarju ta’ Bormla) daħħal din il-banda għand is-Sur Gonzi u għamlilha stima sabiħa, u hemm ġew sar l-Innu tal-Papa fost kbar applawsi u l-evviva Ljun XIII, evviva Dun Ġużepp, evviva l-Kappillan il-ġdid. “Din il-banda telqet minn quddiem ilKnisja b’marċ sabiħ, u kif waslet quddiem id-dar tal-Kappillan waqfet u damet iddoqq ħafna, iżda l-Kappillan kien il-Knisja u kompliet il-marċijiet sal-Każin, qalb kbira popolazzjoni, u meta daħlet il-Każin kellhom stima oħra, u hawn spiċċat din il-festa brijuża u sabiħa.

“Nagħtu prosit ħafna lis-Sur Kan. Dun Ġużepp Sciortino DD., illi tant ħadem għal din il-Knisja. Prosit lill-Kumitat tal-Banda San Ġorġ, speċjalment lis-Sur Giuseppe Cordina illi tant tħabat biex irnexxiet din “Nhar il-Ħamis li għadda l-Banda San Ġorġ il-festa, u fl-aħħar prosit ħafna lill-bandisti ta’ Bormla akkumpanjat il-qanpiena minn għall-ħlewwa ta’ marċijiet sbieħ li daqqew. Għajn Dwieli sal-Kalkara, b’marċijiet sbieħ Mela evviva l-Banda San Ġorġ ta’ Bormla.”

Sadanittant, is-Soċjetà kompliet tattira ġewwa fiha iżjed membri, tant li diversi minnhom bdew jgħaddu l-ħin tagħhom ġewwa l-każin. Dan narawh b’mod speċjali permezz ta’ xiri ta’ xi boċċi fi Frar u anki ħmistax-il pakkett tal-karti f’Marzu għal mgħodija taż-żmien tas-soċji. Insibu wkoll li f’Ottubru 1898, il-Kumitat ħallas għallabbonament fil-gazzetta “Malta Tagħna”. Dan minbarra diversi rivisti u gazzetti oħra li nxtraw fis-snin ta’ wara, u li bosta minnhom għadhom preservati ġewwa l-każin sal-lum il-ġurnata, datati bejn 1899 u 1910. Jidher li l-każin dak iż-żmien kien iservi wkoll bħala imkien fejn wieħed seta’ jaqra l-aħbarijiet u dak kollu li kien qed jiġri madwaru fid-dinja. Ix-xahar ta’ Lulju 1898 kien ifisser l-ewwel festa titulari ad unur San Ġużepp. Bħala l-ewwel festa nistgħu nimmaġinaw li l-maġġoranza tal-ħidma u spejjeż saru mill-Parroċċa l-ġdida, iżda kif insibu miktub fl-ewwel ktieb tal-Kaxxier, għall-ħabta tat-30 ta’ Lulju ġie mħallas kont ta’ “illuminazzjoni”, jiġifieri kont ta’ dawl elettriku li ċertament ntuża fil-ġranet tal-festa. Bħala sors prinċipali ta’ dħul nistgħu nsemmgħu l-kaxxa tad-dħul (Cassa Entrata) li nistgħu naħsbu li kien ġbir xahar b’xahar fost il-membri. Dan irrenda s-somma ta’ £13-15.3½ fis-sena 1897. ĠR


6

Mużika

ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Charles Camilleri mużika b’tema tradizzjonalment Maltija. Il-kompożizzjonijiet tiegħu jinkludu aktar minn mitt xogħol għall-orkestra, ‘chamber ensemble’, vuċi kif ukoll solijiet instrumentali. Uħud minn dawn il-kompożizzjonijiet ġew esebiti madwar id-dinja, fejn kienet din l-istess influwenza ta’ diversi pajjiżi li għenet lil Charles Camilleri ikun universali filkompożizzjonijiet tiegħu. F’dawn

Charles Camilleri (1931-2009)

Imwieled il-Ħamrun, Charles Camilleri hu wiehed mill-aqwa kompożituri li rat Malta f’dawn l-aħħar żminijiet. Camilleri beda l-istudji tiegħu ma’ missieru fejn imbagħad kompla jispeċjalizza ma’ Joseph Abela Scolaro, Paolo Nani u Carmelo Pace. Ta’ min jinnota li ħafna mitteknika studjaha waħdu. Il-maġġoranza tax-xogħolijiet ta’ Camilleri huma komposti minn ‘Folk Songs’ –

Charles Camilleri f’mument rilassanti.

