Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

Aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin Il-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew kien fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Inkluż żieda ta’ 700 impjieg full-time f’Għawdex Iż-żieda fl-opportunitajiet taxxogħol f’Għawdex stess għallGħawdxin wasslet biex matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura żdiedu l-persuni li joqogħdu f’Għawdex u li issa qed jaħdmu f’Għawdex stess. Jirriżulta fil-fatt li f’dawn ilħames snin l-impjiegi full-time f’Għawdex żdiedu b’700. Dawn iċ-ċifri jkomplu jikkonfermaw l-għaqal talpolitika li mexa biha l-Gvern li joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

ii

Opportunitajiet li wasslu biex inqas Għawdxin ikollhom għalfejn jaqsmu lejn Malta biex jaħdmu u jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. U dawn l-opportunitajiet tax-xogħol inħolqu wkoll permezz tad-diversi proġett kapitali li l-Gvern imbarka fuqhom f’Għawdex stess. Dan kollu bil-mira preċiża li l-Gvern ikompli jtejjeb ilkwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. Dan kollu seta’ jsir b’suċċess grazzi għall-impenn tal-Gvern li jindirizza l-isfida partikulari

Fatti u Ċifri 200 kumpanija Għawdxija qed igawdu mill-iskema MicroInvest

li għandu Għawdex fil-qasam tax-xogħol permezz ta’ numru ta’ miżuri u inizjattivi li taw aktar opportunitajiet lill-operaturi u lill-individwi f’Għawdex, fosthom dawk marbuta mal-iskema MicroInvest u l-Employment Aid Programme. Dan kollu serva wkoll biex minkejja t-taqlib fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali filqasam tax-xogħol, f’Għawdex is-sitwazzjoni tat-tkattir talimpjiegi kienet waħda pożittiva u stabbli.

iii

titkellem int Twettqu b’suċċess għadd kbir ta’ proġetti li jsaħħu l-ambjent

20 13

Proġetti kapitali f’Għawdex bi skop soċjo-ekonomiku F’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista ħaseb biex iwettaq f’Għawdex għadd sabiħ ta’ proġetti kapitali biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Fost l-oħrajn kien hemm proġetti importanti fl-oqsma tal-infrastruttura tat-toroq, tas-saħħa u tal-ambjent. Fir-rigward talinfrastruttura tat-toroq f’Għawdex tul din illeġiżlatura nbnew millġdid għoxrin kilometru ta’ toroq arterjali. Dawn huma mifruxa madwar Għawdex u, fost l-oħrajn, jinkludu l-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Pinu u

vi

t-Triq tax-Xlendi. Dawn iż-żewġ toroq ifissru żieda ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq ġodda mibnija skont standards Ewropej u li qed ikomplu jsebbħu d-dehra ġenerali ta’ Għawdex. Saru diversi xogħlijiet f’toroq oħra, fosthom ukoll fit-triq tad-Dwejra, fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz. Proġett ieħor kbir kien dak fit-triq prinċipali li mixXewkija tagħti għar-Rabat. Dan il-proġett għandu jtejjeb l-aċċess f’Għawdex sa mill-port tal-Imġarr, filwaqt li ttrasforma d-dehra ta’ din it-triq prinċipali f’Għawdex.

muscat jagħżel ħażin Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburista


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

11,374 persuna jaħdmu f’Għawdex stess

700

MILL- PROGRAMM

Qabża oħra ta’ kwalità

persuna aktar qed jaħdmu full-time f’Għawdex stess fuq ħames snin ilu

2,290

opportunità ġdida tax-xogħol f’Għawdex stess

20 kilometru ta’ toroq arterjali mibnija mill-ġdid

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

XOGĦOL

SAĦĦA

Il-pensjonanti li jaħdmu sa 65 u l-employers tagħhom iħallsu biss nofs il-bolla Għal min jaħdem għal rasu, ir-rata tal-bolla bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tinżel minn 15% għal 10% 7. Biex aktar pensjonanti jkomplu jaħdmu

200

kumpanija Għawdxija qed igawdu mill-iskema MicroInvest

200

kumpanija investew aktar minn €2 miljun f’Għawdex u hu stmat li bejniethom se jieħdu aktar minn €1.2 miljun fi krediti ta’ taxxi

EDUKAZZJONI

i.

