Page 1

Frar 2018 Ħsibijiet mill-Kappillan Dun Brian Gialanzè Ġemel omm u l-ferħ tagħha kienu qed jitkellmu. Il-ferħ tal-ġemel staqsa lil ommu, “Ma għaliex saqajna huma kbar u għandna tliet swaba kbar?” L-omm wieġbet, “Biex inkunu nistgħu nimxu fuq ir-ramel artab tad-deżert mingħajr ma ngħerqu.” “U għaliex għandna eyelashes daqshekk kbar u goffi?” “Biex ma jidħolx ramel f’għajnena matul il-vjaġġi fiddeżert”, wieġbet l-omm. “U għaliex għandna ħotba daqshekk kbira fuq daharna?”, reġa’ staqsa l-iben. L-omm, issa bdiet titlef il-paċenzja u wieġbet, “Il-ħotba nużawha biex nerfgħu ix-xaħam għal meta jkollna vjaġġi twal fid-deżert u nistgħu ngħixu mingħajr ilma għal żmien twil. “Ok, fhimt!”, qal il-ferħ ta’ ġemel, “Mela għandna saqajna kbar biex ma ngħerqux firramel, eyelashes twal biex ma jidħolx ramel f’għajnejna u ħotba biex naħżnu l-ilma. Mela ma, x’qegħdin nagħmlu hawn fiż-zoo ta’ Toronto ?” Xi kultant naħseb li l-ħajja moderna, il-ħajja tal-lum iġġiegħlna nħossuna bħal ġemel f’zoo, magħluqin f’gaġġa, meta għandi tant potenzjal f’ħajti. U bħal ġemel fiż-zoo xi kultant ikollna bżonn immorru fid-deżert sabiex niskopru min veramant aħna. Iż-żmien tar-Randan jistedinna biex nagħmlu l-esperjenza tad-deżert. Fl-Evanġelju tal-ewwel Ħadd tar-Randan l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert, u Ġesù baqa’ fid-deżert erbgħin jum jiġġarrab mix-xitan waqt li kien jgħix malbhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli. F’dan l-Evanġelju erbgħin jum ifissru ż-żmien matur, mixja sħiħa ta’ ħajja li issa tħejjik għal missjoni akbar. Wara erbgħin jum u erbgħin lejl ta’ xita, id-dulluvju naddaf l-art u Noè u l-familja tiegħu salvat. Erbgħin sena kellu Mosè meta Alla għażlu biex imexxi l-poplu Lhudi. Erbgħin sena għamel il-poplu Lhudi jiġġerra fid-deżert, biex mill-eżilju Alla jibnih f’poplu li jasal fl-Art imwegħda. Erbgħin jum Ġesù jagħmel fid-deżert fit-talb u mġarrab, ikkonfrontat mill-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Il-ġlieda bejn il-valur tat-tajjeb skont Alla u l-ħażen. Ġesù qed jurina li meta ngħażlu t-tajjeb Ikompli f’paġna 2... 1


...ikompli minn paġna 1...

mill-ħażin Alla qiegħed joħloqna mill-ġdid, qed jikkreana mill-ġdid. Alla qed jaqlagħna millgaġġa bla ħajja u jgħinna niskopru il-valur veru tal-ħajja. Il-kelma kreattiv ġejja mill-kelma tikkrea, toħloq u min hu l-ħallieq? Alla huwa l-ħallieq. Dan l-Evanġelju ipoġġilna perspettiva oħra interessanti. Kemm-il darba smajna l-istorja ta’ Adam li kellu l-ħolqien kollu f’idejh, kellu il-kreazzjoni kollha f’idejh u bid-dnub tiegħu, għax ippretenda li hu għaref aktar minn Alla, irrovina il-ġmiel tal-ħolqien li kellu f’idejh u spiċċa jiġġerra fid-deżert tal-ħażen. Ġesù mar fid-deżert tal-ħażen, kien ittentat, iżda għax rebaħ it-tentazzjoni, ħoloqna mill-ġdid bl-Aħbar it-Tajba, bil-kelma tal-imħabba tiegħu. L-esperjenza tad-deżert għal Ġesù kienet l-iskola fejn tgħallem jagħżel il-vuċi ta’ Alla mill-vuċi talħażen, mit-tentazzjoni. Kemm nisimgħu vuċijiet differenti minn x’ħin jisbaħ sa ma jidlam. Il-vuċijiet tal-aħbarijiet ta’ kuljum, l-ilħna tal-media soċjali, tar-radju, tat-televiżjoni, l-ilħna ta’ dawk li jgħixu u jaħdmu madwarna u ma ninsewx il-vuċijiet li hemm fina nfusna. Fid-deżert inħallu warajna ħafna minn dawn il-vuċijiet u nsiru nafu aktar lilna nfusna, dak li b’saħħtu u dak li hu dgħajjef fina. Fid-deżert niltaqgħu ukoll ma’ Alla li jkellimna. Ir-Randan huwa ż-żmien li fih nagħmlu l-esperjenza tad-deżert. L-esperjenza tad-deżert nistgħu nagħmluha fil-ħajja ta’ kuljum billi: 1. Nħallu aktar ħin kuljum fis-skiet waħdi ma’ Alla. 2. Insib ħin fejn ninqata’ mill-ħafna ġenn u vuċijiet li jibbumbardjawna kuljum. 3. Infittex li niskopri mill-ġdid min jien quddiem Alla. 4. Ngħid iva lil Alla u le għall-ħażen kif għamel Ġesù. 5. Nirrifletti fuq il-valuri li jiena ngħożż u nħaddan. Xi ħadd darba qalli, “Jekk inti ma tibqax sod fil-valuri li temmen fihom meta l-valuri tiegħek ikunu sfidati, mela għalik dawn m’humiex veru valuri, imma passatempi... trid tgħaddi ż-żmien!” Imma l-fidi tagħna hija aktar minn sempliċi valuri sbieħ. Il-fidi tagħna hija mezz, passaġġ kif Alla jerġa’ jibnina mill-ġdid. Passaġġ mill-kaos għall-ġmiel, minn ħajja f’gaġġa għall-ġmiel tal-ħolqien.

