Issuu on Google+

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Aktar anzjani jipparteċipaw fl-Università tat-Tielet Età Iktar minn 500 anzjan u anzjana din is-sena nkitbu biex jipparteċipaw fil-korsijiet offruti mill-Università tat-Tielet Età

L-Università tat-Tielet Età hi proġett li qed joffri provokazzjoni pożittiva lill-anzjani tagħna. Din hija esperjenza oħra ta’ kif nagħmlu użu tajjeb mixxjuħija tagħna u nibqgħu attivi.  Illum l-anzjani għandhom diversi għejun ta’ tagħlim fosthom il-korsijiet ta’ filgħaxija organizzati midDirettorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, lezzjonijiet talkompjuters fl-iskema ICT4ALL u l-Università tat-Tielet Età. Il-Gvern immexxi mill-Partit

ii

Fatti u Ċifri Mal-elf student jistudjaw il-mużika

Nazzjonalista matul din illeġiżlatura ħadem biex firex l-opportunitajiet tat-tagħlim u ma żammhomx limitati biss għat-tfal u ż-żgħażagħ, imma firixhom b’mod li llum qed jiżdiedu l-anzjani li qed jattendu xi kors ta’ tagħlim jew taħriġ. Il-Gvern dejjem emmen li l-Università tat-Tielet Età sseddaq il-prinċipju importanti ta’ tagħlim tul il-ħajja li llum l-edukaturi tant qed jisħqu fuqu. L-Università tat-Tielet Età għandha tliet ċentri ta’

tagħlim: il-Furjana, TasSliema u r-Rabat, Għawdex. Din is-sena, l-Università se toffri xejn inqas minn ħmistax-il kors ġdid li jvarjaw minn saħħa, tagħlim soċjali, storja tal-pajjiż, xjenza politika, u studji bibliċi. Ħaġa oħra pożittiva li twieldet mill-Università tatTielet Età hija l-Assoċjazzjoni tal-Tielet Età li waqqfet kor, tagħmel sessjonijiet tal-keep fit għall-anzjani, tippubblika gazzetta, torganizza ħruġ kulturali u attivitajiet reliġjużi.

iii

titkellem int Gvern tal-PN biss jiggarantixxi l-istipendji lill-istudenti

10,000 adult jipparteċipaw f’korsijiet ta’ lingwa, xjenza u sengħa Matul l-2010-2011 kien hemm madwar 10,000 persuna adulta li pparteċipaw f’korsijiet ta’ tagħlim u taħriġ. In-numru ta’ korsijiet li joffri d-Direttorat għatTagħlim Tul il-Ħajja, jiżdiedu minn sena għal oħra u jvarjaw minn korsijiet fillingwi, xjenza u l-kisba ta’ diversi ħiliet u snajja’. B’kollaborazzjoni ma’ diversi kunsilli lokali, idDirettorat beda joffri korsijiet għall-adulti f’lokalitajiet differenti u dan il-ftehim żied sew in-numru ta’ adulti li qed ikomplu jistudjaw. Għall-ewwel darba flEwropa ngħataw korsijiet tal-adulti b’ċertifikazzjoni

vi

rikonoxxuta fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika, f’livell ta’ MQF Livell 1. Sadattant, inbeda proċess biex il-korsijiet kollha offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, inkluż dawk tal-iskejjel talarti, id-drama u l-mużika, li ma jwasslux għal xi eżami rikonoxxut, ikunu validati mal-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej. Il-Gvern tul din illeġiżlatura ħadem biex aktar adulti u anzjani jibqgħu jżommu lilhom infushom f’kuntatt mat-tagħlim u t-taħriġ għax it-tagħlim u t-taħriġ għandhom jibqgħu viċin il-bniedem tul ħajtu kollha.

muscat jagħżel ħażin Il-MLP ma jemminx fis-settur privat u anqas fil-ħaddiema tal-partikular


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

20 13

Fatti u Ċifri

€10 miljun f’investiment f’boroż ta’ studju fl-iskema STEPS

745

borża ta’ studju fl-iskema STEPS

Manifest Elettorali

Mill-

Partit Nazzjonalista

252

borża ta’ studju fl-iskema Malta government Scholarship Scheme

30

borża ta’ studju dwar il-qasam tal-isports

24

borża ta’ studju fil-qasam tal-arti

1,693

borża ta’ studju fl-2012

Minn din is-sena kienu introdotti żewġ skemi ġodda ta’ Boroż ta’ Studju fl-oqsma tal-Finanzi u tat-Teknoloġija tal-Informatika, waħda mill-MCAST u oħra mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ

