Page 1

Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù Rabat – Għawdex

Żjara kulturali f’Pariġi għall-istudenti tal-Franċiż ta’ Forms 3-5 mit-Tlieta 10 sat-Tlieta 17 ta’ Lulju 2012

It-Tlieta 10 ta’ Lulju Fl-4.30 am (filgħodu kmieni) ninġabru fit-terminal tal-Imġarr biex naqbdu l-vapur tal-5.00 am. IċĊirkewwa jkun hemm il-coach li twassalna sal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Kif naslu nagħmlu ċ-check in. Fit-8.15 am titlaq it-titjira KM466 li twassalna Pariġi fil-11.00 am. Noħorġu mill-Ajruport Orly ta’ Pariġi fejn ikollna l-coach li twassalna sa Hébergement Kellermann. Ikollna ftit ħin liberu biex nitqassmu fil-kmamar u nistrieħu ftit wara l-vjaġġ. Fil-5.00 pm immorru għal-quddiesa fil-Knisja ta’ Saint Hippolyte (www.saint-hippolyte.net) li tinsab qrib il-hostel. Minn hemm naqbdu l-métro u mmorru għall-ikel fil-Flunch ; ristorant tajjeb ħafna fejn se nieklu kuljum. Hemm ikollna ikla b’għażla għall-ewwel platt, it-tieni platt u ddeżerta flimkien ma’ drink. Wara l-ikel naqbdu l- métro biex immorru Jardin du Luxembourg, wieħed mill-ġonna kbar li nsibu f’Pariġi. Fil-qrib naraw ukoll is-Senat u St Sulpice. Din hija knisja ftit iżgħar mill-katidral ta’ Notre Dame. Għall-ħabta tal-10.00 pm nirritornaw Hébergement Kellermann.

L-Erbgħa 11 ta’ Lulju Filgħodu jkollna l-kolazzjon u l-quddiesa. Fid-9.00 am nitilqu lejn Disneyland Paris permezz talmétro u tat-trejn. Inqattgħu il-kumplament tal-ġurnata f’dawn iż-żewġ parcs mimlijin logħob, wirjiet u attivitajiet oħra. Wara din il-ġurnata ta’ divertiment nirritornaw lejn Hébergement Kellermann fil-11.00 pm.

1


Il-Ħamis 12 ta’ Lulju Wara l-quddiesa u l-kolazzjon, naqbdu l-métro biex immorru fuq l-île de la cité. Din hija waħda miż-żewġ gżejjer naturali li hemm fix-xmara Seine. Hija ċ-ċentru ta’ Pariġi u l-post fejn din il-belt ġiet imwaqqfa. Fuq din il-gżira naraw La Conciergerie: palazz antik li kien jintuża wkoll bħala ħabs. Minn dan ilħabs ħarġu bosta priġunieri biex jingħataw il-mewt permezz tal-giljottina. Dan il-bini jagħmel parti minn bini akbar li għadu jintuża sa llum bħala qorti tal-ġustizzja. Naraw ukoll La SainteChapelle: knisja gotika li nbiet biex fiha jitqiegħdu relikwiji tal-passjoni ta’ Kristu, fosthom talkuruna tax-xewk. Inżuru l-katidral magħruf ta’ Notre Dame de Paris. Dan il-katidral ta’ Pariġi huwa meqjus bħala laqwa eżempju tal-arkitettura gotika franċiża. Ikollna l-opportunità li nidħlu fil-katidral kif ukoll li nitilgħu fuq il-kampnari tiegħu li nbnew madwar is-sena 1245. Minn hemm inkunu nistgħu naraw dehra sabiħa ta’ Pariġi u tax-xmara Seine. Naraw ukoll il-qanpiena l-kbira ta’dan il-katidral. Mingħajr ma rridu niftakru fir-rumanz ta’ Victor Hugo : Le Bossu de Notre-Dame. Wara naqbdu l-métro biex immorru Place de la Concorde. Din hija pjazza importanti ħafna f’Pariġi, magħrufa l-aktar għaliex fi żmien ir-rivoluzzjoni franċiża bosta nies importanti, inkluż ir-re Louis XVI, ingħataw il-mewt permezz tal-giljottina f’din il-pjazza. Min hawn ngħaddu minn Jardins des Tuileries, parc ċentrali ħafna f’Pariġi imżejjen b’diversi funtani u skulturi sbieħ, u minxu sal-Louvre. F’dan il-mużew tant magħruf wieħed jista’ jara madwar 35,000 oġġett differenti. Żgur li ma nistgħux inħallu barra żjara lill-pittura famuża tal-Monalisa kif ukoll ix-xabla tal-granmastru La Vallette. Wara l-ikel fir-ristorant Flucnh, ikollna ftit ħin liberu f’Beaubourg. Hemm inkunu nistgħu ingawdu ftit l-atmosfera sabiħa ta’ madwar iċ-ċentru tal-arti u kultura Centre Georges Pompidou mibni fl-1978 fuq disinn tal-magħruf Renzo Piano. Nirritornaw lejn Hébergement Kellermann għall-ħabta tal-10.00 pm.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju Wara l-kolazzjon u l-quddiesa fil-Knisja ta’ Saint Hippolyte, nitilqu bil-métro biex inżuru Les Invalides. Dan il-bini li kien jintuża bħala sptar għas-suldati tal-gwerra, jinkludi l-mużew militari tal-armata franċiża. F’dan il-post jinsab midfun Napuljun Bonaparte. Wara li noħorġu minn Les Invalides ikollna opportunità ngħaddu minn quddiem L’Assemblée Nationale fejn jiltaqgħu ddeputati tal-parlament. Wara din iż-żjara nitilqu bil-métro lejn La Villette. Hawn jinsab l-akbar mużew tax-xjenza flEwropa. Ikollna ċans inżuru diversi attrazzjonijiet li jinsabu f’dan il-mużew. Minn hemm nitilqu għal Flunch fejn bħas-soltu jkollna l-ikel ibbukkjat. Wara l-ikel ikollna ftit ħin liberu biex nimxu lejn l-eqdem pjazza ta’ Pariġi: Place des Vosges. Minn hemm inkomplu bil-mixja tagħna lejn Place de la Bastille fejn kien jinsab il-ħabs ta’ Bastilja li nqered fir-rivoluzzjoni franċiża tal-1789 . Tiddomina din il-pjazza l-Kolonna ta’ Lulju li tfakkar dan kollu. Nirritornaw lejn Hébergement Kellermann għall-ħabta tad-9.30 pm, ftit aktar kmieni mis-soltu peress li filgħodu rridu nbakkru!