Avviż Din il-paġna ser tibda’ tittela’ minn allievi fi ħdan din l-istess Soċjetà. Din linformazzjoni se tkun ippreparata minnhom bħala parti mill-istudji mużikali tagħhom mal-Banda Sagra Familja. Għaldaqstant nieħdu din l-opportunità biex inħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jitgħallmu l-mużika biex jinkitbu malKummissjoni Banda Sagra Familja.

il-kompożizzjionijet

insibu

Jessica Ellul l-famuża ‘Malta Suite’, il-‘Maltese Dances’, ‘A Maltese Overture – Din l-Art Ħelwa’ u l-oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’. Camilleri għex il-maġġoranza ta’ żgħożitu fl-‘entertainment’ biex saħħah l-istudji tiegħu. Filfatt kien ikkunsidrat bħala ‘virtuoso accordionist’ u ‘jazz pianist’. Sfortunatament, dan il-kompożitur Malti ħalliena fit-3 ta’ Jannar 2009, fl-età ta’ 77 sena. ĠR


ILĠILJUREBBIEĦ

Josefoloġija

Diċembru 2012

7

San Ġużepp: il-Protettur Qawwi Tagħna “F’dan il-frott misterjuż mistur fil-ġuf verġinali tal-għarusa tiegħu, Ġużeppi issa ntebaħ il-qawwa ta’ talbu u tax-xewqat tiegħu qaddisa. L-ebda bniedem qatt ma ħa sehem fil-paternità t’Alla daqs dan; lebda raġel qatt ma xtaq ikun missier u sar missier daqs dan. Huwa f’dan il-mument ilmudell perfett tal-missirijiet, dawk li jagħtu wild fil-ġisem ta’ Kristu u l-Ispirtu s-Santu, mhux għat-telfien u l-mewt, u aħjar minn hekk, dawk li jagħtu wild lil Kristu fir-ruħ bi spiritwalità paterna ardenti.” (Ittra lillĦbiebi nru. 102, Frar 1962) Bossuet jgħidilna, “Il-fatt huwa li l-missier veru ta’ Ġesù Kristu, dak Alla li ppredestinah sa mill-eternità, la darba għażel lil San Ġużepp biex iservi ta’ missier temporali ta’ Ibnu l-waħdieni, wassal biex xerred ġo sidru raġġ ta’ dik l-imħabba infinita li Hu għandu għall-Ibnu. Dan hu dak li biddel lill-qalbu, dan hu dak li tah l-imħabba ta’ missier.” (Paniġierku dwar San Ġużepp, 1659).

Duncan Brincat missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” U hu qalilhom: “U tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.” għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux (Lq. 2, 51) li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ MisLa darba dan biss huwa rrivelat dwar sieri?” (Lq. 2, 48-49) it-tfulija ta’ Ġesù u l-ħajja tagħhom F’dan l-episodju ta’ Ġesù misjub fit- f’Nażaret, żgur li dan huwa fatt importempju, naraw li fl-età tenera ta’ tnax-il tanti, tant li San Ġużepp kellu rwol imsena, tibda r-revelazzjoni ta’ dak it-tfajjel portanti f’din “l-ubbidjenza” ta’ Kristu. li, meta ħareġ mis-silenzju, qaddes lillIl-ħajja mistura ta’ Nażaret, kienet ħajja ġenituri tiegħu. ta’ “talb, ubbidjenza u ħidma”, skont il-katekiżmu l-antik. Kien b’din il-ħajja sempliċi li San Ġużepp kellu jipprepara lil Ġesù għall-missjoni tiegħu bħala Redentur, “Hu jsalva lill-kotra minn dnubiethom.” Dan kien tixbieha ta’ Ġużeppi tal-Ktieb tal-Ġenesi, mibjugħ minn ħutu, fir-realtà mibgħut għall-grazzja t’Alla “biex isalva lill-poplu”. (Ġn 45, 7)