Inkomplu nkabbru l-ekonomija biex inżidu l-opportunitajiet tax-xogħol Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit li bl-għaqal u bir-responsabbiltà naqqas u jkompli jnaqqas l-income tax għal kulħadd – għal min jaqla’ paga medja u għal min jaqla’ paga baxxa, għallħaddiema u għan-nisa li joħorġu jaħdmu wara li jkollhom l-ulied, għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fiċ-child-care centres, skejjel sportivi u skejjel privati. Il-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista ma hix il-wage freeze – kif irid il-Labour – imma Malta b’ekonomija li tkompli tikber u toħloq ixxogħol u xogħol aħjar b’pagi tajbin. Aħna tajna l-prova ta’ dak li kapaċi nagħmlu. Labour won’t work. – Mal-Labour ma taħdimx. Ma ħdimtx fl-imgħoddi ma taħdimx fil-ġejjieni. Għalħekk, aħna nwegħduk li l-politika ekonomika tagħna tkun imfassla fuq il-prinċipji li ġejjin: nn Aktar xogħol u xogħol aħjar. nn Xogħol b’pagi tajbin. nn Il-pagi, inkluża l-paga minima, ikomplu jogħlew. nn It-taxxi jkomplu jonqsu kull meta jkun possibbli, waqt li nkomplu l-ġlieda kontra l-evażuri tat-taxxa. nn Inkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet taxxogħol waqt li nibqgħu niġġieldu x-xogħol prekarju. nn Aktar taħriġ biex jekk se tibdel l-impjieg tiegħek ma ssibhiex bi tqila li ssib impjieg ieħor.

nn Aktar għajnuna u skemi għallimprendituri fl-oqsma tal-manifattura, it-turiżmu u s-servizzi, kif ukoll għassidien tan-negozji ż-żgħar, intiżi biex ikattru x-xogħol u l-investiment. nn Aktar għajnuna lill-ġenituri biex kull min irid ikun jista’ joħroġ jaħdem, u allura, aktar child-care centers fillokalitajiet fejn inti tgħix u l-postijiet fejn taħdem. nn Niġġieldu l-burokrazija bla bżonn, li ma tħallikx taħdem. nn Nimmiraw illi fl-aħħar tax-xahar jibqagħlek aktar flus fil-but tiegħek biex tgawduhom int u l-għeżież tiegħek. nn Wara snin twal ta’ ħidma, ikollok pensjoni tajba li biha tgħix komdu. nn Is-servizzi għall-anzjani jkunu moderni, dinjitużi u personali. nn L-għajnuna soċjali tkun diretta dejjem aktar lejn min hu verament fil-bżonn, waqt li nkomplu nkabbru l-ġlieda kontra min jabbuża. nn Il-persuni b’diżabbiltà huma r-responsabbiltà tagħna lkoll, u għalhekk aħna nibqgħu nintegraw dejjem aktar waqt li nkomplu niżviluppaw is-servizzi personalizzati għalihom. Inkomplu noħolqu soċjetà ta’ opportunitajiet biex ħadd ma jibqa’ lura.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

Titkellem

L-anzjani huma riżorsa importanti fil-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ta prijorità lill-anzjani fost l-oħrajn biex jissoktaw isegwu korsijiet ta’ tagħlim jew taħriġ skont l-għażla tagħhom

Maria Dolores Ciantar

Christian Xerri

Santa Luċija

Il-Belt Valletta

James Farrugia Tal-Pietà

Edukazzjoni kontinwa

Qatt mhu tard li titgħallem

Il-kunċett tal-Life Long Learning

Naqbel ħafna ma’ dan il-kunċett ġdid u personalment qatt ma bsart li se jkun daqshekk b’saħħtu f’Malta speċjalment l-edukazzjoni fost l-anzjani. Jien naħdem f’Day Center u nara interess kbir mill-anzjani li jattendu d-Day Centre. Tammirahom jiġu bil-kotba tas-suġġett li jkunu qegħdin jitgħallmu filgħaxijiet, u jipprattikaw, jaqraw u jsaqsu lil xulxin. Hemm saħansitra wħud li għamlu l-eżamijiet u għaddew u ġabu ċertifikati. Żgur li min se jagħżel li jieħu sehem f’dawn il-korsijiet se jkun ukoll qiegħed jgħin lilu nnifsu jkompli jkun aġġornat mal-passi tal-ħajja, filwaqt li dawk li forsi meta kienu żgħar ma rnexxilhomx jieħdu formazzjoni edukattiva kif suppost issa hu ċ-ċans tagħhom u li fl-aħħar jista’ jwassal għal pożizzjoni aħjar fix-xogħol.

