Page 1

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Il-ħaddiem Malti l-anqas intaxxat fl-UE Ir-rapport tal-UE Taxation Trends in the EU juri li l-ħaddiema Maltin huma l-anqas ħaddiema li jħallsu taxxa u bolla fuq il-paga tagħhom madwar l-UE kollha. Dan hu riżultat tat-tnaqqis fit-taxxi li fisser ukoll aktar flus fi bwiet il-ħaddiema

Il-politika tal-Gvern li b’mod ripetut inaqqas it-taxxi wasslet biex illum il-ġurnata l-Maltin huma l-inqas li jħallsu t-taxxi fost il-popli Ewropej. Dan jirriżulta minn ċifri pubblikati mill-Eurostat filpubblikazzjoni Taxation Trends in the European Union.

Dan hu ta’ sodisfazzjon għal kulħadd li l-Gvern, grazzi għall-politika għaqlija tiegħu, irnexxielu jwassal lill-poplu Malti biex illum iħallas inqas taxxi milli kien iħallas qabel. Għaliex il-politika tal-Gvern għandha fiċ-ċentru tagħha lillħaddiema Maltin, huma wkoll

qed jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis fit-taxxi u llum huma jħallsu l-inqas taxxi fost il-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu jfisser aktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema u tal-familji Maltin u Għawdxin.

tal-ħaddiema u l-familji. Fl-isfond ta’ din ir-realtà pożittiva miksuba millGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, Joseph Muscat ma qata’ xejn milli jwiegħed riżultati inkoraġġanti u tajbin kollox lil kulħadd. L-importanti għall-ekonomija. Din il-ħidma li jidher ħelu u gustuż ma’ wasslet biex il-Gvern, sena wara kulħadd. Importanti li oħra, irnexxielu jnaqqas it-taxxi l-gallarija ċċapċaplu u tidħaklu. u għalhekk żdiedu l-flus fil-bwiet Imma fil-verità l-affarijiet

Il-wegħdi ta’ Muscat ta’ ‘kollox lil kulħadd’ ifissru żieda fit-taxxi Il-ħidma tal-Gvern fuq diversi fronti u minkejja l-kriżijiet kollha li għaddew minn fuq l-Ewropa wasslet biex f’pajjiżna nkisbu

ii

Fatti u Ċifri Fil-ħames snin li għaddew il-Gvern naqqas għadd ġmielu ta’ taxxi

iii

titkellem int B’aktar flus fil-but iggwadanjat il-familja Maltija u Għawdxija

Il-miżuri introdotti millGvern wasslu biex bit-tnaqqis fl-income tax qed jinħoloq aktar negozju u qed jiżdiedu l-impjiegi. Dan kollu jfisser li l-Maltin qed iħallsu anqas income tax, qed jonfqu aktar u għalhekk qed jiżdied in-negozju u

l-kummerċ f’pajjiżna. Dan qed iwassal għal aktar attività ekonomika u b’hekk qed jiżdiedu l-impjiegi b’pagi tajbin. F’ħames snin il-Gvern ħoloq 20,000 impjieg ġdid u għalhekk l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-ħaddiema tkattru.

huma ferm ‘il bogħod minn dak li qed jgħid Muscat. Għax Muscat mhux jgħid x’jiswew lill-poplu Malti l-wegħdi li qed jagħmel u kemm irid iħallas ilpoplu minn butu biex jagħmel tajjeb għall-għatx li Muscat għandu għall-poter. Il-poplu ma jistax jafdah lil Muscat li hu determinat li jintaxxa lill-Maltin u lill-

Għawdxin biex ikun jista’ jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu. Hu ovvju li b’Muscat il-poplu Malti u Għawdxi jbati u jkollu jħallas aktar taxxi. B’Muscat hi ħaġa ċerta li l-ħaddiema u l-familji jifdlilhom inqas flus fil-but u dan iwassal biex il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema u wliedhom tmur lura.

vi

muscat jagħżel ħażin Muscat dejjem ħadem kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

20 13

Fatti u Ċifri

€1,050 Il-flus li tista’ tiffranka kull sena kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa għal rasha

€2,000

It-tnaqqis fit-taxxa kull sena għal koppja li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa separata

€3,000 €1,575 Il-flus kull sena li tista’ tiffranka koppja li għadha qed trabbi t-tfal u li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa separata

It-tnaqqis fit-taxxa għal koppja li timla formola tat-taxxa waħda flimkien

2,200

L-ammont ta’ negozji żgħar li gawdew tnaqqis fit-taxxa biex jinvestu fin-negozju tagħhom u jħaddmu aktar nies

25

It-taxxi li tneħħew jew tnaqqsu matul dawn l-aħħar ħames snin B’riferenza għal storja fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-bieraħ ta’ ‘Int f’din l-Elezzjoni’, irid ikun ippreċiżat li l-għadd ta’ fabbriki ġodda u estensjonijiet f’din il-leġiżlatura jammontaw għal 130 u mhux 130,000 kif deher bi svista.