Kap tas-Sagra Familja Hawnhekk naraw lil San Ġużepp, mqiegħed bħala kap u gwardjan tasSagra Familja ta’ Nażaret, u mhux filbogħod narawh ġewwa Betlehem fejn ittifel imwiegħed ġie mwieled, u aktar tard ġewwa t-Tempju ta’ Ġerusalemm għallpreżentazzjoni tiegħu. Ubbidjenti għallordni tal-anġlu tal-Mulej, huwa kien ikkmandat li jaħrab tul it-toroq tal-eżilju Il-Ġenna Mirbuħa sabiex jaħrab il-qilla tat-tirann. Iżda, finalment huwa rritorna lura lejn Nażaret, “Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar kif kien qallu l-Anġlu tal-Mulej. Huwa Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet dejjem ta widen u ħa ħsieb, minħabba l-faqar u l-fidi tiegħu, fit-tama li ġiet imwaħħda ġewwa fih. Marija, mingħajr dubju, fehmet aktar is-sovranità li binha kellu fuq kull ħaġa. Il-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i Huwa l-missier, imlibbes bl-imħabba għal din il-ħarġa u l-awtorità tal-Missier tas-sema, li jġib l-isem “Saint minħabba f’hekk Ġesù u Marija kienu Joseph in Matjħobbuh u jqimuh. L-Iben t’Alla, li akthew’s Gospel”, tar tard jgħid li m’għamel xejn mingħajr miktub minn Fr. il-permess ta’ Missieru, kellu l-istess Joseph A. Fitzmyer. relazzjoni ma’ San Ġużepp, tant li kien jgħajjatlu bl-isem tant sabiħ “abba”. Dan l-istudju li sar fis-sena 1997 huwa “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara,

Min-naħa tal-mastrudaxxa ta’ Nażaret, huwa kellu qalbu ħanina, li min jaf kemm kellha x’taħfer, u b’hekk tantiċipa l-misteru tas-salvazzjoni tas-Salib. “Virtù, verità, attrazzjoni ta’ qdusija, iżda fl-istess ħin huma mwiddba, persegitati... u dan huwa dak li jwassal id-destin tal-qaddisin li jkun tant mistur. Nażaret mhux opposta għad-drama tal-ħajja pubblika u tassalib; anzi Nażaret twasslet hemm.” (Ittra lill-Ħbiebi nru. 28, Frar 1962). San Ġużepp temm il-missjoni tiegħu mwarrab, tant li sparixxa fis-silenzju. Ittradizzjoni tal-Knisja dejjem kienet dik li miet f’idejn Ġesù u Marija, u b’hekk isir il-patrun “tal-mewt it-tajba” wara li kien patrun “tal-ħajja t-tajba”. ĠR

Rokna Letterarja

miktub minn wieħed mill-akbar studjużi tal-Bibbja ta’ żminijietna. Jiċċentra l-aktar madwar it-tifsira tal-isem “Ġużeppi”, u x’jgħidulna sorsi qodma dwar San Ġużepp. Dan kollu permezz ta’ dak li jinsab miktub fuq l-Evanġelju ta’ San Mattew. Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwista kopja. (St. Joseph’s University Press, ISBN 978-0916101275). ĠR


8

Spiritwalità

ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Ngħixu s-Sena tal-Fidi Għadna kif bdejna sena ġdida, mhux sena ta’ kalendarju iżda sena speċjali li fiha msejjħin lkoll biex nimxu flimkien bħala familja waħda biex nikbru fil-Fidi. Is-sena tal-Fidi hija sena speċjali għax titkellem dwar xi ħaġa li aħna diġà għandna imma ndunajna li l-Fidi tagħna ftaqret xi ftit jew saret xi ftit artifiċjali. Uħud minna baqgħu jgħixu l-fidi tagħhom b’mod tajjeb, oħrajn abbandunawha għal kollox filwaqt li oħrajn kienu qed jgħixuha b’mod superfiċjali ħafna. F’din is-sena rridu nifhmu verament aħniex insara u jekk iva, kif ser ngħixu l-fidi tagħna b’mod aktar sħiħ. Il-Knisja toffrielna ħafna persuni li huma eżempji mill-aqwa ta kif għandna ngħixu l-fidi. Aħna żgur li għandna l-aqwa eżempju għax San Ġużepp huwa missier il-Fidi. Il-Fidi tagħna hija fi Kristu u Alla ma kien għażel lil ħadd ħlief lil Ġużeppi biex iħarisha u jkun missierha. San Ġużepp jgħallimna li Kristu jrid ikun iċ-ċentru tal-ħajja tagħna, ta’ dak kollu li ngħixu u ta’ dak kollu li nistqarru. Kristu huwa dak li jorbot kull ħaġa li għandna

