Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

Il-Gvern joffri 1,334 mediċina differenti b’xejn

Introdotta b’suċċess l-iskema ‘Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’

100,000 ruħ igawdu l-mediċini b’xejn li jagħti l-Gvern. U matul din il-leġiżlatura, il-Gvern kompla joffri aktar u aktar mediċini mingħajr ħlas Fil-fatt matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ssokta jagħti l-mediċini mingħajr ħlas skont il-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Illum il-ġurnata l-Gvern joffri 1,334 mediċina differenti b’xejn lil 100,000 ruħ. Sadattant biex titnaqqas il-problema tal-mediċini out

ii

of stock, il-Gvern biddel l-istruttura li kienet qed titħaddem. Inħatar ukoll Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u tbiddlet ukoll is-sistema sħiħa ta’ kif il-Gvern kien jordna l-mediċini. Il-Gvern se jdaħħal ukoll sistema ta’ informatika biex tiffaċilita x-xogħol u biex ikun hemm

Fatti u Ċifri €8.5 miljun f’mediċini b’xejn fil-ġlieda kontra l-kanċer

20 13

kontroll aħjar dwar l-ammont ta’ mediċini li jkun hemm in stock. Il-proċess ta’ xiri u tqassim tal-mediċini hu wieħed kumplikat ħafna u allura s-sistema li se tidħol fis-seħħ se tkun maħsuba biex issolvi darba għal dejjem il-problemi relatati mal-amministrazzjoni u anki mad-data.

iii

titkellem int Għall-Partit Nazzjonalista s-saħħa tiġi l-ewwel

Suċċess kbir fil-qasam tassaħħa matul din il-leġiżlatura kien l-introduzzjoni taliskema ‘Spiżerija tal-Għażla Tiegħek’ fejn min ikun intitolat għal xi mediċini b’xejn imur fl-ispiżerija talgħażla tiegħu u jiġbor minn hemmhekk il-mediċini li jkollu bżonn. Hu fatt li grazzi għal din l-iskema ġdida llum ilġurnata hawn eluf ta’ Maltin u Għawdxin li qed jinqdew aħjar u b’aktar kumdità. Matul din l-aħħar sena

vi

din l-iskema kompliet tinfirex ma’ Malta u Għawdex kollha u dan kif kien ippjanat. Illum aktar minn 76,000 persuna minn 57 lokalità differenti qed jiġbru l-mediċini b’xejn minn 159 spiżerija madwar Malta u Għawdex. Din l-iskema se tkompli tinfirex biex il-100,000 ruħ li jieħdu l-1,300 mediċina b’xejn jibdew jeħduhom kollha mill-ispiżerija talgħażla tagħhom.

muscat jagħżel ħażin Konverżazzjoni ta’ Tony Zarb turi x’tip ta’ gvern ikollna jekk jitla’ l-Labour


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

€8.5 miljun f’mediċini b’xejn fil-ġlieda kontra l-kanċer

€69 miljun

MILL- PROGRAMM

f’mediċini b’xejn għall-poplu Malti u Għawdxi

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL

1,334

mediċina differenti b’xejn offruti mill-Gvern

76,000

persuna jieħdu l-mediċini b’xejn mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom

160

spiżerija f’Malta u f’Għawdex jagħmlu parti mill-iskema ‘L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’

SAĦĦA

Tejjibna u se nkomplu ntejbu l-faċilitajiet sportivi Nifirxu aktar programmi sportivi għal kulħadd 60. Insaħħu l-għaqdiet sportivi

62. Infrastruttura fl-isport

Jitnedew skemi apposta biex għaqdiet sportivi li jgawdu minn art pubblika jkunu jistgħu jissieħbu mal-privat biex jiżviluppaw din l-art f’faċilità moderna u sostenibbli li kapaċi tattira turiżmu sportiv u tħaddem sistemi ta’ enerġija alternattiva.

i.