Fil-preżent, pensjonant li jkompli jaħdem iħallas bolla daqs ħaddieħor. Biex aktar pensjonanti jitħajru jkomplu jaħdmu u b’hekk ikollhom dħul aħjar, ir-rata tal-bolla għall-pensjonanti bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tonqos bin-nofs kemm għal min jaħdem kif ukoll għal min jimpjega. 

ii. Għal min jaħdem għal rasu, ir-rata talbolla bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tinżel minn 15% għal 10%.

8. Biex aktar persuni b’diżabbiltà jidħlu fid-dinja tax-xogħol Gvern Nazzjonalista diġà żgura li s-servizzi edukattivi jkunu inklużivi għal persuni b’diżabbiltà. Il-pass li jmiss huwa li dawn ilpersuni jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol fejn ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom waqt li jkompli jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Għal dan il-għan: i. Permezz tal-ETC jissaħħu b’mod qawwi l-inċentivi biex min jimpjega jħaddem persuni b’diżabbiltà li jistgħu jaħdmu f’post

tax-xogħol, fost l-oħrajn billi min iħaddem jiffranka l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali; ii. Il-Gvern jassigura li hu stess, fir-rwol tiegħu ta’ employer, ikun tal-aqwa eżempju u jżid ir-rata minima ta’ 2% ta’ persuni b’diżabbiltà impjegati ma’ organizzazzjonijiet pubbliċi għal 4%; iii. Persuni b’diżabbiltà li jistgħu jaħdmu f’post tax-xogħol protett, ikollhom opportunitajiet tax-xogħol adattati għalihom. Dan isir billi jitwaqqfu Ċentri apposta ta’ xogħol protett (sheltered workshops u enclaves) għal dan il-għan kif ukoll billi bi sħab mal-privat ikun hemm ċentri simili fil-postijiet eżistenti ta’ xogħol; iv. Koperattivi li aktar minn nofs il-membri tagħhom ikunu persuni b’diżabbiltà jingħataw preferenza f’għotjiet ta’ tenders pubbliċi; v. Jinfetħu ħames Ċentri ta’ Matul il-Jum oħra għal persuni b’diżabbiltà severa li ma jkunux jistgħu jaħdmu la f’xogħol miftuħ u lanqas f’xogħol protett.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

Titkellem

Għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-ambjent, f’din il-leġiżlatura imbarka fuq għadd ta’ inizjattivi biex isaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna. Illum aktar minn qatt qabel il-familji għadhom l-opportunità li jmorru jirrikreaw lilhom infushom fi spazji ta’ rikreazzjoni li qabel kienu jintużaw għal skopijiet oħra

Andrea Bonavia

Michael Borg

Ħal Tarxien

Saviero Haber Il-Fgura

Saru proġetti ta’ fejda favur l-ambjent

Il-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-Magħtab

Proġetti favur ir-riġenerazzjoni tal-ilma tal-pjan

L-isbaħ proġett li l-Gvern jista’ jagħti lill-poplu hu dak relatat mal-ambjent, proġett li jgħin lill-poplu jgħix ħajja ta’ kwalità ogħla minn kif kien jgħix qabel. Wieħed mill-proġetti li niftakar hu dak relatat mal-iskart, bl-Impjant ta’ Sant’Antnin, meta permezz ta’ fondi Ewropej, il-Gvern welled proġett fejn l-iskart li niġġeneraw mid-djar u n-negozji ma jibqax jintrema fil-miżbla iżda nibdew nagħżluh u nisseparawh. Tant morna tajjeb b’din is-sistema li saħansitra naqqasna bil-kbir it-tunnellati ta’ skart li qabel kien imur dritt fil-miżbla tal-Magħtab u kien jagħmel ħsara lill-ambjent.