Manifest Elettorali

Mill-

Partit Nazzjonalista

L-Edukazzjoni: l-aqwa investiment fi wliedna L-għan: L-edukazzjoni hi l-qofol tal-iżvilupp tal-bniedem. L-edukazzjoni hi l-aqwa għodda għall-ħolqien tax-xogħol. Bl-edukazzjoni, il-bniedem jaf jagħraf jgħix aħjar, jieħu deċiżjonijiet aħjar, jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar, igawdi saħħtu aktar, u dan kollu jwassal għal soċjetà aktar matura, aktar b’saħħitha, aktar responsabbli u soċjalment aktar ġusta L-edukazzjoni hi parti integrali mill-viżjoni soċjali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien il-partit tal-edukazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista jrid li int u wliedek tirnexxu lkoll. Il-Partit Nazzjonalista wettaq rivoluzzjoni siekta fil-qasam edukattiv. Illum, 83% tal-istudenti li jtemmu s-sekondarja jkomplu jistudjaw. Il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit ta’ skola ġdida kull sena, tal-MCAST, tal-Higher Secondary, tal-Junior College, tal-ITS u tal-Università. Inwegħduk għalhekk li l-politika taledukazzjoni tal-Partit Nazzjonalista tkun imsejsa fuq il-prinċipji li ġejjin: • L-aqwa edukazzjoni mingħajr ħlas, u għal dan il-għan nagħtu prijorità lil dan is-settur, ukoll meta niġu biex nippjanaw il-finanzi tal-pajjiż; • L-aqwa edukazzjoni possibbli, fil-livelli kollha, mill-kinder sal-Università; • child-care centres u kindergartens tajbin, u b’child carers u kindergarten assistants professjonali għal uliedek; • Skejjel primarji u sekondarji li jagħtu formazzjoni edukattiva sħiħa u ta’ kwalità lil uliedek; • Skola ġdida kull sena; • Aktar investiment fl-MCAST billi nimxu lejn it-tieni fażi tal-bini tal-kampus il-ġdid; • Aktar investiment fl-ITS, fejn ukoll jinbena

kampus ġdid; • Aktar investiment finanzjarju u infrastrutturali fl-Università biex din tilqa’ fiha aktar studenti Maltin u Għawdxin, kif ukoll barranin; • Inżommu u nsaħħu s-sistema tal-istipendji, speċjalment għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali; • Inkomplu ninvestu fl-ischolarships, speċjalment f’livelli post-graduate, fl-arti u fl-isport, u fl-oqsma li tant huma ta’ bżonn għal pajjiżna; • Ikun hemm aktar appoġġ finanzjarju lilek li tibgħat lil uliedek fiċ-child-care centres; • Ikun hemm aktar appoġġ finanzjarju lilek li tibgħat lil uliedek fi skejjel indipendenti jew tal-Knisja; • Inpoġġu l-edukazzjoni inklużiva fiċ-ċentru tal-politika edukattiva billi nżidu l-Learning Support Assistants fil-klassijiet; • Naħdmu mal-union tal-għalliema, l-edukaturi u l-għalliema biex niżguraw li jkollhom taħriġ kostanti u li jkunu mgħammra bl-aqwa għodda possibbli biex ikunu jistgħu jagħtu lit-tfal tagħna l-aħjar tagħlim possibbli; • Inkomplu ngħinu u naħdmu biex it-tagħlim tul il-ħajja jinfirex aktar u jkun aċċessibbli għal kulħadd, tkun xi tkun l-età tal-istudent; • Inkomplu nkattru fis-sistema edukattiva tagħna, il-kreattività, ir-riċerka u l-innovazzjoni.