61. Aktar faċilitajiet sportivi fl-iskejjel i.

Matul din il-leġiżlatura twalet il-lista ta’ mediċini b’xejn li huma offruti mill-Gvern lil dawk li jikkwalifikaw għalihom u li jlaħħqu għal

100,000

EDUKAZZJONI

Bi sħubija mal-privat, nifirxu aktar programmi sportivi għal kulħadd, nassiguraw li l-Kulleġġi Edukattivi tal-Istat kollha jkunu mgħammra b’faċilitajiet sportivi tal-ogħla kwalità li jinkludu sala indoor u faċilitajiet oħrajn outdoor biex jintużaw mill-istudenti waqt il-ħin tal-iskola u mill-komunità talinħawi u mill-għaqdiet sportivi fil-ħinijiet l-oħrajn.

ii. Jingħataw ukoll aktar scholarships fl-isport bl-istess mod kif jingħataw scholarships f’oqsma oħrajn akkademiċi.

Nallokaw fondi Ewropej u nfittxu sħubija mal-privat biex nibnu faċilitajiet sportivi ġodda biex jiġu akkomodati dixxiplini li s’issa għadhom ma jgawdux minn infrastruttura adegwata.

ii. Jinbeda proġett li jwassal biex ikun hemm out-door gym f’kull lokalità u upgrading talplaying fields.

63. Sigurtà fit-toroq u motorsport Nallokaw art għall-bini ta’ multi purpose track li sservi għall-motor sport, għall-eżerċizzji relatati mas-sigurtà fit-toroq u għall-attivitajiet relatati mat-tagħlim tas-sewqan u l-għoti tal-liċenzji. Permezz ta’ dan il-proġett inkunu nistgħu nagħtu spinta lil motorsport f’Malta, ikollna l-faċilitajiet tajbin biex inħarrġu u nedukaw lis-sewwieqa ġodda u bħala riżultat inżidu s-sigurtà fit-toroq. Il-pjan huwa li l-Gvern jalloka l-art għal din it-track sabiex jiżviluppaha mas-settur privat, bi nvolviment tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, l-iskejjel tas-sewqan u entitajiet oħrajn interessati.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

Titkellem

Għall-Partit Nazzjonalista s-saħħa tiġi l-ewwel. Għax nafu li mingħajr saħħa ħadd mhu xejn, aħna investejna f’servizz tas-saħħa tal-aqwa kwalità u b’xejn. Mal-Partit Nazzjonalista s-servizz tas-saħħa jibqa’ b’xejn għax aħna rridu nkunu miegħek fl-aktar mumenti diffiċli

Anthony Gera

Anthony Grech

Il-Mosta

Bella Monrey Marsaskala

San Ġwann

Kura tal-aqwa kwalità

Serħan il-moħħ għall-anzjani

Kura speċjalizzata fir-riabilitazzjoni

Is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna kulma jmur dejjem qiegħed jispeċjalizza u bl-investiment li qiegħed jagħmel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, qiegħed jiġi aktar qrib tal-persuni milquta u talqraba tagħhom. Forsi wieħed mill-aktar servizzi li għandna biex niftaħru bihom hu dak relatat mal-anzjani, li sfortunatament huma aktar suxxettibbli għall-mard fosthom dak kroniku, l-artrite u mard ieħor. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista joffri servizz professjonali u tal-ogħla kwalità biex dawn il-problemi u l-uġigħ jittaffew permezz ta’ kura speċjalizzata u mediċini apposta. Dan jgħin biex il-ħajja tal-pazjent tingħata l-ogħla dinjità meħtieġa.

It-tema tas-saħħa ma tiqafx jew ma ddurx biss malkundizzjoni fiżika tal-bniedem, bħal ngħidu mard relatat mal-qalb, kroniku jew mard ieħor. Is-saħħa tinsab ukoll ma’ kif il-bniedem iħossu u t-teknoloġija li wieħed isib madwaru tgħinu jgħix aħjar u b’mod iktar sigur. L-anzjani tagħna għandhom aċċess għatTelecare, apparat sempliċi iżda effettiv speċjalment għal dawk li jgħixu waħedhom, għax f’każ ta’ bżonn il-persuna kulma għandha tagħmel hu li tagħfas buttuna u ssib l-assistenza meħtieġa. B’sempliċement għafsa ta’ buttuna, persuna li taħdem f’dawn l-istituzzjonijiet tavża lill-qraba u tintbagħat ambulanza kif meħtieġ u b’hekk l-anzjani jsibu l-assistenza meħtieġa.