L-investiment tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kien favur li kull persuna dejjem tkun fiċ-ċentru tal-politika nazzjonali. Tant li matul din l-leġiżlatura u anke ta’ qabilha, il-Gvern ma waqafx jinvesti favur l-ambjent u favur ħajja ta’ kwalità aħjar. Wieħed mill-akbar investimenti li saru mill-Gvern hu dak biex il-miżbla tal-Magħtab, minn muntanja mimlija skart, tinbidel għal park nazzjonali, li jingħata lilna l-Maltin u l-familji tagħna, biex uliedna jkollhom fejn igawdu u jilagħbu f’ambjent mill-isbaħ. Jien naqbel mar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab u ma’ dawk il-proġetti ta’ tisbiħ tal-ambent.

Il-ħidma favur l-ambjent hi importanti ħafna għalina l-Maltin, speċjalment meta tqis li bħala pajjiż aħna żgħar u wara dak kollu li nagħmlu jkun hemm konsegwenzi serji bħal meta b’nuqqas ta’ għarfien tellajna ammonti kbar ta’ ilma mill-ilma tal-pjan u dan poġġejnieh f’riskju. L-ilma hu sors importanti ħafna u l-Gvern għaraf dan billi anke l-proġett li qiegħed jagħmel bħalissa, dak relatat mal-mina u l-ħażna tal-ilma, se jsarrfu f’ġid kbir għal Malta għaliex mhux biss se nżidu l-ħażna li mbagħad tintuża għal skopijiet differenti, iżda se jsir sforz ukoll biex l-ilma tal-pjan jiġi riġenerat.

Romeo Palmier Birkirkara

Tisfija tad-drenaġġ bħala investiment favur it-turisti u l-ħlejjaq marittimi Il-kwalità tal-ilma baħar f’pajjiżna hi ta’ wieħed fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Dan ma ġiex b’kumbinazzjoni. Wieħed irid japprezza li kien hemm pjan konkret u konċiż ta’ fejn dan il-Gvern ried iwassal lil pajjiżna. Wieħed mill-proġetti li wasslu biex jissaffa l-ilma baħar kien dak relatat mat-tisfija tad-drenaġġ hekk kif minbarra li ħadna second class water, li jintuża għat-tisqija, il-kumplament intefa’ l-baħar u ma għamilx ħsara bħalma kien jagħmel id-drenaġġ. Bit-tisfija tad-drenaġġ ksibna kwalità ogħla għall-ilma baħar, li tfisser aktar investiment favur itturiżmu, favur ir-reverse osmosis, il-ħlejqiet marittimi iżda fuq kollox, favur saħħitna.

Pawlu Azzopardi Ir-Rabat

Enerġija elettrika mill-iskart Permezz tal-Impjant ta’ Sant’Antnin, bil-għaqal u l-viżjoni talGvern wasalna biex l-iskart u dak il-materjal kollu li ma kellux użu għalina, anzi kien jagħmel ħsara lill-ambjent u lil dak kollu li jmiss miegħu, saħansitra lil saħħet il-bniedem, biddilnieh f’investiment. Permezz tar-riċiklaġġ fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, dak il-materjal beda jinbiegħ u jiġi esportat filwaqt li mill-attivitajiet interni tal-impjant anke enerġija elettrika qiegħda tkun iġġenerata u r-residenti ngħataw vouchers tad-dawl. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex matul din il-leġiżlatura jissebbaħ l-ambjent ta’ madwarna. Saru b’suċċess diversi proġetti ta’ fejda li llum qed jitgawdew mill-familji u mit-tfal tagħna li jistgħu jmorru f’dawn il-postijiet u jistrieħu u jirrikreaw ruħhom.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

F’Għawdex matul dawn il-ħames snin infetħu numru ta’ back-up offices li ħolqu opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin. Il-Gvern ħadem biex kabbar l-opportunitajiet tax-xogħol f’Għawdex f’diversi oqsma tal-ħajja - impjiegi bi dħul akbar għall-Għawdxin

