Edukazzjoni ta' kwalita' għal kulħadd

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd Matul din il-leġiżlatura l-Gvern kompla jieħu aktar inizjattivi biex jipprovdi edukazzjoni tal-ogħla kwalità għal kulħadd. Il-Gvern qed jinvesti €6,000 fis-sena f’kull student. Qed jinvesti fl-aqwa apparat fl-iskejjel tiegħu. Iħallas il-pagi tal-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja. Iħallas il-pagi tal-LSAs fl-iskejjel kollha, anke dawk privati indipendenti F’dawn il-ħames snin li għaddew il-Gvern ħadem biex irreveda l-Kurrikulu bl-iskop preċiż li jippromwovi l-iżvilupp tal-istudenti biex jitgħallmu tul il-ħajja u jkunu ċittadini impenjati, responsabbli u attivi fl-ekonomija. Il-Gvern kompla jagħti l-appoġġ tiegħu lillistudenti kollha ħalli jilħqu u jirnexxu, huma x’inhuma l-kundizzjonijiet soċjali u familjari tagħhom. Aspett importanti fil-ħidma li saret kien marbut mal-mira ċara fil-kulleġġi u l-iskejjel biex dawn jilħqu l-ħtiġijiet talistudenti kollha permezz ta’ aktar awtonomija fil-kurrikulu. F’din il-leġiżlatura l-Gvern waqqaf ukoll grupp ta’ ħidma li jiffoka fuq l-Edukazzjoni fix-Xjenza biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti taledukazzjoni fix-Xjenza u jissuġġerixxi triq ’il quddiem li tkun tindirizza b’mod adegwat il-ħtiġijiet nazzjonali preżenti u futuri ta’ dan il-qasam. Riforma oħra importanti

ii

fis-sistema edukattiva tagħna hi l-bidla tal-Iskejjel Speċjali f’Ċentri ta’ Riżorsa. Dan ifisser li l-istudenti b’diżabbiltà iktar severa issa għandhom esperjenza skolastika iktar bħal dik ta’ sħabhom, li jkun hemm ħafna iktar integrazzjoni magħhom u li r-riżorsi ta’ dawn l-iskejjel ikunu aktar aċċessibbli għallistudenti b’diżabbiltà li huma mainstreamed. Dan kollu jpoġġi lil Malta fost l-ogħla rata ta’ inklużjoni ta’ studenti b’diżabbiltà fliskejjel tagħha meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa. Jattendu u/jew jagħmlu użu mis-servizzi offruti minn dawn iċ-ċentri ta’ riżorsi hemm madwar 180 student. Il-Gvern ma waqaf qatt jaħdem fuq l-edukazzjoni inklużiva li hi l-qofol tar-riformi li qed jiġu implimentati fliskejjel. Biex din tirnexxi, qed jiżdied aktar appoġġ fil-kulleġġi billi ssaħħew is-servizzi speċjalizzati ta’ għajnuna għallistudenti kollha.

Fatti u Ċifri Investiment kontinwu fit-titjib tal-faċilitajiet

iii

Aktar minn 1,700 professjonist impjegati fil-qasam edukattiv L-edukazzjoni inklużiva hi l-qofol tar-riformi li kienu u qed ikunu implimentati fl-iskejjel. Biex din tirnexxi, qed jiżdied aktar appoġġ fil-kulleġġi billi ssaħħew is-servizzi speċjalizzati ta’ għajnuna għall-istudenti kollha. F’dawn l-aħħar erba’ snin il-Gvern impjega aktar minn 1,700 professjonist fosthom social workers, child psychologists, trainee career advisors u aktar counsellors biex ikun hemm aktar persuni mħarrġa li jistgħu jgħinu lill-istudenti li jkunu għaddejjin minn xi inkwiet personali jew familjari. Dawn qed jaħdmu skont il-ħinijiet tal-uffiċċju ħalli b’hekk it-tfal li jkollhom bżonn l-għajnuna jkunu

jistgħu jsibuha anke wara l-ħin tal-iskola u tul perjodi ta’ vaganzi. Sadattant il-Gvern waqqaf ukoll tlettax-il Nurture Group fil-primarja u dsataxil Learning Support Zones fis-sekondarja biex jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil studenti li għandhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. Twaqqfu wkoll Learning Support Centres għal studenti b’diffikultà fl-imġiba. Għandna ċentru għallbniet ta’ età sekondarja li jinsab fin-Naxxar u ieħor għat-tfal ta’ età primarja li jinsab fil-Marsa. IdDipartiment Servizzi għallIstudent għandu ċentru ieħor għas-subien ta’ età sekondarja fl-Imsida. F’Jannar 2012 fetaħ ċentru

titkellem int Ħidma importanti mill-ETC biex persuni jidħlu fis-suq tax-xogħol

vi

ieħor għas-subien ta’ età sekondarja fil-Furjana. Dawn is-servizzi huma maħsuba li jindukraw lillistudenti b’mod ħolistiku, u jwasslu biex kemm jista’ jkun malajr jerġgħu jiġu integrati fil-klassi b’mod sħiħ. Il-Gvern saħħaħ ilpolitika tal-inklużjoni fl-iskejjel billi daħħal ilkunċett ta’ INCO (Inclusion Coordinator) fl-iskejjel biex jipprovdu l-appoġġ neċessarju fejn tidħol l-inklużjoni fl-edukazzjoni. Ingħata taħriġ lil numru ta’ għalliema, permezz ta’ kors ta’ sentejn biex ikunu jistgħu jsiru Koordinaturi tal-Inklużjoni fl-iskejjel sekondarji u jagħtu dan issapport neċessarju.

muscat jagħżel ħażin Fil-Kunsill Lokali tal-Mosta Muscat ma għażilx l-interessi veri tar-residenti


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Edukazzjoni ta' kwalita' għal kulħadd by Partit Nazzjonalista - Issuu