Il-Gvern investa fl-anzjani tagħna, u naqbel ma’ dan għax hekk xieraq wara l-kontribut kbir li dawn taw lis-soċjetà tagħna meta huma kienu iżgħar. L-Isptar San Luqa, bis-sezzjoni Karin Grech, hu monument ieħor favur l-anzjani li l-Gvern għamel. Dan l-isptar jispeċjalizza fir-riabilitazzjoni tal-anzjani wara li jkunu weġġgħu jew għamlu xi operazzjoni. Fil-passat ħafna anzjani li kienu jsofru xi ksur kienu jispiċċaw ma jimxux aktar u dan kien ipoġġi piż ikbar fuq il-membri tal-familja tagħhom. Illum, permezz ta’ dan l-isptar, l-anzjani qed jieħdu l-kura iżda fl-istess ħin qed jingħataw l-attenzjoni kollha meħtieġa u l-kura bħal fiżjoterapija biex jerġgħu jimxu u jkomplu bil-ħajja indipendenti tagħhom fil-komunità.

Donald Micallef Ħaż-Żebbuġ

Night shelters bħala post ta’ wens għall-anzjani Ħafna anzjani kienu jagħżlu li jirtiraw f’dar talanzjani biex isibu l-wens ta’ anzjani oħra u jserrħu rashom li għandhom minn iħarishom matul il-jum u l-lejl. Iżda dan xi drabi kien isir kontra qalb l-individwu għax hu jkun irid ikompli jgħix filkomunità fejn trabba u rabba. Illum f’diversi zoni madwar Malta u Għawdex infetħu diversi night shelters għall-anzjani, biex dawk li jgħixu fil-komunità u għadhom indipendenti, jistgħu jiġu f’dawn iċ-ċentri apposta u b’hekk ikollhom l-attenzjoni medika u l-assistenza f’każ ta’ bżonn il-ġurnata kollha. Dawn ħallew effett pożittiv fuq kull anzjan li għadu b’saħħtu u jixtieq jgħix fil-komunità ma’ sħabu.

Charlie Seisun Iż-Żurrieq

Meals on Wheels hu servizz mill-aqwa Id-dieta tal-persuna hi importanti ħafna biex wieħed jgħix ħajja b’saħħitha ’l bogħod mill-mard u l-obeżità. L-anzjani jgawdu minn diversi servizzi li l-Gvern nieda matul il-medda tas-snin u li għamlulhom ħajjithom aktar faċli. Fi ftit kliem, servizzi li tejbulhom ilkwalità tal-ħajja, fosthom is-servizz eċċellenti ta’ Meals on Wheels, li permezz tiegħu, dawk l-anzjani li ma jixtiqux isajru jitolbu għal dan is-servizz, u ħaddiema u xufiera apposta, minn San Vinċenz, isajrulhom l-ikel u jwassluhulhom id-dar. Dan jassigura li l-anzjani qegħdin jieklu ikel tajjeb għal saħħithom bin-nutrijenti meħtieġa filwaqt li jżommu ’l bogħod mill-perikli li t-tisjir jista’ jwassal għalihom fosthom ħruq jew smit.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

20 13

Fost id-diversi opportunitajiet ta’ xogħol li nħolqu fil-pajjiż, illum wieħed isemmi wkoll il-qasam tas-saħħa, fejn iż-żgħażagħ jistgħu jistudjaw, jieħdu t-taħriġ li jkollhom bżonn u jsibu impjieg ta’ kwalità bi dħul tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom

Għamilna avvanzi kbar fl-oqsma kollha tas-saħħa u għax għandna l-finanzi fis-sod se nkomplu b’aktar investimenti

F’dawn il-jiem fl-Isptar Mater Dei kien inawgurat apparat mill-aktar sofistikati - PET Scanner - b’investiment ieħor qawwi mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista biex hekk il-pazjenti li jkollhom bżonn dan it-tip ta’ makkinarju, ikunu jistgħu jagħmlu t-testijiet li jkollhom bżonn f’Malta stess mingħajr il-ħtieġa li jintbagħtu barra l-pajjiż b’ħafna skariġġ għalihom