Hi ħaġa tajba li wieħed ikompli jistudja matul il-ħajja jew inkella li jitgħallem jikteb u jaqra, irrilevanti mill-età li jkollu dak li jkun. Fejn noqgħod għadha kemm infetħet librerija pubblika biex kulħadd jagħmel użu minnha. Meta wieħed jitgħallem jaqra jkun jista’ jiskopri aktar informazzjoni tal-ħajja filwaqt li jgħin lil ħaddieħor, forsi tfal u neputijiet, speċjalment illum, meta ħafna tfal wara l-iskola jmorru jagħmlu x-xogħol tal-iskola għand in-nanniet. Jien nemmen li dawn il-korsijiet u l-kwalifiki li l-persuna ġġib wara li tagħmel l-eżami u tgħaddi, jgħinuha biex issib impjieg jew saħansitra tkompli tavvanza fil-karriera tiegħu jew tagħha. Din l-inizjattiva naħseb li kienet nifs ġdid għal dawk li xtaqu jkomplu jistudjaw jew jitgħallmu ħiliet ġodda.

Il-proċess tal-Life Long Learning hu importanti ħafna speċjalment meta wieħed jipprattika xi ħaġa bħala passatemp. Permezz ta’ dawn il-korsijiet wieħed ikun jista’ jitgħallem iktar fid-dettall u jsir professjonali. Jien għandi 66 sena, u l-Università ma lħaqthiex u b’hekk ma stajtx nieħu l-edukazzjoni kollha li forsi xtaqt nieħu meta kont żgħir. Allura b’inqas edukazzjoni l-opportunitajiet fejn jidħol il-qasam tax-xogħol kienu limitati immens. Illum il-ġurnata fattur ieħor li jagħmel il-Life Long Learning proċess importanti hu l-fatt li l-individwu qiegħed jgħix aktar minn qatt qabel. Bis-saħħa talmediċina u kura wieħed jibqa’ b’saħħtu u għalhekk jiflaħ jibqa’ iktar attiv fid-dinja tax-xogħol. Biex jagħmel dan għandu bżonn jibqa’ jitgħallem u jistudja biex jibqa’ aġġornat.

Johnathan Laferla Tas-Sliema

Joe Mifsud Il-Furjana

L-anzjani jibqgħu rilevanti Hu rilevanti ħafna għas-soċjetà Maltija speċjalment illum il-ġurnata li daħal l-IT f’pajjiżna u mhux kulħadd hu kapaċi jaqbad u jaħdem fuqu. Trid tqis li hawn ħafna anzjani f’pajjiżna u adulti li qatt ma kienu f’sistema edukattiva fejn kien jeżisti l-kompjuter, għalhekk illum ħassew il-bżonn li biex ikomplu jimirħu u jiffaċilitaw il-ħajja tagħhom, kellhom bżonn li jitgħallmuh. Jien naf numru ta’ anzjani li jieħdu sehem u jmorru għal dawn il-korsijiet filgħaxijiet u kollha għandhom kummenti pożittivi dwar kif jiġu mgħallma u milqugħa mill-għalliema tagħhom. Kien hemm xi wħud li anki qaluli li għamlu l-eżamijiet u ġabu l-O Level tal-Ingliż jew tat-Taljan. Kwalifiki bħal dawn żgur li jgħinu lill-individwu jkompli jimraħ fil-ħajja privata jew fil-pożizzjoni fejn ikun jaħdem u dan bix-xieraq wara l-ammont ta’ sagriffiċċji li wieħed jagħmel biex jistudja u jattendi l-korsijiet ta’ filgħaxija.

Hu essenzjali li l-anzjani jibqgħu jaqraw u jiktbu Bla dubju, il-Life Long Learning hu bżonjuż ħafna kemm għall-individwu kif ukoll għassoċjetà inġenerali. Dan għax meta jkollok poplu aktar edukat u litterat jgħin biex jattira aktar investiment lejn il-pajjiż għaliex ikun kapaċi jieħu postijiet tax-xogħol differenti. Il-bżonn li wieħed jibqa’ jaqra u jitgħallem fil-ħajja tal-lum huxi ħaġa essenzjali. Ilpersuna tħoss il-ħtieġa minnha nnifisha li tibqa’ aġġornata mal-ħajja teknoloġika. Eżempju ta’ dan hu meta tara anzjan jitgħallem iħaddem il-kompjuter. Dan iħoss il-bżonn li jrid isib spazji ġodda ta’ kif jakkwista l-informazzjoni jew jibgħat xi ittra u ma jibqax jiddependi fuq mezzi antiki li jieħdu fit-tul.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