F’Għawdex stajna nwettqu diversi proġetti għax żammejna l-ekonomija tikber

Fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex saru avvanzi kbar, fosthom fl-Isptar Ġenerali fejn kienu introdotti diversi servizzi ġodda ta’ kura u hekk il-pazjenti Għawdxin ikunu jistgħu jinqdew f’Għawdex stess mingħajr il-ħtieġa li jiġu Malta għal dawn is-servizzi

20 13


20 13

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

www.mychoice.pn

Għawdex jibqa’ destinazzjoni mill-isbaħ mhux biss għall-Maltin, imma anki għall-eluf kbar ta’ turisti li jżuru l-gżejjer Maltin. Il-prodott Għawdxi jibqa’ partikulari u kien għalhekk li f’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jtejjeb l-infrastruttura ta’ Għawdex u jsaħħaħ it-tisbiħ fil-lokalitajiet kollha

Wieħed mill-proġetti mill-aktar importanti li saru f’Għawdex matul din il-leġiżlatura kien ir-restawr tas-swar li jdawru ċ-Ċittadella. F’Għawdex f’din il-leġiżlatura saru għadd kbir ta’ proġetti ta’ tisbiħ, fosthom ir-riabilitazzjoni tal-Ġnien Villa Rundle u l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn. Dawn il-proġetti saru bl-iskop li l-familji u t-tfal Għawdxin ikollhom fejn imorru għal skop ra’ rikreazzjoni u mistrieħ

f’din l-Elezzjoni – v


vi –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

Muscat jagħżel ħażin... Ġunju 2009: blokka droga titqatta’ f’każin Laburista Id-deputy leader tal-Labour Party isir jaf bil-każ tad-droga imma ma jagħmel l-ebda rapport. “Il-Bambin jaf x’kien jiġri kieku rrappurtajt” Awwissu 2009: il-barman tal-każin tal-Labour jikteb dwar il-każ tad-droga lil Muscat Il-barman jiltaqa’ ma’ Muscat u jkellmu dwar il-każ tad-droga Frar 2012: il-barman jerġa’ jikteb lil Muscat u jfakkru li ltaqa’ miegħu dwar il-każ tad-droga Nhar is-Sibt li għadda: id-deputy leader jitkellem dwar il-każ tad-droga mat-Times Muscat: “Ma kellix idea. Jien ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din; kieku żgur li kont nirrapporta lill-Pulizija” Ilbieraħtlula: Joħorġu l-ittri tal-barman tal-każin tal-Labour lil Muscat dwar il-każ tad-droga

...u tbati int

COCKTAILS BIS-SILĠ MILL-KAŻINI TAL-LABOUR

20 13


20 13

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

f’din l-Elezzjoni – vii

LENTI FUQ...

Muscat juri kemm hu kiesaħ quddiem każ jaħraq ta’ droga f’każin Laburista, il-ħabi tiegħu u l-gideb dwaru Il-leader tal-Labour Party Muscat għandu każ gravi ħafna li wettaq hu stess u li issa għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu. Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburista, imma gideb li ma kienx jaf. Muscat ħeba dan il-każ ta’ blokka droga u issa qed jipprova saħansitra juri li hu kiesaħ meta jgħid li hu ħaseb li l-blokka kienet silġ u mhux droga. Muscat imissu jistħi u għandu piż kbir x’jerfa’. Blokka droga f’każin tal-Labour Il-każ beda minn xhieda li ngħatat fil-Qorti u minn tape li rriżulta mix-xhieda u li fih iddeputy leader tal-Labour Party Toni Abela jinstema’ jgħid li sab każ gravi ħafna ta’ blokka bajda, li hi blokka droga, titqatta’ f’każin Laburista. Id-deputy leader tal-Labour

jinstema’ jgħid b’leħnu stess li ma rrappurtax, anzi qal lil min kellem li l-Bambin biss jaf x’kien jinqala’ u xi trouble kien jiġi fih kieku mar jirrapporta. X’qal id-deputy leader tal-Labour b’leħnu stess Id-deputy leader tal-Labour Party jgħid hekk: “Aħna kellna każ... sabu ‘l wieħed qiegħed iqatta’ blokka bajda... ġibt lill-president jagħmel dikjarazzjoni... x’nagħmel ħi? Immur nagħmel rapport l-għassa biex tiġi fit-trouble? Qbadniehom fil-fatt... il-Bambin jaf x’jiġri jekk immur nagħmel rapport.” Il-każ moħbi mill-Pulizija u mill-pubbliku Dan il-każ gravi issa jirriżulta li seħħ meta l-Labour Party kien qed jiċċelebra r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fis-7 ta’ Ġunju 2009.