2


Is-Sibt 14 ta’ Lulju Il-ġurnata nazzjonali ta’ Franza. Illum il-kolazzjoni ikun fis-7.00 am biex dritt wara nitilqu għal Champs Elysées. Din l-avenue hija l-iktar waħda prestiġjuża ta’ Franza kollha, u waħda mill-aktar magħrufin fid-dinja. Naraw il-parata tas-suldati franċiżi li tgħaddi minn din it-triq, l-ikbar parata militari fl-Ewropa. Ikun hemm preżenti l-President tar-Repubblika Franċiża, bosta Franċiżi kif ukoll turisti. Ikollna wkoll ċans inżuru l-Arc de triomphe li tinsab f’tarf din it-triq. Dan l-ark trijonfali inbena bħala unur għal dawk kollha li ġġieldu fil-gwerer franċiżi, l-aktar dawk ta’ żmien Napuljun. Taħtha hemm il-qabar ta’ suldat mhux magħruf li miet fl-ewwel gwerra dinjija. Ikollna ħin liberu fejn wieħed ikun jista’ jimxi matul Champs Elysées mimlija b’kull xorta ta’ ħwienet. Wara, nitilqu għal La Grande Arche de la Défense li mhix il-bogħod. Din hija struttura moderna ħafna li fiha hemm ħafna uffiċċji tal-gvern franċiż. Wara li jkollna ftit ħin liberu biex inkunu nistgħu inżuru ċ-ċentri kummerċjali kbar li jinsabu f’din iż-żona, naqbdu l-métro biex immorru l-Ambaxxata ta’ Malta fi Franza. Hemmhekk niltaqgħu malAmbaxxatur ta’ Malta fi Franza, is-Sur Pierre Clive Agius, li stedinna għal-laqgħa li żgur mhux ta’ min jitlifha! Wara l-ikla ta’ filgħaxija, mmorru fl-inħawi tat-Tour Eiffel biex insegwu l-attivitajiet li jiġu organizzati fil-festa nazzjonali ta’ Franza. Dawn jinkludu kunċerti u spettaklu ta’ logħob tan-nar. Nirritornaw lejn Hébergement Kellermann għall-ħabta tal-11.00 pm.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju Wara l-kolazzjon u l-quddiesa, nitilqu bil-métro lejn il-palazz ta’ Versailles. Dan il-palazz, b’arkitettura mill-isbaħ, li jinsab fit-trufijiet ta’ Pariġi huwa simbolu tal-monarkija franċiża. Ikollna ċans inżuru l-ġonna u naraw il-funtani sbieħ li hemm fihom. Wara nofsinhar, inżuru l-bażilika tas-Sacré Coeur li tingħaraf mill-kulur bajdani tagħha. Barra li nżuru din il-knisja kbira (għolja madwar 83 metru) ikollna wkoll ċans nixtru ftit souvenirs minn xi ħwienet fil-qrib kif ukoll nieklu xi ħaġa tajba. Wara l-ikel naqbdu l-métro biex immorru Champs de Mars. Din hija waħda mill-akbar parcs ta’ Pariġi. Fiha nsibu fost oħrajn il-Monument tal-Paċi u t-torri Eiffel. Wara li niedħu ftit ritratti nkunu nistgħu nitilgħu fuq it-torri Eiffel. Dan it-torri ġie ddisinjat minn Gustave Eiffel u tlesta tl1889 biex ifakkar il-100 sena mir-rivoluzzjoni franċiża. Huwa twil 318-il metru. Għalkemm kien kontroversjali ħafna meta kien jinbena, illum huwa wieħed mill-akbar attrazzjonijiet turistiċi fiddinja. Aħna nkunu nistgħu nibqgħu fuq it-torri sakemm jidlam. Hekk ingawdu dehra mill-isbaħ ta’ Pariġi mhux biss bi nhar, imma wkoll bil-lejl meta tkun mixgħula b’ħafna dwal sbieħ. Inkunu nistgħu ingawdu wkoll id-dehra spettakolari tat-torri meta jixgħel b’mod speċjali kull siegħa. Nirritornaw lejn Hébergement Kellermann għall-ħabta tal-11.00 pm