20 13

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

Titkellem

f’din l-Elezzjoni – iii

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura naqqas 25 taxxa u neħħa d-Departure Tax, il-levy fuq il-credit cards, u l-liċenzja fuq it-televisions. Mat-tnaqqis tal-income tax, dan wassal biex żdiedu l-flus fi bwiet il-ħaddiema

Joe Ciappara

G. Busutill

Ħal Luqa

Pass importanti fit-tnaqqis tat-taxxa Hu pass importanti li l-Gvern inaqqas it-taxxa u dan speċjalment meta tqis l-isfond ta’ kriżi internazzjonali. Dan għaliex meta persuna tara li jkollha aktar flus fil-but, se tonfoq iktar, u b’hekk l-ekonomija se tkompli tiżdied u titkattar. Hemm diversi taxxi li l-Gvern naqqas matul din il-leġiżlatura fosthom dik tat-televiżjoni u talcredit cards u dan ifisser li daħħal lill-poplu f’inqas spejjeż għalxejn biex ikun jista’ jgawdi aħjar. Wieħed għandu japprezza l-impenn tal-Gvern biex naqqas għadd kbir ta’ taxxi b’benefiċċju għalina l-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Belt Valletta

Aktar flus fil-but It-tnaqqis tat-taxxa hu fattur importanti bħala għajnuna addizzjonali għall-familji Maltin u Għawdxin. B’hekk se jibqa’ aktar flus fil-but, flus li jintużaw biex jinxtraw affarijiet essenzjali għallfamilja. Mill-banda l-oħra, meta tara li pajjiżi barra minn Malta qegħdin għarkupptejhom malart jitolbu l-ħniena tal-Unjoni Ewropea, u aħna għaddejjin b’ritmu tajjeb bl-ekonomija u l-investiment, bilfors tgħid li dan it-tnaqqis fit-taxxa serva biex ikun investiment mill-poplu għall-poplu. Tajjeb li wieħed japprezza li dawn il-miżuri pożittivi l-Gvern wettaqhom grazzi għallviżjoni tiegħu favur il-ġid tal-poplu Malti.

Alan Camilleri Il-Mosta

Emanuel Sammut Ħal Qormi

Kwalità ta’ ħajja aħjar Hawn xi ħadd ma jaqbilx mat-tnaqqis tat-taxxa? Naħseb aħjar milli tiżdiedlek b’aktar minn tletin. Meta t-taxxa togħla jew tiżdied, awtomatikament int tkun qiegħed teqred is-saħħa tal-flus fil-pajjiż. Xi jfisser dan? Sempliċi. Ovvjament, l-individwu l-ewwel li se jħallas it-taxxa biex ma jkunx penalizzat, imbagħad se jmur għal xiri ta’ affarijiet elementari u bażiċi u jaqta’ kull kapriċċ li jista’ jagħmel jew li jkollu, iżda xi kapriċċi jgħinu lill-ekonomija b’mod sħiħ tibqa’ ddur. Għalhekk naqbel mat-tnaqqis li għamel il-Gvern matul din il-leġiżlatura fil-qasam tat-taxxa għax b’hekk għen biex il-poplu jkompli jonfoq u jinvesti filwaqt li l-ekonomija ma ħaditx daqqa ta’ ħarta. Għall-grazzja t’Alla, m’għandniex kriżi ta’ qgħad jew inkella lill-pajjiż qiegħed ifalli bħalma ġara ftit mili ’l bogħod minn Malta.

Margaret This

Żied il-kompetittività fis-suq lokali Smajt li l-Gvern naqqas it-taxxa fuq madwar 25 taxxa. B’xi mod żgur laqat lil kull wieħed u waħda minna. Jien l-ewwel wieħed, ibbenefikajt minn tax rebate talli bgħatt lit-tfal fi skola privata u mhux tal-istat. Kienu ħafna dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola privata li bbenefikaw minn din il-miżura ta’ tnaqqis ta’ taxxi proprju għax huma jibagħtu lil uliedhom fi skola privata. Li kieku dan ma jingħatax, dak li jkun ma jkunx inċentivat li jibgħat lil uliedu fi skejjel tal-privat. Dan ifisser inqas xogħol f’dak is-settur. B’dan il-mod ta’ tnaqqis ta’ taxxa, il-Gvern kompla jġedded l-impenn tiegħu fejn jidħlu ġenerazzjoni ta’ xogħol u kompetittività fis-suq lokali.

Tnaqqis fit-taxxa jfisser aktar investiment Segwejt il-baġit li ppreżenta l-Gvern immexxi millPrim Ministru Lawrence Gonzi, u personalment naħseb li kienet inizjattiva mill-aqwa, speċjalment meta naqqas l-income tax tal-faxxa ta’ fuq. Fl-opinjoni tiegħi, ħafna minn dawk li jinsabu f’dik il-faxxa huma imprendituri jew sidien ta’ negozju li meta se jaraw li fl-aħħar tas-sena se jibqa’ aktar profitt, se jikkonvertu dak il-profitt f’investiment attwali, investiment li se jrendi aktar kompetittività u ovvjament ikun irid aktar ħaddiema, jiġifieri aktar xogħol għal dan il-poplu. Hekk tkompli ddur b’mod pożittiv ir-rota talekonomija Maltija.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Gvern żied il-leave tal-materntà mħallas għal 18-il ġimgħa. Barra minn hekk l-ommijiet li jidħlu jew jibqgħu f’impjieg jingħataw mill-anqas sena li ma jħallsux income tax. Dawn huma miżuri konkreti tal-Gvern favur il-familja