20 13

F’din il-leġiżlatura l-Gvern investa bis-sħiħ f’kull qasam tal-ed Mill-kindergarten sal-Università tat-Tielet Età. Opportunitajiet biex jitgħallem u jieħu t-taħriġ li jixtieq. Nieħdu gost naraw amm anzjani li jaħtfu l-opportunitajiet u jsegwu korsijiet f’suġġetti li jin

Opportunitajiet lill-anzjani għax huma wkoll għandhom ħafna x’joffru lil pajjiżna

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tul dawn il-ħames snin ma waqaf xejn iħeġġeġ lill-anzjani biex jibqgħu attivi fis-soċjetà u jieħdu sehem f’attivitajiet li jkunu organizzati fl-ibliet u fl-irħula fejn f’diversi lokalitajiet infetħu saħansitra ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani u oħrajn ċentri ta’ matul il-lejl


20 13

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

dukazzjoni. t lil kulħadd mont sabiħ ta’ nteressawhom

L-anzjani huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern li min-naħa tiegħu tul il-ħames snin li għaddew ħa diversi miżuri biex l-anzjani mhux biss jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew u għexu, iżda jkollhom ukoll l-opportunitajiet li jibqgħu jżommu lilhom infushom aġġornati ma’ dak li jkun qiegħed isir madwarna


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

Muscat jagħżel ħażin... Il-Labour dejjem indaħal lill-privat, intaxxah bil-kbir u ra kif jagħmlu jiddependi fuq id-diktat tal-Ministri Laburisti... Muscat mexxa ‘l quddiem din it-tradizzjoni Laburista bil-qawwi b’għadd kbir ta’ artikli jattakkaw il-privatizzazzjoni tal-Mid Med Bank fl-2000

...u tbati int

F’artiklu fil-gazzetta tal-Partit Laburista KullĦadd fis-16 t’April 2000, taħt it-titlu ‘Bank tal-MLP u GWU’ Muscat qal li l-Partit Laburista u l-General Workers’ Union għandhom ikunu ambizzjużi u joħolqu bank tagħhom

L-oppożizzjoni ta’ Muscat għall-privatizzazzjoni u l-idea ta’ Muscat għal bank tal-Labour juru li Muscat ma jemminx fil-privat u fil-ħaddiema tal-partikular, anzi jrid ixekkilhom u jikkompetilhom b’kumpaniji tal-Gvern u tal-Labour stess

IL-LABOUR IQAĊĊAT RAS MIN MA JAQBILX MIEGĦU (dehret għall-ewwel darba: il-mument 22.07.12)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

Il-mozzjoni ta’ Muscat li qaċċtet ras Richard CachiaCaruana hi theddida għal kull min jaħdem maċ-Ċivil li Helena Dalli qalet ċar li se tagħmel ‘audit’ u ‘redeployment’ fih... kliem sabiħ għal iċċekkjar u transfers ta’ min ma jaqbilx mal-Labour... kif Helena Dalli nstabet ħatja li għamlet meta kienet Segretarja Parlamentari fl-1998 u qaċċtet ras Angela Callus li kienet tmexxi l-inizjattivi għall-ugwaljanza tan-nisa... Helena Dalli kienet qalet li ma kinitx ‘happy’ taħdem ma’ Angela Callus

LENTI FUQ...

Il-politika ta’ Muscat tfisser li jqaċċatlek rasek jekk ma taqbilx mal-Labour F’Ġunju li għadda, il-Parlament għadda mozzjoni ta’ Joseph Muscat fil-kampanja tiegħu kontra diversi nies; dakinhar kontra r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard CachiaCaruana. Il-mozzjoni ta’ Muscat kienet waħda vendikattiva li xxukkjat ħafna uffiċjali u politiċi Ewropej li segwew dak li kien qed jiġri Malta u li fehmu kemm kien żmien kruċjali dak li fih Malta kienet qed tinnegozja budget Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u tilfet lill-ogħla uffiċjal tagħha f’dawk in-negozjati. Il-vendikazzjoni ta’ Muscat f’Ġunju li għadda turi l-veru karattru tal-Labour jekk ikun fil-gvern: il-lupu li waqgħetlu għal mument il-ġilda talħaruf. Id-differenza li għamel Muscat fl-Ewropa hi kampanja vendikattiva kontra uffiċjal Malti.