Il-Labour Party kien jaf bih mill-ewwel u ma rrapporta lil ħadd, wisq anqas lill-Pulizija. U dan diġà gravi meta wieħed jaf li l-entità ta’ dan il-każ hi ta’ traffikar f’post pubbliku u mhux biss konsum personali. Dan ifisser li l-Labour Party ħeba każ li jista’ jwassal għal piena ta’ għomor il-ħabs.

mistoqsi dwar dan il-każ taddroga u Muscat qal: “ma kellix idea”. Mistoqsi għal darb’oħra, Muscat qal li ma kienx jaf u kieku kien jaf kien jirrapporta: “Jien ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din; kieku żgur li kont nirrapporta lill-Pulizija”. Illum hu ċar li Muscat gideb f’din id-dikjarazzjoni għax Muscat kellu tliet okkażjonijiet Nhar is-Sibt kien diġà ċar li fihom il-barman tal-każin li dan kien każ ta’ droga tal-Labour fejn seħħ il-każ Nhar is-Sibt li għadda, Toni tad-droga kitblu u saħansitra Abela f’intervista mat-Times qal ltaqa’ miegħu. Dawn it-tliet li dan il-każ tad-droga f’każin okkażjonijiet seħħew minn Laburista hu differenti millwara l-każ fl-2009 sa sena ilu. ieħor dwar il-każin tal-Labour ta’ Ħ’Attard li fih Toni Abela Issa Muscat qed jgħid mar sab Pulizija Laburista u li l-blokka ħasibha silġ! qallu biex ma jmexxix. F’dan Muscat inqabad ċar f’gidba. il-każ tad-droga, qatt ma sar Qiegħed fil-ħofra ta’ gidba rapport lill-Pulizija. gravi dwar każ ta’ traffikar tad-droga f’każin tal-Partit Joseph Muscat jigdeb tiegħu li qal li ma kienx jaf Wara l-intervista ta’ Toni bih meta llum hu ċar bi provi Abela mat-Times, Muscat kien inkontrovertibbli li fil-fatt

Muscat kien jaf bih sew f’mill-anqas tliet okkażjonijiet. Hekk kif ġew ippubblikati dawn il-provi, Muscat kompla jħaffer madwaru u jinżel aktar fil-ħofra. Għax flok jammetti li gideb, qed jgħid li meta sema’ bil-blokka bajda ħasibha blokka silġ u mhux blokka droga! Muscat kiesaħ quddiem każ tant jaħraq Kif qatt jista’ xi ħadd jemmen li meta sema’ l-kelma ‘blokka’ Muscat ħasibha blokka silġ u mhux blokka droga? Kif qatt jista’ xi ħadd ma jindunax bilksuħat ta’ Muscat hu u jgħid dan? Muscat imissu jistħi u, flok jurina kemm hu kiesaħ, għandu jurina kemm hu raġel u jerfa’ r-responsabbiltà kbira tiegħu f’każ jaħraq tant ta’ droga f’każin Laburista, il-ħabi tiegħu u l-gideb.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar

“F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jieħu ħsieb lil Għawdex u lill-ħaddiema Għawdxin. Dan sar billi twettqu għadd ta’ proġetti importanti li fihom infushom għenu biex inħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Hekk se nkomplu nagħmlu matul il-ħames snin li ġejjin għax Għawdex u l-Għawdxin huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod  

Suppliment il-Ħamis 21 ta' Frar 2013

Advertisement
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you