3


It-Tnejn 16 ta’ Lulju Wara l-quddiesa u l-kolazzjon naqbdu l-métro biex inżuru Stade de France. Dan huwa l-istadium nazzjonali ta’ Franza. Hemmhekk ikollna żjara organizzata fejn inkunu nistgħu mhux biss nidħlu fl-istadium, iżda wkoll fiċ-changing rooms fejn il-plejers jippreparaw ruħhom qabel il-partita. Wara jkollna ftit ħin induru fil-ħanut tas-souvenirs tal-istess stadium fejn wieħed ikun jista’ jixtri xi tifkira ċkejkna li tfakkru f’din iż-żjara. Wara nofsinhar inżuru Musée Grevin, mużew ta’ madwar 300 statwa tax-xema’ li jirrappreżentaw personalitajiet magħrufa kemm franċiżi kif ukoll internazzjonali. Wara l-ikel fi Flunch, intemmu ż-żjara tagħna f’Pariġi b’dawra bid-dgħajsa fuq ix-xmara Seine. Minn fuq id-dgħajsa tal-Bateaux Mouches inkunu nistgħu nerġgħu naraw il-monumenti prinċipali ta’ Pariġi. Għall-ħabta tal-10.00 pm, nirritornaw lejn Hébergement Kellermann biex inkunu nistgħu nippakkjaw kollox bil-lest għal għada filgħodu.

It-Tlieta 17 ta’ Lulju Ikollna l-quddiesa u l-kolazzjon. Fid-9.00 am nitilqu bil-coach lejn l-ajruport ta’ Orly. Kif naslu nagħmlu ċ-check in. Fit-11.45 am titlaq it-titjira KM467 li twassalna Malta fis-2.20 pm. Ċirkewwa minn fejn naqbdu l-vapur lura lejn Għawdex.

Nitilqu bil-coach lejn iċ-

Din hija żjara kulturali organizzata mis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù għall-istudenti minn Form 3 sa Form 5 li jistudjaw il-Franċiż.

Il-prezz ta’ din iż-żjara huwa ta’ €725 li jinkludi t-titjiriet minn Malta għal Pariġi u lura, akkomodazzjoni half board, kif ukoll transfers mill-ajruport sal-hostel u lura.

Matul din iż-żjara se nkunu noqgħodu Hébergement Kellermann, 17, boulevard Kellermann 75013 Paris . In-numru tat-telefon huwa: 0033 1 43 58 96 00. www.cisp.fr

L-istudenti se jkunu akkumpanjati mill-kap tal-iskola Fr Noel Saliba, l-għalliema tal-Franċiż Mr Arnaud Bouvier u Mr Ivan Farrugia, kif ukoll mill-għalliema Mons Lawrence Sciberras, Mrs Angele Bouvier u minn Mr Joseph Ciantar.

F’każ ta’ diffikulta’ qabel jew waqt iż-żjara tistgħu iċċemplu fuq in-numru tal-mobajl: 79550565.

Fl-14 ta’ Settembru 2012 niltaqgħu flimkien biex naqsmu flimkien l-esperjenzi u r-ritratti ta’ din iżżjara. Dettalji jingħataw permezz tal-email aktar ’il quddiem.

Grazzi lil: APS Bank, Mc Donalds u Granola tal-għajnuna tagħhom għal din iż-żjara.

4

Programm Dettaljat  

10 ta' Lulju - 17 ta' Lulju 2012

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you