Page 1

Ftuħ tal-Laboratorju tal-Konservazzjoni Arkivju Nazzjonali - Rabat 19 ta’ Āunju - 9.00 a.m. Meta wieħed ikollu xi oāāett ta’ valur, speëjalment jekk ikun oāāett antik jara kif jagħmel biex iŜommu f’post adattat, jipproteāih u jikkonservah mill-aħjar li jista’ biex ma ssirlux ħsara, u jekk ikollu xi ħsara jfittex li jsewwih biex jerāa’ jāibu f’qagħda kemm jista’ jkun tajba.

Mill-2005 ’l hawn, wara li l-Arkivji Nazzjonali ngħataw l-istatus ta’ aāenzija sar pjan komprensiv ta’ ħidma u twaqqfu strutturi li kellhom ipoāāu fuq pedamenti aħjar ilħidma ta’ din l-istituzzjoni importanti li tiābor fiha dokumenti.

Dan li qed nagħmlu llum, l-inawgurazzjoni ta’ dan il-Laboratorju ta’ Konservazzjoni hu l-pass naturali f’din il-mixja li bdiet seba’ snin ilu. L-Arkivji Nazzjonali issa għandhom l-għodda meħtieāa biex jieħdu ħsieb it-teŜori li hawn miābura fihom. U mhux biss għandhom l-għodda imma għandhom ukoll l-imgħallmin biex iħaddmu din l-għodda.

Il-konservazzjoni titlob ħiliet speëjali. Mhix ħobŜ għal snien kulħadd imma hi għadma iebsa li trid ħiliet partikolari biex tgerrimha. B’Ŝewā persuni li bejniethom għandhom bagalja ta’ 35 sena esperjenza f’dan il-qasam, nistgħu nserrħu rasna li dawn id-dokumenti se jkunu f’idejn tajba u se jsirilhom ir-restawr u l-konservazzjoni meħtieāa kif titlob is-sengħa.

Id-dokumenti li hawn miābura f’din il-binja storika huma ferm aktar antiki mill-binja nnifisha. Huma dokumenti uniëi u ta’ valur imprezabbli. Dokumenti li jiābru fihom listorja glorjuŜa ta’ dan il-poplu. Dokumenti li għandna d-dmir u l-obbligu li nibŜgħu għalihom u nikkonservawhom għal dawk li jridu jiāu warajna.

Ma dawn id-dokumenti antiki, hemm ukoll oħrajn anqas antiki u oħrajn relattivament āodda. L-Arkivji Nazzjonali jkomplu jistagħnew meta jirëievu donazzjonijiet ta’ dokumenti u kollezzjonijiet oħra uniëi. Għalhekk inħeāāeā lil familji u istituzzjonijiet


li jersqu lejn din l-istitutzzjoni biex jagħmlu donazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ importanza għall-istorja ta’ pajjiŜna.

F’dan ir-rigward nixtieq inħabbar li l-Arkivji Nazzjonali se jkollhom jikkonservaw ħafna xogħlijiet tal-kompoŜitur magħruf u bravu Charles Camilleri. Irrid nieħu din lokkaŜjoni biex nirringrazzja lis-Sinjura Camilleri u lil uliedha li għamlu din iddonazzjoni mprezzabbli lill-poplu Malti.

Naturalment aktar ma jkollna minn dawn id-donazzjonijiet se jikber l-uāigħ ta’ ras għall-Arkivista Nazzjonali minħabba problema ta’spazju. Din il-binja storika ma għandhiex fejn tespandi u s-sezzjoni tal-Imdina issa hi wkoll mimlija daqs bajda.

Madankollu, il-Gvern, għax jifhem li l-problema tal-ispazju jinħtieāilha soluzzjoni, diāà ħaseb biex parti mill-iskola sekondarja tal-bniet tar-Rabat - ftit metri bogħod minn hawn - skola li fi Ŝmien ftit snin oħra l-istudenti tagħha jibdew imorru fi skola ādida, wieħed mis-sulari ta’ din l-iskola se jibda’ jintuŜa mill-Arkivji Nazzjonali biex ikollhom aktar spazju fejn jilqgħu aktar dokumenti importanti.

Filwaqt li nirringrazzja jien ukoll lill-Ministeru tal-Finanzi li għen biex dan ilLaboratorju ta’ Konservazzjoni seta’ jsir realtà, nawgura aktar ħidma siewja lillArkivista Nazzjonali u l-istaff tiegħu li huma fdati bil-konservazzjoni tal-memorja nazzjonali tagħna.

U b’dan l-awgurju, niddikjara miftuħ dan il-Laboratorju.

Diskors Tal-On. Ministru Dolores Cristina  

Diskors Tal-Onorevoli Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni u x-xogħol fl-okkazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-Laboratorju tal-Konservazzj...