Kiri tas-Sala Parrokkjali

Kull min huwa interessat li jikri s-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali għandu jagħmel kuntatt malKappillan fuq 21826438 jew 79201361. Prezzijiet raġonevoli, imwejjed u siġġijiet inklużi.

Fil-Kalkara Ħinijiet tal-Quddies Ħinijiet tal-Quddies fost il-ġimgħa u nhar ta’ Sibt: Knisja Parrokkjali: 7.30am (mit-Tnejn sal-Ġimgħa fi żmien l-iskola), 8.00am (is-Sibt u filvaganzi tas-Sajf), 6.00pm (Xitwa), 6.30pm (Sajf) Santa Barbara (Patrijiet Kapuċċini): 6.45am, 6.00pm (Xitwa), 6.30pm (Sajf) Ħinijiet tal-Quddies nhar ta’ Ħadd u Festi Kmandati: Knisja Parrokkjali: 7.00am, 8.30am, 10.30am, 5.30pm (Xitwa), 6.00pm (Sajf) Wied Għammieq: 11.30am S.S. Salvatur: 7.00pm Santa Barbara (Patrijiet Kapuċċini): 6.00am, 7.00am, 8.00am, 10.00am 2


It-Tberik 2018 fil-Parroċċa tal-Kalkara L-Erbgħa 7 ta’ Frar 4.30-5.30pm: 5.30-7.30pm: Il- Ħamis 8 ta’ Frar 4.30-5.30pm: 5.30-6.30pm: 6.30-7.30pm: It-Tlieta 13 ta’ Frar 4.30-7.30pm: Il- Ħamis 15 ta’ Frar 4.30-7.30pm: It-Tlieta 20 ta’ Frar 4.30-7.30pm: L-Erbgħa 21 ta’ Frar 4.30-5.30pm: 5.30-7.30pm: It-Tlieta 27 ta’ Frar 4.30-6.00pm: 6.00-7.30pm: L-Erbgħa 28 ta’ Frar 4.30-5.30pm: 5.30-7.30pm:

Triq il-Missjoni Taljana mill-Confectionery sa dar ‘December Dream’. Triq il-Missjoni Taljana minn dar numru 1 sa dar numru 14. Qasam tad-Djar ir-Rnella Blokk A (Triq is-Sibi). Qasam tad-Djar ir-Rnella Blokk B (Triq is-Sibi). Qasam tad-Djar ir-Rnella Blokk C (Triq is-Sibi). Triq il-Missjoni Taljana minn dar ‘Ta’Marie’ sa dar ‘Gardjola’ (kantuniera ma’ Triq Straubenzee). Triq is-Sibi in-naħa ta’ dar ‘Lenrose’ sa dar ‘Le Jardin’. Triq is-Sibi in-naħa ta’ dar ‘Piersan’ sa dar ‘Carraffa’. Triq il-Luqqata. Triq Santa Filumena. Triq Straubenzee. Triq Melchiorre de Robles. Triq Sir Agostino Portelli. Triq Patri Mattew Sultana (mir-roundabout sa Triq Giovanni Ricasoli).