Patri Deo Debono OSA jixbah lilna d-dgħajfin. Dan huwa miraklu kbir u aħna rridu nirringrazjawh għal din il-grazzja tant kbira. Barra minn hekk lilna l-Kalkariżi Alla tana wkoll lil missieru bħala missier tagħna wkoll u din il-grazzja għandha twassalna biex bħal Ġużeppi nkunu iktar qrib ta’ Ġesù, naraw lill-Mulej quddiemna f’kull persuna li Alla jibgħatilna u fis-skiet u bl-umiltà kollha nħarsu lejn Alla u nroddulu ħajr talli lilna għamilna ulied tiegħu u lilna tana lwirt tal-ħajja eterna. San Ġużepp huwa mudell mill-aqwa biex aħna nkomplu ngħarfu dan il-misteru f’din is-sena talFidi. Minn qalbi nawguralkom lkoll Milied Hieni u Qaddis li fih inkomplu nitqaddsu f’ħajjitna. Dan Ġużeppi jgħallimna li rridu u nikbru fl-imħabba tagħna lejn missinagħmluha fis-skiet, b’rassenjazzjoni erna San Ġużepp. ĠR iżda aktar minn hekk b’fidi sħiħa li lMulej jaf x’inhu jagħmel. Ġużeppi żgur ħassu li hu ma kienx jistħoqqlu jkun missier Ġesù għax Ġużeppi kien umli imma kien jafda f’Alla li jekk Alla għażlu żgur li dik kienet l-aħjar u l-aqwa għażla. Aħna wkoll irridu nkunu lesti li ngħixu kull esperjenza u kull avventura b’fidi u allura tipprova ssib lil Alla f’kull mument li tgħix anke fl-aktar mument ta’ djgħufija jew diffikultà. F’qalbna rridu nżommu lil Marija bħala laqwa bieb għalina biex naslu għand Kristu. Ġużeppi kien għarafha bħala tfajla qaddisa qabel ma ħarġet tqila b’Ġesù. Ġużeppi barra li jgħallimna nżommu lil Marija f’qalbna, jsejjħilna wkoll biex nippruvaw ngħarfu lil Alla fil-persuni l-oħra jew fl-esperjenzi tagħna qabel il-mument li fih Kristu jidher ċar. Għajnejna Il-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa jridu jkunu miftuħa biex anke dan li ġej: jekk ma nirċevux sinjali ċari nkomplu nindunaw fejn tin- Meta jasal il-Milied l-omm timla’ lplatt bil-ftiet u l-missier iqabbad iżsab il-qdusija. żnied.

Il-Qawl

F’dan iż-żmien tal-Milied irridu dejjem niftakru kemm irridu nirringrazzjaw l’Alla għal dak li huwa għamel għalina. Alla sar bniedem, il-ħallieq sar ħolqien, is-setgħani sar

Meta jasal żmien il-Milied, kulħadd, u b’mod speċjali l-familja, tieħu gost bl-ikel sħun u anki bir-riħa tal-pipa (iżżnied). Dan ifakkarna fi żmien il-ġabra tal-familja, kif ukoll fil-ksieħ. ĠR


ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Soċjetà

9

L-Intervista: Mro. Twanny Borg Għal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lis-Surmast Direttur il-ġdid tal-Banda Sagra Familja, Mro. Twanny Borg.

M: Min hu Twanny Borg? T: Twanny Borg huwa bniedem li sa minn meta kien żgħir ħabb il-mużika. Fil-fatt, t’età tenera bdejt nitgħallem il-baxx u fl-1994 ħriġt indoqq mal-banda Nicolò Isouard tal-Mosta. Minbarra l-istudju talprattika taħt idejn Mro. Mario Testa u Mro. Paul Borg, bdejt nistudja wkoll it-teorija taħt Mro. Joseph Vella u aktar ‘il quddiem il-kompożizzjoni għand Mro. Raymond Zammit u għand Mro. Ronnie Debattista, fejn għadni nistudja sal-lum. Ilni nifforma parti mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin. Ir-repertorju tax-xogħlijiet li nikteb huwa pjuttost varjat, ngħidu aħna minn xogħlijiet miktubin Is-Surmast Twanny Borg idoqq il-baxx għal orkestra sal-kitba ta’ marċi brijużi u mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. marċi funebri. Fil-fatt dinis-sena ħriġt CD ta’ marċi funebri flimkien ma’ Mro. Mario Testa bl-isem ta’ ‘Iesus Salvator Hominum’ M: Xi proġetti hemm imħejjija min-naħa għaż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. tiegħek għall-banda Sagra Familja? T: Bħala surmast ta’ din il-banda l-għan M: X’ħassejt meta ġejt affaċċjat bil-kariga ewlieni tiegħi hu li din is-Soċjetà ma ta’ Surmast mal-banda Sagra Familja? tibżax tħares ‘il quddiem, li tinvolvi ruħha T: Ovvjament ħassejt sodisfazzjon kbir u f’attivitajiet ġodda u li dejjem tara kif se entużjażmu biex nibda naħdem għal ġid ttejjeb l-livell tagħha. Il-qalba ta’ din ista’ din il-banda. Nista’ ngħid li aċċettajt din Soċjetà mużikali hija bla dubju l-banda. il-kariga ta’ Surmast b’fiduċja f’din il-banda Għalhekk, l-edukazzjoni mużikali fi ħdan li għalkemm żagħżugħa tinsab lesta biex is-Soċjetà hija essenzjali minħabba li tista’ timxi u tħares ‘l quddiem. Hawnhekk nix- tkun għodda importanti kemm għastieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u lill- Soċjetà kif ukoll għal dawk li jiġu jitgħallmu Kummissjoni Banda tal-fiduċja li wrew fija xi stument. Filwaqt li s-soċjetà tkun qed biex nieħu din il-kariga u tal-koperazzjoni tinvesti fl-istudenti tagħha għal mużiċisti li nsib mingħandhom. tajbin, l-istudenti jkunu qed jiżviluppaw il-

