Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

Page 2

ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar

20 13

Fatti u Ċifri

703

korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta

Manifest Elettorali

Mill-

10.500 student fl-Università ta’ Malta

2,000

student fil-Junior College

2,000

student fi skejjel sekondarji ogħla

10,000 student full-time u part-time fl-MCAST

Illum 73 fil-mija tal-istudenti qed ikomplu l-edukazzjoni post sekondarja filwaqt li fl-2001 kienu biss 45 fil-mija li ħadu dan il-pass. Din iż-żieda kienet dovuta għall-investiment kbir tal-Gvern fl-istess perjodu fl-edukazzjoni post sekondarja, prinċipalment bil-ftuħ tal-MCAST, l-iżvilupp kbir li kien hemm fl-ETC u fl-ITS, kif ukoll bis-suċċess miksub mill-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi li toffri programmi speċjalizzati ta’ studju.

Partit Nazzjonalista

Finanzi fis-Sod għal Viżjoni Sostenibbli Meta tagħżel partit biex jiggverna, tkun qed tagħtih il-fiduċja tiegħek biex jieħu deċiżjonijiet li lilek jagħmlulek differenza kbira fil-mod kif tgħix. Gvern kuljum jieħu deċiżjonijiet dwar ix-xogħol, is-servizz tas-saħħa li int tingħata, kemm int jibqagħlek flus fil-but, dwar l-edukazzjoni tiegħek u ta’ wliedek. Dawn huma kollha deċiżjonijiet li jaffettwaw il-livell u l-kwalità tal-għajxien tiegħek. Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn qiegħed. Mal-Partit Laburista qiegħed fil-baħħ. Muscat iħallik fil-għama u ma jgħidlekx x’inhi l-politika tiegħu dwar ix-xogħol, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-well-being. Ma’ Muscat ma tafx fejn int. Muscat ifisser biss wegħdi fiergħa u taxxi. Il-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista hi ta’ pajjiż fejn inti tkompli tgħix kwalità ta’ ħajja aħjar, b’ekonomija li tkompli tikber u li toħloq aktar jobs, u jobs b’pagi tajbin, għalik u għall-għeżież tiegħek, aktar flus fil-but u aktar għażla fejn u fiex tonfoq flusek. Il-viżjoni soċjali tal-Partit Nazzjonalista hi ta’ pajjiż li jkompli joħloq l-opportunitajiet għal kulħadd biex ħadd ma jibqa’ lura – biex int u l-għeżież tiegħek tirnexxu lkoll. Għalhekk l-investiment fl-edukazzjoni. Pajjiż li jieħu ħsieb l-aktar ħaġa għażiża għalik: is-saħħa tiegħek u tal-għeżież tiegħek. Pajjiż li jħares l-ambjent u bi kwalità ta’ ħajja li tixraqlek, biex mhux biss tgħix tajjeb, iżda tgħix b’saħħtek ukoll, u meta jkollok bżonn il-kura ssib servizz tas-saħħa li jixraqlek – mingħajr ħlas. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinvesti flus il-poplu fl-oqsma l-aktar importanti tax-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni, sejrin nibqgħu nkunu ta’ spalla, permezz ta’ għajnuna finanzjarja u sussidji, lill-familji u l-persuni l-aktar fil-bżonn. Familji u persuni kienu megħjuna mill-Gvern fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, filwaqt

li eluf ta’ familji Maltin ingħatatilhom l-opportunità biex jinvestu f’enerġija alternattiva b’riżultat li ħafna ffrankaw fuq il-kont tad-dawl u l-ilma. Iżda hu biss permezz tal-finanzi fis-sod li nistgħu nkomplu niggarantixxu aktar xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin, servizz tas-saħħa tal-aqwa kwalità, edukazzjoni biex it-tfal u ż-żgħażagħ kollha jirnexxu, u aktar flus fil-but tiegħek. Matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma ħloqna 20,000 impjieg ġdid u għandna l-ogħla numru ta’ nies jaħdmu li qatt kellna f’pajjiżna minħabba li poġġejna l-finanzi tal-pajjiż fis-sod. Ma konniex inkunu f’pożizzjoni li nagħtu l-aqwa servizz tas-saħħa mingħajr ħlas li kieku ma poġġejniex il-finanzi fissod. Ma kienx ikun possibbli li nagħtu edukazzjoni tal-ogħla kwalità lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, li kieku ma kienx għall-finanzi fis-sod. Ma konniex ninvestu b’mod qawwi fil-ħarsien ambjentali ta’ pajjiżna. Mingħajr finanzi fis-sod qatt ma stajna nkomplu nnaqqsu t-taxxi kif għamilna tul dawn il-ħames snin. Dan kollu jista’ jintilef jekk il-finanzi ta’ pajjiżna ma jibqgħux fis-sod. Deċiżjoni waħda ħażina, għażla waħda li ma tkunx responsabbli, bidla fid-direzzjoni għall-agħar, tħott dak li bnejna flimkien, b’tant għaqal u sagrifiċċju, u tkisser il-finanzi tal-pajjiż minn finanzi fis-sod għal djun rekord, li jfissru qgħad, staġnar ekonomiku u taxxi ġodda. Biex inkomplu noħolqu xogħol aħjar b’pagi tajbin u npoġġu aktar flus f’butek, biex tkompli tingħata servizz tas-saħħa tal-aqwa kwalità mingħajr ħlas, u biex uliedek jieħdu l-edukazzjoni li jixirqilhom, jeħtieġ li jibqa’ jkollna finanzi fis-sod. Lil min tafu tistaqsix għalih, jgħid il-Malti. U hekk hu, fejn jidħlu dawn l-oqsma – xogħol, saħħa u edukazzjoni – li dejjem kienu sinonimi mal-Partit Nazzjonalista, li dejjem wettaq l-aqwa u l-aħjar f’dawn l-oqsma għax dejjem kien il-partit li mill-gvern dejjem żamm ilfinanzi tal-pajjiż fis-sod.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.