Tnaqqis fit-taxxa, 10 childcare centres u 8 Klabbs 3-16 biex in-nisa żgħażagħ f’Malta jaħdmu b’rata ogħla mill-bqija tal-UE

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

20 13

Grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jmex ta’ finanzi fis-sod illum il-poplu Malti jgawdi kwalità ta’ ħajja aħjar b’r tal-investiment qawwi li l-Gvern għ joħloq aktar xogħol, aktar opport fl-edukazzjoni u iżjed servizzi tas

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kattret l-opportunitajiet tax-xogħol bi dħul akbar għall-ħaddiema. Il-Gvern għaraf jattira investiment akbar li minnu gawdew il-ħaddiema u l-familji tagħhom


20 13

xxi politika i u Għawdxi riżultat ħamel biex tunitajiet s-saħħa

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v Iż-żgħażagħ li joħorġu mill-iskola llum isibu diversi opportunitajiet ta’ xogħol bi qligħ akbar għalihom. Dan hu ta’ sodisfazzjon għal kulħadd u hu xhieda tal-għaqal tal-politika li biha qed jimxi l-Gvern li tkattar l-opportunitajiet tax-xogħol


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

20 13

Muscat jagħżel ħażin... Nhar il-Ħadd li għadda, Joseph Muscat ammetta li Malta kellha bżonn lil Eddie Fenech Adami... imma kien Muscat stess li oppona dak kollu li għamel Fenech Adami speċjalment issħubija fl-Unjoni Ewropea

Muscat mexxa l-kampanja tal-Partit Laburista kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u sejjaħ is-sħubija bħala ‘Is-Salib tal-Millennju’. Wara s-sħubija, erħielha lejn Brussell u Strasbourg jokkupa siġġu li qatt ma ried li xi Malti jkollu fil-Parlament Ewropew

Eddie Fenech Adami f’konferenza stampa tal-Awtorità tax-Xandir fl-2003 kien wieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalist tas-Super One Joseph Muscat u qal ċar lil Muscat: “din tiegħek kontra l-Ewropa hi kampanja ta’ qerq”

...u tbati int

MADE IN BRUSSELS: MUSCAT ESTREM BĦAT-TNEJN TA’ QABLU KONTRA L-EWROPA

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 01.02.09 f’għeluq il-25 sena mill-bidu tal-oppożizzjoni tal-Labour għas-sħubija fl-UE)


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

In-nisa Maltin qed iżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol grazzi għal ħafna inċentivi tal-Gvern, l-opportunitajiet ta’ xogħol li nħolqu minkejja dak li qed jiġri barra minn Malta u ċ-ċansijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ li huma ċ-ċavetta għal impjiegi u pagi tajbin... il-ħaddiema nisa f’Malta għandhom l-eqreb paga lejn l-irġiel fl-Unjoni Ewropea

LENTI FUQ...

Tnaqqis fit-taxxa u ċentri għat-tfal favur in-nisa li jaħdmu Kif jista’ jkollna parteċipazzjoni aqwa tal-mara fil-livelli kollha tas-soċjetà u tal-ħajja pubblika Maltija? Din hi mistoqsija li ilha ssir ħafna f’Malta fejn tradizzjonalment post il-mara kien meqjus fid-dar imma fejn dan l-aħħar ħarġet statistika li turi li s-sehem tan-nisa fiddinja tax-xogħol f’Malta qed jagħmel passi tajbin ħafna ‘l quddiem. Żieda qawwija fin-nisa li qed jaħdmu f’Malta Statistika li għadha kemm ħarġet mill-uffiċċju talistatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, turi li n-nisa Maltin li għandhom bejn 20 u 35 sena u li jaħdmu huma ferm aktar mill-medja Ewropea. Dan, naturalment, bis-saħħa tax-xogħol li qed jinħoloq. Ċifri oħrajn juru li fl-aħħar ħames snin, in-nisa Maltin fl-etajiet bejn il-25 u l-55 u li jaħdmu, fl-aħħar ħames snin żdiedu minn 43% għal 57%; qabża qawwija.