Andrew Cilia ħiliet tagħhom. Għalhekk, jien għandi r-responsabbiltà li nwassal it-tagħlim mużikali bl-aħjar mod possibbli u b’serjetà sabiex lallievi jirċievu edukazzjoni mużikali xierqa. Jien, flimkien mal-Kumitat, infittxu dejjem li t-tagħlim mużikali f’din is-Soċjetà jkun milħuq minn kulħadd u li tkun pprovduta kull opportunità li tista’ tkun ta’ ġid għal dawn l-allievi tagħna. Apparti dan, bħala Surmast jien se nagħmel minn kollox biex il-banda titressaq għal opportunitajiet ġodda li jistgħu jkomplu jgħollu isem din il-banda. M: X’tikkumenta fuq l-innu ‘Ġilju Sbejjaħ’? T: Dan l-innu huwa innu li minn qalbi tajt lil din is-Soċjetà sabiex ikun jista’ jindaqq mill-banda Sagra Familja. Il-ħsieb tiegħi kien li jintgħoġob mill-partitarji ta’ din ilbanda. Kien ta’ sodisfazzjon għalija li dan l-innu ntlaqa’ ħafna. M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. T: Lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta ngħidilhom biex iressqu aktar lit-tfal tagħhom qrib tasSoċjetà u jħeġġuhom jitgħallmu xi strument. Dan jgħinhom jikbru fil-personalità tagħhom. Inħeġġeġ lil ġenituri biex jaħdmu id f’id mal-għalliema ta’ din is-soċjetà għal ġid ta’ wliedhom. Hekk inkun qed ngħinu sabiex is-soċjetà tibqa’ ħajja u tkattar illivell tagħha. B’serjetà u b’impenn, jien flimkien mal-kumitat, ser nibqa’ naħdem għall-ġid ta’ din il-banda biex il-livell ikun dejjem wieħed għoli u flimkien magħkom inkompli nsaħħaħ dak li ħallewlna missirijietna. ĠR


10

Tfal

ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Leġġendi Maltin:

Il-Madonna tal-Mensija Etienne Camilleri

San Ġwann, li fis-snin sittin ma kellux u ħadu d-dar miegħu. Iżda bl-għaġeb iktar min għaxar toroq b’kollox, kien kollu dan l-inkwatru sa fil-għodu kien sparixxa! magħruf iżjed bħala “il-Mensija”. Fil-parti msejħha “ta’ Ġorni” insibu ġolblat Knisja ċkejkna li hi ddedikata lil Madonna tal-Mensija. Wara l-istorja ta’ din il-knisja hemm leġġenda ħelwa li minħabba fiha din il-Knisja nistgħu insejħulha santwarju, għar-raġuni li matul iż-żminijiet in-nies għamlu ħafna wegħdi mal-inkwatru li jinsab ġewwa fiha.

Il-Kappillan imħasseb kif setgħu serquhulu, reġa’ ġie mgħarraf mill-istess bidwi li l-inkwatru kien reġa’ ġie misjub fl-istess post fejn instab l-ewwel darba. Għalhekk reġa’ mar hemm u reġa’ ħadu miegħu. Din id-darba qaflu ġo waħda mill-kmamar ħalli żgur ma jkunux jistgħu jisirquh.

Jgħidu li darba fost l-oħrajn bidwi li kien qed iħaffer ġo għar taħt l-art biex jipprova jfittex għal-ilma, sab quddiem għajnejh f’dan l-għar inkwatru mill-isbaħ tal-Madonna u musbieħ taż-żejt jixgħel quddiemu!