Il-mozzjoni ta’ Muscat kontra l-aktar prinċipji bażiċi tad-demokrazija u l-libertà Il-mozzjoni ta’ Muscat f’Ġunju fiha nnifisha kienet theddida għall-prinċipji l-aktar bażiċi tad-demokrazija u tal-libertà. Fis-sistema ta’ demokrazija Parlamentari li nħaddmu f’Malta, il-Parlament jista’ jneħħi Ministru jew Imħallef, imma ma jistax jaqbad uffiċjal pubbliku u jagħmel Qorti bih fil-Parlament. Kull uffiċjal pubbliku issa jaf li l-Labour fil-gvern jista’ jkeċċih b’vot filParlament. Dan mhux biss kontra d-demokrazija Parlamentari, imma wkoll kontra l-prinċipju tal-firda tas-setgħat. Jekk xi ħadd ikun akkużat li għamel xi ħaġa ħażina, tiġġudikah Qorti indipendenti, mhux il-Parlament. Il-Parlament f’Ġunju għamel Qorti b’xi ħadd meta l-Parlament

ma jistax ikun Qorti. Gravi. Muscat bil-mozzjoni kontra Richard Cachia-Caruana niżel fil-qiegħ ta’ meta ma konniex demokrazija sura. Muscat iġib il-kwistjonijiet personali fil-Parlament ħalli jqaċċatlek rasek Muscat uriena x’tip ta’ Parlament ikun dak fejn ikollu maġġoranza: Parlament fejn Deputati jġibu l-kwistjonijiet personali li jkollhom ma’ xi ħadd ħalli jivvendikaw irwieħhom minnu fejn ma jistax jiddefendi ruħu. Gravi ħafna. Prinċipju ieħor bażiku mhedded fil-mozzjoni ta’ Muscat f’Ġunju li għadda hu li ħadd ma jista’ jkun Imħallef fuq xi ħaġa li fiha hu stess għandu interess. Kulħadd jaf li l-Labour ilu għaddej b’kampanja personali kontra Richard CachiaCaruana snin twal. Muscat

stess ilu jikteb kontrih u jipprova jħammġu. Imma kull min ��adem ma’ Richard Cachia-Caruana jixhed kemm hu bniedem eżiġenti, serju, preċiż, organizzat u bieżel għal Malta kollha, mhux għal xi biċċa minnha. Richard CachiaCaruana għamel unur lil Malta kull fejn irrappreżentaha. Richard Cachia-Caruana mexxa n-negozjati tekniċi għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea li minnhom Malta ħarġet b’pakkett mill-aqwa. Muscat kien jgħid li Malta kienet se tieħu miljun lira flus kontanti mill-Ewropa. Richard Cachia-Caruana bil-gwida tal-Gvern Nazzjonalsita kien diġà nnegozja sal-anqas dettall biex Malta ħadet 500 darba dak li qalilna Muscat; aktar minn elf miljun ewro mindu dħalna. Muscat baqa’ sakemm pattihielu.

Il-vendikazzjoni Laburista theddida għal kull min jaħdem mal-Gvern Fil-Parlament f’Ġunju li għadda rajna lil-Labour kif tassew hu: vendikattiv, personali, u kontra l-valuri tad-demokrazija u l-libertà mheddin bil-mozzjoni tiegħu. Il-Labour hekk jixmi ma’ dawk li ma jaqbilx magħhom. Dan hu kkonfermat f’dak li qalet Helena Dalli li jekk ilLabour ikun fil-gvern tiċċekkja lin-nies kollha taċ-Ċivil u, bl-iskuża li mhumiex jaħdmu fejn suppost skont il-ħiliet tagħhom, tqaċċathom taħt il-kliem sabiħ li uża l-Labour stess ta’ ‘audit’ u ‘redeployment’ li ma jfissru xejn għajr iċċekkjar ta’ kull civil servant u transfers. Jekk ħarġet xi ħaġa tajba f’din il-ġrajja tal-mozzjoni ta’ Muscat f’Ġunju hi x’inhu tassew Muscat li jippoppa tal-moderat imma li jiddiletta bil-vendikazzjoni personali u bil-frame-ups tipiċi tal-Labour.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

“Il-politika tagħna għandha fiċ-ċentru tagħha lill-ħaddiema u l-familji tagħhom u għalhekk tul dawn l-erba’ snin ta’ din il-leġiżlatura ħdimna biex ħloqna x-xogħol u tejjibna d-dħul tal-ħaddiema. Dan l-impenn inkompluh u ħidmietna tkompli taspira fiduċja u kura; għall-ħaddiema Maltinu l-familji tagħhom.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Aktar anzjani fl-Universita' - Futur fis-Sod