20 13

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar Servizz personalizzat u bi tbissima lill-pazjenti kollha, fosthom lit-tfal. Il-Gvern investa bil-qawwa fil-qasam tas-saħħa għax irid li l-pazjenti Maltin u Għawdxin jingħataw l-aħjar kura b’xejn

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin attirat għadd ġmielu ta’ kumpaniji kbar li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Dawn il-kumpaniji qed joffru opportunitajiet ta’ xogħol lil ħafna żgħażagħ Maltin u Għawdxin li qed jaħtfu l-opportunitajiet li jiġuhom u jagħmlu karriera b’suċċess, fosthom fl-oqsma tar-riċerka


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

Muscat jagħżel ħażin... Jekk ikollok relazzjoni tajba mal-GWU, tgħinek anke fit-tenders; meta joħorġu, nagħtuk puxxjatura

Jekk ikollok relazzjoni tajba magħna, aħna nkunu hand in hand miegħek Taħseb li inti employer li qed taħdem mal-GWU li xi darba se joħroġ artiklu bħalma ħareġ fil-gazzetta tagħna?

It-tape tal-konverżazzjoni li tkompli twaqqa’ l-maskra ta’ Muscat

...u tbati int Jekk tag˙mel li jridu l-GWU u l-Labour

Jekk ma tag˙milx dak li jridu l-GWU u l-Labour

… U l-GWU TAGĦTIK “PUXXJATURA” WKOLL GĦALL-KUNTRATTI TAL-GVERN! (dehret għall-ewwel darba: il-mument 07.03.10)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

“Puxxjatura” għall-kuntratti ta’ Gvern Laburista... dikjarazzjonijiet imxandrin jikkonfermaw il-maskra ta’ Muscat li Anġlu Farrugia waqqa’ nhar il-Ħadd li għadda

LENTI FUQ...

Dikjarazzjonijiet gravi ħafna ta’ Tony Zarb Jekk tkun trid tieħu xi kuntratt tal-gvern jekk ikun hemm gvern tal-Labour xahar ieħor, m’hemmx għalfejn tosserva l-kundizzjonijiet kollha talkuntratt, titfa’ l-irħas offerta, toffri l-aħjar servizz jew tkun l-aħjar minn dawk li jitfgħu l-offerta. Kulma trid hu li tagħtik “puxxjatura” l-General Workers’ Union. Tape ta’ konverżazzjoni tal-mexxej tal-union “privileġġjata” tal-Labour It-tape b’konverżazzjoni ta’ Tony Zarb innifsu ma’ nies oħrajn u li xxandar waqt Net News ilbieraħtlula fih dikjarazzjonijiet millaktar gravi tas-Segretarju Ġenerali tal-union li nafu li ilha għexieren ta’ snin qrib il-Labour, tgħinu b’kull mod; il-union “privileġġjata” tiegħu u l-union li għal ħafna żmien kienet magħquda mal-Labour statutorjament bi tkażbir kbir tad-drittijiet tal-ħaddiema u difiża tal-abbużi Laburisti.

Il-kuntratti tal-gvern jeħduhom il-kumpaniji “ppuxxjati” mill-GWU Id-dikjarazzjonijiet ta’ Tony Zarb fil-konverżazzjoni jfissru li l-kuntratti li Gvern tal-Labour fil-futur ikun qed iħallas għalihom minn flus il-poplu bit-taxxi, ma jeħodhomx min jagħti lill-pubbliku l-aħjar servizz bl-irħas prezz, imma jeħodhom min il-GWU ikollha l-pjaċir “tippuxxja”. Dikjarazzjoni gravissima wara dik ta’ Anġlu Farrugia Din ta’ Tony Zarb kienet tkun dikjarazzjoni tad-daħq kieku mhix tal-biki ħafna. U tal-biki aktar meta din id-dikjarazzjoni ta’ Tony Zarb ixxandret tlett ijiem wara li dak li għadu kemm kien in-numru tnejn filLabour Party, Anġlu Farrugia, għamel stqarrija qawwija ħafna f’intervista f’The Sunday Times dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament tal-Labour Party, jiġifieri minn fejn iġib il-flus il-Labour.