Għal darba oħra filgħodu il-Kappillan reġa’ ma sabux. Iżda din id-darba kien hu li mar fl-għar ax ħebritu qalbu fejn seta’ kien. U mistgħaġeb iktar min qatt qabel reġa’ sabu hemm.

Konvint milli kien qed jiġri, il-Kappillan Kif sab hekk il-bidwi mar jiġri għand il- mar għand l-isqof u għarfu b’kollox. Din Kappillan u flimkien irħewla għal fejn id-darba kien l-Isqof li ma emminx, u instab l-inkwatru. Il-Kappillan qabdu għalhekk ħa l-inkwatru fil-palazz tiegħu biex iżommu għandu. Madankollu għal darba oħra dan l-inkwatru reġa’ sab ruħu ġol-għar. Bla ebda dubju kulħadd intebah issa li l-Madonna riedet dak l-inkwatru li jibqa’ f’dak il-post magħżul, u għalhekk iddeċidew li ġol-għar jibnu din il-Knisja biex l-inkwatru jitqiegħed ġewwa fiha. Il-Kappella tal-Madonna tal-Mensija ġewwa San Ġwann.

In-nies bdew imorru kuljum jitolbu u jagħmlu il-wegħdiet tagħhom lill-Ma-

Xbieha magħrufa bħala l-Madonna talMensija ġewwa San Ġwann.

donna tal-Mensija. Din il-Knisja u l-istess inkwatru mirakuluż għadhom hemm sal-lum. Ma hemm l-ebda evidenzi li din il-ġrajja seħħet tassew, iżda il-fidi li għandhom innies speċjalment dawk ta’ San Ġwann bagħqet dejjem tiżdied. Għalhekk, għalkemm il-Knisja qatt ma ddikjarat dawn il-ġrajjiet bħala miraklu, jibqa’ lfatt li għandna ngħożżu t-tradizzjonijiet sbieħ li ħallewlna missirijietna. ĠR

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qegħdha tniehdi għall-ewwel darba klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għat-tfal. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Isem tat-Tifel/Tifla Isem il-Ġenitur/i Indirizz Kodiċi Postali Telefon tad-Dar Numru tal-Mobile Indirizz Elettroniku


ILĠILJUREBBIEĦ

Sports/Attwalità

Diċembru 2012

11

Ħarsa lejn ix-xena kalċistika Kalkariża S’issa t-tim tal-Kalkara lagħab 7 logħbiet li fihom ħa riżultati li jvarjaw mhux ħażin f’dak li hu skor. S’issa l-Kalkara tilfu ħames logħbiet u rebħu tnejn. Forsi min jara dawn ir-riżultati jgħid li qed insibuha diffiċli nimxu ‘l quddiem fil-futbol. Imma mhux il-każ. L-unika logħba li fiha ġejna ddominati kienet dik kontra x-Xgħajra li sfortunatament tlifna bl-iskor kbir ta’ 6-1. Fil-bqija tal-logħob li tlifna dejjem tajna l-almu tagħna u konna ta’ theddida serja għall-avversarji. Meta lgħabna kontra Ħ’Attard, tlifna bl-iskor ta’ 3-1. F’dik il-logħba morna fil-vantaġġ u stajna għalaqna l-logħba faċilment sal-ewwel taqsima. Però fallejna ħafna ċansijiet sbieħ ta’ skor. Żbalji kardinali difensivi ppermettew lil Ħ’Attard jiskurjaw gowl wara l-ieħor. It-telfiet l-oħrajn kollha kienu bi skor minimu. F’dawn il-logħbiet lgħabna bi stil organizzat ta’ pussess tal-ballun. Infatti kull min qed jara l-Kalkara jilagħbu, qiegħed jgħid li qed insiru iktar kompatti u li qed nilagħbu b’passing iktar ta’ stoffa. Però minkejja li qed nibnu ħafna attakki, il-parti finali, jiġifieri li niskurjaw, mhux dejjem qiegħda tiffunzjona sew. Jixhed dan, ir-riżultat ta’ telfa ta’ 1-0 kontra lImtarfa u M’Skala u dak ta’ 2-0 kontra s-Sirens. Wieħed jista’ jirrimarka li ċerti deċiżjonijiet li ħadu r-referees f’dawn illogħbiet kienu kemxejn kontroversjali.