U statistika oħra turi li l-istudenti nisa fl-Università llum huma 58% tal-istudenti kollha. Din hi t-triq it-tajba bl-edukazzjoni li hi ċ-ċavetta tal-impjiegi u ta’ pagi tajbin. Dwar dawn iċ-ċifri se nitkellmu aktar fid-dettall f’din il-kolonna għada. Il-mistoqsija li se nittrattaw illum hi: kif ġiet din iż-żieda qawwija fl-impjiegi tan-nisa? Tnaqqis fit-taxxa u inċentivi oħrajn favur in-nisa li jaħdmu Meta tqis li din iż-żieda qawwija fin-nisa jaħdmu seħħet fi ftit snin, hu ċar li din hi frott ukoll il-ħafna inċentivi li l-Gvern qed jagħti lin-nisa biex jagħmilhielhom eħfef li jaħdmu. L-aqwa inċentiv jibqa’ naturalment ix-xogħol stess li qed jinħoloq. Għax inutli jkun hawn ħafna nisa li jitħarrġu, jedukaw irwieħhom u jkunu jridu jaħdmu jekk ma jkunux qed jinħolqu postijiet taxxogħol għalihom.

Mal-ħolqien tax-xogħol, il-Gvern Nazzjonalista f’dawn l-aħħar ħames snin: nn naqqas it-taxxa għallġenituri u minn dan it-tnaqqis gawdew 55,000 ġenitur li t-taxxa tagħhom naqsitilhom sa 420 ewro fis-sena għal kull ġenitur, nn ta lill-ommijiet li jibdew jaħdmu jew li jibqgħu jaħdmu mill-anqas sena ma jħallsu l-ebda taxxa, nn żied il-leave tal-maternità mħallas għal 18-il ġimgħa, nn naqqas it-taxxa għallġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati, nn naqqas it-taxxa lil dawk li jibagħtu lit-tfal f’child care centres privati u fi skejjel tas-sajf, nn żied iċ-children’s allowance għal mill-anqas 450 ewro kull wild (u ħafna aktar minn hekk għal dawk bi dħul baxx), nn kważi rdoppja l-foster allowance minn 40 għal 70 ewro fil-ġimgħa, nn ta lill-ġenituri ta’ tfal

b’diżabilità Learning Support Assistant għat-tfal tagħhom fi kwalunkwe skola li jmorru (għax ilGvern qed iħallas lil-LSAs fl-iskejjel kollha, anke talKnisja u privati), u nn naqqas it-taxxa għallemployers li jagħmlu child care centre fuq il-post taxxogħol. 10 child care centres ġodda, 8 ċentri Klabb 3-16, flessibilità nn Fl-aħħar ħames snin, il-Gvern fetaħ tmien child care centres ġodda filQawra, is-Siġġiewi, Bormla, Pembroke, Santa Venera, il-Furjana, Ħal Qormi u l-Marsa. Din is-sena se jkompli jiftaħ żewġ child care centres oħra ġodda f’San Ġwann u n-Naxxar. U biex l-ommijiet ikollhom fejn jibagħtu t-tfal anke barra l-ħinijiet tal-iskola, il-Gvern fetaħ tmien ċentri Klabb 3-16 li fihom jistgħu jmorru tfal mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u privati wara l-ħin

tal-iskola. Hu ppjanat li minn dawn iċ-ċentri Klabb 3-16 jiftħu 21. Il-Gvern daħħal ukoll għadd ta’ faċilitajiet biex innisa li jaħdmu, speċjalment mal-gvern, ikollhom ilflessibilità biex ilaqqgħu flimkien il-ħajja tax-xogħol u tal-familja. Il-mara tgawdi wkoll b’pagi li huma l-eqreb lejn tal-irġiel fl-UE Illum, it-talenti tal-mara qed igawdu minnhom ħafna postijiet tax-xogħol. U t-talenti tagħha l-mara qed tgawdi minnhom hi ukoll b’pagi li qed jiżdiedu, kif jikkonfermaw iċ-ċifri li juru li fl-aħħar ħames snin il-paga medja fis-sena żdiedet b’2,600 ewro. U ċifri oħrajn tal-UE juru li f’Malta għandna l-anqas differenza bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel. B’hekk, il-mara wkoll qed tieħu sehemha mill-pagi medji li żdiedu b’rata tajba għall-ħaddiema kollha Maltin fl-aħħar ħames snin.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar

“Ħidmet il-Gvern tul din il-leġiżlatura wasslet biex mhux biss żdied l-investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema, fl-edukazzjoni u fis-saħħa, imma wkoll biex sena wara oħra tnaqqsu t-taxxi u dan wassal biex żdiedu l-flus fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13

Il-Ħaddiem Malti l-anqas intaxxat fl-EU - Futur fis-Sod  

Suppliment 'In-Nazzjon' 22.1.2013