Anġlu Farrugia jikxef il-maskra ta’ Muscat... Tony Zarb jikkonferma Il-General Workers’ Union qed tipprova tiżloq mirresponsabbiltà kbira tagħha quddiem id-dikjarazzjoni gravi ħafna ta’ Tony Zarb billi tgħid li Tony Zarb qal dak li qal għal xi skop li hi qed tgħid li hu tajjeb. Imma, ingħad fejn ingħad id-diskors ta’ Tony Zarb, hi s-sustanza ta’ dak li qal Tony Zarb li hi gravissima. U gravissima daqs dak li jfisser dak li qal ftit ġranet ilu Anġlu Farrugia. Jiġifieri li Gvern Laburista, jekk il-Labour Party jitla’ fil-gvern xahar biss ieħor, ikun gvern b’xamma tinten ħafna sa minn qabel ma kien ikun beda. Tony Zarb jippretendi li jidħol minflok istituzzjonijiet pubbliċi Id-dikjarazzjoni ta’ Tony Zarb tfisser li jekk xi ħadd jabbuża, Tony Zarb qed jippretendi li hu Pulizija u Qorti f’daqqa.

Tony Zarb qed jippretendi li flok l-istituzzjonijiet li jittrattaw l-abbuż f’Malta, tidħol il-General Workers’ Union. Lanqas qatt m’għandu jkun dan, aħseb u ara meta nafu kif kienet tittratta abbużi tal-Gvern Laburista stess fil-passat meta l-General Workers’ Union kienet fuq in-naħa ta’ min abbuża millħaddiema flok fuq in-naħa tal-ħaddiema. Il-media tal-GWU tattakka lil min ma joqgħodx għal dak li tgħid il-GWU Tony Zarb qed jgħid ukoll li jekk ikun hemm xi ħadd jew xi kumpanija li ma tagħmilx dak li trid il-General Workers’ Union, il-GWU tattakkaha bil-ġurnali tagħha. Imma jekk tagħmel dak li tgħidilha l-GWU, allura l-GWU twaqqaf l-attakk bil-gazzetti tagħha. Dan hu l-użu tal-ġurnaliżmu b’mod mill-aktar baxx. IlGeneral Workers’ Union, skont dak li tfisser din id-

dikjarazzjoni ta’ Tony Zarb, mhux l-abbuż dejjem u kullimkien tattakka, imma lil min ma joqgħodx għal dak li trid hi. Għal min joqgħod għal dak li tgħid il-GWU, l-ebda attakk, anzi “puxxjatura” għallkuntratti Jekk, min-naħa loħra, ikun hemm xi ħadd jew kumpanija li toqgħod għal dak li trid il-General Workers’ Union, allura mhux talli l-GWU ma tibqax tattakkaha, talli “tippuxxjaha” għall-kuntratti tal-gvern. Dawn huma dikjarazzjonijiet gravi ħafna, wara dawk gravi ħafna wkoll ta’ Anġlu Farrugia; dikjarazzjonijiet li fuqhom Tony Zarb messu rriżejna millewwel. Dawn huma dikjarazzjonijiet li juru x’tip ta’ gvern ikollna jekk fl-elezzjoni xahar ieħor biss jitla’ sieħeb il-GWU, il-Labour Party.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

20 13

“Il-Gvern nieda l-iskema ‘L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ bl-iskop li jiffaċilita l-ħajja ta’ dawk li jkollhom bżonn il-mediċini u flok imorru fl-Ispiżeriji tal-Gvern, jinqdew mill-ispiżeriji fir-raħal tagħhom stess. Illum il-pazjenti u l-familji huma moqdijin aħjar, tant li llum aktar minn 76,000 persuna qed jiġbru mediċini b’xejn mill-ispiżerija tal-lokalità tagħhom. B’hekk dawk li għandhom dritt għall-mediċini b’xejn qed jevitaw ħafna skariġġ.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

Il-Gvern joffri 1334 mediċina b'xejn - Futur fis-Sod  

Suppliment il-Ġimgħa 8 ta' Frar 2013