żewġ riżultati li ta’ min jiftaħar bihom. Ir-rebħa ta’ 4-0 kontra tim iktar ikkwotat minna, Ħal Għaxaq u dik l-iktar riċenti ta’ 5-2 kontra Santa Luċija jistgħu jixhdu dan. F’dawn il-logħbiet insejna t-telfiet passati u lgħabna bi stil pjaċevoli ta’ logħob, filwaqt li bqajna nżommu saqajna mal-art tul id-90 minuta. Minn dawn il-partiti nistgħu nibnu tim b‘saħħtu għall-futur qrib, li jista’ jkun jitqies anke bħala formidabbli.

Il-formazzjoni l-iktar spissa li juża t-tim Kalkariż hi dik ta’ 4-2-3-1. Din is-sena lKalkara għamlu akkwisti mhux ħażin biex it- tim jissaħħah. Fosthom hemm dak talKowċ ta’ esperjenza vasta f’diviżjonijiet diversi, Marco Gerada. Bħala plejers ġodda hemm John Paul Galea, Randall

Bħalissa l-midfielder barrani ta’ Kalkara, Abdul Jawad Musha mill-Ghana, jinsab top scorer tal-kampjonat b’7 gowls. Inħeġġukom biex tiġu taraw lit-tim jilgħab u tagħtu s-sapport tagħkom li jista’ jkun ta’ iktar inkoraġġiment għattim Kalkariż. ĠR Nota: Ħajr ta’ dan l-artiklu, li ġie provdut lil ‘il-Ġilju Rebbieħ’ mill-Kalkara Football Club.

Ir-Riċetta:

Insalata tal-Patata Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-darba l-insalata tal-patata. Din ir-riċetta, hija faċli biex issir speċjalment wara xi ġurnata ta’ xogħol matul dan iż-żmien tax-Xitwa.

Ingredjenti: Jekk inħarsu lejn l-aspett sabiħ tal- 4 patatiet, imqaxrin u mqattgħin league s’issa, nistgħu ngħidu li għandna dadi ta’ madwar ċentimetru (1 ċm); Kwart ta’ tazza tursin imqatta’; 3 tadamiet, mqaxxra u mqatta’; Bħala kompetizzjoni bi premju għal din Tazza basal imqatta’ rqiq; il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs- 10 żebbuġiet mil-iswed; ija: Liema Kummissjoni inħatret dan 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa; l-aħħar fi ħdan is-Soċjetà mill-Kumi- Nofs kuċċarina melħ; Ftit meraq tal-lumi; tat Ċentrali? Ftit melħ, sagħtar (thyme), cinnamon.

Ko m p e t i z z j o n i

Karl Mallia

Vella, Ryan Cassar, Glen Attard, Alan Galea, Jonathan Piscopo, Allister Buhagiar u Patrick Muscat. Għad fadal ukoll numru mhux ħazin ta’ plejers li kienu jilagħbu mal-iskwadra tas-sena l-oħra.

Kathleen Grima

ilma, qaxxarhom u qatta f’dadi ta’ madwar ċentimetru. 2. Ħallat l-ingredjenti li fadal f’bowl adattata għall-insalata flimkien mal-patata. 3. Żejjen biż-żebbuġ iswed u servi.

L-ikla t-tajba! Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux akGħal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu tar tard mill-aħħar ta’ Jannar 2013, f’dan Metodu: ĠR l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, 1. Għalli l-patata sa ma ssir. Neħħi mill- email fuq info@sagrafamilja.org Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara. Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ Day Spa Visit għall-persuna waħda mingħand Athenaeum. ĠR


12

Aħbarijiet/Kalendarju

ILĠILJUREBBIEĦ

Diċembru 2012

Programm Mużikali f’Jum il-Kalkara Kumitat Ċentrali

(mill-Carmina Burana), Giovanna D’Arco, Folk Country Dance, Theme from Jurassic Park, The Bass in the Ballroom, Hooked on Classics, Olympic Fanfare & Theme, I Have Nothing, Friday Night Fantasy, I Will Always Love You, Caruso, New York, Din is-sena dan il-programm ser isir nhar Xemx, Concerto D’Amore, Mur Ħallini u il-Ħadd 9 ta’ Diċembru fis-7 ta’ filgħaxija. Ġilju Sbejjaħ. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Twanny Borg, il-Banda Sagra Familja ser tkun qed Fi stqarrija, il-Kummissjoni Banda appeltgħaddi diversi biċċiet mużikali, fos- lat lill-membri u lill-Kalkariżi kollha sabiex thom Fanfare for an Occasion, Concerto jattendu għal dan il-kunċert li ċertament for Clarinet (3rd Movement), O Fortuna se jkun memorabbli. ĠR Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara 2012, din is-sena imiss lill-Banda Sagra Familja, fuq stedina tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, sabiex teżegwixxi programm mużikali fissala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara.