Il-Komunità Parrokkjali tifraħ u titlob... Għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Joseph Portelli Salvatore Busuttil Ziam Camilleri Ciantar Polly Fava Nitolbu għalihom!

Kont taf li... San Pietru u San Pawl Fi Triq Santa Liberata nsibu pedestall tal-ġebel wieqaf waħdu, li sfortunatament jeħtieġlu ħafna restawr. Żmien ilu, meta din l-istess triq kienet trejqa żgħira qalb l-għelieqi tagħti għallKunvent u l-Knisja tal-Patrijiet Kapuċċini kienu twaqqfu żewġ pedestalli faċċata ta’ xulxin, b’fuqhom żewġ statwi li kienu jirrappreżentaw lil San Pietru u San Pawl. L-istatwa ta’ San Pietru kienet inħadmet fl-1855 mill-iskultur Vincenzo Sammut (Mastru Ċens) mir-Rabat, filwaqt li dik ta’ San Pawl kienet inħadmet fl-istess sena mill-iskultur Alessandro Farrugia (Mastru Xand) miż-Żejtun. Sfortunatament dawn ġralhom ħsara rreparabbli matul it-Tieni Gwerra Dinjija u maż-żmien intilfu għal kollox. Kitba u riċerka tal-Kav. Duncan Brincat 3


Frar 2018 Djarju Parrokkjali Il-Ħamis 1 ta’ Frar Il-Ġimgħa 2 ta’ Frar

Il-Ħadd 4 ta’ Frar It-Tnejn 5 ta’ Frar Il-Ħamis 8 ta’ Frar Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar

Is-Sibt 10 ta’ Frar

Il-Ħadd 11 ta’ Frar L-Erbgħa 14 ta’ Frar Il-Ħamis 15 ta’ Frar Il-Ġimgħa 16 ta’ Frar

Il-Ħadd 18 ta’ Frar Il-Ħamis 22 ta’ Frar Il-Ġimgħa 23 ta’ Frar

Il-Ħadd 25 ta’ Frar

Fil-5.30pm Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Preżentazzjoni tal-Mulej. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-Kappella tas-S.S. Salvatur: Quddiesa fid-9.00am. Wara Espożizzjoni sal-10.30am u mill-4.00 sal-5.00pm. Il-5 Ħadd ta’ Matul is-Sena. Sena B. Sant’ Agata V.M. Quddies bħal nhar ta’ xogħol. Fil-5.30pm Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-Kappella tasS.S. Salvatur bejn id-9.00 u l-10.30am u bejn l-4.00 u l-5.00pm. 6.00pm: Party tal-Karnival għat-tfal fiċ-Ċentru. In-Nawfraġju ta’ San Pawl. Quddies bħal nhar ta’ xogħol. 7.30pm: Carnival Pasta Night bit-Tombla fiċ-Ċentru. Is-6 Ħadd ta’ Matul is-Sena. Sena B. Ras ir-Randan. Quddies bħal nhar ta’ xogħol. Fil-5.30pm Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-Kappella tasS.S. Salvatur bejn id-9.00 u l-10.30am u bejn l-4.00 u l-5.00pm. L-1 Ħadd tar-Randan. Sena B. Fil-5.30pm Rużarju u tingħata l-Barka Sagramentali. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-Kappella tasS.S. Salvatur bejn id-9.00 u l-10.30am u bejn l-4.00 u l-5.00pm. Beata Marija Adeodata Pisani. It-2 Ħadd tar-Randan. Sena B.

Nota: Matul dan ix-xahar ikompli t-tberik fid-djar tal-Parroċċa (kif jidher fuq paġna 3). Importanti li min ma jkunx jista’ jbierek fid-data indikata jikkuntattja lill-Kappillan jew l-Uffiċċju Parrokjali.

Tagħrif Avviżi Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali (bl-appuntament) Kull nhar ta’ Erbgħa bejn l-4.00pm u l-5.00pm, u kull nhar ta’ Sibt bejn id-9.00am u l-11.00am. Kuntatt mal-Parroċċa Indirizz: Uffiċċju Parrokkjali, Misraħ Arċisqof Gonzi, il-Kalkara KKR1511 Telefon: 21826438 | Mobile tal-Parroċċa: 79201361 Email: parrocca.kalkara@maltadiocese.org | Facebook: Parrocca San Guzepp Kalkara 4

Flimkien Frar 2018  

Flimkien Frar 2018 Parrocca San Guzepp Kalkara

Flimkien Frar 2018  

Flimkien Frar 2018 Parrocca San Guzepp Kalkara

Advertisement