Il-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali u l-fergħat ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara jixtiequ jawguraw il-Milied u s-Sena t-tajba lis-soċji, benefatturi u partitarji tas-Soċjetà, kif ukoll lill-poplu tal-Kalkara u lill-qarrejja kollha ta’ din ir-rivista. Awguri!

għas-sena 2013

Eżattament nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru saret il-Laqgħa Ġenerali tas-Soċjetà fisSala San Ġużepp, li għaliha kien hemm attendenza numeruża mill-membri. Saru diversi interventi fosthom dwar il-festa u anki l-andament tas-Soċjetà. Inqraw ukoll ir-rapporti amministrattivi millPresident u s-Segretarju, kif ukoll ir-rapport finanzjarju mill-Kaxxier. Noel Mallan bħala President, Duncan Brincat bħala Segretarju u Raymond Cilia bħala Kaxxier ma ġewx kontestati u għaldaqstant ġew eletti b’mod awtomatiku. Bħala membri ġew eletti dawn is-soċji: Joseph Camenzuli (Viċi President), Melvin Calleja (Ass. Segretarju), Albert Borg (Ass. Kaxxier), Pierre Magro (Delegat tal-Armar), Shawn Cauchi (Delegat tan-Nar), Tracy Farrugia (rappreżentanta fil-Kummissjoni Nisa), Maria Xuereb (rappreżentanta fil-Kummissjoni Żgħażagħ), Darren Camilleri u Daniela Barbara. ĠR

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Diċembru-Frar Hawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organizzati matul ix-xhur ta’ Diċembru 2012, Jannar u Frar 2013. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi. Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, 9.00am Il-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq ilproġett ta’ Pjazza Sagra Familja. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3. Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru, 7.00pm Programm Mużikali mill-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Twanny Borg, ġewwa s-Sala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara. Dan il-programm qed jittella’ bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill Lokali fl-okkażjoni ta’ Jum ilKalkara. Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru, 6.00pm Il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien malKummissjoni Nisa ser jorganizzaw ilparty tal-Milied għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom. Biljetti mill-bar tal-

każin jew mingħand il-membri tal-Kum- tal-Malta Song for Europe. Kull min jatmissjoni Żgħażagħ. tendi jkun jista’ jsegwi b’mod dirett dan il-festival fis-sede tas-Soċjetà, filwaqt li It-Tnejn 31 ta’ Diċembru, 8.30pm jgawdi minn varjetà kbira ta’ ikel. SadanIl-Kumitat Ċentrali jippreżenta n-New ittant, matul l-istess ġurnata ser issir maYear’s Eve Get Together annwali ġewwa ratona tal-liedna fil-każin. Aktar dettalji s-sede tas-Soċjetà. Biljetti jinkisbu jingħataw iktar ‘il quddiem. mingħand il-membri tal-Kumitat jew mill-bar tal-każin, fuq bażi first come first Is-Sibt 23 ta’ Frar, 9.00am served. L-Għaqda tan-Nar se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq proġett Is-Sibt 19 ta’ Jannar, 9.00am tal-istess għaqda. Kulħadd mistieden jatIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza tendi għall-prezz ta’ €3. Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq ilproġett ta’ Pjazza Sagra Familja. Kulħadd Attivitajiet Oħra mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3. Matul ix-xahar ta’ Diċembru se ssir ilġabra annwali b’riżq l-ispejjeż tal-festa Is-Sibt 26 ta’ Jannar, 8.30pm u t-tqassim tal-kalendarju 2013. Matul L-Għaqda tan-Nar ser torganizza ravju- dawn ix-xhur il-Kummissjoni Żgħażagħ lata ġewwa l-każin b’riżq il-ħarqa tan-nar ser tkun qed tagħmel ġbir bieb bieb 2013. Biljetti jinkisbu mingħand il-mem- b’riżq il-proġett tat-trufej. Sadanittant, bri tal-istess għaqda. fil-bidu tax-xahar ta’ Jannar ser isir ittqassim tal-kalendarju tal-Għaqda tanIs-Sibt 16 ta’ Frar, 8.00pm Nar, u l-ġbir għall-ħarqa tan-nar. ĠR Il-Kummissjoni Żgħażagħ se torganStampat fuq karta riċiklata. izza l-Get Together annwali fl-okkażjoni


Gilju Rebbieh Dicembru 2012